European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2024/955

26.3.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2024/955

tal-25 ta’ Marzu 2024

li temenda d-Deċiżjoni 2011/173/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Bożnija-Ħerzegovina

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-21 ta’ Marzu 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/173/PESK (1).

(2)

Abbażi ta’ rieżami tad-Deċiżjoni 2011/173/PESK, jenħtieġ li l-miżuri restrittivi jiġġeddu sal-31 ta’ Marzu 2026.

(3)

Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2011/173/PESK tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni 2011/173/PESK, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta’ Marzu 2026.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Marzu 2024.

Għall-Kunsill

Il-President

A. MARON


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/173/PESK tal-21 ta’ Marzu 2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Bożnija-Ħerzegovina (ĠU L 76, 22.3.2011, p. 68).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/955/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)