European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/1026

9.4.2024

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1026

tat-8 ta’ April 2024

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet tal-ikel ġdid oleoreżina li fiha ħafna astaksantina mill-algi Haematococcus pluvialis

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar ikel ġdid, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1852/2001 (1), u b’mod partikolari, l-Artikolu 12 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2015/2283 jipprevedi li l-ikel il-ġdid awtorizzat u inkluż fil-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid biss jista’ jiġi introdott fis-suq fl-Unjoni.

(2)

Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2015/2283, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (2) stabbilixxa lista tal-Unjoni ta’ ikel ġdid.

(3)

Il-lista tal-Unjoni stipulata fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 tinkludi l-oleoreżina li fiha ħafna astaksantina mill-algi Haematococcus pluvialis bħala ikel ġdid awtorizzat.

(4)

L-oleoreżina li fiha ħafna astaksantina mill-algi Haematococcus pluvialis ġiet awtorizzata skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) għall-użu fis-supplimenti tal-ikel kif definit fid-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) intenzjonati għall-popolazzjoni ġenerali.

(5)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1377 (5) emenda l-kundizzjonijiet tal-użu tal-ikel ġdid oleoreżina li fiha ħafna astaksantina mill-algi Haematococcus pluvialis. B’mod partikolari, l-użu tal-ikel ġdid oleoreżina li fiha ħafna astaksantina mill-algi Haematococcus pluvialis fis-supplimenti tal-ikel f’livelli ta’ sa 8,0 mg/jum ta’ astaksantina ġie ristrett għall-adulti u għall-adolexxenti li għandhom aktar minn 14-il sena.

(6)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1581 (6) emenda ulterjorment il-kundizzjonijiet tal-użu tal-ikel ġdid oleoreżina li fiha ħafna astaksantina mill-algi Haematococcus pluvialis. B’mod partikolari, estenda l-użu tal-ikel ġdid għas-supplimenti tal-ikel maħsuba għat-tfal li għandhom minn 3 snin sa inqas minn 10 snin għal livelli ta’ 23 mg/jum ta’ oleoreżina (li jikkorrispondu għal mhux aktar minn 2,3 mg/jum ta’ astaksantina), u fis-supplimenti tal-ikel maħsuba għall-adolexxenti li għandhom minn 10 sa inqas minn 14-il sena għal 57 mg/jum ta’ oleoreżina (li jikkorrispondu għal mhux aktar minn 5,7 mg/jum ta’ astaksantina).

(7)

Fl-20 ta’ Ġunju 2022, il-kumpanija Astareal AB (“l-applikant”) ressqet applikazzjoni lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283 għal bidla fl-ispeċifikazzjonijiet tal-ikel ġdid oleoreżina li fiha ħafna astaksantina mill-algi Haematococcus pluvialis. L-applikant talab li jiġu modifikati l-livelli tal-kontenut għal diversi parametri fl-ispeċifikazzjonijiet. Dan jikkonċerna l-modifika tal-firxa għall-monoesteri tal-astaksantina fl-oleoreżina minn 79,8–91,5 % w/w tal-karotenojdi (totali) għal 66,7–91,5 % w/w tal-karotenojdi (totali), il-modifika tal-firxa ta’ diesteri tal-astaksantina minn 0,16–19,0 % w/w tal-karotenojdi (totali) għal 0,16 sa 32,5 % w/w tal-karotenojdi (totali), il-modifika tal-firxa għall-isterjoisomeru tal-astaksantina 9-cis minn 0,3–17,3 % w/w tal-karotenojdi (totali) għal 0,3–30,0 % w/w tal-karotenojdi (totali), u l-modifika tal-firxa tal-kontenut ta’ proteina minn 0,3–4,4 % għal 0,0–4,4 %.

(8)

F’konformità mal-Artikolu 10(3) tar-Regolament (UE) 2015/2283, fis-26 ta’ Settembru 2022, il-Kummissjoni kkonsultat lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”), u talbitha tagħti opinjoni xjentifika dwar il-bidla fl-ispeċifikazzjonijiet tal-ikel ġdid oleoreżina li fiha ħafna astaksantina mill-algi Haematococcus pluvialis.

(9)

Fis-26 ta’ Settembru 2023, l-Awtorità adottat l-opinjoni xjentifika tagħha “Safety of a change in specifications of the novel food oleoresin from Haematococcus pluvialis containing astaxanthin pursuant to Regulation (EU) 2015/2283” (7) f’konformità mal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2015/2283.

(10)

Fl-opinjoni xjentifika tagħha, l-Awtorità kkonkludiet li l-ikel ġdid oleoreżina li fiha ħafna astaksantina mill-algi Haematococcus pluvialis huwa sikur skont il-bidliet proposti fl-ispeċifikazzjonijiet, u għalhekk jixraq li dawk jiġu emendati.

(11)

L-informazzjoni pprovduta fl-applikazzjoni u fl-opinjoni tal-Awtorità tagħti biżżejjed raġunijiet biex jiġi stabbilit li l-bidliet fl-ispeċifikazzjonijiet tal-użu tal-ikel ġdid huma f’konformità mal-kundizzjonijiet tal-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2015/2283 u jenħtieġ li jiġu approvati.

(12)

Għalhekk, l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(13)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ April 2024.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 327, 11.12.2015, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2015/2283/oj.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 tal-20 ta’ Diċembru 2017 li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel ġdid (ĠU L 351, 30.12.2017, p. 72, ELI: https://eur-lex.europa.eu/eli/reg_impl/2017/2470/oj).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 1997 dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti tal-ikel il-ġdid (ĠU L 43, 14.2.1997, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1997/258/oj).

(4)  Id-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Ġunju 2002 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-supplimenti tal-ikel (ĠU L 183, 12.7.2002, p. 51, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2002/46/oj).

(5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1377 tad-19 ta’ Awwissu 2021 li jawtorizza l-bidla fil-kundizzjonijiet tal-użu tal-ikel ġdid “oleoreżina li fiha ħafna astaksantina” mill-algi Haematococcus pluvialis skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (ĠU L 297, 20.8.2021, p. 20, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/1377/oj).

(6)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1581 tal-1 ta’ Awwissu 2023 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 fir-rigward tal-kundizzjonijiet tal-użu tal-ikel ġdid “oleoreżina li fiha ħafna astaksantina mill-algi Haematococcus pluvialis ” (ĠU L 194, 2.8.2023, p. 4, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/1581/oj).

(7)   EFSA Journal 2023;21(11):8338; doi: 10.2903/j.efsa.2023.8338.


ANNESS

Fit-Tabella 2 (“ Speċifikazzjonijiet ”) tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470, l-entrata għal “oleoreżina li fiha ħafna astaksantina mill-algi Haematococcus pluvialis ” hija sostitwita b’dan li ġej:

Ikel Ġdid Awtorizzat

Speċifikazzjoni

Oleoreżina li fiha ħafna astaksantina mill-algi Haematococcus pluvialis

Deskrizzjoni:

L-astaksantina hija karotenojde li tiġi prodotta mill-algi Haematococcus pluvialis. Il-metodi tal-produzzjoni għat-tkabbir tal-algi jvarjaw; jistgħu jintużaw sistemi ‘magħluqin’ esposti għad-dawl tax-xemx jew għal dawl artifiċjali kkontrollat b’mod strett, inkella jistgħu jintużaw vaski miftuħin. Iċ-ċelloli tal-algi jinħasdu u jitnixxfu; l-oleoraża tiġi estratta bl-użu ta’ CO2 superkritiku jew bl-użu ta’ solvent (aċetat etiliku). L-astaksantina tiġi dilwita u standardizzata għal 2,5 %, 5,0 %, 7,0 %, 10 %, 15 % jew 20 % bl-użu taż-żejt taż-żebbuġa, żejt tal-għosfor, żejt tal-ġirasol jew bl-użu ta’ trigliċeridi b’katina medja (MCT).

Karatteristiċi/Kompożizzjoni:

 

Xaħam: 42,2–99 %

 

Proteini: ≤ 4,4 %

 

Karboidrati: ≤ 52,8 %

 

Fibra: < 1,0 %

 

Irmied: ≤ 4,2 %

Speċifikazzjoni tal-Karotenojdi % w/w

 

Astaksantini totali: 2,9–11,1 %

 

9-cis-astaksantina: 0,3–30,0 %

 

13-cis-astaksantina: 0,2–7,0 %

 

Monoesteri tal-astaksantina: 66,7–91,5 %

 

Diesteri tal-astaksantina: 0,16–32,5 %

 

Betakaroten 0,01–0,3 %

 

Luteina: ≤ 1,8 %

 

Kantaksantin: ≤ 1,30 %

Kriterji mikrobijoloġiċi:

 

Batterji aerobiċi totali: < 3 000 CFU/g

 

Ħmira u Moffa: < 100 CFU/g

 

Koliformi: < 10 CFU/g

 

E. coli: Negattiv

 

Salmonella: Negattiv

 

Stafilokokki: Negattiv”


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1026/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)