|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/1034 |
5.4.2024 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2024/1034
tal-4 ta’ April 2024
li jemenda r-Regolament (UE) 2020/1998 dwar miżuri restrittivi kontra ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u l-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Fis-7 ta’ Diċembru 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999 (1) u r-Regolament (UE) 2020/1998 (2) dwar miżuri restrittivi kontra ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem. |
|
(2) |
Fl-4 ta’ April 2024, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2024/1025 (3) li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999 sabiex tiġi introdotta eżenzjoni għall-assistenza umanitarja u attivitajiet oħra li jappoġġaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem, applikabbli għal ċertu atturi. L-eżenzjoni hija bbażata fuq il-paragrafu 1 tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 2664 (2022), li ġiet adottata fid-9 ta’ Diċembru 2022. |
|
(3) |
L-emendi inklużi f’dan ir-Regolament jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattat, u għalhekk hija neċessarja azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni sabiex jiġu implimentati, b’mod partikolari bl-għan li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom fl-Istati Membri kollha. |
|
(4) |
Għalhekk, ir-Regolament (UE) 2020/1998 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fir-Regolament (UE) 2020/1998, l-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
jiddaħħlu l-paragrafi li ġejjin: “-1. L-Artikolu 3(1) u (2) ma għandux japplika għat-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ fondi jew ta’ riżorsi ekonomiċi meħtieġa biex jiġi żgurat it-twassil f’waqtu ta’ assistenza umanitarja jew biex jappoġġaw attivitajiet oħra li jappoġġaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem, fejn tali assistenza u attivitajiet oħra jitwettqu minn:
-1a. L-eżenzjoni stabbilita fil-paragrafu -1 ta’ ma għandhiex tapplika għall-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet jew il-korpi identifikati b’asterisk fl-Anness I.” |
|
(2) |
il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu -1, u b’deroga mill-Artikolu 3(1) u (2), l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew id-disponibbiltà ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi, skont il-kundizzjonijiet li jqisu xierqa, wara li jkunu ddeterminaw li l-forniment ta’ tali fondi jew riżorsi ekonomiċi jkun meħtieġ biex jiġi żgurat it-twassil f’waqtu ta’ assistenza umanitarja jew biex jiġu appoġġati attivitajiet oħra li jsostnu il-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem.” |
|
(3) |
jiddaħħal il-paragrafu li ġej: “1a. Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni negattiva, talba għall-informazzjoni jew notifika għal iktar żmien mill-awtorità kompetenti rilevanti fi żmien 5 ijiem tax-xogħol mid-data tal-wasla ta’ talba għall-awtorizzazzjoni skont il-paragrafu 1, dik l-awtorizzazzjoni għandha titqies li ngħatat.” |
|
(4) |
il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe awtorizzazzjoni li tingħata skont dan l-Artikolu fi żmien erba’ ġimgħat minn tali awtorizzazzjoni.” |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ April 2024.
Għall-Kunsill
Il-President
H. LAHBIB
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1999 tas-7 ta’ Diċembru 2020 li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-ksur u l-abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem (ĠU L 410I 7.12.2020, p. 13).
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/1998 tas-7 ta’ Diċembru 2020 dwar miżuri restrittivi kontra ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem (ĠU L 410I 7.12.2020, p. 1).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/1025 tal-4 ta’ April 2024 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999 dwar miżuri restrittivi kontra ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem (ĠU L, 2024/1025, 5.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1025/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1034/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)