|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/1076 |
16.4.2024 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1076
tal-15 ta’ April 2024
li jemenda l-Annessi II u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwu għall-bispiribak, metosulam, oriżalin, oksasulfuron u triażossidu f’ċerti prodotti jew fuqhom
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1)(a), tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Għas-sustanzi attivi bispiribak, metosulam, oriżalin, oksasulfuron u triażossidu, il-livelli massimi ta’ residwu (“MRLs”) ġew stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
|
(2) |
L-approvazzjoni tas-sustanza attiva bispiribak skadiet fil-31 ta’ Lulju 2022 billi l-applikant irtira l-applikazzjoni għat-tiġdid tagħha. L-approvazzjoni tas-sustanzi attivi metosulam, oriżalin u triażossidu skadiet fit-30 ta’ April 2021, fil-31 ta’ Mejju 2021 u fit-30 ta’ Settembru 2021 rispettivament, peress li ma tressqet l-ebda applikazzjoni għat-tiġdid tagħhom. |
|
(3) |
L-approvazzjoni tas-sustanza attiva oksasulfuron skadiet fit-8 ta’ Awwissu 2018 billi l-Kummissjoni ma ġedditx l-approvazzjoni tas-sustanza attiva permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1019 (2). |
|
(4) |
L-awtorizzazzjonijiet kollha eżistenti għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fihom dawn is-sustanzi attivi ġew irrevokati. Ma jeżistu l-ebda MRLs ibbażati fuq il-limiti massimi tar-residwi tal-Codex (“CXLs”) jew tolleranzi tal-importazzjoni għal dawk is-sustanzi attivi. Għalhekk huwa xieraq li l-MRLs għal dawn is-sustanzi attivi jiġu stabbiliti fil-limitu ta’ determinazzjoni (“LOD”). |
|
(5) |
Għas-sustanzi attivi bispiribak, metosulam, oriżalin, oksasulfuron u triażossidu, l-MRLs diġà huma stabbiliti fl-LOD fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. Għalhekk huwa xieraq li jitħassru l-MRLs stabbiliti għal dawk is-sustanzi attivi fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 flimkien mal-Artikolu 14(1)(a), tiegħu. L-MRLs għall-prodotti kollha ta’ dawk is-sustanzi attivi jenħtieġ li jiġu stabbiliti fl-LOD speċifiku għall-prodott fl-Anness V ta’ dak ir-Regolament. |
|
(6) |
Barra minn hekk, għall-metosulam u l-oriżalin, peress li l-MRLs għall-prodotti kollha huma stabbiliti fl-LODs speċifiċi għall-prodott, ma għadx hemm bżonn ta’ data konfermatorja. Għalhekk, in-noti kollha f’qiegħ il-paġna li fihom talbiet għal data ta’ konferma jenħtieġ li jitħassru. |
|
(7) |
Il-Kummissjoni kkonsultat mal-laboratorji ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea dwar ir-residwi tal-pestiċidi rigward il-ħtieġa li jiġu adattati ċerti LODs. Għas-sustanzi kollha koperti minn dan ir-Regolament dawk il-laboratorji pproponew LODs speċifiċi għall-prodott li jistgħu jinkisbu b’mod analitiku. |
|
(8) |
Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
|
(9) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi II u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ April 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1019 tat-18 ta’ Lulju 2018 li jikkonċerna n-nuqqas ta’ tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva oksasulfuron, b’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 183, 19.7.2018, p. 14).
ANNESS
L-Annessi II u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
fl-Anness II, il-kolonni għall-bispiribak, il-metosulam, l-oriżalin, l-oksasulfuron u t-triażossidu jitħassru; |
|
(2) |
fl-Anness V, jiżdiedu l-kolonni li ġejjin għall-bispiribak, il-metosulam, l-oriżalin, l-oksasulfuron u t-triażossidu: ANNESS V Ir-residwi tal-pestiċidi u l-livelli massimi ta’ residwi (mg/kg)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(*1) Jindika l-limitu minimu ta’ determinazzjoni analitika
(1) Għal-lista sħiħa tal-prodotti li joriġinaw mill-pjanti u mill-annimali li għalihom japplikaw l-MRL, jenħtieġ li ssir referenza għall-Anness I
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1076/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)