European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/1091

16.5.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 252/2023

tas-27 ta’ Ottubru 2023

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2024/1091]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘il-Ftehim dwar iż-ŻEE’), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/255 tas-6 ta’ Frar 2023 li jikkonċerna t-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tan-narinġin bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 870/2012 (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/256 tas-6 ta’ Frar 2023 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ Limosilactobacillus reuteri DSM 32203 bħala addittiv fl-għalf għall-klieb u preparazzjoni ta’ Limosilactobacillus reuteri DSM 32264 bħala addittiv fl-għalf għall-qtates (id-detentur tal-awtorizzazzjoni: NBF Lanes s.r.l.) (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(3)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/257 tas-6 ta’ Frar 2023 li jirretifika r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1412 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni taż-żejt essenzjali ilang ilang mill-Cananga odorata (Lam) Hook f. & Thomson bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(4)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/263 tas-7 ta’ Frar 2023 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tat-tafal sepiolitiku bħala addittiv fl-għalf għar-ruminanti tal-ħalib, Suidae miftuma u għat-tismin, salmonidi u tiġieġ għat-tismin (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(5)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2023/255 iħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 870/2012 (5), li huwa inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE u li konsegwentement għandu jitħassar skont il-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(6)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar l-għalf. Il-leġiżlazzjoni li tirrigwarda l-għalf ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fil-prodotti agrikoli tibqa’ estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(7)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 494 (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/669):

“495.

32023 R 0255: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/255 tas-6 ta’ Frar 2023 li jikkonċerna t-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tan-narinġin bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 870/2012 (ĠU L 35, 7.2.2023, p. 11).

496.

32023 R 0256: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/256 tas-6 ta’ Frar 2023 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ Limosilactobacillus reuteri DSM 32203 bħala addittiv fl-għalf għall-klieb u preparazzjoni ta’ Limosilactobacillus reuteri DSM 32264 bħala addittiv fl-għalf għall-qtates (id-detentur tal-awtorizzazzjoni: NBF Lanes s.r.l.) (ĠU L 35, 7.2.2023, p. 15).

497.

32023 R 0257: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/257 tas-6 ta’ Frar 2023 li jirretifika r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1412 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni taż-żejt essenzjali ilang ilang mill-Cananga odorata (Lam) Hook f. & Thomson bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (ĠU L 35, 7.2.2023, p. 19).

498.

32023 R 0263: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/263 tas-7 ta’ Frar 2023 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tat-tafal sepiolitiku bħala addittiv fl-għalf għar-ruminanti tal-ħalib, Suidae miftuma u għat-tismin, salmonidi u tiġieġ għat-tismin (ĠU L 37, 8.2.2023, p. 1).”

2.

It-test tal-punt 71 (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 870/2012) jitħassar.

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/255, (UE) 2023/256, (UE) 2023/257 u (UE) 2023/263 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-28 ta’ Ottubru 2023, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Ottubru 2023.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Pascal SCHAFHAUSER


(1)   ĠU L 35, 7.2.2023, p. 11.

(2)   ĠU L 35, 7.2.2023, p. 15.

(3)   ĠU L 35, 7.2.2023, p. 19.

(4)   ĠU L 37, 8.2.2023, p. 1.

(5)   ĠU L 257, 25.9.2012, p. 10.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1091/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)