|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/1085 |
17.6.2024 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1085
tat-13 ta’ Marzu 2024
li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar il-metodoloġija ta’ valutazzjoni li permezz tagħha l-awtoritajiet kompetenti jivverifikaw il-konformità ta’ istituzzjoni mar-rekwiżiti sabiex jintużaw mudelli interni għar-riskju tas-suq
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 325az(8), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), u t-tielet subparagrafu, tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-istituzzjonijiet jitħallew jużaw biss mudelli interni għar-riskju tas-suq jekk jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet mhux biss jikkonformaw ma’ dawk ir-rekwiżiti meta japplikaw għal permess sabiex jużaw dawk il-mudelli interni, iżda wkoll meta jużaw dawk il-mudelli, u meta japplikaw għal estensjonijiet jew għal bidliet sinifikanti f’dawn il-mudelli interni. Għalhekk huwa xieraq li jiġi stabbilit li l-awtoritajiet kompetenti, meta jivverifikaw jekk l-istituzzjonijiet jikkonformawx ma’ dawk ir-rekwiżiti, japplikaw l-istess kriterji u l-istess metodoloġija ta’ valutazzjoni għal kull waħda minn dawk il-fażijiet. Madankollu, għal raġunijiet ta’ effiċjenza u sabiex jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi, l-awtoritajiet kompetenti, meta jivvalutaw il-konformità mill-istituzzjonijiet li diġà ngħataw permess sabiex jużaw tali mudelli interni alternattivi, jenħtieġ li ma jkunux meħtieġa jivvalutaw mill-ġdid permess bħal dan. Minflok, jenħtieġ li jivvalutaw biss il-konformità ma’ dawk ir-regoli li huma rilevanti għall-kamp ta’ applikazzjoni tal-valutazzjoni kkonċernata, u jibnu, f’kull każ, fuq il-konklużjonijiet minn valutazzjonijiet preċedenti. |
|
(2) |
Sabiex jiġi żgurat li l-istituzzjonijiet jikkonformaw fuq bażi kontinwa mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jevalwaw il-kwalità ġenerali tas-soluzzjonijiet, tas-sistemi u tal-approċċi implimentati minn istituzzjoni, u jitolbu titjib u adattamenti kostanti għal ċirkostanzi mibdulin. |
|
(3) |
Sabiex jiġu żgurati l-armonizzazzjoni u l-komparabbiltà tal-prattiki superviżorji f’ġuriżdizzjonijiet differenti, il-valutazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti ta’ jekk l-istituzzjonijiet jikkonformawx mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 jenħtieġ li tikkonforma ma’ tekniki ta’ valutazzjoni preskrittivi. Madankollu, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jqisu n-natura, id-daqs u l-kumplessità tal-istruttura u tal-mudell tan-negozju ta’ istituzzjoni, il-kumplessità tal-mudelli interni alternattivi, in-natura tal-prodotti finanzjarji li jkopru dawk il-mudelli, il-kwalità tal-informazzjoni pprovduta mill-istituzzjoni kkonċernata, u r-riżorsi li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom. Għalhekk, meta jivvalutaw jekk istituzzjoni tikkonformax mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jingħataw ċerta diskrezzjoni, li tippermettilhom iwettqu kontrolli addizzjonali u li japplikaw l-aktar metodi xierqa għall-verifika tal-konformità ma’ rekwiżiti partikolari. Barra minn hekk, sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jwettqu dik il-valutazzjoni b’mod proporzjonat, u minħabba l-firxa wiesgħa ta’ prodotti finanzjarji disponibbli f’attivitajiet ta’ negozjar, huwa neċessarju li jiġu stabbiliti kategoriji ta’ prodotti finanzjarji ta’ livell dejjem akbar ta’ kumplessità, li fuqhom l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jibbażaw il-valutazzjoni tagħhom. |
|
(4) |
Sabiex jiġi żgurat fehim intern suffiċjenti tal-mudell intern alternattiv, inklużi l-operazzjonijiet esternalizzati, huwa neċessarju li jiġi stabbilit li, minkejja kwalunkwe esternalizzazzjoni ta’ xi għodod ta’ riskju, ta’ sistemi tal-IT, u ta’ soluzzjonijiet għall-ġestjoni tar-riskji, il-kompiti, l-attivitajiet jew il-funzjonijiet ewlenin kollha relatati mal-mudell intern għandhom jitwettqu mill-unità ta’ kontroll tar-riskji msemmija fl-Artikolu 325bi(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Għall-istess raġunijiet, jenħtieġ li dawk ir-regoli jirrikjedu wkoll li l-unità ta’ kontroll tar-riskji timplimenta kontrolli adegwati u twettaq testijiet ta’ kwalità u ta’ validazzjoni għal kwalunkwe soluzzjoni esternalizzata, li d-dokumentazzjoni sħiħa dwar dawk il-kontrolli u t-test tkun disponibbli fil-każijiet kollha, u li l-awtoritajiet kompetenti jivvalutaw kwalunkwe għodda u soluzzjoni tal-IT miksuba minn bejjiegħa terzi b’mod simili għal każijiet li fihom ikunu ġew żviluppati bis-sħiħ permezz ta’ proċessi interni. |
|
(5) |
L-aspetti ta’ governanza u operazzjonali jaqdu rwol ċentrali fil-funzjonament xieraq tal-mudell intern alternattiv. Għalhekk, jenħtieġ li l-metodoloġija sabiex jiġi vverifikat jekk istituzzjoni tikkonformax mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 (“metodoloġija ta’ valutazzjoni”) tivvaluta b’mod komprensiv dawk l-aspetti ta’ governanza u operazzjonali, inkluż l-istabbiliment ta’ post tan-negozjar, ir-rwol tal-maniġment superjuri u tal-korp maniġerjali, l-unità ta’ kontroll tar-riskji, u r-rieżami indipendenti tal-mudell intern alternattiv innifsu. |
|
(6) |
Il-metodoloġija ta’ valutazzjoni relatata mal-aspetti ta’ governanza jenħtieġ li tqis li ċerti istituzzjonijiet li jitolbu permess sabiex jużaw l-approċċ ta’ mudell intern alternattiv diġà kisbu l-approvazzjoni, qabel ma r-Regolament (UE) Nru 575/2013 ġie emendat bir-Regolament (UE) 2019/876 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), sabiex jużaw mudell intern għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq. Għalhekk, huwa neċessarju li jiġu stabbiliti regoli ta’ valutazzjoni li jkunu simili għal dawk stabbiliti fil-passat għal dawk l-aspetti li ma ġewx emendati bir-Regolament (UE) 2019/876, u li jiġu introdotti regoli ġodda li jkopru dispożizzjonijiet ġodda introdotti b’dak ir-Regolament, inklużi r-rekwiżiti tal-post tan-negozjar stabbiliti fl-Artikolu 104b tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. |
|
(7) |
Sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jivvalutaw il-konformità mar-rekwiżiti għall-validazzjoni u għar-rieżami ta’ mudelli interni alternattivi, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet iwettqu l-validazzjoni interna tal-mudell tal-anqas darba fis-sena. Filwaqt li l-validazzjoni inizjali jenħtieġ li tkopri l-metodoloġiji kollha applikati matul il-mudell intern, huwa xieraq li jiġi stabbilit, b’kunsiderazzjoni tar-restrizzjonijiet fuq il-persunal u fuq ir-riżorsi, li l-validazzjoni annwali tiffoka fuq tal-anqas il-kwistjonijiet ewlenin identifikati jew fil-validazzjonijiet interni preċedenti jew fl-awditi interni preċedenti, u fuq kwalunkwe bidla jew metodoloġija ġdida introdotta fil-mudell intern alternattiv. |
|
(8) |
L-attivitajiet ta’ negozjar u s-swieq finanzjarji qegħdin jevolvu b’mod kostanti u rapidu. Sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jqisu dawk il-karatteristiċi meta jivvalutaw jekk l-istituzzjonijiet jikkonformawx mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013, jenħtieġ li l-metodoloġija ta’ valutazzjoni jkun fiha standards kwalitattivi u proċedurali fir-rigward tal-approvazzjoni formali mill-istituzzjoni ta’ strumenti u ta’ prodotti finanzjarji ġodda, u l-introduzzjoni tagħhom fil-qasam tan-negozjar. L-istandards għal politika formali għall-approvazzjoni tal-prodotti ġodda huma neċessarji sabiex jiġi żgurat li l-introduzzjoni ta’ strumenti u ta’ prodotti finanzjarji ġodda, li jistgħu joħolqu fatturi tar-riskju addizzjonali jew jeħtieġu bidliet metodoloġiċi fil-mudelli interni għall-kejl tar-riskju, tkun kompletament kompatibbli mal-kontroll u mal-validazzjoni komprensivi. |
|
(9) |
Il-kwalità tad-data u l-akkuratezza tal-istima tar-riskji u tal-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq jiddependu ħafna fuq l-affidabbiltà tas-sistemi tal-IT użati għal dak l-għan. Bl-istess mod, il-kontinwità u l-konsistenza tal-proċessi ta’ ġestjoni tar-riskji u tal-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq jistgħu jiġu żgurati biss meta t-tali sistemi tal-IT ikunu sikuri, siguri u affidabbli, u meta l-infrastruttura tal-IT tkun robusta biżżejjed. Għalhekk huwa neċessarju li, meta jivvalutaw il-mudelli interni tar-riskju tas-suq, l-awtoritajiet kompetenti jivverifikaw ukoll l-affidabbiltà tas-sistemi tal-IT tal-istituzzjoni u r-robustezza tal-infrastruttura tal-IT użata għall-mudelli interni. |
|
(10) |
Waħda min-novitajiet tal-qafas il-ġdid tar-riskju tas-suq stabbilit fil-Parti Tlieta, it-Titolu IV, il-Kapitolu 1b, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, hija d-determinazzjoni tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji fuq il-bażi ta’ miżuri tan-nuqqas mistenni. Huwa neċessarju li jiġi żgurat li l-istituzzjonijiet jimmonitorjaw b’mod attiv l-akkuratezza ta’ dawk iċ-ċifri. Għalhekk, huwa xieraq li l-istituzzjonijiet jintalbu jittestjaw direttament b’mod retrospettiv il-miżuri tan-nuqqas mistenni tagħhom bħala parti mill-programm ta’ ttestjar retrospettiv intern meħtieġ mill-Artikolu 325bj tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Peress li għad ma hemmx metodoloġija stabbilita fost il-parteċipanti fis-suq għall-ittestjar retrospettiv ta’ kejl tan-nuqqas mistenni, jenħtieġ li ma tiġi preskritta l-ebda metodoloġija speċifika, u jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jitħallew liberi li jqisu l-evoluzzjoni ta’ tekniki ġodda u tal-aħjar prattiki f’dak ir-rigward, f’konformità mar-rekwiżiti kwalitattivi stabbiliti fl-Artikolu 325bi ta’ dak ir-Regolament. |
|
(11) |
Il-mudelli ta’ kejl tar-riskju intern jistgħu jitqiesu biss bħala implimentati b’integrità, kif imsemmi fl-Artikolu 325bi(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, meta jkunu ssodisfati r-rekwiżiti regolatorji kollha. Barra minn hekk, diversi elementi kostitwenti tar-riformi ta’ Basel fil-qasam tar-riskju tas-suq ġew implimentati fid-dritt tal-Unjoni permezz ta’ atti delegati, fost l-oħrajn ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2058 (3), ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2059 (4), ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2060 (5), ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/1577 (6), ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/1578 (7) u r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/397 (8). Minn dan isegwi li l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jikkunsidraw jekk l-istituzzjonijiet jikkonformawx mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013, filwaqt li jqisu dawk l-atti delegati. Sabiex tiġi żgurata valutazzjoni komprensiva tal-konformità tal-mudelli interni tar-riskju tas-suq, huwa neċessarju li jiġu speċifikati tekniki għall-awtoritajiet kompetenti sabiex jivvalutaw il-konformità tal-istituzzjonijiet mal-aspetti koperti kemm mir-Regolament (UE) Nru 575/2013 kif ukoll minn dawk ir-regolamenti delegati. Għal dik ir-raġuni, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jeżaminaw dokumentazzjoni speċifika li l-istituzzjonijiet huma meħtieġa jipproduċu. |
|
(12) |
Ir-rekwiżiti tal-ittestjar retrospettiv u tal-attribuzzjoni tal-profitt u tat-telf jipprovdu bażi solida għal monitoraġġ kritiku tal-prestazzjoni tal-mudell intern tal-kejl tar-riskji. Għalhekk, huwa neċessarju li jiġu stabbiliti regoli ta’ valutazzjoni sabiex jitqiesu r-riżultati ta’ dawk it-testijiet. Fir-rigward tal-ittestjar retrospettiv, jenħtieġ li jiġi żgurat li l-qabżiet tal-valur jiġu analizzati b’mod kritiku sabiex jiġu identifikati dgħufijiet potenzjali fil-mudell, u li l-istituzzjonijiet jimmonitorjaw jekk il-bidliet fil-valuri tal-portafolli jkunux xprunati minn fatturi tar-riskju mudellabbli jew mhux mudellabbli. Barra minn hekk, fid-dawl tar-riżultati tat-test tal-attribuzzjoni tal-profitt u tat-telf, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jivvalutaw l-akkuratezza tal-funzjonijiet tal-ipprezzar użati mill-istituzzjoni, billi l-akkuratezza tagħhom hija essenzjali għal kalkolu tajjeb tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji. |
|
(13) |
Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 325bh tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, huwa neċessarju li dawk ir-rekwiżiti jiġu speċifikati ulterjorment. Jekk l-istituzzjonijiet jikkonformawx ma’ dawk ir-rekwiżiti jenħtieġ li jiġi vvalutat fuq il-bażi tal-kategoriji wisgħin tal-fattur tar-riskju msemmijin fit-Tabella 2 tal-Artikolu 325bd tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Għalhekk, għal kull waħda minn dawk il-kategoriji, huwa neċessarju li jiġi stabbilit kif l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk ir-riskju ta’ bażi jkunx kopert, u jekk it-trattament tal-kurvi u tas-superfiċi fil-mudell intern tal-kejl tar-riskji jkunx tajjeb. |
|
(14) |
Minħabba n-natura li tinbidel malajr u li dejjem tevolvi tas-swieq finanzjarji, data mhux affidabbli, mhux akkurata, inkompluta jew skaduta tirriżulta fi żbalji fl-istima tar-riskji u fil-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji, inkluż f’mudelli tar-riskju tas-suq. Fil-kuntest tal-proċessi ta’ ġestjoni tar-riskji ta’ istituzzjoni, data żbaljata bħal din tista’ twassal ukoll għal deċiżjonijiet ħżiena dwar il-ġestjoni. Konsegwentement, sabiex jiġu żgurati l-affidabbiltà u l-kwalità għolja tad-data u l-użu xieraq tagħha fil-proċessi interni u fil-proċessi għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji, il-mod kif tinġabar u tinħażen id-data u l-proċeduri għal tali ġbir u ħżin jenħtieġ li jkunu ddokumentati sew, inkluża deskrizzjoni sħiħa tal-karatteristiċi, tal-kontrolli tal-kwalità, tal-filtri awtomatiċi, u tas-sorsi speċifiċi tad-data ta’ kuljum. Għalhekk, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti, meta jivvalutaw il-mudelli interni tar-riskju tas-suq, jagħtu attenzjoni partikolari lill-kwalità u lill-affidabbiltà tad-data użata għall-finijiet ta’ mmudellar, u lill-proċessi applikati sabiex jiġi żgurat li tali kwalità u affidabbiltà jinżammu. |
|
(15) |
Sabiex jiġi żgurat kalkolu korrett tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji, l-awtoritajiet kompetenti, meta jivvalutaw il-kwalità ġenerali tad-data, jenħtieġ li jivvalutaw jekk l-approċċ użat mill-istituzzjoni għall-indikazzjoni tas-serje kronoloġika jkunx wieħed tajjeb. Għalhekk, jenħtieġ li l-metodoloġija ta’ valutazzjoni tivverifika li r-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 li jirregolaw l-użu ta’ indikaturi jiġu ssodisfati. Meta rilevanti, ir-regoli stabbiliti f’dik il-metodoloġija ta’ valutazzjoni jenħtieġ li jvarjaw skont jekk is-serje kronoloġika li għaliha ntuża indikatur tkunx relatata ma’ fattur tar-riskju li għadda mill-valutazzjoni tal-mudellabbiltà, jew ma’ fattur tar-riskju li ma għaddiex minnha. |
|
(16) |
Fir-rigward tal-mudell intern tar-riskju ta’ inadempjenza, u b’mod aktar partikolari l-Artikoli 325bn, 325bo, 325bp tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, huwa neċessarju li l-metodoloġija ta’ valutazzjoni tiżgura li dawk il-mudelli tar-riskju jwasslu għal riżultati akkurati. Għalhekk, ir-regoli stabbiliti fil-metodoloġija ta’ valutazzjoni jenħtieġ li jkopru l-aspetti kollha li jaffettwaw l-eżitu ta’ dawk il-mudelli, inkluż l-ambitu tal-pożizzjonijiet koperti minn dawk il-mudelli, l-istimi tal-probabbiltajiet ta’ inadempjenza u t-telf fil-każ ta’ inadempjenza, l-għażla ta’ fatturi tar-riskju sistematiku sabiex jissimulaw l-inadempjenza tal-emittenti, u s-suppożizzjonijiet kollha tal-immudellar magħmulin mill-istituzzjoni, inkluża kwalunkwe suppożizzjoni ta’ kopula magħmula għas-simulazzjoni tal-inadempjenza ta’ emittenti multipli. |
|
(17) |
Ir-riskji li jirriżultaw mit-tibdil fil-klima u minn kwistjonijiet ambjentali usa’ qegħdin ibiddlu l-istampa tar-riskju għas-settur finanzjarju u huma mistennijin isiru saħansitra aktar prominenti. Meta titqies l-importanza ta’ dawk il-motivaturi tar-riskju, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jivverifikaw li l-istituzzjonijiet iqisu dawk il-motivaturi tar-riskju fil-programmi tagħhom ta’ ttestjar tal-istress imsemmijin fl-Artikolu 325bi(1), il-punt (g), ir-Regolament (UE) Nru 575/2013. F’dak il-kuntest, l-istituzzjonijiet diġà ħadu passi sabiex jinkludu r-riskji ambjentali fil-programmi tagħhom ta’ ttestjar tal-istress. Madankollu, sabiex jiġi żgurat li l-istituzzjonijiet ikollhom biżżejjed żmien sabiex jirriflettu bis-sħiħ dawk ir-riskji fil-programmi tagħhom ta’ ttestjar tal-istress, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jivvalutaw il-konformità tal-istituzzjonijiet ma’ kwalunkwe rekwiżit relatat mat-tibdil fil-klima u ma’ aspetti usa’ relatati mal-ambjent biss mill-1 ta’ Jannar 2025. Bl-istess mod, fid-dawl tal-kumplessità tal-implimentazzjoni tal-ittestjar retrospettiv dirett tan-nuqqas mistenni, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jingħataw perjodu addizzjonali qabel ma l-awtoritajiet kompetenti jivvalutaw il-konformità tagħhom f’dan il-qasam. Għalhekk, jenħtieġ li d-data relatata tal-applikazzjoni tal-valutazzjoni tiġi stabbilita li tibda mill-1 ta’ Jannar 2026. |
|
(18) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji ppreżentat lill-Kummissjoni mill-Awtorità Bankarja Ewropea. |
|
(19) |
L-Awtorità Bankarja Ewropea wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji relatati potenzjali u talbet il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati stabbilit f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU 1
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Struttura tal-valutazzjoni
1. Meta jivverifikaw il-konformità ta’ istituzzjoni mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 325bh, 325bi, 325bn, 325bo, u 325bp tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw:
|
(a) |
l-aspetti ta’ governanza, f’konformità mal-Kapitolu 2 ta’ dan ir-Regolament; |
|
(b) |
l-aspetti relatati mal-mudell intern tal-kejl tar-riskji użat sabiex jiġu kkalkolati l-kejl tan-nuqqas mistenni u l-kejl tar-riskju tax-xenarju ta’ stress, f’konformità mal-Kapitolu 3 ta’ dan ir-Regolament; |
|
(c) |
l-aspetti relatati mal-mudell intern tar-riskju ta’ inadempjenza użat sabiex jiġi kkalkolat ir-rekwiżit ta’ fondi proprji addizzjonali għar-riskju ta’ inadempjenza, f’konformità mal-Kapitolu 4 ta’ dan ir-Regolament. |
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw il-prinċipji relatati mal-proporzjonalità f’konformità mal-Artikolu 2, il-kwalità tad-dokumentazzjoni f’konformità mal-Artikolu 3, u l-arranġamenti ta’ esternalizzazzjoni f’konformità mal-Artikolu 4.
2. Awtorità kompetenti li tidentifika, bħala parti mill-valutazzjoni mwettqa f’konformità ma’ dan ir-Regolament, nuqqasijiet sinifikanti fil-mudell intern tal-kejl tar-riskji fir-rigward ta’ xi klassijiet ta’ prodotti f’post tan-negozjar partikolari, jew li ma tistax tikkonferma li dak il-mudell għandu rekord ipprovat li jkun raġonevolment akkurat fil-kejl tar-riskji li jikkorrispondu għal dawk il-klassijiet ta’ prodotti, tista’ tagħmel waħda minn dawn li ġejjin:
|
(a) |
tirrikjedi li l-istituzzjoni tneħħi l-pożizzjonijiet li jikkorrispondu għal dawk il-klassijiet ta’ prodotti minn dak il-post tan-negozjar; |
|
(b) |
tirrifjuta li tagħti permess sabiex jiġu kkalkolati r-rekwiżiti ta’ fondi proprji f’konformità mal-approċċ ta’ mudell intern għal dak il-post tan-negozjar. |
3. Awtorità kompetenti li tasal għall-konklużjoni li l-klassijiet ta’ prodotti f’post tan-negozjar partikolari jiġu rreġistrati back-to-back ma’ dak ta’ entità oħra tal-grupp li hija barra mill-ambitu tal-ogħla livell ta’ konsolidazzjoni fi ħdan l-Unjoni, u li tali reġistrazzjoni back-to-back tfixkel lill-awtorità kompetenti sabiex tivvaluta jekk il-mudell intern tal-kejl tar-riskji għandux rekord ipprovat li jkun raġonevolment akkurat fil-kejl tar-riskji li jikkorrispondu għal dawk il-klassijiet ta’ prodotti, tista’ tagħmel waħda minn dawn li ġejjin:
|
(a) |
tirrikjedi li l-istituzzjoni tneħħi l-pożizzjonijiet li jikkorrispondu għal dawk il-klassijiet ta’ prodotti minn dak il-post tan-negozjar; |
|
(b) |
tirrifjuta li tagħti l-permess sabiex jiġu kkalkolati r-rekwiżiti ta’ fondi proprji f’konformità mal-approċċ ta’ mudell intern għal dak il-post tan-negozjar. |
4. Meta r-riskju tas-suq ta’ pożizzjonijiet li jikkorrispondu għal xi klassijiet ta’ prodotti jiġi ttrasferit lil entità oħra tal-grupp li tkun barra mill-ambitu tal-ogħla livell ta’ konsolidazzjoni fl-Unjoni, u meta l-effetti ta’ tali trasferiment ikunu de facto jixbhu dawk ta’ pożizzjonijiet irreġistrati back-to-back, l-awtorità kompetenti tista’ tapplika l-paragrafu 3.
Artikolu 2
Proporzjonalità — kategoriji ta’ prodotti u kumplessitajiet tal-mudelli
L-awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw il-metodoloġija ta’ valutazzjoni stabbilita f’dan ir-Regolament b’mod li jkun proporzjonat għad-daqs u għall-kumplessità tal-attivitajiet ta’ negozjar inklużi fil-mudell intern, fuq il-bażi tal-kategoriji ta’ strumenti finanzjarji li ġejjin f’ordni dejjem akbar ta’ kumplessità:
|
(a) |
strumenti sempliċi mingħajr opzjonalità; |
|
(b) |
strumenti, għajr dawk imsemmijin fil-punt (a), mingħajr karatteristiċi dipendenti fuq il-perkors, fuq sottostanti wieħed, inklużi indiċijiet, bi gwadann kontinwu fl-istess munita bħas-sottostanti; |
|
(c) |
strumenti b’karatteristiċi dipendenti fuq il-perkors, strumenti b’sottostanti multipli, strumenti bi gwadanji f’muniti li huma differenti minn dawk tas-sottostanti, u kwalunkwe strument ieħor li ma huwiex imsemmi fil-punt (a) jew (b). |
Artikolu 3
Kwalità u awditjar tad-dokumentazzjoni
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw li d-dokumentazzjoni sottomessa minn istituzzjoni b’appoġġ għall-applikazzjoni tagħha għal permess sabiex tuża mudell intern għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq tkun ta’ kwalità suffiċjenti u tkun dettaljata u akkurata biżżejjed sabiex tippermetti l-eżami minn partijiet terzi kwalifikati.
B’mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw li:
|
(a) |
id-dokumentazzjoni kkonċernata tiġi approvata fil-livell maniġerjali xieraq tal-istituzzjoni b’awtorità suffiċjenti delegata mill-korp maniġerjali għall-finijiet tal-mudelli interni; |
|
(b) |
l-istituzzjoni tkun stabbiliet politiki li jiżguraw standards ta’ kwalità għolja għad-dokumentazzjoni interna, inkluża akkontabilità interna sabiex tiżgura li d-dokumentazzjoni kkonċernata tkun kompluta, konsistenti, akkurata, aġġornata, approvata f’konformità mal-punt (a), u sigura; |
|
(c) |
id-dokumentazzjoni stabbilita fil-politiki msemmijin fil-punt (b) tipprevedi l-identifikazzjoni tat-tip ta’ dokument, tal-awtur, tar-reviżuri, tal-aġent awtorizzanti, tas-sid, tad-dati tal-iżvilupp u tal-approvazzjoni, tan-numru tal-verżjoni, u tal-kronoloġija tal-emendi; |
|
(d) |
l-istituzzjoni tiddokumenta b’mod akkurat u diliġenti l-politiki, il-proċeduri u l-metodoloġiji li tapplika skont dan ir-Regolament; |
|
(e) |
id-dokumentazzjoni kkonċernata tkun dettaljata biżżejjed sabiex tippermetti lil partijiet terzi kwalifikati jifhmu l-aspetti kollha tal-mudell intern tal-kejl tar-riskji. |
Artikolu 4
Esternalizzazzjoni
1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw li l-esternalizzazzjoni minn istituzzjoni ta’ kwalunkwe kompitu, attività jew funzjoni relatata mat-tfassil, mal-implimentazzjoni, u mal-validazzjoni tal-mudelli interni ma tipprevjenix jew ma tfixkilx l-applikazzjoni tal-metodoloġija ta’ valutazzjoni stabbilita f’dan ir-Regolament.
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk:
|
(a) |
il-kompiti u r-responsabbiltajiet riżervati għall-unità ta’ kontroll tar-riskji ma jiġux esternalizzati; |
|
(b) |
il-maniġment superjuri u l-korp maniġerjali jkunux involuti b’mod attiv fis-superviżjoni ta’ kwalunkwe kompitu esternalizzat mill-istituzzjoni, u fl-akkwist ta’ kwalunkwe soluzzjoni ta’ għodda għall-maniġjar tar-riskji tal-IT minn partijiet terzi; |
|
(c) |
l-istituzzjoni nnifisha jkollhiex biżżejjed għarfien dwar kwalunkwe kompitu, attività jew funzjoni esternalizzata u dwar l-istruttura ta’ kwalunkwe data u metodoloġija miksuba minn parti terza, u tkun tista’ tivverifika l-kwalità tal-ħidma mwettqa mill-parti terza li lilha testernalizza l-kompiti tagħha, kif ukoll ir-riżultati ta’ dik il-ħidma; |
|
(d) |
l-awditu intern u l-monitoraġġ kontinwu mill-istituzzjoni ta’ kwalunkwe kompitu, attività u funzjoni esternalizzata ma jkunux limitati jew inibiti minn tali esternalizzazzjoni; |
|
(e) |
jingħatax aċċess sħiħ għall-informazzjoni rilevanti kollha lill-awtoritajiet kompetenti. |
3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw li partijiet terzi involuti fl-iżvilupp ta’ metodoloġiji għall-valutazzjoni tar-riskju tas-suq użati mill-istituzzjoni ma jkunux involuti fil-validazzjoni interna inizjali jew kontinwa tal-mudell mill-istituzzjoni.
4. Għall-finijiet tal-paragrafi 1, 2 u 3, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrieżaminaw il-ftehim ta’ esternalizzazzjoni bejn l-istituzzjoni u l-parti terza. Meta xieraq, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu wkoll:
|
(a) |
jintervistaw jew jirrikjedu s-sottomissjoni ta’ dikjarazzjonijiet bil-miktub minn kwalunkwe wieħed jew waħda minn fost dawn li ġejjin:
|
|
(b) |
jirrieżaminaw dokumenti rilevanti oħrajn tal-istituzzjoni jew tal-parti terza. |
KAPITOLU 2
VALUTAZZJONI TAR-REKWIŻITI KWALITATTIVI
Artikolu 5
Ħarsa ġenerali lejn il-valutazzjoni tar-rekwiżiti kwalitattivi
Meta jivvalutaw il-konformità ta’ istituzzjoni mar-rekwiżiti kwalitattivi stabbiliti fl-Artikolu 325bi tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-awtoritajiet kompetenti għandhom:
|
(a) |
jivverifikaw jekk l-istituzzjoni għandhiex struttura organizzazzjonali ċara għall-governanza u għall-maniġjar tal-mudell tar-riskju tas-suq, inklużi linji ta’ responsabbiltà definiti sew, trasparenti u xierqa; |
|
(b) |
jivverifikaw jekk il-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-istituzzjoni rigward l-aspetti kollha tal-mudelli interni tar-riskju tas-suq ikunx stabbilit b’mod ċar fid-dokumentazzjoni interna tal-istituzzjoni; |
|
(c) |
jivverifikaw, f’konformità mal-Artikolu 6:
|
|
(d) |
jivverifikaw, f’konformità mal-Artikolu 7, jekk l-istabbiliment tal-postijiet tan-negozjar li għalihom l-istituzzjoni tkun fil-proċess li tingħata l-approvazzjoni, jew li tkun diġà kisbet l-approvazzjoni, ikunx adegwat; |
|
(e) |
jivvalutaw, f’konformità mal-Artikolu 8, il-governanza interna u s-sorveljanza tal-istituzzjoni fir-rigward tal-unità ta’ kontroll tar-riskji; |
|
(f) |
jivvalutaw, f’konformità mal-Artikolu 9, jekk il-politika interna tkunx adegwata għall-introduzzjoni ta’ prodotti ġodda; |
|
(g) |
jivverifikaw, f’konformità mal-Artikolu 10, jekk il-mudell intern ikunx irrieżaminat b’mod indipendenti; |
|
(h) |
jivvalutaw:
|
|
(i) |
jivvalutaw, f’konformità mal-Artikolu 13, l-adegwatezza tar-rapportar regolari intern; |
|
(j) |
jivvalutaw:
|
|
(k) |
jivvalutaw:
|
|
(l) |
jivvalutaw, f’konformità mal-Artikolu 19, l-adegwatezza tas-sistemi tal-IT; |
|
(m) |
jivverifikaw, f’konformità mal-Artikolu 20, jekk il-mudell intern tal-kejl tar-riskji, inkluż kwalunkwe mudell ta’ pprezzar, għandux rekord ipprovat li huwa akkurat b’mod raġonevoli fil-kejl tar-riskji, u li ma jvarjax b’mod sinifikanti mill-mudelli li l-istituzzjoni tuża għall-maniġġjar tar-riskji intern tagħha. |
Għall-finijiet tal-punt (a), l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu n-natura u d-daqs tal-istituzzjoni, u l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħha.
Artikolu 6
Valutazzjoni tal-adegwatezza tal-kompożizzjoni u tar-rwol tal-korp maniġerjali u tal-maniġment superjuri
1. Meta jivvalutaw l-adegwatezza tal-kompożizzjoni u r-rwol tal-maniġment superjuri u tal-korp maniġerjali kif imsemmi fl-Artikolu 325bi(1), il-punt (c), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-awtoritajiet kompetenti għandhom:
|
(a) |
jivverifikaw jekk l-istituzzjoni, fid-dokumentazzjoni tagħha tas-sistema ta’ maniġġjar tar-riskji, tiddeskrivix:
|
|
(b) |
jivverifikaw jekk il-maniġment superjuri huwiex magħmul minn membri li jirrappreżentaw l-ogħla livelli ġerarkiċi taħt il-korp maniġerjali, u ddefinixxiex ir-responsabbiltà għall-funzjonament xieraq tal-mudell intern għar-riskju tas-suq; |
|
(c) |
jivverifikaw jekk il-kompożizzjoni ta’ kwalunkwe struttura ta’ kumitat intern stabbilita mill-korp maniġerjali insostenn tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tiegħu hijiex adegwata, kif meħtieġ mill-paragrafu 2; |
|
(d) |
jivverifikaw jekk ir-rwol tal-maniġment superjuri jkunx adegwat, kif meħtieġ mill-paragrafu 3; |
|
(e) |
jivverifikaw jekk ir-rwol tal-korp maniġerjali, u tal-kumitati li jikkostitwixxu l-istruttura tal-kumitat intern imsemmija fil-punt (c), humiex adegwati, kif meħtieġ mill-paragrafu 4. |
Meta korp maniġerjali ta’ istituzzjoni jiddelega kwalunkwe wieħed mill-kompiti tiegħu lil kumitat intern, l-awtoritajiet kompetenti għandhom, fil-kuntest ta’ dawk il-kompiti delegati, jagħmlu l-valutazzjonijiet meħtieġa minn dan ir-Regolament fil-livell tal-kumitat intern maħtur mill-korp maniġerjali.
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (c), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk:
|
(a) |
għal kull kumitat tal-istruttura tal-kumitat intern, il-korp maniġerjali stabbilixxiex b’mod ċar il-mandat, il-ġerarkija, il-linji ta’ rapportar, il-membri permanenti, il-frekwenza tal-laqgħat, u l-livelli ta’ responsabbiltà tiegħu; |
|
(b) |
l-istruttura tal-kumitat intern għandha kumitat li jivvaluta kwalunkwe prodott ġdid, jipproponi dawk il-prodotti lill-maniġment superjuri għall-approvazzjoni, u jimmonitorja dawk il-prodotti u jekk l-unità għall-kontroll tar-riskji, u kwalunkwe funzjoni oħra tal-istituzzjoni li tkun affettwata mill-introduzzjoni ta’ prodott ġdid, ikunu rrappreżentati f’kumitat bħal dan; |
|
(c) |
il-governanza li tirfed l-istruttura tal-kumitat intern tippermetti l-kontroll effettiv u f’waqtu tal-limiti tal-pożizzjoni interni kollha msemmijin fl-Artikolu 325bi(1), il-punt (b), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; |
|
(d) |
il-governanza li tirfed l-istruttura tal-kumitat intern tiżgura l-involviment attiv tal-korp maniġerjali fil-proċess tal-kontroll tar-riskji kif meħtieġ mill-Artikolu 325bi(1), il-punt (c), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; |
|
(e) |
bħala parti mid-dokumentazzjoni interna, l-istituzzjoni ddokumentat l-aspetti kollha msemmijin fil-punt (a). |
3. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (d), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk:
|
(a) |
il-maniġment superjuri tal-istituzzjoni jiħux azzjonijiet korrettivi xierqa meta dgħufijiet fil-mudell intern tal-kejl tar-riskji jew fil-mudell intern tar-riskju ta’ inadempjenza jiġu identifikati minn kwalunkwe minn fost dawn li ġejjin:
|
|
(b) |
il-maniġment superjuri tal-istituzzjoni jiġi infurmat dwar ir-rakkomandazzjonijiet magħmulin mill-awditu intern, mill-unità ta’ kontroll tar-riskji, mill-funzjoni ta’ validazzjoni, u jagħti segwitu għalihom, fir-rigward tal-mudell intern tal-kejl tar-riskji jew tal-mudell intern tar-riskju ta’ inadempjenza; |
|
(c) |
il-maniġment superjuri tal-istituzzjoni jkun jista’ jiżgura l-kwalità ġenerali tal-governanza tal-istituzzjoni tal-valwazzjoni ta’ pożizzjonijiet inkluża fil-mudell intern tal-kejl tar-riskji jew fil-mudell intern tar-riskju ta’ inadempjenza. |
4. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (e), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk il-korp maniġerjali:
|
(a) |
fuq il-bażi ta’ proposta mill-unità ta’ kontroll tar-riskji, japprovax il-politiki u l-proċeduri rilevanti kollha relatati mal-implimentazzjoni tal-mudell intern, inkluża l-istruttura organizzazzjonali xierqa, sabiex jiġi żgurat li l-mudell intern jiġi implimentat b’integrità; |
|
(b) |
fuq il-bażi ta’ proposta mill-unità ta’ kontroll tar-riskji u wara kunsiderazzjoni xierqa tal-konklużjonijiet u tar-rakkomandazzjonijiet li jirriżultaw mill-proċess ta’ validazzjoni, japprovax il-metodoloġiji għall-valutazzjoni tar-riskju tas-suq applikati fil-mudell intern; |
|
(c) |
fuq il-bażi ta’ valutazzjoni mill-unità ta’ kontroll tar-riskji u wara kunsiderazzjoni xierqa tal-konklużjonijiet u tar-rakkomandazzjonijiet li jirriżultaw mill-proċess ta’ validazzjoni, japprovax kwalunkwe prodott ġdid; |
|
(d) |
fuq il-bażi ta’ proposta mill-unità ta’ kontroll tar-riskji, japprovax u jaġġornax il-limiti tal-pożizzjonijiet interni; |
|
(e) |
fuq il-bażi ta’ proposta mill-unità ta’ kontroll tar-riskji li tistabbilixxi u tivvaluta l-livell aċċettabbli ta’ riskju, japprovax il-livell aċċettabbli ta’ riskju, l-allokazzjoni interna tal-kapital u l-baġit mill-post tan-negozjar; |
|
(f) |
jadottax il-proċedura ta’ approvazzjoni għal ksur tal-limiti ta’ pożizzjonijiet interni; |
|
(g) |
japprovax jew jirrikjedix azzjonijiet korrettivi fir-rigward ta’ ksur tal-limiti ta’ pożizzjonijiet interni li jkunu ġew eskalati mill-unità ta’ kontroll tar-riskji f’konformità mal-Artikolu 16(1)(b); |
|
(h) |
fuq il-bażi ta’ proposta mill-unità ta’ kontroll tar-riskji:
|
Artikolu 7
Valutazzjoni ta’ jekk il-postijiet tan-negozjar jikkonformawx mal-Artikolu 104b tar-Regolament (UE) Nru 575/2013
Meta jivvalutaw jekk il-postijiet tan-negozjar jikkonformawx mal-Artikolu 104b tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-awtoritajiet kompetenti għandhom:
|
(a) |
jirrieżaminaw l-istrateġija tan-negozju msemmija fl-Artikolu 104b ta’ dak ir-Regolament kif dokumentata fil-politiki interni tal-istituzzjoni skont l-Artikolu 325bi(1), il-punt (e), ta’ dak ir-Regolament, u jivverifikaw jekk:
|
|
(b) |
jivverifikaw jekk it-tranżazzjonijiet bejn l-postijiet tan-negozjar ikunux konsistenti mal-istrateġiji tan-negozju ta’ dawk il-postijiet tan-negozjar u li dawk it-tranżazzjonijiet ma jitwettqux sabiex:
|
|
(c) |
jirrieżaminaw l-istruttura organizzazzjonali msemmija fl-Artikolu 104b(2), fil-punt (b), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju annwali msemmi fl-Artikolu 104b(2), il-punt (e), ta’ dak ir-Regolament, kif dokumentat fil-politiki interni tal-istituzzjoni skont l-Artikolu 325bi(1), il-punt (e), ta’ dak ir-Regolament; |
|
(d) |
jivverifikaw jekk għal kull post tan-negozjar, l-istituzzjoni tkunx identifikat negozjant ewlieni wieħed jew tnejn, u li, meta jkunu nħatru żewġ negozjanti ewlenin, ikollhom rwoli, responsabbiltajiet, u awtoritajiet li jkunu separati b’mod ċar, jew wieħed ikollu sorveljanza aħħarija fuq l-ieħor; |
|
(e) |
jirrieżaminaw ir-rapporti msemmijin fl-Artikolu 104b(2), fil-punti (d) u (f), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, u jivverifikaw jekk l-aspetti kollha msemmijin f’dawk il-punti jkunux irrispettati; |
|
(f) |
jivverifikaw jekk l-istituzzjoni tiddokumentax u tiġġustifikax kif xieraq każijiet li fihom negozjant jiġi assenjat lil aktar minn post tan-negozjar wieħed kif imsemmi fl-Artikolu 104b(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, u, għal dak l-għan:
|
|
(g) |
jivverifikaw jekk ir-raġuni għall-inklużjoni tal-postijiet tan-negozjar fl-ambitu tal-approċċ ta’ mudell intern alternattiv tissodisfax il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
|
|
(h) |
jivverifikaw jekk l-istrateġija tan-negozju tfissirx li tal-anqas 10 % tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq jiġu kkalkolati f’konformità mal-approċċ ta’ mudell intern. |
Għall-finijiet tal-punt (a)(i), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk l-istrateġija tan-negozju tispeċifikax kemm mill-attivitajiet ta’ negozjar huma xprunati mill-klijenti, u jekk l-istrateġija tan-negozju tinvolvix l-oriġini u l-istrutturar tan-negozjar, jew l-eżekuzzjoni ta’ servizzi, jew it-tnejn li huma.
Għall-finijiet tal-punt (b), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, meta jkun xieraq, jirrikjedu li l-istituzzjoni tipprovdi kampjun ta’ tranżazzjonijiet bejn il-postijiet tan-negozjar, inkluż bejn il-postijiet tan-negozjar li għalihom l-istituzzjoni tikkalkola r-rekwiżiti ta’ fondi proprji bl-approċċ ta’ mudell intern u l-postijiet tan-negozjar li għalihom l-istituzzjoni tuża l-approċċ standardizzat.
Artikolu 8
Valutazzjoni tal-governanza interna u tas-sorveljanza tal-istituzzjoni fir-rigward tal-unità ta’ kontroll tar-riskji
1. Meta jkunu qegħdin jivvalutaw il-governanza interna u s-sorveljanza tal-istituzzjoni f’dak li għandu x’jaqsam mal-unità ta’ kontroll tar-riskji msemmija fl-Artikolu 325bi(1), il-punt (b), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw li l-unità ta’ kontroll tar-riskji:
|
(a) |
tkun kompletament separata u indipendenti mill-persunal u mill-funzjonijiet maniġerjali responsabbli għall-oqsma tan-negozju tan-negozjar; |
|
(b) |
tkun irrappreżentata kif xieraq fil-korpi deċiżjonali tal-istituzzjoni u tkun involuta fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet meta kwalunkwe waħda mill-kwistjonijiet li ġejjin tkun fuq l-aġenda:
|
|
(c) |
tkun adegwata, tkun proporzjonata għad-daqs tal-istituzzjoni u għar-riskji tan-negozju, u jkollha r-riżorsi neċessarji sabiex twettaq il-kompiti tagħha b’mod effettiv; |
|
(d) |
ikollha persunal b’esperjenza, bi kwalifiki u mħarreġ suffiċjenti sabiex iwettaq l-attivitajiet rilevanti kollha għall-maniġjar effettiv tar-riskji tal-mudell intern u għall-monitoraġġ u għall-ikkontestar tal-azzjonijiet ta’ unitajiet oħrajn, b’mod partikolari tal-unitajiet tan-negozju tan-negozjar; |
|
(e) |
tkun responsabbli għall-eżitu tal-kalkoli bbażati fuq il-mudell intern ta’ kejl tar-riskji u fuq il-mudell intern tar-riskju ta’ inadempjenza. |
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punt (a), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk:
|
(a) |
l-unità ta’ kontroll tar-riskji tkunx magħmula minn struttura organizzazzjonali separata waħda jew aktar fl-organigramma tal-istituzzjoni; |
|
(b) |
il-kapijiet tal-unità jew tal-unitajiet ta’ kontroll tar-riskji jkunux maniġers superjuri tal-istituzzjoni; |
|
(c) |
il-persunal u l-maniġment superjuri responsabbli għall-unità jew għall-unitajiet ta’ kontroll tar-riskji ma jkunux responsabbli għal kwalunkwe attività tan-negozju ta’ negozjar; |
|
(d) |
il-maniġers superjuri tal-unità ta’ kontroll tar-riskji u dawk responsabbli għall-oqsma tan-negozju jkollhomx linji ta’ rapportar differenti għall-korp maniġerjali tal-istituzzjoni; |
|
(e) |
ir-remunerazzjoni varjabbli tal-persunal u tal-maniġment superjuri responsabbli għall-unità ta’ kontroll tar-riskji ma tkunx marbuta mat-twettiq tal-kompiti relatati ma’ oqsma tan-negozju ta’ negozjar taħt is-superviżjoni tagħhom b’mod li jfixkel jew jimpedixxi l-indipendenza tagħhom. |
3. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punt (b), l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu:
|
(a) |
il-fehma dokumentata tal-unità ta’ kontroll tar-riskji meta jew il-korp maniġerjali jew il-kumitat rilevanti tal-istruttura tal-kumitat intern jiddiskutu kwalunkwe waħda mill-kwistjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1, il-punt (b); |
|
(b) |
il-minuti tal-korp maniġerjali tal-istituzzjoni jew tal-kumitat rilevanti tal-istruttura tal-kumitat intern, u l-punti ta’ azzjoni riflessi fihom; |
|
(c) |
ir-rapporti tal-unità ta’ kontroll tar-riskji dwar il-limiti ta’ pożizzjoni interna, u kwalunkwe deċiżjoni dwar il-ksur tal-limitu; |
|
(d) |
informazzjoni pprovduta mill-persunal u mill-maniġment superjuri tal-istituzzjoni, meta xieraq. |
Għall-finijiet tal-punt (b), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw il-grad ta’ involviment tal-unità ta’ kontroll tar-riskji meta l-korp maniġerjali tal-istituzzjoni jew il-kumitat rilevanti tal-istruttura tal-kumitat intern jiddiskutu kwalunkwe waħda mill-kwistjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1, il-punt (b). L-awtoritajiet kompetenti għandhom jidentifikaw każijiet li fihom il-fehma tal-unità ta’ kontroll tar-riskji u d-deċiżjoni finali meħuda jew mill-korp maniġerjali jew mill-kumitat rilevanti tal-istruttura tal-kumitat intern ivarjaw.
Artikolu 9
Valutazzjoni tal-politika dwar prodotti ġodda
Meta jivvalutaw jekk il-politiki interni msemmijin fl-Artikolu 325bi(1)(e) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 humiex adegwati għall-introduzzjoni ta’ kwalunkwe prodott ġdid, li jinkludi strumenti finanzjarji, attivitajiet, swieq, postijiet ta’ reġistrazzjoni jew linji operatorji ġodda, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk:
|
(a) |
l-unità ta’ kontroll tar-riskji jkollhiex iddokumentata politika dwar prodotti ġodda u l-korp maniġerjali jkunx approva dik il-politika, inkluża definizzjoni ta’ “prodott ġdid”; |
|
(b) |
l-istruttura tal-kumitat intern ikollhiex kumitat (“kumitat tal-prodotti ġodda”) li jivvaluta, jikkontrolla u jimmonitorja l-kwistjonijiet kollha li jirriżultaw mill-introduzzjoni ta’ prodotti ġodda, inklużi, meta rilevanti:
|
|
(c) |
il-korp maniġerjali, fuq il-bażi ta’ valutazzjoni mill-kumitat tal-prodotti ġodda, jawtorizzax in-negozjar ta’ prodotti ġodda; |
|
(d) |
meta l-korp maniġerjali jiddelega l-kompitu ta’ awtorizzazzjoni lill-kumitat tal-prodotti ġodda:
|
|
(e) |
mingħajr l-approvazzjoni speċifika mill-kumitat tal-prodotti ġodda, l-oqsma tan-negozju ma jkunux awtorizzati jinnegozjaw prodotti ġodda qabel ma jiġu indirizzati l-kwistjonijiet imsemmijin fil-punt (b); |
|
(f) |
fil-każijiet speċifiċi li fihom in-negozjanti jitħallew jinnegozjaw prodotti ġodda li ma jikkonformawx mal-punt (b), il-kumitat tal-prodotti ġodda japprovax it-tranżazzjonijiet fuq bażi individwali u fil-limiti msemmijin fil-punt (d)(i); |
|
(g) |
il-kumitat tal-prodotti ġodda jiltaqax ta’ spiss biżżejjed sabiex jevalwa u japprova kwalunkwe tranżazzjoni ta’ prodott ġdid u sabiex jimmonitorja l-kwistjonijiet kollha msemmijin fil-punt (b) li dawk it-tranżazzjonijiet jistgħu joħolqu; |
|
(h) |
it-tranżazzjonijiet jiġux immonitorjati individwalment sakemm il-kwistjonijiet kollha msemmijin fil-punt (b) ikunu ġew indirizzati bis-sħiħ u, fuq il-bażi ta’ valutazzjoni mill-kumitat tal-prodotti ġodda, il-korp maniġerjali jikkonferma li t-tranżazzjonijiet ikunu inkorporati bis-sħiħ fis-sistemi tal-IT rilevanti kollha u kkontrollati permezz tas-sistema regolari ta’ maniġjar tar-riskji; |
|
(i) |
il-prodotti l-ġodda kollha, irrispettivament mill-grad ta’ inkorporazzjoni tagħhom fis-sistemi tal-IT, jiġux ikkalkolati kemm fil-mudell intern tal-kejl tar-riskji kif ukoll fil-bidliet ta’ kuljum fil-valur tal-portafoll użat għall-finijiet tal-ittestjar retrospettiv u tat-test tal-attribuzzjoni tal-profitt u tat-telf. |
Artikolu 10
Rieżami indipendenti tal-mudell intern tal-kejl tar-riskji
1. Meta jkunu qegħdin jivvalutaw ir-rieżami indipendenti tal-mudelli interni tal-kejl tar-riskju f’konformità mal-Artikolu 325bi(1), il-punt (h), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk:
|
(a) |
ir-rieżaminatur ikunx indipendenti; |
|
(b) |
ir-riżorsi assenjati għar-rieżami jkunux xierqa; |
|
(c) |
il-proċess stabbilit fl-istituzzjoni sabiex jiġu indirizzati r-rakkomandazzjonijiet magħmula mir-reviżuri jkunx adegwat; |
|
(d) |
ir-rieżaminatur jirrieżaminax il-mudelli interni tal-kejl tar-riskji fuq tal-anqas bażi annwali, u jinkludix il-konklużjonijiet ta’ dak ir-rieżami f’rapport ippreżentat lill-maniġment superjuri u lill-korp maniġerjali; |
|
(e) |
ir-rapport imsemmi fil-punt (d) jipprovdix biżżejjed informazzjoni lill-maniġment superjuri u lill-korp maniġerjali tal-istituzzjoni dwar l-elementi kollha msemmijin fl-Artikolu 325bi(2) u fl-Artikolu 325bp(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, u jidentifikax l-oqsma fil-pjan ta’ ħidma annwali li jeħtieġu analiżi tal-konformità aktar dettaljata ta’ dawk l-elementi; |
|
(f) |
ir-rieżami jkunx adegwat, proporzjonat għad-daqs u għall-kumplessità tal-portafolli kkonċernati, u effettiv fl-identifikazzjoni tan-nuqqasijiet. |
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk:
|
(a) |
ir-rieżami jkunx proporzjonat għan-natura, għad-daqs, u għall-kumplessità tan-negozju u tal-istruttura organizzazzjonali tal-istituzzjoni, u b’mod partikolari għall-kumplessità tal-mudelli interni u tal-implimentazzjoni tagħhom; |
|
(b) |
ir-rieżaminatur ikollux riżorsi li jkunu adegwati sabiex iwettaq l-attivitajiet rilevanti kollha, u persunal b’esperjenza u bi kwalifiki suffiċjenti; |
|
(c) |
ir-rieżaminatur ma jkunux, u lanqas ma kien involut f’xi aspett tat-tfassil u tal-implimentazzjoni tal-mudell intern soġġett għal rieżami; |
|
(d) |
ir-rieżaminatur ikunx indipendenti mill-persunal u mill-funzjoni maniġerjali responsabbli għan-negozju u għall-unitajiet ta’ kontroll tar-riskji; |
|
(e) |
ir-remunerazzjoni varjabbli tal-persunal u tal-maniġment responsabbli għar-rieżami ma tkunx marbuta mat-twettiq tal-kompiti relatati ma’ oqsma tan-negozju ta’ negozjar tal-istituzzjoni b’mod li jfixkel jew jimpedixxi l-indipendenza tagħhom. |
3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeżaminaw l-aħħar rapporti rilevanti u rapporti rilevanti oħrajn prodotti mir-rieżaminatur u jivverifikaw li r-rimedju tal-kwistjonijiet identifikati f’dawk ir-rapporti jkun rilevanti, materjali u kredibbli.
Artikolu 11
Valutazzjoni tal-validazzjoni ta’ kwalunkwe mudell intern tal-kejl tar-riskji, u tal-eżitu ta’ validazzjoni bħal din
1. Meta jivvalutaw jekk kwalunkwe mudell intern tal-kejl tar-riskji jkunx ivvalidat b’mod adegwat, kif imsemmi fl-Artikolu 325bj tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk:
|
(a) |
il-proċess ta’ validazzjoni jitwettaqx minn persunal li ma huwiex involut u lanqas ma kien involut b’xi mod fl-iżvilupp tal-mudell intern soġġett għall-validazzjoni; |
|
(b) |
il-proċess ta’ validazzjoni jitwettaqx b’riżorsi suffiċjenti, inkluż b’persunal bl-esperjenza u kwalifikat; |
|
(c) |
ir-remunerazzjoni varjabbli tal-persunal u tal-maniġers superjuri responsabbli għall-proċess ta’ validazzjoni ma tkunx dipendenti fuq it-twettiq tal-kompiti relatati mal-kontroll tar-riskji jew mal-oqsma tan-negozju tal-istituzzjoni b’mod li jfixkel jew jimpedixxi l-indipendenza tagħhom; |
|
(d) |
il-miżuri korrettivi neċessarji kollha li jirriżultaw mill-proċess ta’ validazzjoni huma riflessi fir-rapport ta’ validazzjoni msemmi fil-paragrafu 2, u implimentati fil-ħin; |
|
(e) |
ikun hemm fis-seħħ proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet sabiex jiġi żgurat li l-maniġment superjuri tal-istituzzjoni jqis is-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet li jirriżultaw mill-proċess ta’ validazzjoni; |
|
(f) |
ir-rieżaminatur imsemmi fl-Artikolu 10(1), il-punt (a), jivvaluta regolarment il-konformità mal-kundizzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 10(1), il-punti (e) u (f). |
2. Meta jivvalutaw l-eżitu tal-proċess ta’ validazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom:
|
(a) |
jivverifikaw jekk ir-rakkomandazzjonijiet, is-sejbiet, u l-konklużjonijiet tal-proċess ta’ validazzjoni humiex inklużi f’rapport ta’ validazzjoni li jidentifika u jiddeskrivi:
|
|
(b) |
jivverifikaw jekk il-konklużjonijiet, is-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet tar-rapport ta’ validazzjoni humiex ikkomunikati direttament lill-korp maniġerjali tal-istituzzjoni, u kkunsidrat minnu, qabel ma dak il-korp maniġerjali japprova mudell li għandu jiġi applikat għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji u qabel ma tiġi applikata kwalunkwe bidla sussegwenti fil-metodoloġiji; |
|
(c) |
jivverifikaw jekk kwalunkwe miżura ta’ rimedju proposta mill-funzjonijiet ta’ validazzjoni hijiex iddokumentata fir-rapport ta’ validazzjoni u hijiex akkumpanjata minn skeda ta’ żmien li hija adegwata għall-irranġar tan-nuqqasijiet identifikati; |
|
(d) |
jivverifikaw jekk proċess ta’ eskalazzjoni jkunx inkluż fil-politiki interni tal-istituzzjoni għal dawk il-miżuri ta’ rimedju li jkunu skadew, u jekk, fuq il-bażi ta’ evidenza mill-passat, dak il-proċess ikunx segwit; |
|
(e) |
jivvalutaw il-kwalità ġenerali tal-eżitu tal-proċess ta’ validazzjoni billi jqabbel in-nuqqasijiet identifikati fil-valutazzjoni tal-mudell intern f’konformità ma’ dan ir-Regolament man-nuqqasijiet identifikati mill-unità ta’ validazzjoni fil-proċess ta’ validazzjoni. |
Artikolu 12
Valutazzjoni tal-adegwatezza tal-ambitu u tal-kompletezza tal-validazzjoni interna
1. Meta jivvalutaw jekk l-ambitu tal-validazzjoni interna msemmi fl-Artikolu 325bj tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ikunx adegwat, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk il-validazzjoni interna:
|
(a) |
tirrieżaminax b’mod kritiku l-aspetti kollha tal-metodoloġiji u tal-funzjonijiet tal-ipprezzar użati għal skopijiet kapitali, inklużi dawk applikati għal prodotti ġodda, u b’hekk tqis il-punti b’saħħithom u d-dgħufijiet meta mqabblin ma’ kwalunkwe metodoloġija alternattiva; |
|
(b) |
tivverifikax:
|
|
(c) |
tivverifikax jekk is-suppożizzjonijiet distribuzzjonali u kwalunke suppożizzjoni stokastika rilevanti oħra u l-parametri tal-proċessi stokastiċi sottostanti, inklużi l-volatilità u l-korrelazzjoni, humiex iġġustifikati sew, inkluż fir-rigward ta’:
|
|
(d) |
tivvalutax is-solidità ta’ kwalunkwe korrelazzjoni empirika użata kemm fi ħdan kif ukoll fost il-kategoriji ġenerali tal-fatturi tar-riskju sabiex jiġi kkalkolat il-kejl tan-nuqqas mistenni mingħajr restrizzjoni msemmi fl-Artikolu 325bh(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; |
|
(e) |
tivvalutax is-suppożizzjonijiet ta’ korrelazzjoni magħmulin fil-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ inadempjenza, inklużi:
|
|
(f) |
tivvalutax is-suppożizzjonijiet magħmulin sabiex jinkisbu stimi tal-probabbiltajiet ta’ inadempjenza u t-telf fil-każ ta’ inadempjenza sabiex jiġu kkalkolati r-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ inadempjenza; |
|
(g) |
tivvalutax is-suppożizzjonijiet magħmulin fir-rigward tal-immudellar tal-ħeġġijiet fil-komputazzjoni tar-rekwiżit ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ inadempjenza kif imsemmi fl-Artikolu 325bo tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; |
|
(h) |
tanalizzax ir-riżultati tal-programm ta’ ttestjar tal-istress, inklużi r-riżultati relatati mar-riskju ta’ inadempjenza, u tislitx konklużjonijiet rilevanti, jekk ikun hemm, dwar nuqqasijiet metodoloġiċi jew dgħufijiet li jirriżultaw minn xenarji partikolari tas-suq; |
|
(i) |
tapplikax u tanalizzax ir-riżultati miksubin għall-portafolli ipotetiċi msemmijin fl-Artikolu 325bj(3), il-punt (c), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 sabiex jiġi żgurat li l-mudell intern ikun jista’ jqis il-karatteristiċi strutturali, inklużi, meta rilevanti, dawn li ġejjin:
|
|
(j) |
tivverifikax ir-robustezza tal-implimentazzjoni tal-mudell intern tal-kejl tar-riskji fis-sistemi tal-IT, u tiżgurax li l-unitajiet tan-negozju u ta’ appoġġ kollha japplikaw metodoloġiji b’mod konsistenti u għaż-żoni ġeografiċi rilevanti kollha; |
|
(k) |
tivverifikax l-adegwatezza u l-materjalità tal-indikaturi billi tivvaluta:
|
2. Meta jivvalutaw il-kompletezza tal-proċess ta’ validazzjoni interna, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk:
|
(a) |
għall-validazzjoni interna mwettqa meta l-mudell jiġi żviluppat inizjalment, l-istituzzjoni tkun wettqet u ddokumentat proċess ta’ validazzjoni sħiħ għall-metodoloġiji kollha applikati fil-mudell intern; |
|
(b) |
għall-validazzjoni interna perjodika, l-istituzzjoni tkun wettqet validazzjoni sħiħa, jew tkun għamlet il-validazzjoni fuq oqsma li għandhom jiġu vvalidati wara l-bidliet imsemmijin fil-paragrafu 3 dwar:
|
3. Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-punt (b), l-awtoritajiet kompetenti għandhom:
|
(a) |
jivverifikaw jekk il-politiki interni tal-istituzzjoni jiżgurawx li l-validazzjoni perjodika interna titwettaq tal-anqas darba fis-sena, u kull darba li jseħħu bidliet strutturali sinifikanti fis-suq jew bidliet fil-kompożizzjoni tal-portafoll li jistgħu jwasslu sabiex il-mudell intern ma jibqax adegwat, inklużi dawn li ġejjin:
|
|
(b) |
jivverifikaw jekk il-validazzjoni perjodika interna hijiex ibbażata fuq pjan ta’ ħidma, approvat mill-korp maniġerjali, u li dak il-pjan ta’ ħidma jistabbilixxi:
|
|
(c) |
jivvalutaw kif il-pjan ta’ ħidma msemmi fil-punt (b) jiżgura li jitwettaq proċess ta’ validazzjoni interna komprensiv u orjentat lejn ir-riskju, u li l-aspetti rilevanti ma jitħallewx barra mill-ambitu tal-validazzjoni interna. |
Artikolu 13
Valutazzjoni tal-adegwatezza tar-rapportar
Meta jivvalutaw l-adegwatezza tar-rapporti msemmijin fl-Artikolu 104b(2), il-punti (d) u (f), u fl-Artikolu 325bi(1), il-punt (b), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw:
|
(a) |
jekk l-istituzzjoni żżommx inventarju ta’ dawk ir-rapporti, li jispeċifika l-kontenut, il-frekwenza u d-destinatarji tagħhom; |
|
(b) |
jekk l-inventarju msemmi fil-punt (a) ġiex approvat fil-livell maniġerjali xieraq u jiġi aġġornat f’konsultazzjoni mal-unità ta’ kontroll tar-riskji. |
Artikolu 14
Valutazzjoni tal-adegwatezza tal-limiti ta’ negozjar
Meta jivvalutaw l-adegwatezza tal-limiti ta’ negozjar imsemmijin fl-Artikolu 103(2), il-punt (b)(ii), fl-Artikolu 104b(2), il-punti (c) u (f), u fl-Artikolu 325bi(1), il-punt (b), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk:
|
(a) |
l-istituzzjoni għandhiex diżaggregazzjoni ċara tal-limiti ta’ negozjar li hija konsistenti mal-livell aċċettabbli ta’ riskju stabbilit mill-istituzzjoni u mal-baġit ta’ kull post tan-negozjar; |
|
(b) |
l-għażla tal-limiti ta’ negozjar tirriflettix l-istrateġija tan-negozjar tal-post tan-negozjar u n-natura tar-riskji sottostanti; |
|
(c) |
il-limiti ta’ negozjar jinkludux dawn li ġejjin:
|
|
(d) |
l-istituzzjoni għandhiex diżaggregazzjoni ulterjuri fil-limiti tal-valur fir-riskju, proporzjonali għall-istrateġiji tan-negozjar tal-istituzzjoni; |
|
(e) |
il-limiti interni kollha, inklużi dawk imsemmijin fil-punt (c), ikunux iddokumentati kif xieraq u approvati formalment; |
|
(f) |
bħala parti mill-proċess tal-approvazzjoni u tal-aġġornament tal-limitu, l-unità ta’ kontroll tar-riskji tivvaluta u tiddokumenta l-konsistenza u l-kompatibbiltà bejn il-limiti tal-valur fir-riskju approvati mill-korp maniġerjali u l-bqija tal-limiti interni mhux ibbażati fuq il-valur fir-riskju, inklużi s-sensittivitajiet jew l-iskattatur tat-telf; |
|
(g) |
l-istituzzjoni tiddokumentax kif xieraq u tapprovax formalment inventarju ta’ strumenti awtorizzati u ta’ pożizzjonijiet tar-riskju sottostanti li jistgħu jidħlu fihom in-negozjanti. |
Għall-finijiet tal-punt (c)(i), il-limitu tal-valur fir-riskju għandu jkun is-somma tal-limiti individwali tal-valur fir-riskju meta l-permess għall-użu tal-approċċ ta’ mudell intern, kif imsemmi fl-Artikolu 325(1), il-punt (b), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ma jkunx ingħata.
Artikolu 15
Valutazzjoni tal-adegwatezza tal-proċess sabiex jiġu aġġornati l-limiti ta’ negozjar
1. Meta jivvalutaw l-adegwatezza tal-proċess tal-aġġornar tal-limiti ta’ negozjar tal-istituzzjoni msemmi fl-Artikolu 103(2), il-punt (b)(ii), fl-Artikolu 104b(2), il-punti (c) u (f), u fl-Artikolu 325bi(1), il-punt (b), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk:
|
(a) |
il-proċess ta’ aġġornament huwiex ikkoordinat u ddokumentat kif xieraq mill-unità ta’ kontroll tar-riskji; |
|
(b) |
il-proposta għall-aġġornament tal-limiti ta’ negozjar tirriflettix kwalunkwe bidla f’dawn:
|
|
(c) |
il-proposta għall-aġġornament tal-limiti ta’ negozjar tqisx, matul il-perjodu li fih intuża l-limitu ta’ negozjar applikabbli fiż-żmien tal-aġġornament:
|
2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk il-proċess għall-aġġornament tal-limiti ta’ negozjar twettaqx tal-anqas kull sena, u aktar ta’ spiss meta jkun hemm bidliet fl-organizzazzjoni jew jiġu introdotti linji operatorji jew prodotti ġodda.
Artikolu 16
Valutazzjoni tal-adegwatezza tal-proċess relatat mal-ksur tal-limitu ta’ negozjar
1. Meta jivvalutaw l-adegwatezza tal-proċess għall-approvazzjoni ta’ ksur tal-limitu ta’ negozjar imsemmi fl-Artikolu 104b(2), il-punt (f), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk:
|
(a) |
l-istituzzjoni għandhiex proċedura ċara u dokumentata għall-approvazzjoni mill-korp maniġerjali tal-ksur tal-limiti ta’ negozjar; |
|
(b) |
il-korp maniġerjali jkunx speċifika l-kundizzjonijiet ta’ materjalità li skont dawn kwalunkwe ksur tal-limiti ta’ negozjar għandu jiġi rrapportat lill-korp maniġerjali nnifsu, irrispettivament mil-livell li fih il-limiti ta’ negozjar ikunu ġew approvati; |
|
(c) |
l-unità ta’ kontroll tar-riskji tiddokumentax kwalunkwe ksur tal-limiti ta’ negozjar u tirrapportax tali ksur lill-kumitat responsabbli, lis-sottokumitat jew lill-maniġer individwali; |
|
(d) |
il-kumitat, is-sottokumitat jew il-maniġer individwali msemmi fil-punt (c) jiħux azzjoni meta jinkiser limitu ta’ negozjar, jew inkella jirrapportax tali ksur lill-korp maniġerjali, f’konformità mal-punt (b); |
|
(e) |
id-dokumentazzjoni msemmija fil-punt (c) tinkludix id-daqs u l-kawżi ewlenin tal-ksur tal-limitu ta’ negozjar, inklużi:
|
2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw, b’mod partikolari meta post tan-negozjar ikun ta’ spiss qabeż il-limiti ta’ negozjar, jekk il-frekwenza u d-daqs tal-ksur tal-limiti ta’ negozjar, u l-miżuri meħudin mill-unità ta’ kontroll tar-riskji u mill-korp maniġerjali b’reazzjoni għal tali ksur, ikunux xierqa. L-awtorità kompetenti għandha twettaq verifika bħal din.
Artikolu 17
Valutazzjoni tal-adegwatezza tal-programm ta’ ttestjar tal-istress
1. Meta jivvalutaw l-adegwatezza tal-programm ta’ ttestjar tal-istress imsemmi fl-Artikolu 325bi(1), il-punt (g), u fl-Artikolu 325bp(7), il-punt (b), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk:
|
(a) |
l-istituzzjoni tirrieżaminax ix-xenarji applikati bħala parti mill-programm ta’ ttestjar tal-istress tal-anqas darba fis-sena; |
|
(b) |
l-unità ta’ kontroll tar-riskji toperax ix-xenarji ta’ ttestjar tal-istress iddeterminati fil-programm ta’ ttestjar tal-istress b’mod frekwenti u tal-anqas kull xahar, u bi frekwenza ogħla meta l-istituzzjoni jkollha attivitajiet ta’ negozjar sinifikanti; |
|
(c) |
ix-xenarji li għandhom jiġu applikati bħala parti mill-programm ta’ ttestjar tal-istress jinkludux, minbarra xenarji osservati storikament jew ipotetiċi, xenarji li jirriżultaw minn test tal-kawżi possibbli ta’ eżiti ta’ kriżi speċifiċi u xenarji ad-hoc imfasslin sabiex jindirizzaw il-motivaturi tar-riskji speċifiċi rilevanti; |
|
(d) |
ix-xenarji msemmijin fil-punt (c) jiġux irrieżaminati tal-anqas fuq bażi annwali. |
2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk ix-xenarji msemmijin fil-paragrafu 1, il-punt (c), jintużawx sabiex jivvalutaw ir-robustezza tal-elementi li jikkostitwixxu r-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq, inkluż ir-rekwiżit ta’ fondi proprji addizzjonali għar-riskju ta’ inadempjenza, meta dawk ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji jitqabblu ma’ telf potenzjali li jirriżulta minn xenarji tas-suq severi iżda plawżibbli.
3. Għall-finijiet tal-paragrafu 2, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk l-istituzzjoni, meta tkun qiegħda tivvaluta r-robustezza tas-suppożizzjonijiet tal-mudell tar-riskju ta’ inadempjenza, b’mod partikolari fir-rigward tal-kopertura tal-konċentrazzjonijiet tar-riskju ta’ kreditu, tużax dawn kollha li ġejjin:
|
(a) |
telf li jinħoloq minn avvenimenti, inklużi avvenimenti ta’ kreditu; |
|
(b) |
it-tnaqqis ipotetiku fil-klassifikazzjoni; |
|
(c) |
l-avvenimenti tas-suq fuq tipi ta’ emittenti speċifiċi; |
|
(d) |
il-bidliet fit-tipi u fil-parametri tal-kopuli, meta mmudellati b’mod espliċitu. |
Artikolu 18
Valutazzjoni tal-adegwatezza ta’ xenarji ta’ test tal-kawżi possibbli ta’ eżiti ta’ kriżi speċifiċi u ad hoc
1. Meta jivvalutaw l-adegwatezza tax-xenarji ta’ ttestjar tal-istress bl-invers imsemmijin fl-Artikolu 325bi(1), il-punt (g), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk:
|
(a) |
l-unità ta’ kontroll tar-riskji tapplikax it-test tal-kawżi possibbli ta’ eżiti ta’ kriżi speċifiċi bħala għodda sabiex jiġu identifikati l-kombinazzjonijiet possibbli ta’ avvenimenti severi u ta’ konċentrazzjonijiet tar-riskju fl-istituzzjoni, inklużi avvenimenti severi u konċentrazzjonijiet tar-riskju li jirriżultaw minn riskji ambjentali; |
|
(b) |
l-analiżi mwettqa bit-test tal-kawżi possibbli ta’ eżiti ta’ kriżi speċifiċi tikkomplementa l-ittestjar tal-istress regolari; |
|
(c) |
meta tkun qiegħda tidentifika x-xenarju jew ix-xenarji li jirriżultaw mit-test tal-kawżi possibbli ta’ eżiti ta’ kriżi speċifiċi, l-unità ta’ kontroll tar-riskji tivvaluta:
|
2. Meta jivvalutaw l-adegwatezza ta’ xenarji ad hoc ta’ ttestjar tal-istress bħala parti mill-programmi ta’ ttestjar tal-istress imsemmijin fl-Artikolu 325bi(1), il-punt (g), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk l-unità ta’ kontroll tar-riskji, meta tfassal ix-xenarji ad hoc ta’ ttestjar tal-istress ikkonċernati, tqisx il-kompożizzjoni, fl-aħħar data tar-rapportar, tal-portafoll tal-pożizzjonijiet inklużi fl-ambitu tal-mudell intern. B’mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw:
|
(a) |
jekk l-unità ta’ kontroll tar-riskji tużax ir-riżultati miksubin mill-analiżi tas-sensittività lejn fatturi tar-riskju uniċi, meqjusin individwalment u b’mod konġunt, sabiex tidentifika xenarji li jinkludu l-istress ta’ sett kombinat ta’ fatturi tar-riskju plawżibbli; |
|
(b) |
jekk l-unità ta’ kontroll tar-riskji tkunx qieset b’mod espliċitu l-elementi li ġejjin meta tkun qed tistabbilixxi x-xenarji tal-ittestjar tal-istress ad hoc:
|
Għall-finijiet tal-punt (b)(i), l-unità ta’ kontroll tar-riskji tista’ tikkunsidra xokkijiet akbar sabiex tirrifletti l-impossibbiltà ta’ korrezzjoni ta’ pożizzjonijiet fil-ħin, b’mod partikolari għal strumenti ta’ flus, li hija kkawżata mill-fatt li l-pożizzjonijiet huma kkonċentrati, jew li huma dovuti għal żieda qawwija fl-illikwidità tas-suq.
Għall-finijiet tal-punt (b)(iv), l-unità ta’ kontroll tar-riskji tista’, b’mod partikolari:
|
(a) |
tivvaluta r-riskju potenzjali mġarrab meta l-pożizzjonijiet tal-iħħeġġjar jiġu valwati bl-użu ta’ indikatur; |
|
(b) |
tapplika l-movimenti tax-xenarju taħt stress għall-indikatur filwaqt li żżomm il-pożizzjonijiet illikwidi kostanti. |
Artikolu 19
Valutazzjoni tal-mudell intern tal-kejl tar-riskji fir-rigward tar-robustezza tas-sistemi tal-IT
1. Meta jiġi vvalutat jekk il-mudell intern tal-kejl tar-riskji huwiex ikkalkolat u implimentat b’integrità kif meħtieġ mill-Artikolu 325bi(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk is-sistemi tal-IT tal-istituzzjoni relatati mal-maniġjar tar-riskji tas-suq u s-sistemi tal-IT li jappoġġaw il-mudell intern humiex robusti biżżejjed sabiex ilaħħqu mal-iżbalji ta’ eżekuzzjoni. B’mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti għandhom:
|
(a) |
jivvalutaw ir-robustezza tas-sistemi tal-IT matul l-aħħar 250 jum ta’ xogħol; |
|
(b) |
jivverifikaw jekk:
|
2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk istituzzjoni teżaminax il-pożizzjonijiet u l-istrumenti tal-mudell intern kollha fil-mudell intern tal-kejl tar-riskji u tirrikonċiljax dawk il-pożizzjonijiet u l-istrumenti mas-sistemi tal-valur fi tmiem il-jum billi tikkonferma, tal-anqas kull ġimgħa, li l-pożizzjonijiet u l-istrumenti f’sistema waħda jikkorrispondu għal dawk fis-sistemi l-oħrajn. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw li l-istituzzjoni tiddokumenta bis-sħiħ u timmonitorja kwalunkwe pożizzjoni u strument li ma jkunux ġew irrikonċiljati bis-sħiħ.
Artikolu 20
Valutazzjoni tal-akkuratezza raġonevoli tal-mudell intern tal-kejl tar-riskji, inkluż il-mudell tal-ipprezzar
1. Meta jivvalutaw jekk il-mudell intern tal-kejl tar-riskji, inkluż kwalunkwe mudell tal-ipprezzar, għandux rekord ipprovat li huwa raġonevolment akkurat fil-kejl tar-riskji, u ma jvarjax b’mod sinifikanti mill-mudelli li l-istituzzjoni tuża għall-mudelli interni tagħha ta’ kejl tar-riskju kif imsemmi fl-Artikolu 325bi(1), il-punt (f), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-awtoritajiet kompetenti għandhom:
|
(a) |
jivverifikaw jekk l-istituzzjoni għandhiex inventarji, u li dawk l-inventarji jinkludu:
|
|
(b) |
jivverifikaw jekk l-inventarji msemmijin fil-punt (a) jiġux aġġornati tal-anqas darba fis-sena, u jekk il-politiki interni tal-istituzzjoni jipprovdux għal aġġornament speċifiku kull meta dan ikun neċessarju minħabba bidliet sostanzjali fl-informazzjoni pprovduta fl-inventarji; |
|
(c) |
jivverifikaw jekk id-differenzi kollha bejn il-funzjonijiet tal-ipprezzar użati għall-kalkolu tal-valur fi tmiem il-jum u l-funzjonijiet tal-ipprezzar użati fil-mudell intern tal-kejl tar-riskji humiex ivvalidati bħala parti mill-validazzjoni interna msemmija fl-Artikolu 325bj tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; |
|
(d) |
jivvalutaw, fuq il-bażi tar-riżultati tal-attribuzzjoni tal-profitt u tat-telf u fuq il-bażi tar-riżultati tal-ittestjar retrospettiv, jekk hemmx funzjonijiet tal-ipprezzar li jistgħu jippreżentaw nuqqasijiet; |
|
(e) |
janalizzaw il-konklużjonijiet fl-aktar rapporti riċenti mill-validazzjoni interna tal-istituzzjoni msemmija fl-Artikolu 325bj tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 dwar l-akkuratezza tal-mudell intern tal-kejl tar-riskji; |
|
(f) |
janalizzaw il-konklużjonijiet stabbiliti fl-aktar rapporti riċenti dwar ir-rieżami intern tal-istituzzjoni tal-akkuratezza tal-mudell intern tal-kejl tar-riskji, kif imsemmi fl-Artikolu 325bi(1), il-punt (h), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; |
|
(g) |
jivverifikaw jekk l-istituzzjoni ddokumentatx id-differenzi bejn il-mudell intern tal-kejl tar-riskji u l-mudelli li l-istituzzjoni tuża għall-maniġjar tar-riskji intern tagħha għall-istess ambitu tal-pożizzjonijiet, u jekk l-istituzzjoni tkunx kapaċi tispjega dawk id-differenzi; |
|
(h) |
janalizzaw ir-riżultati tat-testijiet imwettqin mill-istituzzjoni bħala parti mill-validazzjoni interna tagħha sabiex jivverifikaw jekk is-suppożizzjonijiet magħmulin fil-mudell intern tal-kejl tar-riskji humiex xierqa u ma jissottovalutawx jew ma jissopravalutawx ir-riskju, kif imsemmi fl-Artikolu 325bj(3), il-punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, b’mod partikolari għall-postijiet tan-negozjar bl-akbar differenzi bejn ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji kkalkolati f’konformità mal-approċċ standardizzat alternattiv imsemmi fil-Parti Tlieta, it-Titolu IV, il-Kapitolu 1a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, u r-rekwiżiti ta’ fondi proprji kkalkolati f’konformità mal-mudell intern tal-kejl tar-riskji. |
Għall-finijiet tal-punt (d), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, meta xieraq, jirrikjedu li l-istituzzjoni tikkalkola, fuq sett ta’ strumenti u ta’ komoditajiet li għalihom l-awtorità kompetenti tkun trid tittestja l-akkuratezza tal-funzjonijiet tal-ipprezzar, it-tibdiliet teoretiċi għar-riskju msemmijin fil-Kapitolu 2, it-Taqsima 2, tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2059 (10) u t-tibdil ipotetiku msemmi fil-Kapitolu 1, it-Taqsima 2, ta’ dak ir-Regolament Delegat, u jirrikjedu li l-istituzzjoni tiġġustifika d-differenzi fl-eżitu bejn iż-żewġ miżuri.
2. Meta pożizzjonijiet li jikkorrispondu għal klassijiet ta’ prodotti assenjati lil post tan-negozjar jiġu rreġistrati back-to-back ma’ dawk ta’ entità oħra tal-grupp li tkun barra mill-ambitu tal-ogħla livell ta’ konsolidazzjoni fl-Unjoni, u l-awtorità kompetenti teħtieġ aktar evidenza sabiex tivverifika li l-mudell intern tal-kejl tar-riskji jkun raġonevolment akkurat, l-awtorità kompetenti tista’ titlob lill-istituzzjonijiet jipprovdu:
|
(a) |
il-bidliet attwali, ipotetiku u teoretiċi tar-riskju fuq perjodu ta’ 60 jum ta’ xogħol fil-valur tal-portafoll tal-post tan-negozjar, mingħajr ma titqies l-ebda ħeġġ mal-entità tal-grupp; |
|
(b) |
in-numri tal-valur fir-riskju fil-livell tal-post tan-negozjar kif imsemmi fl-Artikolu 325bf tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fuq 60 jum ta’ negozju, mingħajr ma tiġi kkunsidrata l-ebda ħeġġ mal-entità tal-grupp; |
|
(c) |
valutazzjoni tar-riżultati tal-attribuzzjoni tal-profitt u tat-telf u tar-riżultati tal-ittestjar retrospettiv fid-dawl tal-bidliet fil-valuri tal-portafoll imsemmijin fil-punt (a) u fin-numri tal-valur fir-riskju msemmijin fil-punt (b). |
3. Meta r-riskju tas-suq ta’ pożizzjonijiet li jikkorrispondu għal xi klassijiet ta’ prodotti jiġi ttrasferit lil entità oħra tal-grupp li tkun barra mill-ambitu tal-ogħla livell ta’ konsolidazzjoni fl-Unjoni, u l-effetti ta’ tali trasferiment ikunu de facto jixbhu l-effetti ta’ pożizzjonijiet irreġistrati back-to-back, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu japplikaw il-paragrafu 2.
Artikolu 21
Valutazzjoni tal-mudell intern tal-kejl tar-riskji fir-rigward ta’ programmi addizzjonali ta’ ttestjar retrospettiv
1. Meta jivvalutaw jekk il-mudell intern tal-istituzzjoni jkunx implimentat b’integrità kif meħtieġ mill-Artikolu 325bi(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tal-ittestjar retrospettiv imsemmi fl-Artikolu 325bj(3), il-punt (b), ta’ dak ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk, bħala parti minn tali programmi ta’ ttestjar retrospettiv, l-istituzzjoni:
|
(a) |
tħaddimx il-programm ta’ ttestjar retrospettiv imsemmi fil-paragrafu 2 jew programm intern ieħor ta’ ttestjar retrospettiv li jippermetti lill-istituzzjoni tidentifika l-kontribut ta’ fatturi tar-riskju mudellabbli u mhux mudellabbli għar-riżultati tal-ittestjar retrospettiv; |
|
(b) |
tapplikax approċċi diretti ta’ ttestjar retrospettiv tan-nuqqas mistenni għall-portafolli tagħha. |
Għall-finijiet tal-punt (b), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw kif l-istituzzjoni timmotiva l-għażla tal-metodoloġija tal-ittestjar retrospettiv tan-nuqqasi mistenni diretta applikata, u janalizzaw jekk dik il-metodoloġija tkunx kunċettwalment valida.
L-istituzzjoni tista’ tuża l-programmi ta’ ttestjar retrospettiv imsemmijin fl-ewwel subparagrafu bħala element sabiex tidentifika u timmonitorja n-nuqqasijiet potenzjali fil-miżuri tan-nuqqas mistenni. Meta awtorità kompetenti tiddeċiedi dwar il-permess li jintuża l-approċċ ta’ mudell intern sabiex tikkalkola r-rekwiżit ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq f’konformità mal-Artikolu 325az, dawk il-programmi ta’ ttestjar retrospettiv ma għandhomx jieħdu post l-eżiti tal-ittestjar retrospettiv regolatorju msemmi fl-Artikolu 325bf tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u r-rekwiżiti tal-attribuzzjoni tal-profitt u tat-telf imsemmijin fl-Artikolu 325bg ta’ dak ir-Regolament.
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), l-istituzzjoni tista’ tmexxi programm ta’ ttestjar retrospettiv li japplika l-prinċipji li ġejjin:
|
(a) |
qabża fil-valur hija identifikata bħala bidla ta’ ġurnata fi HPL MRF jew fi |
|
(b) |
APL MRF li taqbeż in-numru tal-valur fir-riskju msemmi fl-Artikolu 325bf(6), il-punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; |
|
(c) |
HPL MRF u APL MRF jiġu kkalkolati kif ġej:
Fejn:
|
|
(d) |
l-istituzzjoni tidentifika dgħufijiet potenzjali fil-mudell tagħha tal-kejl tar-riskji billi tgħodd il-qabżdiet fil-valur, kif identifikati f’konformità mal-punt (a), li seħħew matul l-aħħar 250 jum ta’ negozju, u billi tqabbel l-ammont tal-qabżiet fil-valur identifikati mal-limiti msemmijin fl-Artikolu 325bf(3), il-punti (a) u (b), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. |
KAPITOLU 3
VALUTAZZJONI TAL-MUDELL INTERN TAL-KEJL TAR-RISKJI UŻAT SABIEX JIĠU KKALKOLATI L-KEJL TAR-RISKJU TAN-NUQQAS MISTENNI U L-KEJL TAR-RISKJU TAX-XENARJU TA’ STRESS
TAQSIMA 1
Ħarsa ġenerali lejn il-valutazzjoni
Artikolu 22
Introduzzjoni għall-valutazzjoni tal-mudell intern tal-kejl tar-riskji użat sabiex jiġu kkalkolati l-kejl tan-nuqqas mistenni u l-kejl tar-riskju tax-xenarju ta’ stress
Meta jivvalutaw il-konformità ta’ istituzzjoni mar-rekwiżiti applikabbli għall-mudell intern tal-kejl tar-riskji użat sabiex jiġu kkalkolati l-kejl tar-riskju tan-nuqqas mistenni u l-kejl tar-riskju tax-xenarju ta’ stress, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l-istituzzjoni tikkonformax ma’ dawn:
|
(a) |
it-Taqsima 2 ta’ dan il-Kapitolu, li fiha rekwiżiti dwar il-fatturi tar-riskju, inkluża l-valutazzjoni tal-mudellabbiltà u l-immappjar tal-perjodu ta’ likwidità xieraq; |
|
(b) |
it-Taqsima 3 ta’ dan il-Kapitolu, li fiha rekwiżiti dwar il-kwalità tad-data u l-approċċi ta’ indikaturi użati fil-kalkolu ta’ dawn:
|
|
(c) |
it-Taqsima 4 ta’ dan il-Kapitolu, li fiha rekwiżiti dwar l-ittestjar retrospettiv u l-attribuzzjoni tal-profitt u tat-telf; |
|
(d) |
it-Taqsima 5 ta’ dan il-Kapitolu, li fiha rekwiżiti dwar it-trattament tar-riskju tal-kambju u r-riskju tal-komoditajiet fil-portafoll mhux tan-negozjar; |
|
(e) |
it-Taqsima 6 ta’ dan il-Kapitolu, li fiha rekwiżiti dwar il-kalkoli tal-kejl tan-nuqqas mistenni u tal-kejl tar-riskju tax-xenarju ta’ stress. |
TAQSIMA 2
Valutazzjoni tal-kompożizzjoni u tal-proprjetajiet tal-fatturi tar-riskju tal-mudell intern tal-kejl tar-riskji
Artikolu 23
Valutazzjoni tal-kopertura tar-riskju tal-mudell intern tal-kejl tar-riskji
1. Meta tiġi vvalutata l-konformità tal-istituzzjoni mal-Artikolu 325bh(1), il-punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tar-rekwiżit li fil-mudell intern tal-kejl tar-riskji jiġu inklużi tal-anqas dawk il-fatturi tar-riskju li jintużaw fil-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji skont l-approċċ standardizzat alternattiv, l-awtorità kompetenti għandha tivverifika jekk:
|
(a) |
l-istituzzjoni tiddokumentax jekk hemmx fatturi tar-riskju użati fl-approċċi standardizzati li ma humiex inklużi fil-mudell intern tal-kejl tar-riskji; |
|
(b) |
l-istituzzjoni tenfasizzax l-aspetti kollha li ġejjin:
|
|
(c) |
meta jkun hemm fatturi tar-riskju użati fl-approċċ standardizzat alternattiv li ma humiex inklużi fil-mudell intern tal-kejl tar-riskji, l-istituzzjoni, minbarra li tipprovdi informazzjoni dwar l-impatt tal-esklużjoni ta’ dawk il-fatturi tar-riskju fuq ir-riżultati tal-attribuzzjoni tal-profitt u tat-telf kif meħtieġ mill-Artikolu 325bh(1), il-punt (a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013:
|
2. Meta jivvalutaw il-konformità ta’ istituzzjoni mal-Artikolu 325bh(1), il-punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tar-rekwiżit li fil-mudell intern tal-kejl tar-riskji jiġu inklużi numru suffiċjenti ta’ fatturi tar-riskju, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu l-passi li ġejjin fl-ordni li ġej:
|
(a) |
jeħtieġu li l-istituzzjoni tipprovdi ħarsa ġenerali lejn il-fatturi użati fil-kalkolu tal-valur ta’ tmiem il-jum tal-portafoll, inkluż, meta xieraq, lista ta’ aggregati tal-fatturi użati fil-kalkolu tal-valur fi tmiem il-jum, li tispeċifika, għal kull aggregat, dawn kollha li ġejjin:
|
|
(b) |
fuq il-bażi tal-ħarsa ġenerali msemmija fil-punt (a):
|
Għall-finijiet tal-punt (a), l-istituzzjonijiet għandhom jaggregaw fatturi sabiex kull aggregat jikkondividi l-istess attributi fir-rigward tal-punt (ii), tal-punt (iv)(1), u tal-punt (iv)(2).
Għall-finijiet tal-punt (b)(i), l-awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw il-metodu ta’ valutazzjoni msemmi fil-paragrafu 3, u jistgħu jikkomplementaw dak il-metodu bil-metodu ta’ valutazzjoni msemmi fil-paragrafu 4.
Għall-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (b)(i), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jidentifikaw postijiet tan-negozjar jew portafolli ipotetiċi użati mill-istituzzjoni għall-validazzjoni interna msemmija fl-Artikolu 325bj(3), il-punt (c), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li l-valuri tagħhom jiddependu fuq fatturi li ma humiex inklużi fil-mudell intern tal-kejl tar-riskji. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw għal dawk il-postijiet tan-negozjar jekk ir-riżultati tal-ittestjar retrospettiv imsemmi fl-Artikolu 325bf tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew tat-testijiet proprji ta’ validazzjoni tal-mudell intern imsemmijin fl-Artikolu 325bj(3), il-punt (b), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jindikawx dgħufijiet fil-mudell intern tal-kejl tar-riskji.
3. Għall-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (b)(i), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jidentifikaw postijiet tan-negozjar jew portafolli ipotetiċi użati mill-istituzzjoni għall-validazzjoni interna msemmija fl-Artikolu 325bj(3), il-punt (c), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li l-valuri tagħhom jiddependu fuq fatturi li ma humiex inklużi fil-mudell intern tal-kejl tar-riskji, u japplikaw il-passi li ġejjin fl-ordni li ġej:
|
(a) |
jeħtieġu li l-istituzzjoni tikkalkola:
|
|
(b) |
jeħtieġu li l-istituzzjoni tispjega d-devjazzjonijiet fil-bidliet fil-valuri tal-portafoll ikkalkolati f’konformità mal-punti (a)(i), (ii), u (iii). |
Artikolu 24
Valutazzjoni tal-fatturi tar-riskju ġenerali taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax
1. Meta jivvalutaw il-konformità ta’ istituzzjoni mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 325bh(1), il-punt (c), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tal-immudellar tar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax, l-awtoritajiet kompetenti għandhom:
|
(a) |
jeħtieġu li l-istituzzjoni tipprovdi lista tal-muniti kollha li l-portafoll tal-istituzzjoni huwa sensittiv għalihom u, għal kull waħda minn dawk il-muniti, il-kurvi kollha tar-rendiment li l-portafoll tal-istituzzjoni huwa sensittiv għalihom; |
|
(b) |
jeħtieġu li l-istituzzjoni, għal kull waħda mill-kurvi tar-rendiment imsemmijin fil-punt (a), tispeċifika jekk kurva tkunx immudellata fl-intier tagħha direttament, jew jekk tkunx immudellata bħala somma ta’ kurva bażi u ta’ kurva ta’ bażi; |
|
(c) |
jirrikjedu li l-istituzzjoni tipprovdi analiżi tas-sensittività tal-portafoll tagħha lejn kull waħda mill-kurvi tar-rendiment imsemmijin fil-punt (a); |
|
(d) |
jivverifikaw, billi jużaw l-informazzjoni msemmija fil-punti (a), (b) u (c), li r-riskju ta’ bażi bejn kwalunkwe żewġ kurvi ta’ rendiment partikolari jew jinqabad b’mod impliċitu mill-fatt li żewġ kurvi ta’ rendiment ikunu mmudellati direttament, jew mill-fatt li kurva tar-rendiment ta’ bażi li tirrappreżenta d-differenza bejn dawk iż-żewġ kurvi tar-rendiment hija inkluża fil-mudell intern tal-kejl tar-riskji; |
|
(e) |
iwettqu, fir-rigward tal-kurvi tar-rendiment li fihom il-fatturi tar-riskju huma punti fil-kurva, valutazzjoni addizzjonali f’konformità mal-Artikolu 29 ta’ dan ir-Regolament u, meta l-buckets ikunu stabbiliti mill-istituzzjoni f’konformità mal-Artikolu 5(4) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2060 (11), jivverifikaw jekk l-istituzzjoni tużax tal-anqas sitt fatturi tar-riskju meta jiġu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:
|
|
(f) |
iwettqu, fir-rigward tal-kurvi li jkunu ġew immudellati permezz ta’ parametri tal-funzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 6 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060, valutazzjoni addizzjonali tal-konformità f’konformità mal-Artikolu 29 ta’ dan ir-Regolament; |
|
(g) |
jivvalutaw jekk ir-riskju vega relatat mar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax huwiex kopert kif meħtieġ mill-Artikolu 30 ta’ dan ir-Regolament. |
2. B’deroga mill-paragrafu 1, il-punti (a) u (b), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu lil istituzzjoni tipprovdi l-informazzjoni msemmija f’dawk il-punti għall-aktar muniti u kurvi tar-rendiment rilevanti biss, u jwettqu l-valutazzjoni stabbilita f’dak il-paragrafu 1 dwar dik id-data.
Artikolu 25
Valutazzjoni tal-fatturi tar-riskju ta’ ekwità
1. Meta tivvaluta l-konformità tal-istituzzjoni mar-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 325bh(1), il-punt (e), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tal-immudellar tar-riskju ta’ ekwità, l-awtorità kompetenti għandha:
|
(a) |
tirrekjedi li l-istituzzjoni tipprovdi lista tal-ismijiet ta’ ekwità u tal-indiċijiet ta’ ekwità kollha li għalihom il-portafoll tal-istituzzjoni jkun sensittiv, u l-fatturi tar-riskju użati sabiex jiġi mmudellat ir-riskju assoċjat; |
|
(b) |
tirrikjedi li l-istituzzjoni tipprovdi analiżi tas-sensittività tal-portafoll tagħha lejn kull wieħed mill-ismijiet ta’ ekwità u mill-indiċijiet ta’ ekwità msemmijin fil-punt (a); |
|
(c) |
tivverifika li, meta r-riskju f’isem ta’ ekwità jkun immudellat bħala somma ta’ fattur tar-riskju sistematiku kif imsemmi fl-Artikolu 3(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060 u fattur tar-riskju idjosinkratiku, il-volatilità ġġenerata billi dawk il-fatturi jiġu xxokkjati tirrifletti l-volatilità osservata għal dak l-isem ta’ ekwità; |
|
(d) |
tivverifika li r-riskju ta’ bażi bejn żewġ ismijiet ta’ ekwità differenti jiġi kopert jew billi jiġu mmudellati ż-żewġ ismijiet ta’ ekwità direttament jew permezz ta’ fattur tar-riskju ta’ bażi; |
|
(e) |
tivvaluta jekk ir-riskju fil-bidliet fil-kurvi tal-ekwità huwiex kopert kif xieraq f’konformità mal-Artikolu 29 ta’ dan ir-Regolament; |
|
(f) |
tivvaluta jekk ir-riskju vega relatat mar-riskju ta’ ekwità huwiex kopert kif xieraq f’konformità mal-Artikolu 30 ta’ dan ir-Regolament. |
Għall-finijiet tal-punt (c), l-awtorità kompetenti tista’, meta xieraq, tqabbel il-volatilità tax-xokkijiet applikati għall-isem tal-ekwità tal-emittent, kif jirriżultaw mill-fatturi tar-riskju sistematiċi u idjosinkratiċi, mal-volatilità osservata għal dak l-isem ta’ ekwità.
2. B’deroga mill-paragrafu 1, il-punt (a), l-awtorità kompetenti tista’ titlob lill-istituzzjoni tipprovdi l-informazzjoni msemmija f’dak il-punt għall-aktar ismijiet u indiċijiet ta’ ekwità rilevanti biss, u tista’ twettaq il-valutazzjoni stabbilita f’dak il-paragrafu dwar dik id-data.
Artikolu 26
Valutazzjoni tal-fatturi tar-riskju ta’ firxiet tal-kreditu
1. Meta jivvalutaw il-konformità ta’ istituzzjoni mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 325bh(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tal-immudellar tar-riskju ta’ firxiet tal-kreditu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom:
|
(a) |
jirrikjedu li l-istituzzjoni tipprovdi lista tal-kurvi tal-firxiet tal-kreditu u tal-indiċijiet tal-kreditu tal-emittenti kollha li għalihom il-portafoll tal-istituzzjoni jkun sensittiv, u l-fatturi tar-riskju użati sabiex jiġi mmudellat ir-riskju assoċjat; |
|
(b) |
jirrikjedu li l-istituzzjoni tipprovdi analiżi tas-sensittività tal-portafoll tagħha lejn kull waħda mill-kurvi tal-firxiet tal-kreditu u l-indiċijiet tal-kreditu tal-emittenti msemmijin fil-punt (a); |
|
(c) |
jivverifikaw jekk, meta r-riskju f’firxa tal-kreditu tal-emittent ikun immudellat bħala somma ta’ fattur tar-riskju sistematiku kif imsemmi fl-Artikolu 3(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060 u fattur tar-riskju idjosinkratiku, il-volatilità ġġenerata billi dawk il-fatturi jiġu xxokkjati tirrifletti l-volatilità osservata għal dik il-firxa tal-kreditu tal-emittent; |
|
(d) |
jivverifikaw jekk ir-riskju ta’ bażi bejn l-emittenti huwiex kopert jew bl-immudellar tal-firxiet tal-kreditu tal-emittenti direttament jew permezz ta’ fattur tar-riskju ta’ bażi, u jekk il-bażi bejn pożizzjonijiet differenti li jirreferenzjaw għall-istess emittent hijiex immonitorjata u, meta tkun materjali, hijiex inkluża fil-mudell intern tal-kejl tar-riskji; |
|
(e) |
jivvalutaw jekk ir-riskju fil-bidliet fil-kurvi tal-firxiet tal-kreditu huwiex kopert kif meħtieġ mill-Artikolu 29 ta’ dan ir-Regolament; |
|
(f) |
jivvalutaw jekk ir-riskju vega relatat mar-riskju ta’ firxiet tal-kreditu huwiex kopert kif meħtieġ mill-Artikolu 30 ta’ dan ir-Regolament. |
Għall-finijiet tal-punt (c), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, meta xieraq, iqabblu l-volatilità tax-xokkijiet applikati għall-firxa tal-kreditu tal-emittent, kif jirriżulta mill-fatturi tar-riskju sistematiċi u idjosinkratiċi, mal-volatilità osservata għal dik il-firxa tal-kreditu tal-emittent.
2. B’deroga mill-paragrafu 1, il-punt (a), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu li istituzzjoni tipprovdi l-informazzjoni msemmija f’dak il-punt għall-kurvi tal-firxiet tal-kreditu u l-indiċijiet tal-kreditu l-aktar rilevanti biss, u jwettqu l-valutazzjoni stabbilita f’dak il-paragrafu 1 dwar dik id-data.
Artikolu 27
Valutazzjoni tal-fatturi tar-riskju tal-kambju
1. Meta jivvalutaw il-konformità ta’ istituzzjoni mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 325bh(1), il-punt (d), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tal-immudellar tar-riskju tal-kambju, l-awtoritajiet kompetenti għandhom:
|
(a) |
jeħtieġu li l-istituzzjoni tipprovdi lista tal-pari kollha ta’ muniti li l-portafoll tal-istituzzjoni jkun sensittiv għalihom u, għal kull waħda minn dawk il-pari ta’ muniti, tiċċara jekk dak il-par ta’ muniti jkunx soġġett għar-rata tal-kambju spot biss, jew għal fatturi tar-riskju oħrajn, inklużi l-volatilitajiet implikati; |
|
(b) |
jeħtieġu li l-istituzzjoni tipprovdi analiżi tas-sensittività tal-portafoll tagħha lejn kull par ta’ muniti msemmi fil-punt (a); |
|
(c) |
fuq il-bażi tal-informazzjoni msemmija fil-punti (a) u (b), jivverifikaw jekk ir-riskju ta’ bażi bejn kwalunkwe par ta’ muniti jkunx kopert b’mod impliċitu minn wieħed minn dawn li ġejjin:
|
|
(d) |
jivvalutaw sa liema punt l-istituzzjoni tqis ir-riskju marbut ma’ avvenimenti ta’ unpegging għal pari ta’ muniti li ma jvarjawx b’mod ħieles, u meta tali riskju jkun materjali, kif jiġi mmonitorjat; |
|
(e) |
jivvalutaw jekk ir-riskju fil-bidliet fil-kurvi tal-kambju huwiex kopert kif meħtieġ mill-Artikolu 29 ta’ dan ir-Regolament; |
|
(f) |
jivvalutaw jekk ir-riskju vega relatat mar-riskju tal-kambju huwiex kopert kif meħtieġ mill-Artikolu 30 ta’ dan ir-Regolament. |
2. B’deroga mill-paragrafu 1, il-punt (a), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu lil istituzzjoni tipprovdi l-informazzjoni msemmija f’dak il-punt għall-aktar pari ta’ muniti rilevanti biss, u twettaq il-valutazzjoni stabbilita f’dak il-paragrafu 1 fuq dik id-data.
Artikolu 28
Valutazzjoni tal-fatturi tar-riskju tal-komoditajiet
1. Meta jivvalutaw il-konformità ta’ istituzzjoni mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 325bh(1), il-punt (f), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tal-immudellar tar-riskju tal-komoditajiet, l-awtoritajiet kompetenti għandhom:
|
(a) |
jirrikjedu li l-istituzzjoni:
|
|
(b) |
jivverifikaw jekk il-politiki interni tal-istituzzjoni jidentifikawx metriki li huma xierqa sabiex jivvalutaw il-materjalità ta’ suq tal-komoditajiet kif imsemmi fl-Artikolu 325bh(1), il-punt (f), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u jekk, għas-swieq tal-komoditajiet identifikati bħala materjali, kull komodità differenti hijiex immudellata speċifikament fil-mudell intern tal-istituzzjoni tal-kejl tar-riskji; |
|
(c) |
jivverifikaw jekk ir-riskju ta’ bażi bejn komoditajiet simili iżda mhux identiċi li fir-rigward tagħhom l-istituzzjoni għandha skopertura materjali huwiex kopert, inkluż ir-riskju ta’ bażi li jirriżulta minn post ta’ kunsinna differenti u minn diskrepanzi fil-maturità; |
|
(d) |
jivvalutaw jekk ir-riskju fil-bidliet fil-komoditajiet huwiex kopert kif meħtieġ mill-Artikolu 29 ta’ dan ir-Regolament; |
|
(e) |
jivvalutaw jekk ir-riskju vega relatat mar-riskju tal-komoditajiet huwiex kopert kif meħtieġ mill-Artikolu 30 ta’ dan ir-Regolament. |
Għall-finijiet tal-punt (c), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk l-istituzzjoni timmudellax żewġ komoditajiet differenti direttament jew tkoprix il-bażi permezz ta’ fattur tar-riskju ta’ bażi.
2. B’deroga mill-paragrafu 1, il-punti (a)(i) u (ii), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu li l-istituzzjoni tipprovdi l-informazzjoni msemmija f’dawk il-punti għall-aktar komoditajiet rilevanti biss, u jistgħu jwettqu l-valutazzjoni stabbilita f’dak il-paragrafu 1 dwar dik id-data.
Artikolu 29
Valutazzjoni tal-kurvi
1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw:
|
(a) |
meta jkunu meħtieġa jivvalutaw kurvi li l-punti tagħhom huma fatturi tar-riskju kif imsemmijin fl-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060, il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu; |
|
(b) |
meta jkunu meħtieġa jivvalutawil-kurvi li jkunu ġew immudellati permezz ta’ parametri tal-funzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 6 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060, il-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu. |
Għall-finijiet tal-punti (a) u (b), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw it-tekniki ta’ interpolazzjoni u ta’ estrapolazzjoni użati mill-istituzzjoni f’konformità mal-paragrafu 6.
2. Għall-kurvi li għalihom l-istituzzjoni tistabbilixxi buckets hija stess f’konformità mal-Artikolu 5(4) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw li:
|
(a) |
il-politiki interni tal-istituzzjoni stabbilew kriterji sabiex jiddeċiedu dwar in-numri ta’ fatturi tar-riskju li għandhom jintużaw sabiex jimmudellaw kurva, u li tali kriterji huma bbażati fuq il-likwidità u fuq il-materjalità tal-pożizzjonijiet bl-iskopertura għal dik il-kurva; |
|
(b) |
il-kriterji msemmijin fil-punt (a) huma akkumpanjati minn analiżi li turi li n-numru ta’ fatturi tar-riskju użati jippermetti li tiġi koperta l-volatilità bejn termini differenti. |
Għall-finijiet tal-punt (b), meta l-awtorità kompetenti tqis li n-numru ta’ fatturi tar-riskju użati għall-immudellar ta’ kurva ma jkunx xieraq, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jikkomplementaw il-valutazzjoni tagħhom billi jużaw il-metodu ta’ valutazzjoni msemmi fil-paragrafu 3.
3. Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-punt (b), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu:
|
(a) |
jeħtieġu li l-istituzzjoni tapplika xenarji ta’ xokkijiet futuri għall-fatturi tar-riskju tal-kurva kif magħmulin fil-mudell intern tal-kejl tar-riskji; |
|
(b) |
jeħtieġu li l-istituzzjoni tikseb il-volatilità ta’ punt fil-kurva li ma huwiex fattur tar-riskju; |
|
(c) |
jeħtieġu li l-istituzzjoni tikseb il-volatilità osservata tal-punt fil-kurva msemmija fil-punt (b); |
|
(d) |
iqabblu l-volatilità miksuba f’konformità mal-punt (b) mal-volatilità osservata miksuba f’konformità mal-punt (c). |
Għall-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (b), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jibbażaw lilhom infushom kemm fuq il-perjodu msemmi fl-Artikolu 325bc(4), il-punt (c), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 kif ukoll fuq il-perjodu ta’ stress finanzjarju msemmi fl-Artikolu 325bc(2), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament.
4. Għal kurvi li jkunu ġew immudellati permezz ta’ parametri funzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 6 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk il-politiki interni tal-istituzzjoni jinkludux analiżi li turi li l-ixxokkjar tal-parametri tal-funzjonijiet jippermetti li jiġu koperti r-riskji materjali kollha fil-kurvi u l-volatilità fuq termini differenti. Meta xieraq, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jikkomplementaw il-valutazzjoni tagħhom billi jużaw il-metodu ta’ valutazzjoni msemmi fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu.
5. Għall-finijiet tal-paragrafu 4, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu:
|
(a) |
jeħtieġu li l-istituzzjoni tapplika xenarji ta’ xokkijiet futuri għall-parametri tal-funzjoni kif sar fil-mudell intern tal-kejl tar-riskji; |
|
(b) |
jeħtieġu li l-istituzzjoni tikseb il-volatilità ta’ punt fil-kurva; |
|
(c) |
jeħtieġu li l-istituzzjoni tikseb il-volatilità tal-punt fil-kurva msemmija fil-punt (b); |
|
(d) |
iqabblu l-volatilità miksuba f’konformità mal-punt (b) mal-volatilità osservata miksuba f’konformità mal-punt (c). |
Għal dik il-valutazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jibbażaw lilhom infushom kemm fuq il-perjodu msemmi fl-Artikolu 325bc(4), il-punt (c), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 kif ukoll fuq il-perjodu ta’ stress finanzjarju msemmi fl-Artikolu 325bc(2), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament.
6. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk it-tekniki kollha użati mill-istituzzjoni sabiex tibni kurva, inklużi t-tekniki ta’ interpolazzjoni u ta’ estrapolazzjoni, humiex sodi. Meta parti mill-kurva tiġi dderivata bl-estrapolazzjoni taż-żewġ punti ta’ barra tagħha, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk il-volatilità tar-ritorni osservati fis-suq għall-parti estrapolata tal-kurva hijiex differenti b’mod sinifikanti minn dik li tirriżulta mill-estrapolazzjoni. Għal dak l-għan, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu japplikaw il-metodi ta’ valutazzjoni msemmijin fil-paragrafi 3 u 5 billi jiġbru punt fil-kurva miksub permezz ta’ estrapolazzjoni meta japplikaw il-punt (b) ta’ dawk il-paragrafi.
Artikolu 30
Valutazzjoni tas-superfiċi ta’ volatilità implikata
1. Meta jivvalutaw il-konformità ta’ istituzzjoni mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 325bh(1), il-punt (h), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tal-qbid tar-riskju vega għal kwalunkwe kategorija wiesgħa partikolari ta’ fattur tar-riskju, l-awtoritajiet kompetenti għandhom:
|
(a) |
jeħtieġu li l-istituzzjoni tipprovdi lista tas-superfiċi kollha ta’ volatilità li l-portafoll tal-istituzzjoni jkun sensittiv għalihom; |
|
(b) |
jeħtieġu li l-istituzzjoni tipprovdi analiżi tas-sensittività tal-portafoll tagħha lejn kull waħda mis-superfiċi msemmijin fil-punt (a); |
|
(c) |
jivverifikaw, fuq il-bażi tal-informazzjoni msemmija fil-punti (a) u (b), jekk kwalunkwe riskju ta’ bażi materjali bejn kwalunkwe żewġ superfiċi partikolari jkunx kopert b’mod impliċitu mill-fatt li ż-żewġ superfiċi jkunu mmudellati direttament, jew mill-fatt li tkun immudellata superfiċe ta’ bażi li tirrappreżenta d-differenza bejn dawk iż-żewġ kurvi; |
|
(d) |
jivverifikaw, fir-rigward tas-superfiċi tal-volatilità li l-punti tagħhom huma fatturi tar-riskju kif imsemmijin fl-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060, jekk:
|
|
(e) |
jivverifikaw, fir-rigward ta’ superfiċi li jkunu ġew immudellati permezz ta’ parametri tal-funzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 6 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060, jekk il-politiki interni tal-istituzzjoni jinkludux analiżi li turi li l-ixxokkjar tal-parametri tal-funzjonijiet jippermetti r-rappreżentazzjoni komprensiva tar-riskju fis-superfiċe kollha; |
|
(f) |
jivvalutaw jekk it-tekniki ta’ interpolazzjoni u ta’ estrapolazzjoni użati mill-istituzzjoni sabiex tibni superfiċe humiex sodi u meta parti mis-superfiċe tiġi dderivata bl-estrapolazzjoni taż-żewġ punti esterni tagħha, jivverifikaw jekk il-volatilità tar-ritorni osservati fis-suq għall-parti estrapolata tas-superfiċe hijiex differenti b’mod sinifikanti minn dik li tirriżulta mill-estrapolazzjoni. |
Għall-finijiet tal-punt (a), l-istituzzjoni għandha, għal kull waħda mis-superfiċi msemmijin f’dak il-punt, tispeċifika jekk hijiex immudellata fl-intier tagħha direttament, jew jekk hijiex immudellata bħala somma ta’ superfiċe bażi u ta’ superfiċe ta’ bażi.
Għall-finijiet tal-punt (d)(ii), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, meta xieraq, jikkomplementaw il-valutazzjoni tagħhom billi jużaw il-metodu ta’ valutazzjoni msemmi fil-paragrafu 2.
Għall-finijiet tal-punt (e), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, meta xieraq, jikkomplementaw il-valutazzjoni tagħhom billi jużaw il-metodu ta’ valutazzjoni msemmi fil-paragrafu 3.
Għall-finijiet tal-punt (f), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu japplikaw il-metodu ta’ valutazzjoni msemmi fil-paragrafi 2 u 3 billi jaqbdu punt fis-superfiċe miksub permezz ta’ estrapolazzjoni meta japplikaw il-punt (b) ta’ dawk il-paragrafi.
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punt (d)(ii), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu:
|
(a) |
jeħtieġu li l-istituzzjoni tapplika xenarji ta’ xokkijiet futuri għall-fatturi tar-riskju tas-superfiċe kif magħmulin fil-mudell intern tal-kejl tar-riskji; |
|
(b) |
jeħtieġu li l-istituzzjoni tikseb il-volatilità ta’ punt tas-superfiċe li ma huwiex fattur tar-riskju; |
|
(c) |
jeħtieġu li l-istituzzjoni tikseb il-volatilità osservata tal-punt fis-superfiċe msemmija fil-punt (b); |
|
(d) |
iqabblu l-volatilità miksuba f’konformità mal-punt (b) mal-volatilità osservata miksuba f’konformità mal-punt (c). |
Għall-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (d)(ii), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jibbażaw lilhom infushom kemm fuq il-perjodu msemmi fl-Artikolu 325bc(4), il-punt (c), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 kif ukoll fuq il-perjodu ta’ stress finanzjarju msemmi fl-Artikolu 325bc(2), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament.
3. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punt (e), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu:
|
(a) |
jeħtieġu li l-istituzzjoni tapplika xenarji ta’ xokkijiet futuri għall-parametri tal-funzjoni kif sar fil-mudell intern tal-kejl tar-riskji; |
|
(b) |
jeħtieġu li l-istituzzjoni tikseb il-volatilità ta’ punt tas-superfiċe; |
|
(c) |
jeħtieġu li l-istituzzjoni tikseb il-volatilità osservata tal-punt fis-superfiċe msemmija fil-punt (b); |
|
(d) |
iqabblu l-volatilità miksuba f’konformità mal-punt (b) mal-volatilità osservata miksuba f’konformità mal-punt (c). |
Għall-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (e), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jibbażaw lilhom infushom kemm fuq il-perjodu msemmi fl-Artikolu 325bc(4), il-punt (c), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 kif ukoll fuq il-perjodu ta’ stress finanzjarju msemmi fl-Artikolu 325bc(2), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament.
Artikolu 31
Valutazzjoni tal-fatturi tar-riskju ta’ korrelazzjoni
Meta jivvalutaw jekk il-mudell intern tal-kejl tar-riskji ta’ istituzzjoni jkoprix riskju ta’ korrelazzjoni kif meħtieġ mill-Artikolu 325h(1), il-punt (b), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw li, għal opzjonijiet multisottostanti u kwalunkwe prodott ieħor li l-valur fi tmiem il-jum tiegħu jiġi ddeterminat permezz ta’ parametru ta’ korrelazzjoni implikat, fattur tar-riskju li jkopri r-riskju ta’ bidliet fil-parametru ta’ korrelazzjoni huwa inkluż fil-mudell intern tal-kejl tar-riskji.
L-awtorità kompetenti tista’ tidentifika għażliet u prodotti li jiddependu fuq parametru ta’ korrelazzjoni implikata billi tuża l-informazzjoni rrapportata f’konformità mal-Artikolu 23 ta’ dan ir-Regolament, u billi tidentifika dawk il-fatturi li huma parametri ta’ korrelazzjoni.
Artikolu 32
Valutazzjoni tal-mudellabbiltà tal-fatturi tar-riskju
1. Meta jivvalutaw il-konformità ta’ istituzzjoni mal-Artikolu 325bi(1), il-punt (e), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tar-rekwiżiti dwar il-mudellabbiltà tal-fatturi tar-riskju, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk il-politiki interni tal-istituzzjoni msemmijin f’dak il-punt jissodisfawx il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
|
(a) |
il-politiki interni jkopru l-aspetti msemmijin fl-Artikolu 7 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060 għad-dokumentazzjoni kollha; |
|
(b) |
il-politiki interni jeħtieġu l-produzzjoni ta’ inventarju aġġornat li jispeċifika għal kull fattur tar-riskju dawn li ġejjin:
|
|
(c) |
il-politiki interni jistabbilixxu:
|
|
(d) |
il-politiki interni jistabbilixxu kriterji sabiex jiġi ddeterminat jekk il-valutazzjoni tal-mudellabbiltà ta’ kurva, ta’ superfiċe, jew ta’ kubu ssirx bl-użu ta’ buckets standard u predefiniti kif imsemmi fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060, jew billi jużaw l-istabbiliment proprju mill-istituzzjoni tal-buckets kif imsemmi fl-Artikolu 5(4) ta’ dak ir-Regolament Delegat; |
|
(e) |
il-politiki interni jistabbilixxu r-raġuni wara l-għażla, meta l-buckets standard definiti minn qabel imsemmijin fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060 ikunu suddiviżi f’buckets iżgħar f’konformità mal-Artikolu 5(3) ta’ dak ir-Regolament. |
Għall-finijiet tal-punti (b)(vii) u (viii), meta l-istituzzjoni twettaq il-valutazzjoni tal-mudellabbiltà għal fattur tar-riskju billi tivvaluta l-mudellabbiltà ta’ sett ta’ buckets l-ewwel, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk in-numru ta’ prezzijiet verifikabbli u rappreżentattivi huwiex speċifikat fil-livell ta’ kull wieħed minn dawk il-buckets.
2. Meta jivvalutaw jekk il-mudell intern tal-kejl tar-riskji tal-istituzzjoni jkunx implimentat b’integrità kif meħtieġ mill-Artikolu 325bi(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tal-valutazzjoni tal-mudellabbiltà tal-fatturi tar-riskju li huma vvalutati bħala mudellabbli f’konformità mal-Artikolu 1 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060, l-awtoritajiet kompetenti għandhom:
|
(a) |
jivverifikaw, fir-rigward tar-riżultati tal-valutazzjoni tal-mudellabbiltà:
|
|
(b) |
fir-rigward tar-rekwiżiti għall-kunsiderazzjoni ta’ prezz verifikabbli kif imsemmi fl-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060:
|
|
(c) |
fir-rigward tar-rekwiżiti għall-kunsiderazzjoni ta’ prezz verifikabbli bħala rappreżentattiv ta’ fattur tar-riskju kif imsemmi fl-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060, jivverifikaw jekk il-proċess ta’ mmappjar u l-kriterji użati sabiex tiġi ddeterminata r-rappreżentattività ta’ prezz għal fattur tar-riskju kif imsemmi fl-Artikolu 7(1), il-punt (d), ta’ dak ir-Regolament Delegat humiex sodi. |
Għall-finijiet tal-punt (a)(ii), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk il-kriterji msemmijin fil-paragrafu 1, il-punt (c) sabiex jidentifikaw jekk il-fatturi tar-riskju humiex tal-istess tip humiex tajbin u, billi jużaw l-inventarju msemmi fil-paragrafu 1, il-punt (b), jivverifikaw jekk dawk il-kriterji jiġux applikati b’mod korrett.
Għall-finijiet tal-punt (b)(i), l-awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw il-metodu ta’ valutazzjoni msemmi fil-paragrafu 5.
Għall-finijiet tal-punt (c), l-awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw il-metodu ta’ valutazzjoni msemmi fil-paragrafu 6.
3. Meta jivvalutaw jekk mudell intern tal-istituzzjoni jkunx implimentat b’integrità kif meħtieġ mill-Artikolu 325bi(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tal-valutazzjoni tal-mudellabbiltà tal-fatturi tar-riskju li jappartjenu għal kurva, għal superfiċe jew għal kubu u li huma vvalutati bħala mudellabbli f’konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060, l-awtoritajiet kompetenti għandhom:
|
(a) |
fir-rigward tar-riżultati tal-valutazzjoni tal-mudellabbiltà:
|
|
(b) |
fir-rigward tar-rekwiżiti għall-kunsiderazzjoni ta’ prezz verifikabbli kif imsemmi fl-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060:
|
|
(c) |
fir-rigward tar-rekwiżiti għall-allokazzjoni ta’ prezz verifikabbli għal bucket kif imsemmi fl-Artikolu 4(4) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060, jivverifikaw jekk il-proċess tal-immappjar u l-kriterji msemmijin fl-Artikolu 7(1), il-punt (d), ta’ dak ir-Regolament użat sabiex jiġi ddeterminat li prezz huwa rappreżentattiv għal punt fil-bucket humiex tajbin; |
|
(d) |
fir-rigward tal-possibbiltà ta’ riallokazzjoni ta’ prezz verifikabbli ta’ bucket għal bucket biswit f’konformità mal-Artikolu 5(5) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060, jivverifikaw:
|
Għall-finijiet tal-punt (b)(i), l-awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw il-metodu ta’ valutazzjoni msemmi fil-paragrafu 5.
Għall-finijiet tal-punt (c), l-awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw il-metodu ta’ valutazzjoni msemmi fil-paragrafu 7.
4. Meta jivvalutaw jekk mudell intern tal-istituzzjoni jkunx implimentat b’integrità kif meħtieġ mill-Artikolu 325bi(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tal-valutazzjoni tal-mudellabbiltà tal-fatturi tar-riskju li huma vvalutati bħala mudellabbli f’konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060, l-awtoritajiet kompetenti għandhom:
|
(a) |
fir-rigward tar-riżultati tal-valutazzjoni tal-mudellabbiltà:
|
|
(b) |
fir-rigward tar-rekwiżiti għall-kunsiderazzjoni ta’ prezz verifikabbli kif imsemmi fl-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060:
|
|
(c) |
fir-rigward tar-rekwiżiti għall-allokazzjoni ta’ prezz verifikabbli għal bucket kif imsemmi fl-Artikolu 4(4) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060, jivverifikaw jekk il-proċess tal-immappjar u l-kriterji msemmijin fl-Artikolu 7(1), il-punt (d), ta’ dak ir-Regolament użat sabiex jiġi ddeterminat li prezz huwa rappreżentattiv għal punt fil-bucket humiex tajbin; |
|
(d) |
fir-rigward tal-possibbiltà ta’ riallokazzjoni ta’ prezz verifikabbli ta’ bucket għal bucket biswit f’konformità mal-Artikolu 5(5) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060, jivverifikaw:
|
Għall-finijiet tal-punt (b)(i), l-awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw il-metodu ta’ valutazzjoni msemmi fil-paragrafu 5.
Għall-finijiet tal-punt (c), l-awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw il-metodu ta’ valutazzjoni msemmi fil-paragrafu 7.
5. Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-punt (b)(i), il-paragrafu 3, il-punt (b)(i) u l-paragrafu 4, il-punt (b)(i), l-awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw il-metodu ta’ valutazzjoni li ġej:
|
(a) |
jeħtieġu li l-istituzzjoni tipprovdi kampjun tal-fatturi tar-riskju u tal-buckets, bil-prezzijiet verifikabbli u rappreżentattivi korrispondenti, inklużi:
|
|
(b) |
jirrikjedu li l-istituzzjoni tiġġustifika għall-prezzijiet imsemmijin fil-punt (a), ta’ dan il-paragrafu liema mill-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060 ikunu ssodisfati, u jivverifikaw dawn li ġejjin:
|
|
(c) |
għall-prezzijiet verifikabbli msemmijin fil-punt (a), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw:
|
Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrikjedu li l-istituzzjonijiet jew il-bejjiegħa terzi kif applikabbli jipprovduhom bl-informazzjoni kollha li jeħtieġu sabiex iwettqu dik il-valutazzjoni b’mod komprensiv, f’konformità mal-Artikolu 2(5), il-punt (b), tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060.
6. Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-punt (c), l-awtoritajiet kompetenti għandhom:
|
(a) |
jirrikjedu li istituzzjoni tipprovdi kampjun ta’ fatturi tar-riskju, u l-prezzijiet verifikabbli u rappreżentattivi korrispondenti użati sabiex jiġu vvalutati l-kundizzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 1 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060; |
|
(b) |
jivverifikaw jekk, fejn għall-fattur tar-riskju jkun hemm prezzijiet verifikabbli multipli f’data ta’ osservazzjoni partikolari, wieħed biss jitqies meta jiġi vvalutat jekk il-kundizzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 1 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060 humiex issodisfati; |
|
(c) |
għal dawk il-fatturi tar-riskju fil-kampjun imsemmi fil-punt (a) li ma jkunux fatturi tar-riskju sistematiku ta’ kreditu jew ta’ ekwità li jkopru movimenti fis-suq kollu kif imsemmi fl-Artikolu 3(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060, jivverifikaw jekk:
|
|
(d) |
għal dawk il-fatturi tar-riskju fil-kampjun imsemmi fil-punt (a) li jkunu fatturi tar-riskju sistematiku ta’ kreditu jew ta’ ekwità li jkopru movimenti fis-suq kollu kif imsemmi fl-Artikolu 3(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060, jivverifikaw jekk il-prezzijiet verifikabbli użati humiex rappreżentattivi tal-attributi tal-fatturi tar-riskju sistematiku. |
Għall-finijiet tal-punt (a), il-kampjun tal-fatturi tar-riskju għandu jinkludi, fost l-oħrajn, fatturi tar-riskju li b’mod ristrett jissodisfaw il-kundizzjonijiet sabiex jiġu vvalutati fatturi mudellabbli u tar-riskju li jkunu biddlu l-istatus tal-mudellabbiltà tagħhom matul is-sena preċedenti. Meta applikabbli, dak il-kampjun għandu jkun fih fatturi tar-riskju li għalihom il-prezzijiet verifikabbli jinkisbu biss mill-istituzzjoni, unikament minn bejjiegħa terzi, u kemm mill-istituzzjoni kif ukoll minn bejjiegħa terzi.
7. Għall-finijiet tal-paragrafu 3, il-punt (c), u tal-paragrafu 4, il-punt (c), l-awtoritajiet kompetenti għandhom:
|
(a) |
jeħtieġu li l-istituzzjoni tipprovdi kampjun ta’ buckets relatati ma’ sett ta’ kurvi, ta’ superfiċi jew ta’ kubi, u l-prezzijiet verifikabbli u rappreżentattivi korrispondenti; |
|
(b) |
għall-prezzijiet verifikabbli msemmijin fil-punt (a), jivverifikaw, għall-buckets li għalihom hemm prezzijiet verifikabbli multipli f’data ta’ osservazzjoni partikolari, li jiġi kkunsidrat prezz verifikabbli wieħed biss għal kull data meta jiġi vvalutat jekk il-kundizzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 1 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060 humiex issodisfati; |
|
(c) |
għall-prezzijiet verifikabbli msemmijin fil-punt (a), jivvalutaw li l-metodoloġija użata mill-istituzzjoni sabiex tidentifika prezz verifikabbli għal bucket partikolari tkun xierqa. |
Għall-finijiet tal-punt (a), il-kampjun tal-buckets għandu jinkludi, fost l-oħrajn, buckets li b’mod ristrett issodisfaw il-kundizzjonijiet sabiex jiġu vvalutati mudellabbli u buckets li biddlu l-istatus tal-mudellabbiltà tagħhom matul is-sena preċedenti. Meta applikabbli, dak il-kampjun għandu jinkludi buckets li għalihom jinkisbu prezzijiet verifikabbli biss mill-istituzzjoni, unikament minn bejjiegħa terzi, u kemm mill-istituzzjoni kif ukoll minn bejjiegħa terzi.
Għall-finijiet tal-punt (c), l-awtorità kompetenti għandha tivverifika jekk:
|
(a) |
il-punti f’bucket humiex motivatur b’saħħtu tal-prezz meqjus rappreżentattiv, |
|
(b) |
il-metodu użat mill-istituzzjoni sabiex tikkonkludi li hemm relazzjoni mill-qrib bejn kwalunkwe punt fil-bucket u dak il-prezz huwiex tajjeb, |
|
(c) |
il-metodoloġija użata mill-istituzzjoni sabiex toħroġ il-valur ta’ dak il-punt fil-bucket minn dak il-prezz hijiex tajba. |
Artikolu 33
Valutazzjoni tal-perjodu ta’ likwidità tal-fatturi tar-riskju
1. Meta jivvalutaw il-konformità ta’ istituzzjoni mal-Artikolu 325bi(1), il-punt (e), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tar-rekwiżiti dwar il-perjodu ta’ likwidità tal-fatturi tar-riskju, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk il-politiki interni msemmijin f’dak il-punt jeħtiġux il-produzzjoni ta’ inventarju aġġornat li jispeċifika, għal kull fattur tar-riskju, dawn li ġejjin:
|
(a) |
deskrizzjoni tal-fattur tar-riskju; |
|
(b) |
jekk il-fattur tar-riskju huwiex mudellabbli wara l-valutazzjoni tal-mudellabbiltà msemmija fl-Artikolu 325be tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u, meta l-fattur tar-riskju jkun mudellabbli, jekk dak il-fattur tar-riskju jkunx inkluż fis-subsett tal-fatturi tar-riskju mudellabbli msemmi fl-Artikolu 325bc(2), il-punt (a), ta’ dak ir-Regolament; |
|
(c) |
deskrizzjoni sempliċi tal-inputs tad-data użati sabiex jiġi mmarkat il-fattur tar-riskju; |
|
(d) |
il-perjodu ta’ likwidità assenjat lill-fattur tar-riskju kif meħtieġ mill-Artikolu 325bd(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; |
|
(e) |
jekk in-natura tal-fattur tar-riskju tikkorrispondix għal xi kategorija wiesgħa ta’ fatturi tar-riskju kif meħtieġ mill-Artikolu 1(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2058; |
|
(f) |
jekk in-natura tar-riskju kopert mill-fattur tar-riskju u l-inputs tad-data użati għal dak il-fattur tar-riskju jikkorrispondux għal fatturi tar-riskju li jistgħu jaqgħu taħt aktar minn kategorija wiesgħa waħda ta’ fatturi tar-riskju jew sottokategorija wiesgħa ta’ fatturi tar-riskju kif meħtieġ mill-Artikolu 1(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2058; |
|
(g) |
meta tintuża għall-immudellar ta’ indiċi omoġenu, jekk il-metodoloġija msemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2058 jew il-metodoloġija msemmija fl-Artikolu 2 ta’ dak ir-Regolament intużatx għall-immappjar tal-fattur tar-riskju għall-kategorija wiesgħa u għas-subkategorija ta’ fatturi tar-riskju xierqa tat-Tabella 2 tal-Artikolu 325bd tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. |
2. Meta jivvalutaw jekk il-mudell intern tal-istituzzjoni huwiex implimentat b’integrità f’konformità mal-Artikolu 325bi(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tar-rekwiżiti dwar il-perjodu ta’ likwidità tal-fatturi tar-riskju, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk:
|
(a) |
billi jużaw l-elementi msemmijin fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu:
|
|
(b) |
l-istituzzjoni jkollha fis-seħħ kriterji oġġettivi għall-identifikazzjoni ta’ meta fattur tar-riskju ta’ firxiet tal-kreditu jirreferi għal grad ta’ investiment jew għal pożizzjoni ta’ rendiment għoli; |
|
(c) |
meta l-istituzzjoni tapplika d-deroga stabbilita fl-Artikolu 325bd(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tal-użu ta’ perjodi ta’ likwidità itwal fil-kalkolu tal-kejl tar-riskju tan-nuqqas mistenni msemmi fl-Artikolu 325bb ta’ dak ir-Regolament u tal-kejl tar-riskju tax-xenarju ta’ stress imsemmi fl-Artikolu 325bk ta’ dak ir-Regolament, l-istituzzjoni tagħmel distinzjoni bejn pożizzjonijiet li jappartjenu għall-postijiet tan-negozjar li għalihom tintuża d-deroga u dawk il-postijiet tan-negozjar li għalihom ma tintużax id-deroga; |
|
(d) |
bħala parti mill-verifika ta’ kull xahar imsemmija fl-Artikolu 325bd(6) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istituzzjoni tivverifika jekk:
|
|
(e) |
munita waħda biss titqies bħala domestika għall-finijiet tal-immappjar ta’ fattur tar-riskju għall-kategorija wiesgħa “Rata tal-imgħax” u s-subkategorija “L-iktar muniti likwidi u l-munita lokali” tal-Artikolu 325bd, it-Tabella 2, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. |
Għall-finijiet tal-punt (c), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiffukaw fuq fatturi tar-riskju li jappartjenu għas-subkategorija soġġetta għad-deroga u li huma preżenti kemm fil-postijiet tan-negozjar li għalihom tintuża d-deroga kif ukoll fil-postijiet tan-negozjar li għalihom ma tintużax id-deroga.
3. Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-punt (a), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu li l-istituzzjoni tidentifika l-fatturi tar-riskju f’kampjun ta’ strumenti finanzjarji jew ta’ komoditajiet, u jagħmlu l-valutazzjoni tagħhom filwaqt li jqisu n-natura tal-istrumenti finanzjarji li jġorru l-fatturi tar-riskju. Meta jirrikjedu dak il-kampjun, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiffukaw fuq strumenti finanzjarji jew fuq komoditajiet li jinkludu firxa wiesgħa biżżejjed ta’ tipi ta’ fatturi tar-riskju sabiex jiżguraw valutazzjoni komprensiva.
4. Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-punt (d), ta’ dan l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu li l-istituzzjoni tipprovdi fatturi tar-riskju li kienu soġġetti għal bidla fis-subkategorija, u jivverifikaw li, wara l-verifika ta’ kull xahar, il-kejl tar-riskju tan-nuqqas mistenni msemmi fl-Artikolu 325bb tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-kejl tar-riskju tax-xenarju ta’ stress imsemmi fl-Artikolu 325bk ta’ dak ir-Regolament irriflettew il-bidliet fil-perjodu ta’ likwidità.
TAQSIMA 3
Valutazzjoni tal-indikaturi u tal-kwalità tad-data
Artikolu 34
Valutazzjoni tal-indikaturi
1. Meta jivvalutaw jekk il-mudell intern ta’ istituzzjoni jkunx implimentat b’integrità kif meħtieġ mill-Artikolu 325bi(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tar-rekwiżiti dwar l-użu ta’ indikaturi, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk:
|
(a) |
l-istituzzjoni stabbiliet, bħala parti mill-politiki interni msemmijin fl-Artikolu 325bi(1), il-punt (e), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, kriterji li jiddeskrivu:
|
|
(b) |
il-politiki interni msemmijin fl-Artikolu 325bi(1), il-punt (e), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ikopru l-approċċi ta’ indikatur kollha użati mill-istituzzjoni, inkluż, meta jintużaw:
|
|
(c) |
għal fatturi tar-riskju mhux mudellabbli, hemm raġuni ċara għall-użu ta’ approċċ ta’ indikatur, anki jekk in-numru ta’ ritorni N fis-serje kronoloġika għall-fattur tar-riskju li jirriżulta mill-Artikolu 7 tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397 jippermetti l-użu tal-metodu storiku jew tal-metodu ta’ sigma asimetriku msemmi, rispettivament, fl-Artikoli 8 u 9 ta’ dak ir-Regolament Delegat; |
|
(d) |
l-approċċ użat sabiex jintuża indikatur għall-fattur tar-riskju huwa xieraq u jiżgura, kif meħtieġ mill-Artikolu 325h(1), il-punt (g), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, kalibrar konservattiv tax-xenarji ta’ xokkijiet futuri għal fatturi tar-riskju li jistgħu jiġu mmudellati u tax-xenarji estremi ta’ xokk futur għal fatturi tar-riskju mhux mudellabbli; |
|
(e) |
għall-fatturi tar-riskju li għalihom tintuża data indikatur biss għal perjodi speċifiċi fis-serje kronoloġika, ma hemm l-ebda qabża anomala bejn il-partijiet tas-serje kronoloġika li jintwerew b’indikatur u l-partijiet tas-serje kronoloġika li ma jintwerewx b’indikatur. |
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punt (c), l-awtoritajiet kompetenti għandhom, fuq kampjun ta’ fatturi tar-riskju li jintwerew b’indikatur, jivverifikaw jekk:
|
(a) |
l-approċċ ta’ indikatur użat għal dawk il-fatturi tar-riskju jkun l-approċċ deskritt fil-politiki interni kif imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (a), u l-indikatur użat ikun ekonomikament sinifikattiv; |
|
(b) |
ir-riskju ta’ bażi bejn dak il-fattur tar-riskju kif muri b’indikatur u fatturi tar-riskju oħrajn jiġi kopert kif xieraq, inkluż meta fatturi tar-riskju differenti jintwerew b’indikatur billi jiġu mmappjati mal-istess fattur tar-riskju; |
|
(c) |
ma hemm l-ebda każ li fih, bħala riżultat tal-indikatur, ir-riskju speċifiku ma jkunx kopert kif xieraq. |
Meta japplikaw dak il-metodu ta’ valutazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħżlu kampjun ta’ fatturi tar-riskju li jirriflettu varjetà ta’ approċċi ta’ indikatur, inklużi, meta jintużaw, mudelli ta’ fatturi, approssimazzjonijiet beta, u l-immappjar tal-fatturi tar-riskju mal-parametri referenzjarji, inklużi l-ismijiet rappreżentattivi tas-settur u tar-reġjun jew tal-indiċijiet.
3. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punt (c), l-awtoritajiet kompetenti għandhom, fuq kampjun ta’ fatturi tar-riskju li għalihom id-data fl-aħħar perjodu ta’ 12-il xahar tkun intweriet b’indikatur:
|
(a) |
jeħtieġu li l-istituzzjoni tipprovdi s-serje kronoloġika tal-fatturi tar-riskju murijin b’indikatur kif użati fil-mudell intern tal-kejl tar-riskji u s-serje kronoloġika tal-fatturi tal-ipprezzar korrispondenti kif użati fil-proċess ta’ valwazzjoni ta’ tmiem il-jum; |
|
(b) |
jivverifikaw li l-volatilitajiet tas-serje taż-żewġ perjodi ta’ żmien imsemmijin fil-punt (a) ma jvarjawx b’mod sostanzjali; |
|
(c) |
jivverifikaw li ż-żewġ serje kronoloġiċi huma ferm korrelatati. |
Meta japplikaw dak il-metodu ta’ valutazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħżlu kampjun ta’ fatturi tar-riskju li jirriflettu varjetà ta’ approċċi ta’ indikatur, inklużi, meta jintużaw, mudelli ta’ fatturi, approssimazzjonijiet beta, u l-immappjar tal-fatturi tar-riskju mal-parametri referenzjarji, inklużi l-ismijiet rappreżentattivi ta’ settur u ta’ reġjun partikolari jew tal-indiċijiet.
4. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punt (c), sabiex tiġi ttestjata l-konservazzjoni tal-approċċi ta’ approssimazzjoni indiretta, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħżlu kampjun ta’ approċċi u japplikaw, għal kull approċċ ta’ indikatur, il-passi kollha li ġejjin f’din l-ordni:
|
(a) |
jeħtieġu li l-istituzzjoni tipprovdi s-serje kronoloġika ta’ kampjun ta’ fatturi tar-riskju li ma jingħatawx b’indikatur u li, jekk jingħataw b’indikatur, isegwu l-approċċ ta’ indikatur li jkun qed jiġi vvalutat; |
|
(b) |
jeħtieġu li l-istituzzjoni tipprovdi s-serje kronoloġika li tintuża billi jiġi applikat l-approċċ ta’ indikatur li jkun qed jiġi vvalutat għas-serje kronoloġika tal-fatturi tar-riskju msemmija fil-punt (a); |
|
(c) |
għaż-żewġ serje kronoloġiċi, jiksbu l-volatilitajiet tal-fatturi tar-riskju fil-perjodu ta’ stress u fl-aħħar perjodu ta’ 12-il xahar, u jivverifikaw li l-volatilità li tirriżulta mis-serje kronoloġika ta’ indikatur imsemmija fil-punt (b) ma tissottovalutax il-volatilità li tirriżulta mis-serje kronoloġika msemmija fil-punt (a). |
Meta japplikaw dak il-metodu ta’ valutazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħżlu kampjun ta’ fatturi tar-riskju li jirriflettu varjetà ta’ approċċi ta’ indikatur, inklużi, meta jintużaw, mudelli ta’ fatturi, approssimazzjonijiet beta, u l-immappjar tal-fatturi tar-riskju mal-parametri referenzjarji, inklużi l-ismijiet rappreżentattivi ta’ settur u ta’ reġjun partikolari jew tal-indiċijiet.
5. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punt (c), l-awtoritajiet kompetenti għandhom, fuq kampjun ta’ fatturi tar-riskju mhux mudellabbli li għalihom intużat data indikatur fil-perjodu ta’ stress minkejja li n-numru ta’ ritorni N fis-serje kronoloġika għall-fattur tar-riskju li jirriżulta mill-Artikolu 7 tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397 jippermetti l-użu tal-metodu storiku jew tal-metodu sigma asimetriku msemmi, rispettivament, fl-Artikoli 8 u 9 ta’ dak ir-Regolament Delegat:
|
(a) |
jeħtieġu li l-istituzzjoni tipprovdi s-serje kronoloġika oriġinali għall-fatturi tar-riskju qabel ma jintuża kwalunkwe approċċ ta’ indikatur; |
|
(b) |
jeħtieġu li l-istituzzjoni tipprovdi s-serje kronoloġika użata għall-fatturi tar-riskju murijin b’indikatur; |
|
(c) |
iqabblu x-xokkijiet ikkalibrati ’l fuq u ’l isfel kif jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Artikoli 8 u 9 tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397 mas-serje kronoloġika msemmija fil-punti (a) u (b) ta’ dan il-paragrafu, u jivverifikaw li x-xokkijiet li jirriżultaw mis-serje kronoloġika murija b’indikatur ma jkunux sistematikament anqas konservattivi mix-xokkijiet miksubin bl-użu tas-serje kronoloġika oriġinali. |
Meta japplikaw dak il-metodu ta’ valutazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħżlu kampjun ta’ fatturi tar-riskju li jirriflettu varjetà ta’ approċċi ta’ indikatur, inklużi, meta jintużaw, mudelli ta’ fatturi, approssimazzjonijiet beta, u l-immappjar tal-fatturi tar-riskju mal-parametri referenzjarji, inklużi l-ismijiet rappreżentattivi tas-settur u tar-reġjun jew tal-indiċijiet.
Artikolu 35
Valutazzjoni tal-kwalità tad- data
1. Meta jivvalutaw jekk l-istandards tad-data ta’ istituzzjoni jissodisfawx l-istandards minimi għall-mudell intern tal-kejl tar-riskji sabiex jitqiesu raġonevolment akkurati fil-kejl tar-riskji kif meħtieġ mill-Artikolu 325bi(1), il-punt (f), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk:
|
(a) |
l-istituzzjoni tiddokumentax, bħala parti mill-politiki interni tagħha, kwalunkwe metodoloġija użata sabiex timla s-serje kronoloġika bil-punti tad-data niqsin, u jekk tali dokumentazzjoni fihiex analiżi soda li turi li dawk il-metodoloġiji ma jaffettwawx il-volatilitajiet u l-korrelazzjonijiet tal-fatturi tar-riskju; |
|
(b) |
l-istituzzjoni tkunx stabbiliet kriterji oġġettivi li jistabbilixxu liema metodoloġija tintuża sabiex timla s-serje kronoloġika, meta jkun hemm disponibbli aktar minn metodoloġija waħda, u tkunx iddokumentat dawk il-kriterji fil-politiki interni tagħha; |
|
(c) |
l-istituzzjoni tkunx stabbiliet, bħala parti mill-politiki interni tagħha, il-proċess li għandu jiġi segwit kull meta jinbidlu l-valuri f’serje kronoloġika, u jekk dan il-proċess jinkludix id-dokumentazzjoni tal-bidliet imwettqin; |
|
(d) |
l-istituzzjoni ma twettaqx iffiltrar tad-data, inklużi l-limiti minimi, il-limiti massimi u l-esklużjonijiet ta’ outliers, sakemm l-istituzzjoni ma tkunx tista’ turi li l-punt tad-data eskluż ikun relatat ma’ data żbaljata jew invalida, u l-istituzzjoni tiddokumenta tali esklużjoni; |
|
(e) |
l-istituzzjoni twettaqx kontrolli perjodiċi tal-kwalità fuq is-serje kronoloġika użata għall-komputazzjoni tal-kalkolu tal-kejl tar-riskju tan-nuqqas mistenni, u tiddokumentax dawk il-kontrolli u jiġux iddokumentati r-riżultati korrispondenti; |
|
(f) |
l-istituzzjoni tanalizzax, bħala parti mill-kontrolli msemmijin fil-punt (e), l-effett li d-data nieqsa jew sostitwita u l-metodoloġija użata sabiex tinkiseb is-serje kronoloġika ikollhom fuq il-volatilitajiet u fuq il-korrelazzjonijiet tal-fatturi tar-riskju; |
|
(g) |
il-kwalità tad-data tas-serje kronoloġika użata mill-istituzzjoni tkunx xierqa. |
Għall-finijiet tal-punt (e), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk l-istituzzjoni timmonitorjax, bħala parti mill-kontrolli msemmija f’dak il-punt, għal kull serje kronoloġika:
|
(a) |
in-numru ta’ jiem li għalihom il-punti tad-data inizjalment kienu neqsin u mbagħad imtlew bl-użu ta’ metodoloġija partikolari; |
|
(b) |
in-numru ta’ jiem li għalihom il-punti tad-data kienu inizjalment disponibbli u ġew issostitwiti bl-użu ta’ metodoloġija partikolari; |
|
(c) |
in-numru ta’ jiem mingħajr tibdil ta’ kuljum; |
|
(d) |
in-numru massimu ta’ jiem konsekuttivi mingħajr tibdil ta’ kuljum. |
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punt (g), l-awtoritajiet kompetenti għandhom:
|
(a) |
jeħtieġu li l-istituzzjoni tipprovdi ħarsa ġenerali lejn is-serje kronoloġika tagħha użata fi
|
|
(b) |
fuq il-bażi tal-ħarsa ġenerali msemmija fil-punt (a), jidentifikaw dawk is-serje kronoloġiċi użati għall-fatturi tar-riskju li jistgħu jiġu affettwati minn kwalità baxxa tad-data; |
|
(c) |
fuq il-bażi tal-ħarsa ġenerali msemmija fil-punt (a), jagħżlu kampjun ta’ serje kronoloġika li huma kkaratterizzati minn numru kbir ta’ punti tad-data inizjalment neqsin, u japplikaw il-passi li ġejjin fl-ordni li ġej:
|
|
(d) |
fuq il-bażi tal-ħarsa ġenerali msemmija fil-punt (b), jagħżlu kampjun tas-serje kronoloġika kkaratterizzat minn numru kbir ta’ punti tad-data li kienu inizjalment disponibbli iżda li ġew issostitwiti minn punti oħra tad-data, u japplikaw il-passi li ġejjin fl-ordni li ġej:
|
Għall-finijiet tal-punt (b), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jużaw, meta xieraq, bħala bażi għall-identifikazzjoni msemmija f’dak il-punt, l-indikaturi li ġejjin:
|
(a) |
serje kronoloġika b’anqas minn 10 % tal-punti tad-data disponibbli inizjalment; |
|
(b) |
serje kronoloġika b’20 jum ta’ xogħol konsekuttivi mingħajr tibdil ta’ kuljum; |
|
(c) |
serje kronoloġika b’aktar minn 20 % ta’ jiem mingħajr ebda tibdil; |
|
(d) |
serje kronoloġika li għalihom inbidlu aktar minn 50 % tad-data disponibbli inizjalment. |
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrikjedu li l-istituzzjoni tiġġustifika l-użu ta’ dawk is-serje kronoloġiċi u, meta applikabbli, ir-raġuni għaliex il-fattur tar-riskju korrispondenti jkun inkluż fis-sett imnaqqas ta’ fatturi tar-riskju kif imsemmi fl-Artikolu 325bc(2), il-punti (a) u (b), u fl-Artikolu 325bc(3), il-punti (a) u (b), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
TAQSIMA 4
valutazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti relatati mal-ittestjar retrospettiv u mat-test tal-attribuzzjoni tal-profitt u tat-telf
Artikolu 36
Valutazzjoni tal-elementi tekniċi li għandhom jiġu inklużi fit-tibdil reali u ipotetiku fil-valur tal-portafoll għall-finijiet tar-rekwiżiti tal-ittestjar retrospettiv
1. Meta jivverifikaw jekk istituzzjoni tikkonformax mal-Artikolu 325bi(1), il-punt (e), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tar-rekwiżiti dwar l-elementi tekniċi li għandhom jiġu inklużi fit-tibdil attwali u ipotetiku fil-valur tal-portafoll, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk il-politiki interni msemmijin f’dak il-punt:
|
(a) |
jispeċifikawx l-elementi kollha msemmijin fl-Artikolu 5 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2059 u, meta applikabbli, l-elementi kollha msemmijin fil-punt (c) tal-Artikolu 1(5) ta’ dak ir-Regolament; |
|
(b) |
jeħtieġu l-produzzjoni ta’ rapport perjodiku, u, meta l-elementi differenti li jikkontribwixxu għat-tibdil fil-valur tal-portafoll jiġu sseparati, iċ-ċifri ta’ kuljum, inklużi:
|
|
(c) |
jirrikjedu l-produzzjoni tar-rapport imsemmi fil-punt (b) kemm fil-livell ta’ kull post tan-negozjar soġġett għar-rekwiżiti ta’ ttestjar retrospettiv tal-post tan-negozjar f’konformità mal-Artikoli 1 u 3 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2059, kif ukoll fil-livell tal-portafoll soġġett għar-rekwiżiti ta’ ttestjar retrospettiv f’konformità mal-Artikoli 2 u 4 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2059; |
|
(d) |
jispeċifikaw il-proċessi ta’ rettifika li għandhom jiġu segwiti fil-kalkolu tal-bidliet attwali u ipotetiċi f’każ ta’ kontinġenzi, ta’ eċċezzjonijiet, ta’ żbalji, u ta’ fallimenti fl-ipprezzar. |
2. Meta jivvalutaw jekk il-mudell intern ta’ istituzzjoni jkunx implimentat b’integrità kif meħtieġ mill-Artikolu 325bi(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tar-rekwiżiti dwar l-elementi tekniċi li għandhom jiġu inklużi fit-tibdil attwali u ipotetiku fil-valur tal-portafoll, l-awtoritajiet kompetenti għandhom:
|
(a) |
fir-rigward tal-kalkolu tat-tibdil attwali fil-valur tal-portafoll tal-post tan-negozjar kif imsemmi fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2059:
|
|
(b) |
fir-rigward tal-kalkolu tat-tibdil attwali fil-valur tal-portafoll kif imsemmi fl-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2059:
|
|
(c) |
fir-rigward tal-kalkolu tat-tibdil ipotetiku fil-valur tal-portafoll tal-post tan-negozjar kif imsemmi fl-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2059:
|
|
(d) |
fir-rigward tal-kalkolu tat-tibdil ipotetiku fil-valur tal-portafoll kif imsemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2059:
|
|
(e) |
fir-rigward tal-proċessi segwiti mill-istituzzjoni sabiex tikkalkola t-tibdil attwali u ipotetiku:
|
Għall-finijiet tal-punti (a)(vi), (b)(v)(1), (c)(v) u (d)(v)(1), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk l-istituzzjoni ma tiksibx l-aġġustament applikabbli għall-post tan-negozjar minn ambitu usa’ tal-pożizzjonijiet minn dawk assenjati lill-post tan-negozjar.
Għall-finijiet tal-punt (a)(vii), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jevalwaw kif l-istituzzjoni timmaniġġja r-riskju ta’ dawk l-aġġustamenti.
Għall-finijiet tal-punti (b)(v)(2) u (d)(v)(2), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk l-aġġustament kollu kkalkolat fuq dak l-ambitu huwiex inkluż fit-tibdil attwali fil-valur tal-portafoll.
Għall-finijiet tal-punt (c)(vi), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jevalwaw kif l-istituzzjoni timmaniġġja r-riskju ta’ dawk l-aġġustamenti.
Għall-finijiet tal-punt (e)(ii), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrieżaminaw l-istorja tal-kontinġenzi, tal-eċċezzjonijiet, tal-iżbalji, u tal-fallimenti fl-ipprezzar fil-kalkoli tat-tibdil fil-valuri tal-portafolli, jivvalutaw kif dawn ġew irrimedjati u, meta rilevanti, l-impatt ta’ dawk l-iżbalji fuq ir-riżultati tal-ittestjar retrospettiv u tat-test tal-attribuzzjoni tal-profitt u tat-telf.
Għall-finijiet tal-punt (e)(iii), l-awtoritajiet kompetenti għandhom, meta, minħabba data invalida, dawk il-pożizzjonijiet ma jwasslu għall-ebda tibdil fil-valwazzjoni ta’ tmiem il-jum u tibil attwali u ipotetiku fil-valur tal-portafoll, jivvalutaw jekk, minkejja n-nuqqas ta’ data, il-mudell tal-kejl tar-riskji jkun raġonevolment akkurat fil-kejl tar-riskji ta’ dawk il-pożizzjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 325bi(1), il-punt (f), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
3. Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-punti (a) sa (d), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu japplikaw kwalunkwe wieħed mill-metodi ta’ valutazzjoni li ġejjin:
|
(a) |
fuq kampjun ta’ tranżazzjonijiet, jeħtieġu li l-istituzzjoni tikkalkola u tirrikonċilja t-tibdil fil-valur ta’ tmiem il-jum kif jirriżulta mill-proċess ta’ valwazzjoni ta’ tmiem il-jum, it-tibdil attwali, u t-tibdil ipotetiku; |
|
(b) |
fuq kampjun ta’ tranżazzjonijiet, jeħtieġu li l-istituzzjoni tikkalkola t-tibdil ipotetiku u t-tibdil fit-teorija tar-riskju, u jivverifikaw jekk l-effett tal-mogħdija taż-żmien ikunx kopert b’mod konsistenti; |
|
(c) |
iqabblu l-profil tat-tibdil ipotetiku kumulattiv mal-valur tal-portafoll fuq perjodu ta’ żmien partikolari u t-tibdil attwali kumulattiv korrispondenti matul l-istess perjodu sabiex jivvalutaw il-plawżibbiltà tal-kalkoli mwettqin mill-istituzzjoni. |
Artikolu 37
Valutazzjoni tal-analiżi tal-qabżiet fil-valur
1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk istituzzjoni tanalizzax kull qabża fil-valur msemmija fl-Artikolu 325bf tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fid-dettall, sabiex tiddetermina l-kawżi tagħhom.
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk l-istituzzjoni:
|
(a) |
tidentifikax liema portafolli jew postijiet tan-negozjar ikkawżaw primarjament il-qabża fil-valur; |
|
(b) |
tanalizzax id-differenzi fit-tibdil ipotetiku u attwali fil-valur tal-portafoll; |
|
(c) |
tanalizzax jekk u liema movimenti tas-suq, fatturi tar-riskju jew parametri kkawżaw il-qabża fil-valur; |
|
(d) |
tanalizzax jekk kwalunkwe kwistjoni ta’ mmudellar, jew fattur tar-riskju nieqes, ikkontribwietx għall-qabża fil-valur, u tipprovdix spjegazzjoni ta’ liema parti mit-tibdil fil-valur tal-portafoll tista’ tiġi spjegata mill-mudell u liema ma tistax; |
|
(e) |
tanalizzax jekk il-fallimenti tal-proċess, inklużi l-pożizzjonijiet li ma jkunux koperti kif suppost jew l-aġġornamenti neqsin tad-data, ikkontribwewx jew ikkawżawx il-qabża fil-valur; |
|
(f) |
tiddeskrivix ir-riżultati tal-azzjonijiet meħudin bħala riżultat tal-punti (a) sa (e) meta tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti dwar il-qabżiet fil-valur li jirriżultaw mill-programm ta’ ttestjar retrospettiv tagħha mwettaq f’konformità mal-Artikolu 325bf tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. |
3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk, meta l-analiżi msemmija fil-paragrafi 1 u 2 tidentifika dgħufija jew inakkurattezza materjali fil-mudell jew fil-proċessi, l-istituzzjoni tivvaluta dik id-dgħufija jew l-inakkurattezza u tiżviluppa minnufih pjan għal ritorn f’waqtu għall-konformità mar-rekwiżiti ta’ ttestjar retrospettiv li għandhom jiġu vvalutati bħala parti mill-validazzjoni regolari tal-mudell.
4. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk l-istituzzjoni tiżgurax dawn it-tnejn li ġejjin:
|
(a) |
kwalunkwe qabża fil-valur, inklużi dawk relatati mal-ittestjar retrospettiv imsemmi fl-Artikolu 325bf(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, tiġi rrapportata lill-maniġment superjuri fi żmien 3 ijiem ta’ xogħol mid-data li fiha tkun ġiet identifikata l-qabża fil-valur; |
|
(b) |
l-analiżijiet imsemmijin fil-paragrafi 1 u 2 jiġu rrapportati lill-awtorità kompetenti u lill-maniġment superjuri fi żmien xahar mid-data li fiha tkun seħħet il-qabża fil-valur. |
Artikolu 38
Valutazzjoni tal-konformità mar-rekwiżit ta’ attribuzzjoni tal-profitt u tat-telf
1. Meta jiġi vvalutat jekk il-mudell intern ta’ istituzzjoni jkunx implimentat b’integrità kif meħtieġ mill-Artikolu 325bi(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tar-rekwiżiti dwar l-elementi tekniċi li għandhom jiġu inklużi fit-tibdil ipotetiku fil-valur tal-portafoll tal-post tan-negozjar għar-rekwiżiti ta’ attribuzzjoni tal-profitt u tat-telf imsemmijin fl-Artikolu 325bg ta’ dak ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk is-serje kronoloġika tat-tibdil ipotetiku fil-valur tal-portafoll tal-post tan-negozjar kif użat għall-fini tar-rekwiżiti ta’ ttestjar retrospettiv tikkoinċidix mas-serje kronoloġika tat-tibdil ipotetiku fil-valur tal-portafoll tal-post tan-negozjar kif użat għar-rekwiżit ta’ attribuzzjoni tal-profitt u tat-telf, kif meħtieġ mill-Artikolu 13 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2059.
2. Meta tiġi vvalutata l-konformità ta’ istituzzjoni mal-Artikolu 325bi(1), il-punt (e), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tar-rekwiżiti dwar l-elementi tekniċi li għandhom jiġu inklużi fit-tibdil teoretiku fil-valur tal-portafoll għall-finijiet tar-rekwiżiti ta’ attribuzzjoni tal-profitt u tat-telf imsemmijin fl-Artikolu 325bg ta’ dak ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw li l-politiki interni msemmijin f’dak il-punt (e):
|
(a) |
jiżguraw li l-jiem ta’ negozju użati fil-kalkolu tat-tibdil teoretiku fil-valur tal-portafoll ikunu l-istess bħal dawk użati kemm fil-kejl tar-riskju tan-nuqqas mistenni msemmi fl-Artikolu 325bb tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 kif ukoll fil-kejl tar-riskju tax-xenarju ta’ stress imsemmi fl-Artikolu 325bk ta’ dak ir-Regolament; |
|
(b) |
jispeċifikaw jekk l-istituzzjoni tallinjax il-ħin tal-isnapshot li għalih tikkalkola t-tibdil teoretiku fil-valur tal-portafoll tal-post tan-negozjar mal-ħin tal-isnapshot li għalih tikkalkola t-tibdil ipotetiku fil-valur tal-portafoll tal-post tan-negozjar, kif permess mill-Artikolu 6(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2059; |
|
(c) |
jispeċifikaw jekk hemmx fatturi tar-riskju li għalihom l-istituzzjoni tuża data tal-input jew valuri użati fil-kalkolu tat-tibdil ipotetiku sabiex tikkalkola t-tibdil teoretiku, jew jekk ma jkunx hemm fatturi tar-riskju li għalihom jintuża tali trattament, kif permess mill-Artikolu 14 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2059; |
|
(d) |
ikopru l-aspetti kollha msemmijin fl-Artikolu 15(2) u (3) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2059 fir-rigward tal-fatturi tar-riskju li għalihom l-istituzzjoni tuża data tal-input jew valuri użati fil-kalkolu tat-tibdil ipotetiku sabiex tikkalkola t-tibdil teoretiku, kif permess mill-Artikolu 14 ta’ dak ir-Regolament Delegat; |
|
(e) |
jispeċifikaw il-proċessi ta’ rettifika li għandhom jiġu segwiti fil-kalkolu tat-tibdil teoretiku f’każ ta’ kontinġenzi, ta’ eċċezzjonijiet, ta’ żbalji, u ta’ fallimenti fl-ipprezzar; |
|
(f) |
ikopru l-aspetti kollha msemmijin fl-Artikolu 15(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2059. |
Għall-finijiet tal-punt (c), meta t-trattament ikkonċernat jintuża għal xi fatturi tar-riskju, iżda mhux għal kollha, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk il-politiki interni jispeċifikawx kriterji oġġettivi sabiex jintgħażlu fatturi tar-riskju li għalihom jiġi applikat dak it-trattament.
Għall-finijiet tal-punt (d), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk l-istituzzjoni tużax kriterji kwantitattivi sabiex tivvaluta l-effett tal-allinjament imsemmi fl-Artikolu 15(2), il-punt (b), tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2059.
3. Meta jivvalutaw jekk il-mudell intern ta’ istituzzjoni jkunx implimentat b’integrità kif meħtieġ mill-Artikolu 325bi(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ attribuzzjoni tal-profitt u tat-telf imsemmijin fl-Artikolu 325bg ta’ dak ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandhom:
|
(a) |
fir-rigward tal-kalkolu tat-tibdil teoretiku fil-valur tal-portafoll:
|
|
(b) |
fir-rigward tar-riżultati tal-attribuzzjoni tal-profitt u tat-telf:
|
Għall-finijiet tal-punt (a)(ii), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jevalwaw jekk is-sistemi tal-IT tal-istituzzjoni jiżgurawx il-kalkolu ta’ dak it-tibdil fuq l-istess pożizzjonijiet. Għal dak l-għan, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu li l-istituzzjoni tipprovdi l-inventarju tal-pożizzjonijiet koperti fit-tibdil attwali u teoretiku, u jqabblu dawk il-pożizzjonijiet.
Għall-finijiet tal-punt (a)(iv), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk is-sistemi tal-istituzzjonijiet jiżgurawx li l-funzjonijiet tal-ipprezzar użati għall-kalkolu tat-tibdil teoretiku jkunu dawk użati fil-kalkolu tal-kejl tar-riskju tan-nuqqas mistenni msemmi fl-Artikolu 325bb tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u tal-kejl tar-riskju tax-xenarju ta’ stress imsemmi fl-Artikolu 325bk ta’ dak ir-Regolament.
Għall-finijiet tal-punt (a)(v), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk is-sistemi tal-istituzzjonijiet jiżgurawx li l-valur ta’ fatturi tar-riskju oħrajn jinżammx kostanti meta jiġi kkalkolat it-tibdil teoretiku. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jikkomplementaw il-valutazzjoni tagħhom billi jużaw il-metodu ta’ valutazzjoni msemmi fil-paragrafu 5.
Għall-finijiet tal-punt (a)(vi), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrieżaminaw l-istorja tal-kontinġenzi, tal-eċċezzjonijiet, tal-iżbalji, u tal-fallimenti fl-ipprezzar fil-kalkoli tat-tibdil fil-valuri tal-portafolli, jivvalutaw jekk u kif dawn ġew irrimedjati u, meta rilevanti, jivvalutaw l-impatt ta’ dawk l-iżbalji fuq ir-riżultati tal-ittestjar retrospettiv u tat-test tal-attribuzzjoni tal-profitt u tat-telf.
4. Għall-finijiet tal-paragrafu 3, il-punt (a)(iii), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw wieħed jew aktar mill-metodi ta’ valutazzjoni li ġejjin:
|
(a) |
jirrikjedu li l-istituzzjoni tipprovdi l-inventarju, f’jum partikolari u fil-jum sussegwenti kif imsemmi fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2059, tal-pożizzjonijiet fil-portafoll li fih tikkalkola t-tibdil teoretiku, u jivvalutaw jekk dawk l-inventarji jikkoinċidux; |
|
(b) |
jivverifikaw li t-tibdil teoretiku fir-riskju huma tipikament eqreb tat-tibdil ipotetiku milli tat-tibdil attwali u, billi juża r-rapporti msemmijin fl-Artikolu 36, il-paragrafu 1, il-punti (b) u (c), jidentifikaw dawk il-jiem fis-serje kronoloġika meta t-tibdil attwali u ipotetiku jvarja l-aktar minħabba tibdil fil-kompożizzjoni tal-portafoll tal-post tan-negozjar, u jivverifikaw li t-tibdil teoretiku f’dawk il-jiem ma jkunx affettwat minn tali tibdil fil-kompożizzjoni tal-portafoll. |
5. Għall-finijiet tal-paragrafu 3, il-punt (a)(v), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu:
|
(a) |
meta l-istituzzjoni tikkalkola l-kejl tar-riskju tan-nuqqas mistenni msemmi fl-Artikolu 325bb tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew il-kejl tar-riskju tax-xenarju ta’ stress imsemmi fl-Artikolu 325bk ta’ dak ir-Regolament, jirrikjedu li l-istituzzjoni tipprovdi kampjun tal-istrumenti finanzjarji fil-portafoll tagħha, li l-prezzijiet tagħhom jiddependu kemm fuq fatturi tar-riskju li jkunu xxokkjati kif ukoll fuq fatturi tar-riskju li ma jkunux ixxokkjati; |
|
(b) |
meta l-istituzzjoni tikkalkula t-tibdil teoretiku relatat mal-istrumenti finanzjarji msemmijin fil-punt (a), jivverifikaw jekk, għal data ta’ referenza ta’ rapportar partikolari, il-valur tal-fatturi tar-riskju li ma jkunux ixxokkjati jinżamm kostanti. |
6. Għall-finijiet tal-paragrafu 3, il-punt (b)(i), l-awtoritajiet kompetenti għandhom, għall-postijiet tan-negozjar l-aktar materjali jew għall-postijiet tan-negozjar kollha:
|
(a) |
jirrikjedu li l-istituzzjoni tipprovdi s-serje kronoloġika ta’ tibdil ipotetiku u teoretiku fil-valur tal-portafoll tal-post tan-negozjar użat għall-kalkolu tal-koeffiċjent ta’ korrelazzjoni ta’ Spearman u tal-metrika tat-test ta’ Kolmogorov-Smirnov kif imsemmi fl-Artikolu 6 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2059; |
|
(b) |
jikkalkolaw il-koeffiċjent ta’ korrelazzjoni ta’ Spearman f’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2059 u l-metrika tat-test ta’ Kolmogorov-Smirnov f’konformità mal-Artikolu 8 ta’ dak ir-Regolament Delegat; |
|
(c) |
jivverifikaw jekk il-koeffiċjent ta’ korrelazzjoni ta’ Spearman u l-metrika tat-test ta’ Kolmogorov-Smirnov li tirriżulta mill-punt (b) jikkoinċidux ma’ dawk miksubin mill-istituzzjoni; |
|
(d) |
jivverifikaw jekk il-klassifikazzjoni tal-postijiet tan-negozjar għaż-żoni msemmijin fl-Artikolu 9 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2059 hijiex korretta. |
7. Għall-finijiet tal-paragrafu 3, il-punt (b)(ii), l-awtoritajiet kompetenti għandhom:
|
(a) |
jidentifikaw l-aktar fatturi tar-riskju materjali li għalihom l-istituzzjoni applikat it-trattament imsemmi fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2059; |
|
(b) |
jivverifikaw jekk l-istess fattur tar-riskju jintużax fil-kalkolu tat-tibdil ipotetiku u teoretiku; |
|
(c) |
jivverifikaw jekk il-valur tal-fatturi tar-riskju msemmijin fil-punt (a) ivarjax biss minħabba s-sorsi jew il-ħinijiet tal-estrazzjoni differenti tad-data tal-input tagħhom. |
L-intensità li biha l-awtorità kompetenti twettaq il-valutazzjoni għandha tkun proporzjonata għall-effett li l-allinjament tad-data tal-input tal-fatturi tar-riskju jkollu fuq it-tibdil teoretiku u fuq ir-riżultati tat-test tal-attribuzzjoni tal-profitt u tat-telf kif imsemmi fl-Artikolu 15(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2059.
8. Għall-finijiet tal-paragrafu 3, il-punt (b)(iii), l-awtoritajiet kompetenti għandhom:
|
(a) |
jidentifikaw l-aktar fatturi tar-riskju materjali li għalihom l-istituzzjoni applikat it-trattament imsemmi fl-Artikolu 14(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2059; |
|
(b) |
għall-fatturi tar-riskju msemmijin fil-punt (a), jiksbu fehim komprensiv tat-tekniki tas-sistemi ta’ valwazzjoni li jintużaw sabiex jiġi dderivat il-valur tal-fattur tar-riskju mid-data tal-input, kif imsemmi fl-Artikolu 14(2), il-punt (b), tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2059; |
|
(c) |
fuq il-bażi tal-punt (b) ta’ dan il-paragrafu, jivvalutaw jekk il-kundizzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 14(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2059 humiex issodisfati, filwaqt li jqisu kwalunkwe raġuni pprovduta f’konformità mal-Artikolu 15(3) ta’ dak ir-Regolament. |
L-intensità li biha l-awtorità kompetenti twettaq il-valutazzjoni għandha tkun proporzjonata għall-effett li l-allinjament tal-valuri tal-fatturi tar-riskju jkollu fuq it-tibdil teoretiku u fuq ir-riżultati tat-test tal-attribuzzjoni tal-profitt u tat-telf kif imsemmi fl-Artikolu 15(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2059.
TAQSIMA 5
Valutazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti relatati mat-trattament tar-riskju tal-kambju u tal-komoditajiet fil-portafoll mhux tan-negozjar
Artikolu 39
Valutazzjoni tal-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tal-kambju u tal-komoditajiet fil-portafoll mhux tan-negozjar
1. Meta jivvalutaw il-konformità ta’ istituzzjoni mal-Artikolu 325bi(1), il-punt (e), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tar-rekwiżiti dwar il-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq għal pożizzjonijiet fil-portafoll mhux tan-negozjar, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk il-politiki interni msemmijin f’dak l-Artikolu jispeċifikawx:
|
(a) |
l-ambitu tal-pożizzjonijiet tal-kambju fil-portafoll mhux tan-negozjar li għalihom l-istituzzjoni tikkalkola r-rekwiżiti ta’ fondi proprji bl-approċċ ta’ mudell intern alternattiv u, meta applikabbli, ir-raġuni sottostanti għall-esklużjoni ta’ xi pożizzjonijiet minn dak l-ambitu; |
|
(b) |
l-ambitu tal-pożizzjonijiet tal-komoditajiet fil-portafoll mhux tan-negozjar li għalih l-istituzzjoni tikkalkola r-rekwiżiti ta’ fondi proprji bl-approċċ ta’ mudell intern alternattiv, u meta applikabbli, ir-raġuni sottostanti għall-esklużjoni ta’ xi pożizzjonijiet minn dak l-ambitu; |
|
(c) |
għal pożizzjonijiet soġġetti għal riskju tal-kambju iżda mhux għal riskju tal-komoditajiet:
|
|
(d) |
il-postijiet tan-negozjar li għalihom jiġi kkalkolat it-tibdil ipotetiku u attwali fil-valur tal-portafoll fir-rigward ta’ pożizzjoni fil-portafoll mhux tan-negozjar li hija soġġetta għal riskju tal-komoditajiet jew kemm għal riskju tal-komoditajiet kif ukoll għal riskju tal-kambju f’konformità mal-Artikolu 5(2), il-punt (a), tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1577, u l-postijiet tan-negozjar li għalihom jiġu kkalkolati l-bidliet f’konformità mal-Artikolu 5(2), il-punt (b), ta’ dak ir-Regolament Delegat, u r-raġuni għal dik l-għażla. |
2. Meta jivvalutaw jekk il-mudell intern ta’ istituzzjoni jkunx implimentat b’integrità kif meħtieġ mill-Artikolu 325bi(1), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tar-rekwiżiti dwar il-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq għal pożizzjonijiet fil-portafoll mhux tan-negozjar, l-awtoritajiet kompetenti għandhom:
|
(a) |
jivverifikaw jekk il-proċessi interni msemmijin fl-Artikolu 325bi(1), il-punt (e), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jiżgurawx:
|
|
(b) |
fir-rigward tal-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għal pożizzjonijiet li huma soġġetti għal riskju tal-kambju kif imsemmi fl-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1577, jivverifikaw jekk:
|
|
(c) |
fir-rigward ta’ entrati li jissodisfaw il-kundizzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 3(6) tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1577, jivverifikaw jekk:
|
|
(d) |
fir-rigward tal-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għal pożizzjonijiet li huma soġġetti għar-riskju tal-komoditajiet jew kemm għar-riskju tal-komoditajiet kif ukoll għar-riskju tal-kambju kif imsemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1577, jivverifikaw jekk ix-xenarji ta’ xokkijiet futuri jiġux applikati biss għal fatturi tar-riskju li jappartjenu għall-kategorija wiesgħa tal-fattur tar-riskju tal-komoditajiet, u, meta applikabbli, għall-kategorija wiesgħa tal-fattur tar-riskju tal-kambju; |
|
(e) |
jivverifikaw jekk it-tibdil ipotetiku u attwali relatat ma’ pożizzjonijiet fil-portafoll mhux tan-negozjar soġġetti għal riskju tal-kambju jew għal riskju tal-komoditajiet humiex ikkalkolati f’konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1577. |
Għall-finijiet tal-punt (a)(iii), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw kif l-istituzzjoni tinkludi fil-mudell intern tal-kejl tar-riskji l-pożizzjonijiet miftuħin netti li jirriżultaw minn entitajiet differenti tal-grupp.
3. Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-punt (a)(ii), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu japplikaw wieħed miż-żewġ approċċi li ġejjin:
|
(a) |
fuq kampjun ta’ pożizzjonijiet tal-portafoll mhux tan-negozjar meħudin f’data ta’ referenza ta’ rapportar partikolari, jivverifikaw jekk dawk il-pożizzjonijiet humiex inklużi fl-ambitu tal-pożizzjonijiet koperti fil-kalkolu tal-kejl tar-riskju tan-nuqqas mistenni jew tal-kejl tar-riskju tax-xenarju ta’ stress f’dik id-data ta’ referenza ta’ rapportar jew fl-ambitu tal-pożizzjonijiet tal-approċċ standardizzat alternattiv; |
|
(b) |
jirrikjedu li l-istituzzjoni tirrikonċilja, minn naħa waħda, il-pożizzjonijiet tal-portafoll mhux tan-negozjar meħudin f’data ta’ referenza ta’ rapportar partikolari u, min-naħa l-oħra, il-pożizzjonijiet tal-portafoll mhux tan-negozjar li huma fl-ambitu tal-mudell intern tal-kejl tar-riskji u fl-ambitu tal-approċċ standardizzat alternattiv f’dik id-data ta’ referenza ta’ rapportar. |
4. Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-punt (a)(iii), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu li l-istituzzjoni tipprovdi tipi ta’ pożizzjonijiet li huma inklużi fil-mudell u li jirriżultaw minn assi u minn obbligazzjonijiet li ma jattirawx riskju tas-suq meta r-rekwiżiti ta’ fondi proprji jiġu kkalkolati fil-livell individwali, iżda jattirawh meta r-rekwiżiti ta’ fondi proprji jiġu kkalkolati fil-livell konsolidat minħabba r-riskju tal-qlib.
5. Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-punt (a)(v), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu li l-istituzzjoni tirrikonċilja l-entrati li l-istituzzjoni identifikat bħala li jissodisfaw il-kundizzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 3(6) tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1577 għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji bl-approċċ ta’ mudell intern alternattiv, bl-entrati li jissodisfaw dawk il-kundizzjonijiet f’konformità mal-qafas kontabilistiku applikabbli.
6. Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-punt (b), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, fuq kampjun ta’ pożizzjonijiet tal-portafoll mhux tan-negozjar u għal data ta’ referenza għall-kalkolu tal-kejl tar-riskju tan-nuqqas mistenni kif imsemmi fl-Artikolu 325bb tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u tal-kejl tar-riskju tax-xenarju ta’ stress kif imsemmi fl-Artikolu 325bk ta’ dak ir-Regolament, japplikaw il-metodu ta’ valutazzjoni li ġej:
|
(a) |
jeħtieġu li l-istituzzjoni tipprovdi l-lista ta’:
|
|
(b) |
jeħtieġu li l-istituzzjoni tipprovdi l-valur tal-fatturi tar-riskju msemmijin fil-punt (a) fid-dati li ġejjin:
|
|
(c) |
jivverifikaw jekk:
|
7. Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-punt (b), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, fuq kampjun ta’ pożizzjonijiet tal-portafoll mhux tan-negozjar u għal data ta’ referenza għall-kalkolu tal-kejl tar-riskju tan-nuqqas mistenni kif imsemmi fl-Artikolu 325bb tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u tal-kejl tar-riskju tax-xenarju ta’ stress kif imsemmi fl-Artikolu 325bk ta’ dak ir-Regolament, japplikaw il-metodu ta’ valutazzjoni li ġej:
|
(a) |
jivvalutaw kif l-istituzzjoni tissepara l-fatturi tar-riskju tal-kambju minn inputs oħrajn użati sabiex tiddetermina l-valur kontabilistiku ta’ pożizzjoni; |
|
(b) |
jeħtieġu li l-istituzzjoni tipprovdi l-lista ta’ fatturi tar-riskju mill-fatturi tar-riskju tal-kambju msemmijin fil-punt (a) li fuqhom l-istituzzjoni tapplika xenarji ta’ xokkijiet futuri meta tikkalkola l-kejl tar-riskju tan-nuqqas mistenni msemmi fl-Artikolu 325bb tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew il-kejl tar-riskju tax-xenarju ta’ stress imsemmi fl-Artikolu 325bk ta’ dak ir-Regolament; |
|
(c) |
jiksbu l-valur tal-fatturi tar-riskju tal-kambju u ta’ inputs oħrajn użati sabiex jiddeterminaw il-valur kontabilistiku fid-dati li ġejjin:
|
|
(d) |
jivverifikaw jekk:
|
8. Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-punt (d), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, fuq kampjun ta’ pożizzjonijiet tal-portafoll mhux tan-negozjar u għal data ta’ referenza għall-kalkolu tal-kejl tar-riskju tan-nuqqas mistenni msemmi fl-Artikolu 325bb tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u tal-kejl tar-riskju tax-xenarju ta’ stress imsemmi fl-Artikolu 325bk ta’ dak ir-Regolament, japplikaw il-metodu ta’ valutazzjoni li ġej:
|
(a) |
jeħtieġu li l-istituzzjoni tipprovdi l-lista ta’:
|
|
(b) |
jivverifikaw jekk fil-lista msemmija fil-punt (a)(ii), hemmx biss fatturi tar-riskju li jirriflettu r-riskju tal-komoditajiet, u r-riskju tal-kambju meta applikabbli. |
9. Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-punt (e), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, fuq kampjun ta’ pożizzjonijiet tal-portafoll mhux tan-negozjar, japplikaw il-metodu ta’ valutazzjoni li ġej:
|
(a) |
jirrikjedu li l-istituzzjoni tipprovdi deskrizzjoni tal-inputs ta’ valwazzjoni użati sabiex tiddetermina l-valur kontabilistiku jew il-valur ġust tal-pożizzjoni; |
|
(b) |
jeħtieġu li l-istituzzjoni tipprovdi l-valuri ta’ tali inputs ta’ valwazzjoni fl-aħħar tal-jum wara l-kalkolu tan-numru tal-valur fir-riskju msemmi fl-Artikolu 325bf tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fl-aħħar tal-jum ta’ qabel, kif użat fil-kalkolu tat-tibdil ipotetiku u attwali fil-valur tal-portafoll; |
|
(c) |
jivverifikaw jekk, skont il-pożizzjoni soġġetta għall-valutazzjoni, il-valuri jkunux aġġornati jew miżmumin mingħajr tibdil kif meħtieġ mill-Artikolu 5(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1577. |
TAQSIMA 6
Valutazzjoni tal-miżuri tar-riskju tan-nuqqas mistenni u tal-kejl tar-riskju tax-xenarju ta’ stress
Artikolu 40
Valutazzjoni tal-kapaċità tal-mudell intern tal-kejl tar-riskji sabiex ikopri t-tendenzi mhux lineari
1. Meta jivvalutaw il-konformità ta’ istituzzjoni mal-Artikolu 325bh(1), il-punt (b), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tar-rekwiżiti dwar l-effettività u l-kapaċità tal-mudell intern tal-kejl tar-riskji sabiex jiġu koperti t-tendenzi mhux lineari tal-opzjonijiet u ta’ prodotti oħrajn għal istituzzjoni bl-użu ta’ approċċ ibbażat fuq is-sensittività, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk:
|
(a) |
il-mudell intern tal-kejl tar-riskji jinkludi tal-anqas it-termini materjali tal-ewwel u tat-tieni ordni tal-approssimazzjonijiet tas-serje ta’ Taylor sabiex jiġi rifless it-tibdil fil-prezzijiet minħabba bidliet fil-fatturi tar-riskju rilevanti, inkluż ir-riskju cross-gamma rrappreżentat minn ċaqliq konġunt materjali fil-fatturi tar-riskju; |
|
(b) |
l-approċċ ibbażat fuq is-sensittività jwassal għal riżultati xierqa, inkluż meta jiġu applikati xokkijiet severi għall-fatturi tar-riskju. |
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu japplikaw il-passi li ġejjin fl-ordni li ġej:
|
(a) |
jidentifikaw prodotti li għalihom l-awtoritajiet kompetenti jridu jittestjaw il-materjalità tat-termini tal-ordni ta’ approssimazzjoni tas-serje ta’ Taylor, u l-adegwatezza tal-approċċ ibbażat fuq is-sensittività taħt xokk serju; |
|
(b) |
jidentifikaw jum ta’ negozju fil-perjodu ta’ stress li fih ir-ritorni osservati għall-fatturi tar-riskju f’dawk il-prodotti kienu partikolarment għoljin, meta pożittivi, jew partikolarment baxxi, meta negattivi; |
|
(c) |
jirrikjedu li l-istituzzjoni tikkalkola t-tibdil ipotetiku u teoretiku fil-valuri ta’ dawk il-prodotti f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2022/2059, fix-xenarju identifikat mir-ritorni fil-jum ta’ negozju identifikat f’konformità mal-punt (b); |
|
(d) |
fuq il-bażi tar-riżultati tal-kalkolu msemmi fil-punt (c), jivvalutaw jekk l-approċċ ibbażat fuq is-sensittività jwassalx għal riżultati xierqa. |
Artikolu 41
Valutazzjoni tal-kalkolu tal-kejl tar-riskju tan-nuqqas mistenni
1. Meta jivvalutaw jekk mudell intern ta’ istituzzjoni jkunx implimentat b’integrità kif meħtieġ mill-Artikolu 325bi(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tal-miżuri tan-nuqqas mistenni mingħajr restrizzjoni u tal-kejl tan-nuqqas parzjali mistenni għall-kategoriji wisgħin kollha ta’ fatturi tar-riskju bi frekwenza mnaqqsa kif imsemmi fl-Artikolu 325bb(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-awtoritajiet kompetenti għandhom:
|
(a) |
janalizzaw il-proċess li tuża l-istituzzjoni sabiex tiddetermina l-jum tal-ġimgħa meta jsiru l-kalkoli; |
|
(b) |
jivverifikaw li tnaqqis fil-frekwenza tal-kalkolu ma jwassalx għal sottovalutazzjoni tar-riskju. |
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punt (b), l-awtoritajiet kompetenti għandhom:
|
(a) |
jivverifikaw jekk l-analiżi mwettqa mill-istituzzjoni tkunx adegwata sabiex turi li ma hemm l-ebda sottovalutazzjoni tar-riskju; |
|
(b) |
jivverifikaw jekk l-evoluzzjoni taċ-ċifri ta’ kuljum għal UES
t
,
|
3. Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-punt (b), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, meta jkun hemm ħjiel ta’ profil tar-riskju sistematikament aktar baxx, jikkomplementaw il-valutazzjoni tagħhom billi:
|
(a) |
jeħtieġu li l-istituzzjoni tikkalkola kuljum u għal perjodu partikolari l-miżuri tan-nuqqas mistenni mingħajr restrizzjoni
|
|
(b) |
janalizzaw jekk dawk il-miżuri jkunux sistematikament aktar baxxi fil-jum magħżul mill-istituzzjoni. |
Artikolu 42
Valutazzjoni tal-kalkoli tal-miżuri tan-nuqqas parzjali mistenni
1. Meta jivvalutaw jekk il-mudell intern ta’ istituzzjoni jkunx implimentat b’integrità kif meħtieġ mill-Artikolu 325bi(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tal-kalkolu tal-miżuri tan-nuqqas parzjali mistenni msemmijin fl-Artikolu 325bc ta’ dak ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandhom:
|
(a) |
jivverifikaw jekk l-estimatur użat mill-istituzzjoni sabiex toħroġ estimu tal-miżuri tar-riskju tan-nuqqas mistenni huwiex fil-prinċipju tajjeb u raġonevolment akkurat; |
|
(b) |
jivverifikaw jekk, meta tikkalkola l-miżuri tan-nuqqas parzjali mistenni
|
|
(c) |
jivverifikaw jekk, bħala parti mill-politiki interni msemmijin fl-Artikolu 325bi(1), il-punt (e), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istituzzjoni stabbilietx kriterji oġġettivi li huma xierqa għall-għażla tal-fatturi tar-riskju li jiffurmaw is-subsett ta’ fatturi tar-riskju mudellabbli msemmijin fl-Artikolu 325bc(2), il-punt (a), ta’ dak ir-Regolament; |
|
(d) |
jivverifikaw jekk il-fatturi tar-riskju li ma humiex parti mis-subsett tal-fatturi tar-riskju mudellabbli magħżulin mill-istituzzjoni f’konformità mal-Artikolu 325bc(2), il-punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 humiex miżmumin kostanti meta jiġu kkalkolati
|
|
(e) |
jivverifikaw jekk it-tekniki użati għall-kalkolu ta’
|
|
(f) |
jivverifikaw jekk, meta tikkalkola
|
|
(g) |
fir-rigward tal-identifikazzjoni tal-perjodu ta’ stress, jivverifikaw jekk il-perjodi rotanti ta’ 12-il xahar ittestjati sabiex jiġi ddeterminat il-perjodu ta’ stress jibdewx tal-anqas mill-1 ta’ Jannar 2007 kif imsemmi fl-Artikolu 325bc(2), il-punt (c), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u li l-politiki interni tal-istituzzjoni jispeċifikaw il-frekwenza tal-aġġornament tal-perjodu ta’ stress għall-kalkolu tal-miżuri tan-nuqqas parzjali mistenni, u l-kriterji applikabbli l-oħrajn li jwasslu għall-aġġornament tagħha. |
Għall-finijiet tal-punt (e), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiksbu ħarsa ġenerali lejn id-differenzi fit-tekniki użati mill-istituzzjoni meta jikkalkolaw il-miżuri tan-nuqqas parzjali mistenni kkalibrati fuq il-perjodu riċenti ta’ 12-il xahar u fuq il-perjodu ta’ stress, u jivverifikaw jekk dawk id-differenzi jmorrux lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex tinkiseb il-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013.
Għall-finijiet tal-punt (g), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw, ukoll fuq il-bażi ta’ aġġornamenti tal-passat, jekk il-perjodu ta’ stress jiġix aġġornat tal-anqas bi frekwenza trimestrali u li l-istituzzjoni tkun segwiet kwalunkwe kriterju possibbli speċifikat fil-politiki interni.
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punt (a), l-awtoritajiet kompetenti:
|
(a) |
għandhom jivverifikaw kif l-istituzzjoni għażlet l-estimatur li tuża u l-analiżi li saret sabiex tappoġġa din l-għażla; |
|
(b) |
jivverifikaw jekk l-estimatur tan-nuqqas mistenni jikkorrispondix jew għall-integrali tal-estimatur għan-numri tal-Valur fir-Riskju msemmijin fl-Artikolu 325bf tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 mifhumin bħala funzjoni tal-probabbiltà tat-tarf minn żero sa wieħed nieqes il-grad ta’ fiduċja rilevanti, u d-diviżjoni b’wieħed minus il-grad ta’ fiduċja rilevanti, jew għal għażla aktar konservattiva; |
|
(c) |
jistgħu jqabblu l-estimaturi tal-Valur fir-Riskju u tan-nuqqas mistenni użati mill-istituzzjoni mal-estimaturi inklużi fit-Tabella 1. Tabella 1
|
||||||||||
|
(d) |
meta l-kalkolu tal-miżuri tar-riskju tan-nuqqas mistenni jkunu bbażati fuq simulazzjonijiet tat-tip Monte Carlo, jivverifikaw jekk in-numru ta’ simulazzjonijiet jiżgurax konverġenza lejn riżultati stabbli. |
Għall-finijiet tal-punt (d), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrieżaminaw it-testijiet imwettqin mill-istituzzjoni sabiex jistabbilixxu n-numru ta’ simulazzjonijiet, u t-testijiet statistiċi li jiżguraw li l-karatteristiċi aleatorji tas-sekwenzi użati sabiex tiġi ġġenerata s-simulazzjoni jkunu xierqa. Meta l-awtorità kompetenti tqis li dawk it-testijiet ma jkunux biżżejjed, hija tista’ tuża l-metodu ta’ valutazzjoni msemmi fil-paragrafu 4.
3. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punt (b), l-awtoritajiet kompetenti għandhom:
|
(a) |
jirrikjedu li l-istituzzjoni tipprovdi l-iżball statistiku tat-tip Monte Carlo bi grad ta’ fiduċja ta’ 95 %, u jivverifikaw jekk il-metodu użat għall-kejl ta’ tali żball statistiku jkunx tajjeb; |
|
(b) |
jeħtieġu li l-istituzzjoni tikkalkola l-miżuri tar-riskju tan-nuqqas mistenni b’diversi valuri inizjali differenti, bis-suppożizzjonijiet l-oħrajn kollha li jkunu ugwali; |
|
(c) |
jivvalutaw jekk id-differenzi fil-miżuri tar-riskju tan-nuqqas mistenni b’valur inizjali differenti li jirriżultaw mill-kalkolu f’konformità mal-punt (b) ikunux kompatibbli mal-iżball statistiku msemmi fil-punt (a). |
|
(d) |
meta l-awtoritajiet kompetenti jqisu li r-riżultati msemmijin fil-punt (c) ma jkunux kompatibbli, jivvalutaw il-kawża ewlenija ta’ tali inkompatibbiltà, u jivvalutaw in-numru ta’ simulazzjonijiet meħtieġa sabiex jiżguraw li l-iżball statistiku jkun anqas minn 5 %. |
4. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punt (c), l-awtoritajiet kompetenti għandhom:
|
(a) |
jiksbu ħarsa ġenerali lejn il-fatturi tar-riskju magħżulin mill-istituzzjoni u jivverifikaw:
|
|
(b) |
jivverifika jekk, meta l-pożizzjoni jkollha maturità ta’ anqas minn 10 ijiem, il-perjodu effettiv ta’ likwidità tal-fatturi tar-riskju kollha jkunx stabbilit għal 10 ijiem, u li tali pożizzjoni ma taffettwax il-kalkolu ta’
|
|
(c) |
meta l-pożizzjoni jkollha maturità ta’ Mat jiem, flimkien ma’
|
|
(d) |
jivverifikaw jekk, meta l-pożizzjoni jkollha maturità ta’ Mat jiem, b’
|
|
(e) |
jivverifikaw jekk, meta tikkalkola
|
Għall-finijiet tal-punt (a)(ii), l-awtorità kompetenti għandha tivvaluta b’liema marġni l-istituzzjoni qabżet il-limitu fit-trimestri preċedenti.
Għall-finijiet tal-punt (a)(iii), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, meta jqisu li ma jkunx biżżejjed l-ittestjar ta’ subsettijiet alternattivi mwettaq mill-istituzzjoni, jirrikjedu li l-istituzzjoni tittestja subsettijiet alternattivi u tivvaluta jekk għażliet alternattivi jwasslux għal differenzi materjali f’termini ta’ rekwiżiti ta’ fondi proprji.
Artikolu 43
Valutazzjoni tas-suppożizzjoni distributtiva u statistika
1. Meta jivvalutaw jekk il-mudell intern tal-istituzzjoni huwiex implimentat b’integrità kif meħtieġ mill-Artikolu 325bi(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tar-rekwiżit għall-miżuri tar-riskju tan-nuqqas mistenni msemmijin fl-Artikolu 325bb tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 sabiex tiġi riflessa d-data osservata storikament f’konformità mal-Artikolu 325bc(2), il-punt (c), u mal-Artikolu 325bc(4), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk:
|
(a) |
is-suppożizzjonijiet distributtivi u kwalunkwe suppożizzjoni statistika rilevanti oħra użata fil-mudell, inklużi l-volatilità u l-korrelazzjonijiet, ikunux ġustifikati sew, inkluż fir-rigward tat-tarf tad-distribuzzjonijiet rilevanti għall-kalkolu tan-nuqqas mistenni;. |
|
(b) |
il-korrelazzjonijiet empiriċi li l-istituzzjoni tuża meta tapplika xenarju ta’ xokkijiet futuri sabiex tirrifletti l-moviment konġunt tal-fatturi tar-riskju fil-kalkolu tal-miżuri tar-riskju tan-nuqqas mistenni msemmijin fl-Artikolu 325bb tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ikunux ibbażati fuq data osservata storikament f’konformità mal-Artikolu 325bc(2), il-punt (c), u mal-Artikolu 325bc(4), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament. |
Għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, meta xieraq, jeħtieġu li l-istituzzjoni:
|
(a) |
tipprovdi kampjun tas-serje kronoloġiċi; |
|
(b) |
tikkalkola l-korrelazzjonijiet empiriċi fost dawk is-serje kronoloġiċi; |
|
(c) |
tivverifika jekk il-korrelazzjonijiet imsemmijin fil-punt (b) ikunux materjalment differenti mill-korrelazzjonijiet użati mill-istituzzjoni fil-mudell intern tagħha tal-kejl tar-riskji. |
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqabblu, fuq il-bażi ta’ kampjun tas-serje kronoloġiċi:
|
(a) |
il-volatilità u karatteristiċi distributtivi oħrajn tax-xenarju ta’ xokkijiet futuri applikati għal fattur tar-riskju partikolari fil-kalkolu tal-miżuri tan-nuqqas parzjali mistenni; |
|
(b) |
il-volatilità u karatteristiċi distributtivi oħrajn tar-ritorni osservati għall-fattur tar-riskju partikolari. |
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 fuq il-bażi kemm tal-perjodu msemmi fl-Artikolu 325bc(4), il-punt (c), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 kif ukoll tal-perjodu ta’ stress finanzjarju msemmi fl-Artikolu 325bc(2), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament.
3. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, fuq kampjun ta’ fatturi tar-riskju, iwettqu testijiet addizzjonali, inklużi testijiet tan-normalità, sabiex jivvalutaw jekk id-distribuzzjonijiet assunti mill-istituzzjoni jkunux adegwati. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu lill-istituzzjoni tipprovdi l-impatt li l-użu ta’ distribuzzjonijiet alternattivi jkollu fuq il-miżuri tar-riskju tan-nuqqas mistenni.
Artikolu 44
Valutazzjoni tal-kejl tar-riskju tax-xenarju ta’ stress
1. Meta jivvalutaw il-konformità ta’ istituzzjoni mal-Artikolu 325bi(1), il-punt (e), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tar-rekwiżiti dwar id-determinazzjoni tax-xenarju estrem ta’ xokk futur, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk il-politiki interni msemmijin f’dak il-punt jissodisfawx ir-rekwiżiti kollha li ġejjin:
|
(a) |
il-politiki interni jikkonformaw mal-Artikolu 21 tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397; |
|
(b) |
il-politiki interni jeħtieġu l-produzzjoni ta’ inventarju aġġornat li, għal kull fattur tar-riskju mhux mudellabbli:
|
|
(c) |
il-politiki interni jispeċifikaw il-kriterji msemmijin fl-Artikolu 1, il-punt (a)(i) u l-Artikolu 4, il-punt (a)(i), tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397, li jistabbilixxu meta l-metodu dirett jew inkella l-metodu gradwali msemmi fl-Artikolu 2, fl-Artikolu 3, fl-Artikolu 5 u fl-Artikolu 6 ta’ dak ir-Regolament Delegat jintuża b’referenza għal kwalunkwe fattur tar-riskju mhux mudellabbli jew bucket standardizzat mhux mudellabbli; |
|
(d) |
il-politiki interni jispeċifikaw il-kriterji sabiex jiġu identifikati l-jiem tan-negozju u dawk mhux tan-negozju b’mod li jkun konsistenti fil-kalkolu tal-kejl tar-riskju tax-xenarju ta’ stress imsemmi fl-Artikolu 325bk tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fil-kalkolu tal-kejl tar-riskju ta’ nuqqas mistenni msemmi fl-Artikolu 325bb ta’ dak ir-Regolament; |
|
(e) |
il-politiki interni jispeċifikaw il-kriterji sabiex jiġu identifikati l-fatturi tar-riskju li għalihom l-istituzzjoni tiddetermina l-kejl tar-riskju tax-xenarju ta’ stress billi tapplika xenarju regolatorju estrem ta’ xokk futur f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397; |
|
(f) |
il-politiki interni jirrikjedu li l-istituzzjoni żżomm rendikont tan-nuqqasijiet kollha fl-ipprezzar kif imsemmijin fl-Artikolu 13(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397, tal-kawża tal-fallimenti fl-ipprezzar, u tal-azzjonijiet ta’ rimedju meħudin skont dak l-Artikolu; |
|
(g) |
il-politiki interni jispeċifikaw il-frekwenza tal-aġġornamenti, f’konformità mal-Artikolu 12(4) tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397, tal-perjodu ta’ stress użat għad-determinazzjoni tax-xenarju estrem ta’ xokk futur, u l-kriterji l-oħrajn possibbli li jwasslu għal aġġornament ta’ tali perjodu ta’ stress. |
2. Meta jivvalutaw jekk il-mudell intern ta’ istituzzjoni jkunx implimentat b’integrità kif meħtieġ mill-Artikolu 325bi(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tar-rekwiżiti dwar il-kalkolu tal-kejl tar-riskju tax-xenarju ta’ stress imsemmi fl-Artikolu 325bk ta’ dak ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandhom:
|
(a) |
meta l-istituzzjoni tuża l-metodu dirett imsemmi fl-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397 fir-rigward ta’ fatturi tar-riskju mhux mudellabbli:
|
|
(b) |
meta l-istituzzjoni tuża l-metodu dirett imsemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397 fir-rigward ta’ buckets standardizzati mhux mudellabbli:
|
|
(c) |
fir-rigward tad-determinazzjoni tas-serje kronoloġiċi ta’ ritorni ta’ 10 ijiem ta’ negozju imsemmijin fl-Artikolu 7 tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397:
|
|
(d) |
fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-metodu ta’ riżerva msemmi fl-Artikolu 10 tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397:
|
|
(e) |
jirrikjedu li l-istituzzjoni tidentifika fatturi tar-riskju mhux mudellabbli jew buckets standardizzati mhux mudellabbli li għalihom il-valur tal-koeffiċjent tat-tendenzi mhux lineari msemmi fl-Artikoli 17 u 18 tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397 huwa ugwali għal κ min jew κ max , kif imsemmi f’dawk l-Artikoli, u jivverifikaw jekk ix-xenarju estrem ta’ xokk futur ikunx xieraq jew jekk, f’konformità mal-Artikolu 325bk(3), il-punt (b), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istituzzjoni għandhiex tkun meħtieġa tapplika xenarju regolatorju estrem ta’ xokk futur f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397; |
|
(f) |
fir-rigward tad-determinazzjoni tal-perjodu ta’ stress kif meħtieġ mill-Artikolu 12 tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397:
|
|
(g) |
fir-rigward tal-komputazzjoni tat-telf b’metodi ta’ pprezzar ibbażati fuq is-sensittività skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 13(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397:
|
|
(h) |
fir-rigward tad-determinazzjoni tax-xenarju regolatorju estrem ta’ xokk futur imsemmi fl-Artikolu 14 tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397:
|
Għall-finijiet tal-punt (a)(ii), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk il-ġustifikazzjoni pprovduta tkunx taqbel mal-kriterji msemmijin fil-punt (a)(i) u jekk it-tibdil relatat ma jkunx xprunat mill-fatt li metodu wieħed iwassal għal kejl tar-riskju tax-xenarju ta’ stress aktar baxx mill-ieħor.
Għall-finijiet tal-punt (b)(ii), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk il-ġustifikazzjoni pprovduta tkunx taqbel mal-kriterji msemmijin fil-punt (b)(i) u ma tkunx xprunata mill-fatt li metodu wieħed iwassal għal kejl tar-riskju tax-xenarju ta’ stress aktar baxx mill-ieħor.
Għall-finijiet tal-punt (g)(ii), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw li l-istituzzjoni tikkalkola t-telf relatat ma’ strumenti finanzjarji u ma’ komoditajiet oħrajn li jkollhom dak il-fattur tar-riskju iżda mhux soġġetti għal falliment fl-ipprezzar bil-metodi tal-ipprezzar użati fil-mudell tal-kejl tar-riskju f’konformità mal-Artikolu 13(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397.
3. Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-punti (a)(ii) u (b)(ii), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jqabblu l-kejl tar-riskju tax-xenarju ta’ stress tal-fatturi tar-riskju jew tal-buckets standardizzati li għalihom ikun seħħ tibdil fl-approċċ u jivvalutaw jekk it-tibdil jikkorrispondix sistematikament ma’ kejl ta’ riskju tax-xenarju ta’ stress aktar baxx.
4. Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-punt (c)(i), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, fuq kampjun ta’ serje kronoloġika ta’ osservazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 7(1), il-punt (a), tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397, jivverifikaw li meta l-osservazzjonijiet fis-serje kronoloġika jkunu kostanti matul jiem ta’ negozju sussegwenti, id-data attwali tas-suq għall-fattur tar-riskju ma tinbidilx. Meta jiġbru l-kampjun, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw serje kronoloġika kkaratterizzata minn ammont kbir ta’ data mingħajr tibdil matul il-jiem ta’ negozju sussegwenti.
5. Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-punt (c)(iii), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, fuq kampjun ta’ fatturi tar-riskju, iqabblu l-osservazzjonijiet tal-fatturi tar-riskju li l-istituzzjoni tuża sabiex tikkalkola n-nuqqas mistenni għall-fattur tar-riskju meta dan kien mudellabbli mal-osservazzjonijiet tal-fatturi tar-riskju li l-istituzzjoni tuża sabiex tikkalkola l-kejl tar-riskju tax-xenarju ta’ stress.
6. Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-punt (d)(ii), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, fuq kampjun ta’ fatturi tar-riskju li għalihom l-istituzzjoni tuża l-approċċi msemmijin fl-Artikolu 10(2) jew (3), tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397, jivverifikaw jekk dawk il-fatturi tar-riskju jissodisfawx il-kundizzjonijiet sabiex ikunu soġġetti għal dik il-metodoloġija.
7. Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-punt (d)(iii), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, fuq kampjun ta’ fatturi tar-riskju li għalihom jintuża l-approċċ imsemmi fl-Artikolu 10(4) tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397, jivverifikaw jekk il-fatturi tar-riskju magħżulin korrispondenti jissodisfawx il-kundizzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 5 ta’ dak l-Artikolu.
Meta jiġi vverifikat jekk iż-żewġ fatturi tar-riskju humiex tal-istess natura f’konformità mal-Artikolu 10(5), il-punt (b), tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397 u jekk dawk il-fatturi tar-riskju ma jvarjawx għal karatteristiċi li jwasslu għal sottovalutazzjoni tal-volatilità f’konformità mal-Artikolu 10(5), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament Delegat, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk il-fatturi tar-riskju għandhomx il-karatteristiċi ewlenin, u jekk il-fattur tar-riskju magħżul jattirax riskju speċifiku relatat mal-isem jekk il-fattur tar-riskju mhux mudellabbli jattirah.
8. Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-punt (d)(iii), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, fuq kampjun ta’ fatturi tar-riskju li għalihom tintuża l-metodoloġija msemmija fl-Artikolu 10(4) tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397:
|
(a) |
jirrikjedu li l-istituzzjoni tittestja fatturi tar-riskju xierqa alternattivi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 10(5) tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397 minflok il-fatturi tar-riskju magħżulin mill-istituzzjoni; |
|
(b) |
iqabblu x-xenarju estrem ta’ xokk futur miksub bl-użu tal-fatturi tar-riskju magħżulin mill-istituzzjoni u x-xenarju estrem ta’ xokk futur miksub bl-użu tal-fatturi tar-riskju alternattivi msemmijin fil-punt (a); |
|
(c) |
jivvalutaw jekk il-fatturi tar-riskju magħżulin mill-istituzzjoni jwasslux għal sottovalutazzjoni sistematika tax-xenarju estrem ta’ xokk futur; |
9. Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-punt (d)(iii), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, fuq kampjun ta’ fatturi tar-riskju li għalihom tintuża l-metodoloġija msemmija fl-Artikolu 10(4) tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397 u li għalihom l-osservazzjonijiet fuq perjodu ta’ sena jkunu aktar minn tnax:
|
(a) |
jirrikjedu li l-istituzzjoni tistma l-volatilità ta’ dawk il-fatturi tar-riskju matul dak il-perjodu ta’ sena; |
|
(b) |
jirrikjedu li l-istituzzjoni tistma l-volatilità matul dak il-perjodu ta’ sena tal-fatturi tar-riskju magħżulin f’konformità mal-Artikolu 10(5) tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397 għall-fatturi tar-riskju msemmijin fil-punt (a); |
|
(c) |
jivvalutaw jekk il-volatilità tal-fatturi tar-riskju magħżulin mill-istituzzjoni li tirriżulta mill-estimu msemmi fil-punt (b) tkunx sistematikament aktar baxxa mill-volatilità tal-fatturi tar-riskju fil-mudell tal-kejl tar-riskju tal-istituzzjoni li tirriżulta mill-estimu msemmi fil-punt (a). |
10. Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-punt (e), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, fuq kampjun ta’ fatturi tar-riskju u ta’ buckets standardizzati:
|
(a) |
jivvalutaw jekk il-koeffiċjent tat-tendenzi mhux lineari jkunx daqs κ
min
jew κ
max
minħabba li valuri estremament għoljin jew baxxi jikkaratterizzaw in-numeratur jew id-denominatur tat-terminu li ġej
|
|
(b) |
jeħtieġu li l-istituzzjoni tipplottja t-telf li jirriżulta mit-tibdil fil-fattur tar-riskju fil-viċinat tax-xenarju estrem ta’ xokk futur u jivvalutaw jekk il-profil tal-funzjoni tat-telf ikunx partikolarment konkav jew konvess f’dak il-viċinat. |
Meta jwettqu valutazzjoni bħal din, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħżlu s-sett ta’ fatturi tar-riskju mhux mudellabbli u ta’ buckets standardizzati filwaqt li jqisu l-materjalità tagħhom.
11. Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-punt (f)(i), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, meta xieraq u meta t-telf li jikkorrispondi għal tibdil f’fatturi tar-riskju materjali mhux mudellabbli jew f’buckets standardizzati mhux mudellabbli jkun ferm mhux lineari:
|
(a) |
jirrikjedu li l-istituzzjoni tiddetermina l-perjodu ta’ stress billi timmassimizza l-valur imsemmi fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397 fuq sett ta’ fatturi tar-riskju mhux mudellabbli jew fuq kwalunkwe bucket standardizzat mhux mudellabbli li jappartjeni għall-istess kategorija wiesgħa ta’ fatturi tar-riskju, billi tuża l-metodi ta’ pprezzar li l-istituzzjoni tuża fil-mudell tal-kejl tar-riskju f’konformità mal-Artikolu 13(2) ta’ dak ir-Regolament Delegat; |
|
(b) |
jirrikjedu li l-istituzzjoni tiddetermina l-perjodu ta’ stress billi timmassimizza l-valur imsemmi fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397 fuq is-sett imsemmi fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu, billi tuża l-metodi ta’ pprezzar ibbażati fuq is-sensittività f’konformità mal-Artikolu 13(4) ta’ dak ir-Regolament Delegat; |
|
(c) |
jivvalutaw jekk il-perjodi ta’ stress iddeterminati f’konformità mal-punti (a) u (b) humiex materjalment differenti. |
Is-sett ta’ fatturi tar-riskju mhux mudellabbli jew buckets standardizzati mhux mudellabbli imsemmijin fl-ewwel subparagrafu, il-punt (a), għandu jintgħażel b’kunsiderazzjoni tal-materjalità tagħhom u tal-profil mhux lineari tat-telf għall-bidliet fil-valuri tagħhom. Sabiex jidentifikaw il-fatturi tar-riskju mhux mudellabbli jew il-buckets standardizzati mhux mudellabbli bi profil ta’ telf mhux lineari, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jużaw bħala bażi l-valur tal-koeffiċjent ta’ tendenza mhux lineari κ kkalkolat f’konformità mal-Artikolu 17 jew mal-Artikolu 18 tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397.
12. Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-punt (f)(ii), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu:
|
(a) |
jirrikjedu li l-istituzzjoni tiddetermina l-perjodu ta’ stress billi timmassimizza l-valur imsemmi fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397 fuq sett ta’ fatturi tar-riskju mhux mudellabbli jew fuq kwalunkwe bucket standardizzat mhux mudellabbli li jappartjeni għall-istess kategorija wiesgħa ta’ fatturi tar-riskju, billi tuża l-metodi ta’ pprezzar użati fil-mudell tal-kejl tar-riskju f’konformità mal-Artikolu 13(2) ta’ dak ir-Regolament Delegat; |
|
(b) |
jivvalutaw jekk il-perjodu ta’ stress iddeterminat f’konformità mal-punt (a) ikunx differenti b’mod sinifikanti mill-perjodu ta’ stress identifikat mill-istituzzjoni meta tapplika l-metodoloġija msemmija fl-Artikolu 12(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397. |
13. Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-punt (g), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, fuq kampjun ta’ fallimenti fl-ipprezzar li l-istituzzjoni setgħet iffaċċjat, jivverifikaw jekk l-istituzzjoni segwietx il-proċessi u l-metodi msemmijin fil-paragrafu 2, il-punt (g)(i), u jivvalutaw fuq dik il-bażi r-robustezza ta’ dawk il-proċessi u l-metodi.
14. Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-punt (h)(iii), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, fuq kampjun ta’ fatturi tar-riskju mhux mudellabbli jew ta’ buckets standardizzati mhux mudellabbli:
|
(a) |
jirrikjedu li l-istituzzjoni tiġġenera serje kronoloġika ta’ ritorni minn distribuzzjoni statistika bi truf folti preskritta mill-awtorità kompetenti u tikkalkola x-xenarju estrem ta’ xokk futur bil-metodu gradwali msemmi fl-Artikolu 3 u fl-Artikolu 6 tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397 flimkien mal-metodu storiku imsemmija fl-Artikolu 8 ta’ dak ir-Regolament Delegat; |
|
(b) |
jivverifikaw il-konservattività tal-approċċ ibbażat fuq l-esperti tal-istituzzjoni billi jqabblu x-xenarju regolatorju estrem ta’ xokk futur li jirriżulta minn dak l-approċċ max-xenarju estrem ta’ xokk futur ikkalkolat f’konformità mal-punt (a). |
15. B’deroga mill-ewwel subparagrafu, il-punt (a), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu li l-istituzzjoni tuża s-serje kronoloġika ta’ fattur tar-riskju simili ieħor minflok ma tiġġenera s-serje kronoloġika minn distribuzzjoni konservattiva. Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-punt (h)(iv), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, fuq kampjun ta’ fatturi tar-riskju mhux mudellabbli jew ta’ buckets standardizzati mhux mudellabbli u f’data ta’ referenza partikolari, jivverifikaw jekk:
|
(a) |
il-fatturi tar-riskju jew il-buckets standardizzati li għalihom il-kejl tar-riskju tax-xenarju ta’ stress jiġi ddeterminat bl-applikazzjoni ta’ xenarju regolatorju estrem ta’ xokk futur f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397 jissodisfawx il-kriterji identifikati mill-istituzzjoni sabiex tuża dak il-metodu; |
|
(b) |
il-fatturi tar-riskju jew il-buckets standardizzati li għalihom il-kejl tar-riskju tax-xenarju ta’ stress ma jiġix iddeterminat billi jiġi applikat xenarju regolatorju estrem ta’ xokk futur f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397 ma jissodisfawx il-kriterji li l-istituzzjoni identifikat sabiex tuża dak il-metodu. |
16. Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-punt (i), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, fuq kampjun ta’ fatturi tar-riskju mhux mudellabbli:
|
(a) |
jivverifikaw jekk in-natura tal-fattur tar-riskju tkunx tali li tirrifletti riskju idjosinkratiku biss billi jirrieżaminaw id-deskrizzjoni tal-fattur tar-riskju pprovdut fil-lista msemmija fl-Artikolu 33(1) ta’ dan ir-Regolament, u l-inputs tad-data użati sabiex jiġi mmarkat, kif meħtieġ mill-Artikolu 16(3), il-punt (a), u mill-Artikolu 16(4), il-punt (a), tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397; |
|
(b) |
iwettqu ttestjar tal-ipoteżi sabiex jivvalutaw is-sinifikat tal-koeffiċjenti ta’ korrelazzjoni bejn il-fatturi tar-riskju fil-kampjun u jqabblu r-riżultati ta’ dak l-ittestjar tal-ipoteżi mar-riżultati li l-istituzzjoni kisbet meta wettqet it-testijiet statistiċi msemmijin fl-Artikolu 16(3), il-punt (d), u fl-Artikolu 16(4), il-punt (d), tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397. |
KAPITOLU 4
VALUTAZZJONI TAL-MUDELL INTERN TAR-RISKJU TA’ INADEMPJENZA UŻAT SABIEX JIĠI KKALKOLAT IR-REKWIŻIT TA’ FONDI PROPRJI ADDIZZJONALI GĦAR-RISKJU TA’ INADEMPJENZA
TAQSIMA 1
Ħarsa ġenerali lejn il-valutazzjoni
Artikolu 45
Valutazzjoni tal-mudell intern tar-riskju ta’ inadempjenza użat sabiex jiġi kkalkolat ir-rekwiżit ta’ fondi proprji addizzjonali għar-riskju ta’ inadempjenza
Meta jivvalutaw il-konformità tal-istituzzjoni mar-rekwiżiti applikabbli għall-mudell intern tar-riskju ta’ inadempjenza kif imsemmi fl-Artikoli 325bn, 325bo u 325bp, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l-istituzzjoni tikkonformax ma’ dawn:
|
(a) |
ir-rekwiżiti ġenerali għall-mudell intern tar-riskju ta’ inadempjenza f’konformità mat-Taqsima 2; |
|
(b) |
ir-rekwiżiti għall-estimi għall-probabbiltajiet ta’ inadempjenza u għat-telf fil-każ ta’ inadempjenzi f’konformità mat-Taqsima 3; |
|
(c) |
ir-rekwiżiti għall-korrelazzjoni tal-inadempjenza bejn l-emittenti, ir-rikonoxximent tal-ħeġġijiet u rekwiżiti partikolari oħrajn f’konformità mat-Taqsima 4. |
TAQSIMA 2
Valutazzjoni tar-rekwiżiti ġenerali
Artikolu 46
Valutazzjoni tal-ambitu tal-pożizzjonijiet soġġetti għal riskju ta’ inadempjenza
1. Meta jivvalutaw jekk il-mudell intern ta’ istituzzjoni jkunx implimentat b’integrità fir-rigward tal-ambitu tal-pożizzjonijiet soġġetti għar-rekwiżit ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ inadempjenza msemmi fl-Artikolu 325bl tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-awtoritajiet kompetenti għandhom:
|
(a) |
jivverifikaw jekk is-sistemi interni tal-istituzzjoni jiżgurawx li l-pożizzjonijiet kollha li fihom tal-anqas fattur tar-riskju wieħed immappjat mal-kategoriji wisgħin “ekwità” jew “firxa tal-kreditu” tal-fatturi tar-riskju, kif imsemmi fl-Artikolu 325bd(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, huma inklużi fl-ambitu tar-rekwiżit ta’ fondi proprji addizzjonali għar-riskju ta’ inadempjenza; |
|
(b) |
jiksbu ħarsa ġenerali lejn ir-riskju ta’ inadempjenza fil-portafoll tal-istituzzjoni, billi jirrikjedu li l-istituzzjoni tipprovdi inventarju tal-pożizzjonijiet aggregati b’dimensjoni waħda jew aktar u l-iskoperturi f’inadempjenza immedjata aggregati korrispondenti. |
Għall-finijiet tal-punt (a), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw il-konsistenza bejn l-immappjar u l-inventarji msemmijin fl-Artikoli 33(1), 48(1) u 49(1).
Għall-finijiet tal-punt (b), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, skont il-portafoll, jirrikjedu li l-istituzzjoni taggrega l-pożizzjonijiet b’dimensjonijiet differenti, inkluż billi:
|
(a) |
il-pożizzjonijiet li jkollhom l-istess klassifikazzjoni; |
|
(b) |
il-pożizzjonijiet li jaqgħu fl-istess klassi ta’ skopertura; |
|
(c) |
il-pożizzjonijiet li jikkondividu l-istess fatturi tar-riskju sistematiku bħal dawk imsemmijin fl-Artikolu 325bp(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. |
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punt (a), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu:
|
(a) |
jirrikjedu li l-istituzzjoni tipprovdi l-lista ta’ pożizzjonijiet assenjati lill-postijiet tan-negozjar li għalihom l-istituzzjoni tkun ingħatat il-permess li tuża mudelli interni msemmijin fl-Artikolu 325az tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew li tkun fil-proċess li tingħata tali permess; |
|
(b) |
jeħtieġu li l-istituzzjoni tidentifika dawk il-pożizzjonijiet li fihom fattur tar-riskju mmappjat mal-kategorija wiesgħa ta’ fatturi tar-riskju “ekwità” jew mal-kategorija wiesgħa ta’ fatturi tar-riskju “firxa ta’ kreditu”, kif imsemmi fl-Artikolu 325bd(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, u l-istrument ta’ dejn jew ta’ ekwità negozjat korrispondenti f’konformità mal-Artikolu 325bi ta’ dak ir-Regolament; |
|
(c) |
jivverifikaw l-akkuratezza tal-lista msemmija fil-punt (a) u tal-identifikazzjoni msemmija fil-punt (b); |
|
(d) |
jivverifikaw, fuq kampjun ta’ strumenti identifikati fil-punt (b), jekk dawk l-istrumenti jkunux fl-ambitu tal-istrumenti inklużi fil-kalkolu tar-rekwiżit ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ inadempjenza. |
Artikolu 47
Valutazzjoni tal-akkuratezza u tal-frekwenza tal-kalkolu tar-rekwiżit ta’ fond proprju għar-riskju ta’ inadempjenza
1. Meta jivvalutaw jekk ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji ta’ istituzzjoni għar-riskju ta’ inadempjenza jkunux daqs numru tal-valur fir-riskju f’livell ta’ intervall ta’ kunfidenza ta’ 99,9 % kif meħtieġ mill-Artikolu 325bn(1), il-punti (a) u (b), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-awtoritajiet kompetenti għandhom:
|
(a) |
jivverifikaw jekk l-estimatur użat mill-istituzzjoni sabiex tistma l-valur fir-riskju jkunx akkurat; |
|
(b) |
meta l-kalkolu tal-valur fir-riskju jkun ibbażat fuq is-simulazzjonijiet tat-tip Monte Carlo, jivverifikaw jekk in-numru ta’ simulazzjonijiet jiżgurax konverġenza lejn riżultati stabbli, u l-proprjetajiet aleatorji tas-sekwenzi użati sabiex jiġu ġġenerati s-simulazzjonijiet; |
|
(c) |
jivverifikaw jekk, qabel ma jiġi kkalkolat it-tibdil fil-valur tal-portafoll wara l-inadempjenzi tal-emittenti, il-valur tal-pożizzjonijiet fil-portafolli tal-istituzzjoni jirreferix għad-data ta’ referenza ta’ rapportar tal-valur fir-riskju; |
|
(d) |
jivverifikaw jekk, bl-eċċezzjoni tal-pożizzjonijiet soġġetti għad-deroga msemmija fl-Artikolu 325bn(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jintużax perjodu ta’ żmien ta’ sena fil-komputazzjoni tal-valur fir-riskju; |
|
(e) |
meta r-riskju ta’ inadempjenza jiġi kkalkolat anqas ta’ kuljum, janalizzaw il-proċess użat mill-istituzzjoni sabiex jiddeterminaw il-frekwenza tal-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ inadempjenza, u jivverifikaw jekk il-kalkolu bi frekwenza mnaqqsa jwassalx għal sottovalutazzjoni tar-riskju; |
|
(f) |
jivverifikaw jekk għal strumenti ta’ ekwità, il-prezzijiet ikunux stabbiliti għal żero meta jiġu ssimulati l-inadempjenzi ta’ dawk l-istrumenti ta’ ekwità, u jekk dan ikunx żgurat sistematikament mis-sistemi interni, u jistgħu jivverifikaw jekk dan huwiex il-każ fuq kampjun ta’ pożizzjonijiet ta’ ekwità. |
Għall-finijiet tal-punt (a), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw kif l-istituzzjoni għażlet l-estimatur u l-analiżi li saret sabiex issostni din l-għażla.
Għall-finijiet tal-punt (b), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrieżaminaw it-testijiet imwettqin mill-istituzzjoni sabiex tistabbilixxi n-numru ta’ simulazzjonijiet.
Għall-finijiet tal-punt (d), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk ir-raġunament tal-istituzzjoni għall-applikazzjoni ta’ dik id-deroga jkunx tajjeb, b’mod partikolari meta l-istituzzjoni tuża perjodu ta’ żmien ta’ 60 jum għal xi pożizzjonijiet ta’ ekwità, u perjodu ta’ żmien ta’ sena għal xi pożizzjonijiet ta’ ekwità oħrajn.
Għall-finijiet tal-punt (e), l-awtoritajiet kompetenti:
|
(a) |
għandhom, meta r-riskju ta’ inadempjenza jiġi kkalkolat kull ġimgħa, janalizzaw il-proċess użat mill-istituzzjoni sabiex tiddetermina l-jum tal-ġimgħa meta jiġu kkalkolati r-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ inadempjenza; |
|
(b) |
għandhom jirrikjedu li l-istituzzjoni tikkalkola, meta jkunu għadhom mhux disponibbli, l-iskoperturi ta’ inadempjenza immedjata ta’ kuljum fuq perjodu partikolari, u jivvalutaw jekk dawk l-iskoperturi jkunux bi profil ta’ riskju sistematikament aktar baxx f’dawk il-jiem li fihom jiġu kkalkolati r-rekwiżiti ta’ fondi proprji; |
|
(c) |
jistgħu jużaw ukoll ċifri addizzjonali li jistgħu jiġu kkalkolati kuljum mill-istituzzjoni għal finijiet ta’ ġestjoni interna tar-riskju, inklużi sensittivitajiet ta’ kuljum għall-aktar emittenti materjali. |
Għall-finijiet tar-raba’ subparagrafu, il-punt (b), meta jkun hemm ħjiel ta’ profil tar-riskju sistematikament aktar baxx, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jikkomplementaw il-valutazzjoni tagħhom billi jirrikjedu li l-istituzzjoni tikkalkola, fuq bażi ta’ kuljum u għal perjodu partikolari, ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji tagħha għar-riskju ta’ inadempjenza, u billi janalizzaw jekk dawk il-miżuri jkunux sistematikament aktar baxxi fil-jiem magħżulin mill-istituzzjoni.
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punt (b), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, meta jqisu li t-testijiet imwettqin mill-istituzzjoni sabiex tistabbilixxi n-numru ta’ simulazzjonijiet ikunu insuffiċjenti:
|
(a) |
jirrikjedu li l-istituzzjoni tipprovdi l-iżball statistiku tat-tip Monte Carlo bi grad ta’ fiduċja ta’ 95 %, u jivverifikaw jekk il-metodu użat għall-kejl ta’ tali żball statistiku jkunx tajjeb; |
|
(b) |
jirrikjedu li l-istituzzjoni tikkalkola l-kejl tal-valur fir-riskju b’diversi valuri inizjali differenti, bis-suppożizzjonijiet l-oħrajn kollha li jkunu ugwali, u jivverifikaw li l-metodu użat sabiex tiġi ġġenerata s-simulazzjoni ma joħloqx preġudizzju fir-riżultati; |
|
(c) |
jivvalutaw jekk id-differenzi fil-miżuri tal-valur fir-riskju b’valur inizjali differenti, kif ikkalkolati f’konformità mal-punt (b), ikunux kompatibbli mal-iżball statistiku msemmi fil-punt (a), u, meta dan ma jkunx il-każ, jivvalutaw il-kawża ewlenija ta’ tali inkompatibbiltà u n-numru ta’ simulazzjonijiet meħtieġa sabiex jiġi żgurat li l-iżball statistiku jkun anqas minn 5 %. |
TAQSIMA 3
Valutazzjoni tal-estimi tal-probabbiltajiet ta’ inadempjenza u tat-telf fil-każ ta’ inadempjenza
Artikolu 48
Valutazzjoni tal-probabbiltajiet ta’ inadempjenza
1. Meta jivvalutaw il-konformità ta’ istituzzjoni mal-Artikolu 325bi(1), il-punt (e), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tar-rekwiżiti dwar l-estimu tal-probabbiltajiet ta’ inadempjenza, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk id-dokumentazzjoni interna tkoprix l-aspetti kollha stabbiliti fl-Artikolu 5 tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1578, u jekk il-politiki interni tal-istituzzjoni jeħtiġux il-produzzjoni ta’ inventarju aġġornat li jispeċifika:
|
(a) |
il-metodi li l-istituzzjoni tuża sabiex tistma l-probabbiltajiet ta’ inadempjenza, inkluża l-materjalità ta’ kull metodu differenti f’termini ta’ numru ta’ emittenti, ta’ daqs tal-pożizzjonijiet, u ta’ kontribut għar-rekwiżiti ta’ fondi proprji tar-riskju ta’ inadempjenza; |
|
(b) |
għal kull emittent, il-valur tal-probabbiltà ta’ inadempjenza, il-klassifikazzjoni, meta disponibbli, u jekk:
|
|
(c) |
għall-emittenti kollha, il-klassi tal-iskoperturi msemmija fl-Artikolu 147(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li għaliha tappartjeni l-iskopertura tagħhom; |
|
(d) |
għall-emittenti li għalihom jinkiseb estimu tal-probabbiltà ta’ inadempjenza bl-użu ta’ sorsi esterni kif imsemmi fl-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1578, jekk l-estimu jinkisibx flimkien mal-prezzijiet kurrenti tas-suq kif imsemmi fl-Artikolu 325bp(5), il-punt (c), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fl-Artikolu 2(4), il-punt (b), tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1578. |
2. Meta jivvalutaw jekk il-mudell intern ta’ istituzzjoni jkunx implimentat b’integrità kif meħtieġ mill-Artikolu 325bi(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tar-rekwiżiti dwar l-estimu tal-probabbiltajiet ta’ inadempjenza, l-awtoritajiet kompetenti għandhom:
|
(a) |
jivverifikaw jekk:
|
|
(b) |
bl-użu tal-inventarju msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, jivverifikaw jekk l-estimi kollha għandhomx minimu kif meħtieġ mill-Artikolu 325bp(5), il-punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; |
|
(c) |
jivverifikaw jekk kwalunkwe metodu użat għall-iskalar ta’ probabbiltà ta’ inadempjenza għall-perjodu ta’ żmien applikabbli msemmi fl-Artikolu 325bp(5), il-punt (b), jew fl-Artikolu 325bn(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ikunx validu kunċettwalment u jekk tali metodu jkunx appoġġat minn analiżi robusta; |
|
(d) |
jivverifikaw jekk:
|
|
(e) |
jivvalutaw jekk u kif it-tnaqqis estrem fil-prezzijiet tas-suq kif imsemmi fl-Artikolu 325bp(5), il-punt (c), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jitqiesu meta l-istituzzjoni tiddetermina l-estimi tal-probabbiltajiet ta’ inadempjenza u jekk u kif dak it-tnaqqis ikunx relatat mal-affidabbiltà tal-kreditu ta’ emittent; |
|
(f) |
għall-probabbiltajiet ta’ inadempjenza li jinkisbu f’konformità mal-paragrafu 1, il-punti (b)(i) sa (b)(iii), ta’ dan l-Artikolu jivverifikaw jekk dawk il-probabbiltajiet ta’ inadempjenza jqisux il-marġni ta’ konservattiviżmu msemmi fl-Artikolu 179(1), il-punt (f), u fl-Artikolu 180(1), il-punt (e), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; |
|
(g) |
għal probabbiltajiet ta’ inadempjenza li jinkisbu f’konformità mal-paragrafu 1, il-punt (b)(i):
|
|
(h) |
għal probabbiltajiet ta’ inadempjenza li jinkisbu f’konformità mal-paragrafu 1, il-punt (b)(ii):
|
|
(i) |
għal probabbiltajiet ta’ inadempjenza li jinkisbu f’konformità mal-paragrafu 1, il-punt (b)(iii), ta’ dan l-Artikolu jirrieżaminaw ir-rapporti prodotti mill-validazzjoni interna jew mill-awditjar intern rigward il-konformità tal-metodoloġija interna użata sabiex jinkisbu l-probabbiltajiet ta’ inadempjenza mal-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 3, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; |
|
(j) |
għal probabbiltajiet ta’ inadempjenza li jinkisbu f’konformità mal-paragrafu 1, il-punt (b)(iv):
|
|
(k) |
għal probabbiltajiet ta’ inadempjenza li jinkisbu f’konformità mal-paragrafu 1, il-punt (b)(v):
|
Għall-finijiet tal-punt (a), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, meta xieraq:
|
(a) |
jidentifikaw emittenti li għalihom il-probabbiltà ta’ inadempjenza stmata ma nbidlitx għal perjodu estensiv; |
|
(b) |
jivvalutaw jekk l-estimi tal-probabbiltà ta’ inadempjenza jkunux aġġornati; |
|
(c) |
jivverifikaw jekk l-istituzzjoni tistax tispjega r-raġunijiet wara l-valuri mhux mibdulin. |
Għall-finijiet tal-punt (b), l-awtoritajiet kompetenti għandhom janalizzaw il-materjalità u l-karatteristiċi tal-pożizzjonijiet soġġetti għal-limitu minimu, inkluża l-klassifikazzjoni u l-klassi tal-iskoperturi tagħhom.
Għall-finijiet tal-punt (c), l-awtoritajiet kompetenti għandhom:
|
(a) |
jidentifikaw il-perjodu ta’ żmien effettiv li jintuża qabel ma jiġi applikat kwalunkwe skalar sabiex jinkiseb il-perjodu ta’ żmien applikabbli; |
|
(b) |
jivvalutaw ir-raġunament għall-użu, bħala punt tat-tluq tal-iskalar, ta’ perjodu ta’ żmien differenti mill-perjodu ta’ żmien li huwa applikabbli f’konformità mal-Artikolu 325bp(5), il-punt (b), jew mal-Artikolu 325bn(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. |
Għall-finijiet tal-punt (k)(i), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk id-data użata tirriflettix is-settur jew ir-reġjun tal-emittent.
Għall-finijiet tal-punt (k)(iii), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu li l-istituzzjoni tipprovdi analiżi tas-sensittività skont il-prinċipji tal-analiżi tas-sensittività msemmija fl-Artikolu 1(2), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1578 għall-valutazzjoni tal-impatt potenzjali tat-tibdil fl-estimu tal-PD.
3. Għall-finijiet tal-paragrafu 2, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, meta xieraq, jirrikjedu li istituzzjoni tistma l-probabbiltajiet ta’ inadempjenza b’metodu ieħor fost il-metodi stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2023/1578, u jispjegaw id-differenzi fir-riżultati miksubin.
Artikolu 49
Valutazzjoni tat-telf fil-każ ta’ inadempjenzi
1. Meta jivvalutaw il-konformità ta’ istituzzjoni mal-Artikolu 325bi(1), il-punt (e), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tar-rekwiżiti dwar l-estimu tat-telf fil-każ ta’ inadempjenzi, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk id-dokumentazzjoni interna tkoprix l-aspetti kollha msemmijin fl-Artikolu 5 tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1578, u jekk il-politiki interni tal-istituzzjoni jeħtiġux il-produzzjoni ta’ inventarju aġġornat li jispeċifika:
|
(a) |
il-metodi li l-istituzzjoni tuża sabiex tistma t-telf fil-każ ta’ inadempjenzi, inkluża l-materjalità, f’termini tad-daqs tal-pożizzjonijiet u tal-kontribut għar-rekwiżit ta’ fond proprju għar-riskju ta’ inadempjenza, ta’ kull metodu differenti; |
|
(b) |
għal kull pożizzjoni, il-valur tat-telf fil-każ ta’ inadempjenza, jekk il-pożizzjoni tkunx dejn subordinat, dejn superjuri mhux garantit, bond kopert, jew kwalunkwe tip ieħor ta’ pożizzjoni, u jekk:
|
|
(c) |
għall-pożizzjonijiet kollha, il-klassi tal-iskoperturi msemmija fl-Artikolu 147 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li jappartjenu għaliha. |
2. Meta jivvalutaw jekk il-mudell intern ta’ istituzzjoni jkunx implimentat b’integrità kif meħtieġ mill-Artikolu 325bi(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tar-rekwiżiti dwar l-estimu tat-telf fil-każ ta’ inadempjenza, l-awtoritajiet kompetenti għandhom:
|
(a) |
jivverifikaw jekk il-granularità tat-telf fil-każ ta’ inadempjenza tipprovdix differenzjazzjoni sinifikattiva tar-riskju u, fost l-oħrajn, jekk dik il-granularità tippermettix li tirrifletti b’mod xieraq is-superjorità tal-pożizzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 325bp(6), il-punt (b), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, u l-kollateralizzazzjoni tiegħu; |
|
(b) |
jivverifikaw jekk l-estimi tat-telf fil-każ ta’ inadempjenza kif ukoll l-inputs tad-data użati sabiex jiġu dderivati humiex aġġornati bi frekwenza li tiżgura li r-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ inadempjenza jkunux sensittivi għar-riskju, u jekk kwalunkwe informazzjoni rilevanti ġdida hijiex riflessa fil-ħin, kif meħtieġ mill-Artikolu 325bp(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; |
|
(c) |
għal telf fil-każ ta’ inadempjenza li jinkiseb f’konformità mal-paragrafu 1, il-punt (b)(i), jivverifikaw jekk kwalunkwe saff addizzjonali applikat għat-telf fil-każ ta’ inadempjenza skont l-approċċ IRB sabiex jinkisbu estimi aktar konservattivi jiġix applikat meta l-istituzzjoni tikkalkola r-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ inadempjenza; |
|
(d) |
għal telf fil-każ ta’ inadempjenza li jinkiseb f’konformità mal-paragrafu 1, il-punt (b)(ii):
|
|
(e) |
għal telf fil-każ ta’ inadempjenza li jinkiseb f’konformità mal-paragrafu 1, il-punt (b)(iii), ta’ dan l-Artikolu jirrieżaminaw ir-rapporti prodotti mill-validazzjoni interna, u l-awditjar intern rigward il-konformità tal-metodoloġija interna użata sabiex jinkiseb it-telf fil-każ ta’ inadempjenza mal-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 3, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; |
|
(f) |
għal telf fil-każ ta’ inadempjenza li jinkiseb f’konformità mal-paragrafu 1, il-punt (b)(iv):
|
|
(g) |
għal telf fil-każ ta’ inadempjenza li jinkiseb f’konformità mal-paragrafu 1, il-punt (b):
|
Għall-finijiet tal-punt (b), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, meta xieraq, jidentifikaw pożizzjonijiet li għalihom it-telf stmat fil-każ ta’ inadempjenza ma jkunx inbidel għal perjodu estensiv, jivvalutaw jekk humiex aġġornati u jivverifikaw li l-istituzzjoni tista’ tispjega r-raġunijiet wara l-valuri mhux mibdulin.
Għall-finijiet tal-punt (c), l-awtoritajiet kompetenti għandhom, fuq kampjun ta’ pożizzjonijiet, jivverifikaw jekk l-estimu tat-telf fil-każ ta’ inadempjenza użat fl-approċċ IRB huwiex differenti mill-estimu tat-telf fil-każ ta’ inadempjenza użat fil-kalkolu tar-rekwiżit tar-riskju ta’ inadempjenza.
Għall-finijiet tal-punt (g)(i), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk id-data użata tirriflettix is-superjorità tal-pożizzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 325bp(6), il-punt (b), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, u r-reġjun jew is-settur.
Għall-finijiet tal-punt (g)(iii), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jivverifikaw jekk l-estimi tat-telf fil-każ ta’ inadempjenza jagħmlux distinzjoni bejn pożizzjonijiet li huma inadempjenti u pożizzjonijiet li ma humiex billi jivvalutaw l-estimu assenjat mill-istituzzjoni għal pożizzjonijiet tal-istess emittent li huma inadempjenti u li ma humiex inadempjenti inklużi fl-ambitu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji addizzjonali għar-riskju ta’ inadempjenza.
3. Għall-finijiet tal-paragrafu 2, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, meta xieraq, jirrikjedu li l-istituzzjoni tistma t-telf fil-każ ta’ inadempjenza b’metodu ieħor fost il-metodi stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2023/1578, u jispjegaw id-differenzi fir-riżultati miksubin.
TAQSIMA 4
valutazzjoni tal-korrelazzjoni, tal-iħħeġġjar u ta’ rekwiżiti partikolari
Artikolu 50
Valutazzjoni tal-istruttura ta’ korrelazzjoni
1. Meta jivvalutaw il-metodoloġija użata minn istituzzjoni sabiex tiddetermina l-korrelazzjoni tal-inadempjenza bejn emittenti differenti kif meħtieġ mill-Artikolu 325bn(1), il-punt (c), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-awtoritajiet kompetenti għandhom:
|
(a) |
jivverifikaw jekk jintużawx biss l-ekwità u l-firxiet ta’ kreditu elenkati bħala inputs tad-data għad-determinazzjoni tal-korrelazzjoni bejn emittenti differenti; |
|
(b) |
meta l-istituzzjoni tuża l-ambitu għall-mudell tal-korrelazzjonijiet ta’ inadempjenza, jivvalutaw il-validazzjoni interna tas-suppożizzjonijiet tal-kopula mwettqa mill-istituzzjoni u jivverifikaw jekk hemmx kompatibbiltà bejn id-data storika użata għall-kalibrar tal-korrelazzjonijiet u l-emittenti inklużi fil-portafoll tal-istituzzjoni; |
|
(c) |
jidentifikaw jekk il-korrelazzjoni fost l-emittenti hijiex ibbażata fuq ritorni assoluti jew relattivi, u jivvalutaw jekk ir-raġunament wara l-għażla tat-tip ta’ ritorn huwiex:
|
|
(d) |
jivvalutaw jekk il-metodu li l-istituzzjoni tuża sabiex tikseb korrelazzjoni fuq il-perjodu ta’ żmien applikabbli mir-ritorni kkalkolati fuq perjodu ta’ żmien iqsar huwiex tajjeb; |
|
(e) |
jivvalutaw kif l-istituzzjoni tiddetermina l-perjodu ta’ kalibrar imsemmi fl-Artikolu 325bn(1), il-punt (c), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. |
Għall-finijiet tal-punt (a), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, meta xieraq, jirrikjedu li l-istituzzjoni tipprovdi data użata sabiex timmudella l-korrelazzjoni bejn kampjun ta’ emittenti magħżul mill-awtoritajiet kompetenti, u jivverifikaw jekk dik id-data tkunx relatata biss ma’ ekwitajiet u ma’ firxiet ta’ kreditu elenkati.
Għall-finijiet tal-punt (d), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk, meta l-istituzzjoni tapplika d-deroga msemmija fl-Artikolu 325bn(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, tintużax korrelazzjoni ta’ 60 jum ta’ negozju biss bejn pożizzjonijiet ta’ ekwità li għalihom tintuża dik id-deroga, u li l-korrelazzjoni titkejjel mill-bqija fuq perjodu ta’ żmien ta’ sena.
Għall-finijiet tal-punt (e), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk l-approċċ li tuża l-istituzzjoni sabiex tagħżel il-perjodu, inkluż it-tul tiegħu, huwiex:
|
(a) |
tajjeb; |
|
(b) |
iddokumentat fil-politiki interni tal-istituzzjoni; |
|
(c) |
irrieżaminat sabiex jitqies kwalunkwe tibdil fil-perjodu ta’ stress imsemmi fl-Artikolu 325bc(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. |
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punt (b), l-awtoritajiet kompetenti għandhom, fuq kampjun ta’ emittenti li għalihom l-istituzzjoni għandha pożizzjonijiet soġġetti għar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ inadempjenza, jivverifikaw jekk il-korrelazzjonijiet tal-emittent f’pari derivati mill-immudellar tal-korrelazzjoni jkunux kompatibbli mal-korrelazzjonijiet tal-emittent f’pari derivati minn data osservabbli tas-suq.
Artikolu 51
Valutazzjoni tar-rikonoxximent tal-iħħeġġjar
Meta jivvalutaw jekk ir-rikonoxximent tal-ħeġġijiet fil-mudell intern tar-riskju ta’ inadempjenza tal-istituzzjoni jikkonformax mal-Artikolu 325bo tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-awtoritajiet kompetenti għandhom:
|
(a) |
jivverifikaw jekk il-politiki interni tal-istituzzjoni:
|
|
(b) |
jirrieżaminaw il-politiki interni tal-istituzzjoni, u jivverifikaw il-kriterji previsti f’dawk il-politiki interni għar-rikonoxximent tal-effetti tan-netting u tal-iħħeġġjar jew tad-diversifikazzjoni; |
|
(c) |
jivvalutaw jekk il-monitoraġġ tar-riskju ta’ bażi sinifikanti potenzjali li jista’ jinħoloq fl-intervall bejn il-maturità ta’ strument u l-perjodu ta’ żmien ta’ sena huwiex robust; |
|
(d) |
jeħtieġu li l-istituzzjoni tipprovdi:
|
Meta jitolbu l-kampjun imsemmi fil-punt (d)(i), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li jkun hemm varjetà fil-pożizzjonijiet ipprovduti, u li, meta applikabbli, ikunu inklużi ż-żewġ pożizzjonijiet li jkunu nnettjati u l-pożizzjonijiet li ma jkunux innettjati.
Għall-finijiet tal-punt (b), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk il-kriterji fil-politiki interni tal-istituzzjoni jiżgurawx li n-netting u l-iħħeġġjar ikunu effiċjenti, anki meta jseħħ event ta’ kreditu jew kwalunkwe event ieħor.
Għall-finijiet tal-punt (d), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk:
|
(a) |
l-immappjar mill-istituzzjoni ta’ pożizzjonijiet ma’ fatturi tar-riskju jiżgurax li l-iskoperturi għal debituri differenti ma jkunux innettjati, u li tali netting iseħħ biss għal pożizzjonijiet li jirrigwardjaw l-istess strumenti finanzjarji tal-istess obbligant; |
|
(b) |
jew l-iskoperturi għal obbliganti differenti jkunu mmappjati ma’ fatturi tar-riskju differenti, jew ikun hemm fattur tar-riskju ta’ bażi sabiex jiġu koperti d-differenzi f’dawk l-iskoperturi, u jkunx kopert ir-riskju ta’ bażi bejn debituri li huma kostitwenti ta’ indiċi ta’ kreditu u obbliganti oħrajn; |
|
(c) |
għal pożizzjonijiet fi strumenti finanzjarji differenti tal-istess obbligant, l-analiżi mwettqa mill-istituzzjoni sabiex tivvaluta jekk jistax jinħoloq riskju ta’ bażi sinifikanti fl-istrateġiji ta’ ħħeġġjar minħabba t-tip differenti ta’ prodotti, is-superjorità fl-istruttura tal-kapital, il-klassifikazzjonijiet interni jew esterni, il-maturità, jew il-vintage, hijiex robusta. |
Artikolu 52
Valutazzjoni tal-konformità ma’ rekwiżiti partikolari
Meta jivvalutaw il-konformità tal-mudell intern tar-riskju ta’ inadempjenza mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 325bp tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-awtoritajiet kompetenti għandhom:
|
(a) |
fir-rigward tal-immudellar tal-inadempjenza ta’ emittenti individwali kif ukoll multipli kif meħtieġ mill-Artikolu 325bp(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013:
|
|
(b) |
fir-rigward tar-rekwiżit li jiġi rifless iċ-ċiklu ekonomiku fil-mudell intern tar-riskju ta’ inadempjenza kif meħtieġ mill-Artikolu 325bp(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jivvalutaw kif l-immudellar tat-telf fil-każ ta’ inadempjenzi, inklużi dawk stokastiċi, jitwettaq għal tali telf fil-każ ta’ inadempjenzi sabiex jiġi rifless it-tibdil fil-proprjetajiet mill-fatturi tar-riskju sistematiku; |
|
(c) |
fir-rigward tar-rekwiżit li jinqabdu t-tendenzi mhux lineari kif meħtieġ mill-Artikolu 325bp(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jivvalutaw:
|
|
(d) |
fir-rigward tar-rekwiżit li jkun hemm mudell intern tar-riskju ta’ inadempjenza li jkun konsistenti mal-ġestjoni interna tar-riskji kif meħtieġ mill-Artikolu 325bp(9) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jivverifikaw jekk l-istituzzjoni ddokumentatx id-differenzi bejn il-mudell intern tar-riskju ta’ inadempjenza u l-mudelli li l-istituzzjoni tuża għall-ġestjoni interna tar-riskju tagħha għall-istess ambitu tal-pożizzjonijiet, u jekk l-istituzzjoni tkunx kapaċi tispjega dawk id-differenzi. |
Għall-finijiet tal-punt (a)(i), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ir-raġunament ipprovdut fil-politiki interni tal-istituzzjoni għall-għażla tal-fatturi tar-riskju sistematiċi, u l-interpretazzjoni ekonomika tagħhom.
Għall-finijiet tal-punt (a)(iii), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, meta xieraq, jivverifikaw fuq kampjun ta’ emittenti simili li l-fatturi tar-riskju idjosinkratiku jvarjaw.
Għall-finijiet tal-punt (a)(iv), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, meta xieraq, jivverifikaw fuq kampjun ta’ emittenti, li l-immappjar ikun korrett.
Għall-finijiet tal-punt (a)(v), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, meta xieraq u meta l-analiżijiet imwettqin mill-istituzzjoni ma jidhrux suffiċjenti għall-portafoll soġġett għal riskju ta’ inadempjenza kif inhu, jeħtieġu li l-istituzzjoni fuq kampjun ta’ emittenti tivvaluta s-setgħa tal-fatturi tar-riskju sistematiċi magħżulin mill-istituzzjoni fl-ispjegazzjoni tal-fatturi ta’ inadempjenza tal-assi ta’ kull emittent.
Għall-finijiet tal-punt (b), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, meta xieraq, iwettqu analiżijiet statistiċi fuq kampjun ta’ emittenti, inkluż l-ittestjar tal-ipoteżijie, sabiex jittestjaw id-dipendenza tat-telf fil-każ ta’ inadempjenzi fuq il-fatturi tar-riskju sistematiku.
KAPITOLU 5
DISPOŻIZZJONI FINALI
Artikolu 53
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Artikolu 18(1), il-punt (a), fir-rigward tar-riskju ambjentali, l-Artikolu 18(1), il-punt (c)(vii), u l-Artikolu 18(2), il-punt (b)(v), għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2025.
L-Artikolu 21(1), il-punt (b), għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2026.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Marzu 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/575/oj.
(2) Ir-Regolament (UE) 2019/876 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 dwar il-proporzjon ta’ lieva finanzjarja, il-proporzjon ta’ finanzjament stabbli nett, rekwiżiti għall-fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli, riskju ta’ kreditu tal-kontroparti, riskju tas-suq, skoperturi għal kontropartijiet ċentrali, skoperturi għal impriżi ta’ investiment kollettiv, skoperturi kbar, rekwiżiti ta’ rappurtar u divulgazzjoni, u r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 150, 7.6.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/876/oj).
(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2058 tat-28 ta’ Frar 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar l-perjodi tal-likwidità għall-approċċ alternattiv ibbażat fuq il-mudelli interni, kif imsemmi fl-Artikolu 325bd(7) (ĠU L 276, 26.10.2022, p. 40, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2022/2058/oj).
(4) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2059 tal-14 ta’ Ġunju 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id-dettalji tekniċi tal-ittestjar retrospettiv u r-rekwiżiti tal-attribuzzjoni u tal-profitt u t-telf skont l-Artikoli 325bf u 325bg tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (ĠU L 276, 26.10.2022, p. 47, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2022/2059/oj).
(5) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2060 tal-14 ta’ Ġunju 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kriterji għall-valutazzjoni tal-mudellabbiltà tal-fatturi ta’ riskju skont l-approċċ ta’ mudell intern (IMA) u li jispeċifikaw il-frekwenza ta’ dik il-valutazzjoni skont l-Artikolu 325be(3) ta’ dak ir-Regolament (ĠU L 276, 26.10.2022, p. 60, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2022/2060/oj).
(6) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/1577 tal-20 ta’ April 2023 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar il-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq għal pożizzjonijiet tal-portafoll mhux tan-negozjar soġġetti għal riskju tal-kambju jew riskju tal-komoditajiet u t-trattament ta’ dawk il-pożizzjonijiet għall-finijiet tar-rekwiżiti regolatorji tal-ittestjar retrospettiv u r-rekwiżit tal-attribuzzjoni tal-profitt u t-telf skont l-approċċ alternattiv tal-mudell intern (ĠU L 193, 1.8.2023, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2023/1577/oj).
(7) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/1578 tal-20 ta’ April 2023 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw ir-rekwiżiti għall-metodoloġija interna jew għas-sorsi esterni użati skont il-mudell intern għar-riskju ta’ inadempjenza għall-istima tal-probabbiltajiet ta’ inadempjenza u t-telf fil-każ ta’ inadempjenza (ĠU L 193, 1.8.2023, p. 7, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2023/1578/oj).
(8) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/397 tal-20 ta’ Ottubru 2023 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji dwar il-kalkolu tal-miżura tar-riskju tax-xenarju ta’ stress (ĠU L, 2024/397, 29.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/397/oj).
(9) Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/1093/oj).
(10) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2059 tal-14 ta’ Ġunju 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id-dettalji tekniċi tal-ittestjar retrospettiv u r-rekwiżiti tal-attribuzzjoni u tal-profitt u t-telf skont l-Artikoli 325bf u 325bg tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (ĠU L 276, 26.10.2022, p. 47, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2022/2059/oj).
(11) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2060 tal-14 ta’ Ġunju 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kriterji għall-valutazzjoni tal-mudellabbiltà tal-fatturi ta’ riskju skont l-approċċ ta’ mudell intern (IMA) u li jispeċifikaw il-frekwenza ta’ dik il-valutazzjoni skont l-Artikolu 325be(3) ta’ dak ir-Regolament (ĠU L 276, 26.10.2022, p. 60, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2022/2060/oj).
(12) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2058 tat-28 ta’ Frar 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar il-perjodi tal-likwidità għall-approċċ alternattiv ibbażat fuq il-mudelli interni, kif imsemmi fl-Artikolu 325bd(7) (ĠU L 276, 26.10.2022, p. 40, ELI: ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2022/2058/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/1085/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)