European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/960

25.4.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 223/2023

tat-22 ta’ Settembru 2023

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2024/960]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘il-Ftehim dwar iż-ŻEE’), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/58 tal-5 ta’ Jannar 2023 li jawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-forom iffriżati, ta’ paste, imnixxfa u ta’ trab tal-larvi tal-Alphitobius diaperinus (dudu tad-dqiq irqiq) bħala ikel ġdid u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/65 tas-6 ta’ Jannar 2023 li jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni ta’ ikel ġdid, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1648 li jawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-ksilo-oligosakkaridi bħala ikel ġdid, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1686 li jawtorizza l-estensjoni tal-użu tal-iżolat tal-proteini bażiċi tax-xorrox tal-ħalib bovin bħala ikel ġdid, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/96 li jawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-melħ tas-sodju tat-3’-sijalillattożju bħala ikel ġdid (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(3)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni marbuta mal-oġġetti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni dwar l-oġġetti tal-ikel ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tibqa’ estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(4)

Jenħtieġ għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiżi li ġejjin jiżdiedu fil-punt 124b (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470):

“—

32023 R 0058: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/58 tal-5 ta’ Jannar 2023 (ĠU L 5, 6.1.2023, p. 10).

32023 R 0065: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/65 tas-6 ta’ Jannar 2023 (ĠU L 6, 9.1.2023, p. 1).”

2.

Dan li ġej jiżdied fil-punt 149 (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1648):

“, kif emendat bi:

32023 R 0065: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/65 tas-6 ta’ Jannar 2023 (ĠU L 6, 9.1.2023, p. 1).”

3.

Dan li ġej jiżdied fil-punt 169 (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1686):

“, kif emendat bi:

32023 R 0065: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/65 tas-6 ta’ Jannar 2023 (ĠU L 6, 9.1.2023, p. 1).”

4.

Dan li ġej jiżdied fil-punt 191 (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/96):

“, kif emendat bi:

32023 R 0065: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/65 tas-6 ta’ Jannar 2023 (ĠU L 6, 9.1.2023, p. 1).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/58 u (UE) 2023/65 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-23 ta’ Settembru 2023, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Settembru 2023.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Pascal SCHAFHAUSER


(1)   ĠU L 5, 6.1.2023, p. 10.

(2)   ĠU L 6, 9.1.2023, p. 1.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/960/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)