European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2024/951

22.3.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2024/951

tat-22 ta’ Marzu 2024

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999 li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-ksur u l-abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1999 tas-7 ta’ Diċembru 2020 li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-ksur u l-abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-7 ta’ Diċembru 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999.

(2)

Fit-8 ta’ Diċembru 2020, fid-Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, f’isem l-Unjoni Ewropea, dwar ir-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet tal-UE b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem, l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha affermaw mill-ġdid l-impenn qawwi tagħhom lejn il-promozzjoni u l-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja. Ir-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet tal-UE b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem jenfasizza d-determinazzjoni tal-Unjoni li ssaħħaħ ir-rwol tagħha fl-indirizzar ta’ ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja. Il-kisba tat-tgawdija effettiva tad-drittijiet tal-bniedem minn kulħadd hija għan strateġiku tal-Unjoni. Ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem huwa valur fundamentali tal-Unjoni u tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni tagħha.

(3)

L-Unjoni hija mħassba sew dwar id-deterjorament kontinwu tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja. Il-gwerra illegali ta’ aggressjoni mhux ġustifikata u mhux provokata tar-Russja kontra l-Ukrajna kompliet taċċellera r-repressjoni interna fir-Russja, billi llimitat drastikament il-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni kif ukoll il-libertà tal-media, u introduċiet iċ-ċensura tal-gwerra.

(4)

L-Unjoni tkompli tikkundanna bil-qawwa l-espansjoni severa tal-leġiżlazzjoni restrittiva kontra s-soċjetà ċivili u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u r-repressjoni sistematika tagħhom, kif ukoll ir-repressjoni bla rażan tal-media indipendenti, il-ġurnalisti individwali u l-ħaddiema tal-media, il-membri tal-oppożizzjoni politika u ilħna kritiċi oħra attivi fir- Russja u barra minnha.

(5)

Fid-19 ta’ Frar 2024, fid-Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà f’isem l-Unjoni Ewropea, dwar il-mewt ta’ Alexei Navalny, l-Unjoni esprimiet ir-rabja tagħha dwar il-mewt tiegħu u fakkret fil-kundanna ripetuta tagħha tal-avvelenament tiegħu u l-azzjonijiet politikament motivati meħuda kontrih, inkluż il-priġunerija u t-trattament ħażin tiegħu fis-sistema tal-ħabs. Hija ssottolinjat li l-Unjoni ser tagħmel kull sforz biex iżżomm it-tmexxija politika u l-awtoritajiet Russi responsabbli għall-mewt tiegħu u timponi aktar sanzjonijiet.

(6)

L-Unjoni ttenni l-appell tagħha lir-Russja biex teħles minnufih u mingħajr kundizzjonijiet lil dawk kollha miżmuma l-ħabs fuq akkużi b’motivazzjoni politika.

(7)

F’dak il-kuntest, jenħtieġ li 33 persuna u żewġ entitajiet jiġu inklużi fil-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness tad-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999.

(8)

Jenħtieġ għalhekk li d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999 tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999 huwa emendat skont l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Marzu 2024.

Għall-Kunsill

Il-President

H. LAHBIB


(1)   ĠU L 410 I, 7.12.2020, p. 13.


ANNESS

L-Anness tad-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999 huwa emendat kif ġej:

(1)

l-entrati li ġejjin jiżdiedu mal-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi taħt l-intestatura “A. Persuni fiżiċi”:

 

Ismijiet (Trażlitterazzjoni bl-alfabett Latin)

Ismijiet

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

Raġunijiet għall-elenkar

Data tal-elenkar

“73.

Yuri KONOVEEV

Юрий КОНОВЕЕВ

(ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): Kap tat-taqsima distakkata SUS ‘PKT’ fl-IK-3 penal colony

Data tat-twelid: 7.5.1987

Post tat-twelid: Rivne, eks USSR (illum Ukraine)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Yuri Konoveev huwa l-kap tat-taqsima distakkata SUS u taċ-ċelli ta’ kastig tat-tip PKT (magħruf ukoll bħala l-kap tad-dipartiment tax-xogħol edukattiv) fl-IK-3 penal colony fejn ilu jaħdem mill-inqas mill-2019. Alexei Navalny tqiegħed taħt l-awtorità tiegħu mill-25 ta’ Diċembru 2023 sal-mewt tiegħu fis-16 ta’ Frar 2024.

F’dik il-pożizzjoni, Konoveev issorvelja s-swali responsabbli għat-trattament ħażin ta’ Alexei Navalny u interaġixxa direttament miegħu mill-inqas darba fix-xahar. Minħabba r-responsabbiltà tiegħu għaċ-ċelel ta’ kastig, huwa żgura li reġim ta’ iżolament fiżiku massimu ġie impost fuq Navalny. Fir-rwol superviżorju tiegħu ta’ edukazzjoni (mill-ġdid) tad-detenuti, huwa kien responsabbli għall-appoġġ ta’ sistema mibnija fuq it-tkissir tar-rieda tad-detenuti, u b’hekk ħoloq sentiment ta’ nuqqas ta’ tama assoluta u kundizzjonijiet tal-għajxien inumani. Xhieda xehdu li kien seħħ ksur tad-drittijiet tal-bniedem fil-kuntest tax-xogħol edukattiv tad-detenuti u li t-tortura kienet preskritta direttament fid-dokumenti operazzjonali tad-dipartimenti. Yuri Konoveev kien responsabbli wkoll għat-testijiet investigattivi u għall-btieħi għall-eżerċizzju fejn Alexei Navalny allegatament ħassu ma jiflaħx. L-IK-3 penal colony hija magħrufa li teżerċita pressjoni fiżika u psikoloġika, iżolament sħiħ, tortura u vjolenza fuq il-priġunieri.

Għaldaqstant, Konoveev huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra u l-ksur sistematiku tal-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni.

22.3.2024

74.

Alexei Vassilyevich LISYUK

magħruf ukoll bħala

Alexei Vassilyevich LYSYUK

Алексей Васильевич ЛИСЮК

(ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): Tabib tal-iġjene ġenerali; Kap tal-unità medika fl-IK-3 penal colony

Data tat-twelid: 1984

Post tat-twelid: Ussuriysk, former USSR (illum Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Alexei Lisyuk huwa tabib ġenerali tal-iġjene u ilu l-kap tal-unità medika tal-IK-3 penal colony minn tal-inqas minn Awwissu 2023.

F’dik il-pożizzjoni, Lisyuk kien responsabbli għas-saħħa ta’ Alexei Navalny mill-25 ta’ Diċembru 2023 sal-mewt tiegħu fis-16 ta’ Frar 2024. Lisyuk ittraskura l-kundizzjonijiet ħżiena tad-detenzjoni u tas-saħħa ta’ Navalny, naqas milli jiżgura li l-unità tiegħu kellha kapaċitajiet adegwati ta’ risuxxitazzjoni u naqas milli jordna t-trasport tiegħu lejn l-eqreb sptar fil-ħin wara li ntilef minn sensih fis-16 ta’ Frar 2024.

L-IK-3 penal colony hija magħrufa għall-eżerċizzju ta’ pressjoni fiżika u psikoloġika, iżolament sħiħ, tortura u vjolenza fuq il-priġunieri kif ukoll għall-kwalità ħażina tas-servizzi mediċi

Għaldaqstant, Lisyuk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra.

22.3.2024

75.

Wadim Konstantinowitsch KALININ

Вадим Kонстантинович КАЛИНИН

Pożizzjoni(jiet): Kap tal-IK-3 penal colony

Data tat-twelid: 7.3.1973

Post tat-twelid: Russia

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Wadim Konstantinowitsch Kalinin huwa l-Kap tal-IK-3 penal colony.

Fil-linja ta’ kmand tal-IK-3 penal colony, u billi huwa uffiċjalment parti mill-persunal għoli ta’ kmand tar-Russian Federal Penitentiary Service (FSIN) u jassumi rwol maniġerjali, huwa inkarigat direttament b’deċiżjonijiet eżekuttivi u għalhekk responsabbli għall-kundizzjonijiet ġenerali ta’ priġunerija fl-IK-3 penal colony. L-IK-3 penal colony, komunement magħrufa bħala l-‘Polar Wolf’, kienet il-post fejn il-politiku tal-oppożizzjoni detenut Alexei Navalny miet taħt ċirkostanzi mhux magħrufa. Il-kundizzjonijiet tal-priġunerija tiegħu fl-IK-3 penal colony inkludew il-vjolenza fiżika bħat-tortura u n-nuqqas ta’ provvista ta’ misħun u ħwejjeġ xierqa fix-xitwa, assistenza medika u ikel u ilma.

Għaldaqstant, Wadim Konstantinowitsch Kalinin huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, detenzjonijiet arbitrarji, u ksur sistematiku tal-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni.

22.3.2024

76.

Sergey Nikolaevich KORZHOV

Сергей Николаевич КОРЖОВ

(ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): Viċi kap tal-IK-3 penal colony

Post tat-twelid: Russia

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Sergey Nikolaevich Korzhov huwa viċi kap tal-IK-3 penal colony.

Fil-linja ta’ kmand tal-IK-3 penal colony, u billi huwa uffiċjalment parti mill-persunal għoli ta’ kmand tar-Russian Federal Penitentiary Service (FSIN) u jassumi rwol maniġerjali, huwa inkarigat direttament b’deċiżjonijiet eżekuttivi u għalhekk responsabbli għall-kundizzjonijiet ġenerali ta’ priġunerija fl-IK-3 penal colony. L-IK-3 penal colony, komunement magħrufa bħala l-‘Polar Wolf’, kienet il-post fejn il-politiku tal-oppożizzjoni detenut Alexei Navalny miet taħt ċirkostanzi mhux magħrufa. Il-kundizzjonijiet tal-priġunerija fl-IK-3 penal colony inkludew il-vjolenza fiżika bħat-tortura u n-nuqqas ta’ provvista ta’ misħun u ħwejjeġ xierqa fix-xitwa, assistenza medika u ikel u ilma.

Għaldaqstant, Sergey Nikolaevich Korzhov huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, detenzjonijiet arbitrarji, u ksur jsistematiku tal-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni.

22.3.2024

77.

Vasily Alexandrovich VYDRIN

Василий Александрович ВЫДРИН

(ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): Viċi kap tal-IK-3 penal colony

Post tat-twelid: Russia

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Vasily Alexandrovich Vydrin huwa viċi kap tal-IK-3 penal colony.

Fil-linja ta’ kmand tal-IK-3 penal colony, u billi huwa uffiċjalment parti mill-persunal għoli ta’ kmand tar-Russian Federal Penitentiary Service (FSIN) u jassumi rwol maniġerjali, huwa inkarigat direttament b’deċiżjonijiet eżekuttivi u għalhekk responsabbli għall-kundizzjonijiet ġenerali ta’ priġunerija fl-IK-3 penal colony. L-IK-3 penal colony, komunement magħrufa bħala l-‘Polar Wolf’, kienet il-post fejn il-politiku tal-oppożizzjoni detenut Alexei Navalny miet taħt ċirkostanzi mhux magħrufa. Il-kundizzjonijiet tal-priġunerija fl-IK-3 penal colony jinkludu l-vjolenza fiżika bħat-tortura u n-nuqqas ta’ provvista ta’ misħun u ħwejjeġ xierqa fix-xitwa, assistenza medika u ikel u ilma.

Għaldaqstant, Vasily Alexandrovich Vydrin huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, detenzjonijiet arbitrarji, u ksur sistematiku tal-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni.

22.3.2024

78.

Vladimir Ivanovich PILIPCHIK

Владимир Иванович ПИЛИПЧИК

Pożizzjoni(jiet): Viċi kap tal-IK-3 penal colony

Post tat-twelid: Russia

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Vladimir Ivanovich Pilipchik huwa viċi kap tal-IK-3 penal colony.

Fil-linja ta’ kmand tal-IK-3 penal colony, u billi huwa uffiċjalment parti mill-persunal għoli ta’ kmand tar-Russian Federal Penitentiary Service (FSIN) u jassumi rwol maniġerjali, huwa inkarigat direttament b’deċiżjonijiet eżekuttivi u għalhekk responsabbli għall-kundizzjonijiet ġenerali ta’ priġunerija fl-IK-3 penal colony. L-IK-3 penal colony, komunement magħrufa bħala l-‘Polar Wolf’, kienet il-post fejn il-politiku tal-oppożizzjoni detenut Alexei Navalny miet taħt ċirkostanzi mhux magħrufa. Il-kundizzjonijiet tal-priġunerija fl-IK-3 penal colony inkludew il-vjolenza fiżika bħat-tortura u n-nuqqas ta’ provvista ta’ misħun u ħwejjeġ xierqa fix-xitwa, assistenza medika u ikel u ilma.

Għaldaqstant, Vladimir Ivanovich Pilipichik huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, detenzjonijiet arbitrarji, u ksur sistematiku tal-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni.

22.3.2024

79.

Alexander Vladimirovich GOLYAKOV

Александр Владимирович ГОЛЯКОВ

Pożizzjoni(jiet): Viċi kap tal-IK-3 penal colony

Post tat-twelid: Russia

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Alexander Vladimirovich Golyakov huwa viċi kap tal-IK-3 penal colony.

Fil-linja ta’ kmand tal-IK-3 penal colony, u billi huwa uffiċjalment parti mill-persunal għoli ta’ kmand tar-Russian Federal Penitentiary Service (FSIN) u jassumi rwol maniġerjali, huwa inkarigat direttament b’deċiżjonijiet eżekuttivi u għalhekk responsabbli għall-kundizzjonijiet ġenerali ta’ priġunerija fl-IK-3 penal colony. L-IK-3 penal colony, komunement magħrufa bħala l-‘Polar Wolf’, kienet il-post fejn il-politiku tal-oppożizzjoni detenut Alexei Navalny miet taħt ċirkostanzi mhux magħrufa. Il-kundizzjonijiet tal-priġunerija fl-IK-3 penal colony inkludew il-vjolenza fiżika bħat-tortura u n-nuqqas ta’ provvista ta’ misħun u ħwejjeġ xierqa fix-xitwa, assistenza medika u ikel u ilma.

Għaldaqstant, Alexander Vladimirovich Golyakov huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, detenzjonijiet arbitrarji, u ksur sistematiku tal-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni.

22.3.2024

80.

Alexander Valerievich OBRAZTSOV

Александр Валерьевич ОБРАЗЦОВ

(ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): Viċi kap tal-IK-3 penal colony

Post tat-twelid: Russia

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Alexander Valerievich Obraztsov huwa viċi kap tal-IK-3 penal colony.

F’dik il-pożizzjoni, huwa direttament responsabbli għall-kundizzjonijiet ta’ priġunerija fl-IK-3 penal colony. L-IK-3 penal colony, komunement magħrufa bħala l-‘Polar Wolf’, kienet il-post fejn il-politiku tal-oppożizzjoni detenut Alexei Navalny miet taħt ċirkostanzi mhux magħrufa. Il-kundizzjonijiet tal-priġunerija fl-IK-3 penal colony inkludew il-vjolenza fiżika bħat-tortura u n-nuqqas ta’ provvista ta’ misħun u ħwejjeġ xierqa fix-xitwa, assistenza medika u ikel u ilma.

Għaldaqstant, Alexander Valerievich Obraztsov huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, detenzjonijiet arbitrarji, u ksur sistematiku tal-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni.

22.3.2024

81.

Igor Borisovich RAKITIN

Игорь Борисович РАКИТИН

(ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): Direttur tal-Federal Penitentiary Service Directorate for the Yamal-Nenets Autonomous Region

Data tat-twelid: 5.10.1973

Post tat-twelid: Tyumen Oblast, former USSR (illum Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Numru tal-identità tat-taxxa: 100602094834

Igor Borisovich Rakitin ilu d-direttur tad-Direttorat tal-Federal Penitentiary Service Directorate for the Yamal-Nenets Autonomous Region of the Russian Federation mit-28 ta’ Lulju 2020.

Taħt il-kmand tiegħu, ġiet stabbilita prassi mifruxa u sistematika ta’ tortura f’kolonji penitenzjarji fil-Yamal-Nenets Autonomous Region. Taħt il-kmand tiegħu, seħħew prattiki ta’ tortura f’kolonji penali IK-3 ‘Polar Wolf’ u IK-8 ‘Polar Bear’. Dik il-prassi tinkludi ċ-ċaħda tal-kura medika, swat, perjodi estensivi ta’ reklużjoni, privazzjoni tal-ikel u injezzjoni ta’ sustanzi mhux magħrufa.

Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Direttur tal-Federal Penitentiary Service Directorate for the Yamal-Nenets Autonomous Region, Igor Borisovich Rakitin huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż tortura u trattament jew pieni krudili, inumani u degradanti oħra, detenzjonijiet arbitrarji, u l-ksur sistematiku tal-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni

22.3.2024

82.

Valeriy Gennadyevich BOYARINEV

Валерий Геннадьевич БОЯРИНЕВ

(ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): L-ewwel viċi direttur tal-Federal Penitentiary Service of the Russian Federation

Grad: Maġġur Ġeneral

Nazzjonalità: Russa

Data tat-twelid: 2.9.1970

Post tat-twelid: Berezovskiy, Krasnoyarskiy Kray, former USSR (illum Russian Federation)

Sess: raġel

Numru tal-identità tat-taxxa: 190113308460

Valeriy Gennadyevich Boyarinev ilu l-ewwel viċi direttur tal-Federal Penitentiary Service of the Russian Federation mill-4 ta’ Lulju 2022. Huwa nħatar b’digriet tal-President tal-Federazzjoni Russa.

Taħt il-kmand tiegħu, ġiet stabbilita prassi ta’ tortura mifruxa u sistematika fil-kolonji penitenzjarji Russi, inkluż il-kolonja tal-ħabs fejn Alexei Navalny kien detenut. Dik il-prassi tinkludi ċ-ċaħda tal-kura medika, swat, perjodi estensivi ta’ reklużjoni, privazzjoni tal-ikel u injezzjoni ta’ sustanzi mhux magħrufa.

Fil-pożizzjoni tiegħu bħala l-Ewwel Viċi Direttur, Valeriy Gennadyevich Boyarinev personalment ta l-ordnijiet biex jiġi limitat l-ammont ta’ ikel Navalny tħalla jixtri waqt li nżamm fl-IK-6 penal colony f’Vladimirskaya Oblast.

Tlett ijiem wara l-mewt ta’ Navalny f’kolonja penitenzjarja taħt is-superviżjoni tiegħu, Boyarinev ġie promoss għal Maġġur Ġeneral ta’ notifika permezz ta’ digriet presidenzjali.

Għaldaqstant, Valeriy Gennadyevich Boyarinev huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, detenzjonijiet arbitrarji, u ksur sistematiku tal-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni.

22.3.2024

83.

Dmitriy Andreevich ARTYUKHOV

Дмитрий Андреевич АРТЮХОВ

(ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): Gvernatur tal-Yamal-Nenets Autonomous Region

Nazzjonalità: Russa

Data tat-twelid: 17.2.1988

Post tat-twelid: Tyumen Oblast, former USSR (illum Russian Federation)

Sess: raġel

Numru tal-identità tat-taxxa: 720414941639

Dmitriy Andreevich Artyukhov ilu l-Gvernatur tal-Yamal-Nenets Autonomous Region tal-Federazzjoni Russa mid-29 ta’ Mejju 2018.

Taħt il-gvern tiegħu, ġiet dokumentata xejra mifruxa u sistematika ta’ tortura fil-kolonji penitenzjarji, inkluż il-kolonja fejn Alexei Navalny kien detenut, fir-reġjun kollu. Din ix-xejra tinkludi ċ-ċaħda tal-kura medika, swat, perjodi estensivi ta’ reklużjoni f’ċella, privazzjoni tal-ikel u injezzjoni b’sustanzi mhux magħrufa.

Il-laqgħat bejn Dmitriy Andreevich Artyukhov u l-kap tas-sistema penali juru għarfien u approvazzjoni ta’ dawk il-prattiki mill-gvern reġjonali u juru l-kooperazzjoni mill-qrib bejn il-gvern reġjonali u s-servizz penitenzjarju.

Fil-pożizzjoni tiegħu bħala l-Gvernatur tal-Yamal-Nenets Autonomous Region, Dmitriy Andreevich Artyukhov appoġġa u kien involut fi ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, detenzjonijiet arbitrarji, u ksur sistematiku tal-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni.

22.3.2024

84.

Kirill Sergeevich NIKIFOROV

Кирилл Сергеевич НИКИФОРОВ

(ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): Imħallef tal-Kovrov City Court

Data tat-twelid: 14.3.1992

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Kirill Sergeevich Nikiforov huwa mħallef tal-Kovrov City Court, li ċaħdet il-kawża tal-mexxej tal-oppożizzjoni Alexei Navalny kontra IK-6 biex jappella kontra t-trasferiment tiegħu lejn ċella ta’ kastig għal 12-il jum. Waqt il-priġunerija tiegħu f’IK-6, l-uffiċjali regolarment qiegħdu lil Alexei Navalny f’ċella ta’ kastig għal allegat ksur minuri. Konsegwentement, huwa qatta’ xhur f’iżolament li wassal għal deterjorament sinifikattiv ta’ saħħtu.

Għaldaqstant, fil-pożizzjoni tiegħu ta’ mħallef fil-Kovrov City Court huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż detenzjonijiet arbitrarji kif ukoll tortura u trattament jew pieni krudili, inuman u degradanti oħra, kif ukoll il-ksur tal-libertà ta’ opinjoni jew espressjoni, li hija ta’ tħassib serju fir-rigward tal-objettivi tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni stipulati fl-Artikolu 21 TUE.

22.3.2024

85.

Andrey Aleksandrovich SUVOROV

Андрей Александрович СУВОРОВ

Pożizzjoni(jiet): Imħallef tal-Moscow City Court

Data tat-twelid: 2.3.1980

Post tat-twelid: Russia

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Andrey Aleksandrovich Suvorov huwa mħallef fil-Moscow City Court, li kkundannat lil Alexei Navalny għal 19-il sena f’kolonja b’reġim speċjali taħt kundizzjonijiet inumani fl-2023, li wasslu għal deterjorament gravi ta’ saħħet Navalny.

Għaldaqstant, fil-pożizzjoni tiegħu ta’ mħallef fil-Moscow City Court huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż detenzjonijiet arbitrarji kif ukoll tortura u trattament jew pieni krudili, inuman u degradanti oħra, kif ukoll il-ksur tal-libertà ta’ opinjoni jew espressjoni, li hija ta’ tħassib serju fir-rigward tal-objettivi tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni stipulati fl-Artikolu 21 TUE.

22.3.2024

86.

Aleksandr Aleksandrovich MUKHANOV

Александр Александрович МУХАНОВ

Pożizzjoni(jiet): Direttur tal-IK-2

Data tat-twelid: 7.12.1984

Post tat-twelid: Russia

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Aleksandr Aleksandrovich Mukhanov huwa d-Direttur tal-kolonja korrettiva Nru 2 (IK-2), fejn Alexei Navalny kien detenut minn Marzu 2021 sa Ġunju 2022.

IK-2 huwa magħruf għal kundizzjonijiet ħżiena ta’ detenzjoni. Navalny, li ġie avvelenat reċentement, ġie rrifjutat l-aċċess għal tobba ċivili f’din il-kolonja, minkejja t-theddida għal saħħtu.

F’dik il-pożizzjoni, Aleksandr Aleksandrovich Mukhanov huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, partikularment it-tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, kif ukoll il-ksur sistematiku tal-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni.

22.3.2024

87.

Roman Alexandrovitch VIDYUKOV

Роман Александрович ВИДЮКОВ

(ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): Investigatur fis-State Investigative Committee of the Russian Federation

Data tat-twelid: 30.7.1980

Post tat-twelid: Russia

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Roman Alexandrovitch Vidyukov huwa investigatur fis-State Investigative Committee of the Russian Federation.

Huwa mexxa l-investigazzjoni f’waħda mill-kawżi li fihom Alexei Navalny kien involut u kkundannat għal disa’ snin ħabs fl-2022. Kien ukoll membru tal-iskwadra ta’ investigazzjoni preliminari għall-kawża ta’ ‘ħasil tal-flus’ kontra l-fondazzjoni ta’ Navalny kontra l-korruzzjoni. Huwa mexxa wkoll l-investigazzjoni kontra Lilia Chanysheva, eks Kap tal-kwartieri ġenerali ta’ Navalny f’Ufa, ikkundannata għall-‘ħolqien ta’ komunità estremista’. Lilia Chanysheva ġiet ikkundannata għal seba’ snin u nofs ħabs fl-2023.

Matul dawk il-kawżi tal-qorti, Roman Alexandrovitch Vidyukov allegatament hedded xhud, sabiex iġiegħlu jixhed b’tali mod li jaġevola l-investigazzjoni matul il-kawża ta’ frodi ta’ Navalny.

Għaldaqstant huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż arresti jew detenzjonijiet arbitrarji, u l-ksur tal-libertà ta’ opinjoni u espressjoni li huwa ta’ tħassib serju fir-rigward tal-objettivi tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni stipulati fl-Artikolu 21 TUE.

22.3.2024

88.

Evgenia Sergeevna NIKOLAEVA

Евгения Сергеевна НИКОЛАЕВА

(ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): Imħallef tal-Basmanny District Court f’Moscow

Data tat-twelid: 9.7.1981

Post tat-twelid: Russia

Nazzjonalità: Russa

Sess: mara

Evgenia Sergeevna Nikolaeva ilha mħallef tal-Basmanny District Court f’Moska mill-2016.

Hija ħarġet għadd ta’ sentenzi kontra avversarji politiċi (inkluż Alexei Navalny, Ilia Yashin u Vladimir Kara-Murza), u b’hekk ikkontribwiet għar-repressjoni politika fir-Russja. F’Ottubru 2023, bagħtet lill-avukati ta’ Navalny, Alexey Liptser u Igor Sergunin, għal arrest preventiv għal xahrejn. Qabel dan, kienet ripetutament għamlet il-ħajja diffiċli għall-priġunieri politiċi, inkluż billi estendiet it-termini ta’ detenzjoni fiċ-ċentru ta’ arrest preventiv għall-eks kap tal-kwartieri ġenerali ta’ Navalny f’Ufa, Lilia Chanysheva. Hija rrifjutat ukoll li tindirizza l-ilmenti dwar in-nuqqas ta’ azzjoni tal-Investigative Committee of the Russian Federation dwar l-allegazzjoni tal-avvelenament ta’ Navalny.

Fil-pożizzjoni tagħha, hija għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż arresti jew detenzjonijiet arbitrarji, u l-ksur tal-libertà ta’ opinjoni u espressjoni li huwa ta’ tħassib serju fir-rigward tal-objettivi tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni stipulati fl-Artikolu 21 TUE.

22.3.2024

89.

Natalia Nikolaevna DUDAR

Наталия Николаевна ДУДАРЬ

(ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): Imħallef tal-Basmanny District Court f’Moscow

Data tat-twelid: 13.6.1974

Post tat-twelid: Russia

Nazzjonalità: Russa

Sess: mara

Natalia Nikolaevna Dudar hija mħallef fil-Basmanny District Court f’Moska.

Fil-pożizzjoni tagħha, ħarġet għadd ta’ sentenzi kontra dimostranti paċifiċi u avversarji politiċi, inkluż impjegati tal-Anti-Corruption Foundation (FBK) ta’ Alexey Navalny, Ilia Yashin u Vladimir Kara-Murza. Hija ħarġet ordnijiet għat-tiftix fuq l-impjegati tal-FBK u l-interċettazzjoni telefonika tal-apparati tagħhom. Estendiet l-arrest fiċ-ċentru ta’ arrest preventiv ta’ Lilia Chanysheva, eks Kap tal-kwartieri ġenerali ta’ Navalny f’Ufa, li ġiet akkużata li ħolqot komunità estremista.

Natalia Nikolaevna Duda hija għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, b’mod partikolari arresti jew detenzjonijiet arbitrarji, u l-ksur tal-libertà ta’ opinjoni u espressjoni li huwa ta’ tħassib serju fir-rigward tal-objettivi tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni stipulati fl-Artikolu 21 TUE.

22.3.2024

90.

Oleg Vladimirovich SEVOSTYANOV

Олег Владимирович СЕВОСТЬЯНОВ

Pożizzjoni(jiet): Kap tad-Dipartiment tal-Ministeru għall-Ġustizzja tar-Russja għall-Yamalo-Nenets Autonomous Okrug

Data tat-twelid: 16.10.1968

Post tat-twelid: Bratsk, Irkutsk region, former USSR (illum Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Numru tal-identità tat-taxxa: 622701024605

Oleg Vladimirovich Sevostyanov huwa uffiċjal Russu ta’ livell għoli. Huwa l-Kap tad-Dipartiment tal-Ministeru għall-Ġustizzja tar-Russja għall-Yamalo-Nenets Autonomous Okrug.

F’dik il-pożizzjoni, huwa responsabbli għall-iżgurar tal-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet tal-bniedem u dawk ċivili fil-Yamalo-Nenets Autonomous Okrug. L-IK-3 penal colony, fejn miet il-politiku tal-oppożizzjoni Alexei Navalny u li hija magħrufa għall-eżerċizzju ta’ pressjoni fiżika u psikoloġika, iżolament sħiħ, tortura u vjolenza fuq il-priġunieri kif ukoll għall-kwalità ħażina tas-servizzi mediċi, tinsab fil-Yamalo-Nenets Autonomous Okrug.

Għaldaqstant, Oleg Vladimirovich Sevostyanov huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, detenzjonijiet arbitrarji, u ksur sistematiku tal-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni.

22.3.2024

91.

Vsevolod Lvovich VUKOLOV

Всеволод Львович ВУКОЛОВ

(ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): Viċi Ministru għall-Ġustizzja tar-Russian Federation

Data tat-twelid: 7.4.1969

Post tat-twelid: Moscow, former USSR (illum Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Numru tal-identità tat-taxxa: 770405292394

Vsevolod Lvovich Vukolov huwa uffiċjal Russu ta’ livell għoli. Huwa il-Viċi Ministru għall-Ġustizzja tal-Federazzjoni Russa.

F’dik il-pożizzjoni, huwa responsabbli għas-superviżjoni tal-Federal Penitentiary Service u d-Department of State Policy in the Field of the Penitentiary System. Għaldaqstant, kien responsabbli għall-eżekuzzjoni ta’ sentenzi ta’ ħabs tal-politiku Russu tal-oppożizzjoni Alexei Navalny, u s-sikurezza u l-benesseri tiegħu fil-ħabsijiet Russi. Peress li ssorvelja l-priġunerija ta’ Alexei Navalny, fl-aħħar mill-aħħar huwa responsabbli għall-mewt ta’ Alexei Navalny fl-IK-3 penal colony.

Għaldaqstant, Vsevolod Lvovich Vukolov huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, detenzjonijiet arbitrarji, u ksur sistematiku tal-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni.

22.3.2024

92.

Viktor Evdokimovich GAVRILOV

Виктор Евдокимович ГАВРИЛОВ

(ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): Kap tad-Dipartiment tat-Trasport tal-Federal Security Service of the Russian Federation (FSB) Economic Security Service

Data tat-twelid:1961

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Individwi assoċjati: Aleksandr Vasilievich Bortnikov

Viktor Evdokimovich Gavrilov huwa l-Kap tat-Transport Department of the FSB Economic Security Service.

F’dik il-pożizzjoni, kien responsabbli għall-koordinazzjoni ta’ diversi aġenziji governattivi wara l-wasla tal-politiku tal-oppożizzjoni Alexei Navalny f’Moska wara l-kura tiegħu għall-avvelenament bin-Novichok fl-2021. L-azzjonijiet tiegħu ffaċilitaw u ppermettew l-arrest u l-priġunerija ta’ Alexei Navalny.

Għaldaqstant, Viktor Evdokimovich Gavrilov huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, arresti u detenzjonijiet arbitrarji, u ksur sistematiku tal-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni.

22.3.2024

93.

Ilya Nikolayevich KRUGLYSHEV

Илья Николаевич КРУГЛЫШЕВ

(ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): Kunsillier Legali Anzjan tal-Legal Service of the Organisational and Analytical Department of the Vladimir Region Federal Penitentiary Service

Grad: Kaptan

Data tat-twelid:23.2.1986

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Ilya Nikolayevich Kruglyshev huwa uffiċjal Russu ta’ livell għoli. Huwa l-Kunsillier Legali Prinċipali tal-Legal Service of the Organisational and Analytical Department of the Vladimir Region Federal Penitentiary Service u rrappreżenta l-IK-6 penal colony f’kawżi tal-qorti mressqa minn Alexei Navalny kontra l-IK-6 penal colony.

F’dik il-pożizzjoni, kien involut direttament fil-ħolqien ta’ kundizzjonijiet ta’ tortura għal Alexei Navalny fl-IK-6 penal colony Nru 6 f’Melekhovo, Vladimir region. Huwa lanqas ma kkunsidra l-ilmenti rigward il-kundizzjonijiet tal-iskontar ta’ sentenza mressqa minn Alexei Navalny (inkluż l-ilmenti dwar in-nuqqas ta’ opportunitajiet li jinxtraw porzjonijiet addizzjonali ta’ ikel).

Għaldaqstant, Ilya Nikolayevich Kruglyshev huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, detenzjonijiet arbitrarji, u ksur sistematiku tal-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni.

22.3.2024

94.

Dmitry Evgenievich SAMOILOV

Дмитрий Евгеньевич САМОЙЛОВ

(ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): Imħallef tal-Kovrov City Court

Data tat-twelid: 6.4.1970

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Dmitry Evgenievich Samoilov huwa mħallef Russu li jaħdem fil-Kovrov City Court.

F’dik il-pożizzjoni, ripetutament irrifjuta li jindirizza l-pretensjonijiet tal-politiku tal-oppożizzjoni Alexei Navalny kontra l- IK-6 kolonja korrettiva, li kellhom l-għan li jirrestawraw u jipproteġu d-drittijiet tiegħu miksura mit-tmexxija tal-IK-6. Il-pretensjonijiet ta’ Navalny kienu jikkonċernaw l-aċċess għall-għajnuna medika, l-aċċess għall-informazzjoni, u d-dritt li jikkuntattja lill-familja tiegħu

Għaldaqstant, Dmitry Evgenievich Samoilov huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, detenzjonijiet arbitrarji, u ksur sistematiku tal-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni.

22.3.2024

95.

Ilnar Irfanovich BASYROV

Ильнар Ирфанович БАСЫРОВ

(ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): imħallef tal-Moscow City Court

Data tat-twelid: 8.6.1981

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Entitajiet assoċjati: Il-Moscow City Court

Ilnar Irfanovich Basyrov ilu jaħdem bħala mħallef fil-Moscow City Court mit-28 ta’ Mejju 2014. Huwa nħatar b’digriet presidenzjali.

F’dik il-pożizzjoni, kien involut direttament fil-proċess tal-politiku tal-oppożizzjoni Alexei Navalny. Fi proċess politikament motivat huwa ppronunzja lil Alexei Navalny ħati, u poġġieh f’kolonja penali ta’ sigurtà għolja sabiex Navalny ma jkunx jista’ jinvolvi ruħu f’attività politika.

Għaldaqstant, Ilnar Irfanovich Basyrov huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, detenzjonijiet arbitrarji, u ksur sistematiku tal-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni.

22.3.2024

96.

Sergey Anatolevich MOROZ

Сергей Анатольевич МОРОЗ

(ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): Kap tal-Federal Penitentiary Service of the Russian Federation for Moscow

Data tat-twelid: 15.9. 1968

Post tat-twelid: Berdyansk, Zaporozhye, Ukrainian SSR (issa Ukrajna)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Sergey Anatolevich Moroz huwa uffiċjal Russu, il-Kap tal-Federal Penitentiary Service f’Moska.

F’dik il-pożizzjoni, poġġa l-politiku tal-oppożizzjoni Alexei Navalny fuq il-lista federali ta’ persuni mfittxija. Moroz huwa akkużat li eżerċita umiljazzjoni estrema u vjolenza fuq id-detenuti mal-wasla tagħhom f’detenzjoni.

Għaldaqstant, Sergey Anatolevich Moroz huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, detenzjonijiet arbitrarji, u ksur sistematiku tal-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni.

22.3.2024

97.

Elena Evgenievna MOROZOVA

Елена Евгеньевна МОРОЗОВА

(ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): Imħallef tal-Khimki City Court

Nazzjonalità: Russa

Sess: mara

Elena Evgenievna Morozova hija mħallef Russa li taħdem fil-Khimki City Court.

Fil-pożizzjoni tagħha, iddeċidiet li tqiegħed f’kustodja lill-politiku tal-oppożizzjoni Alexei Navalny għal 30 jum, wara li wasal f’Moska wara l-kura tiegħu għall-avvelenament bin-Novichok. Il-proċess li hija ppresediet kiser l-istandards ta’ proċess ġust, inkluż id-dritt ta’ rieżami tal-kontenut tal-att ta’ akkuża u tad-dokumenti tal-proċess, l-opportunità ta’ konsultazzjoni ma’ avukat, u l-aċċess pubbliku għall-proċess.

Għaldaqstant, Elena Evgenievna Morozova hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, arresti jew detenzjonijiet arbitrarji, u ksur sistematiku tal-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni.

22.3.2024

98.

Musa Abdurakhmanovich MUSAEV

Муса Абдурахманович МУСАЕВ

(ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): Imħallef fil-Moscow Regional Court

Data tat-twelid: 14.10.1951

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Musa Abdurakhmanovich Musaev huwa mħallef Russu li jaħdem fil-Moscow Regional Court.

F’dik il-pożizzjoni, beda proċedimenti legali rigward l-arrest tal-mexxej tal-oppożizzjoni Russu Alexei Navalny mar-ritorn tiegħu mill-Ġermanja, fejn kien qed jirċievi kura għall-avvelenament bin-Novichok. Huwa kkonferma d-deċiżjoni li Navalny jiġi arrestat għal 30 jum, u rrifjuta l-appell tiegħu. Id-deċiżjoni ttieħdet matul seduta qasira li damet ħames minuti biss.

Għaldaqstant, Musa Abdurakhmanovich Musaev huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, arresti u detenzjonijiet arbitrarji, u ksur sistematiku tal-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni.

22.3.2024

99.

Mikhail Yurievich PTITSYN

Михаил Юрьевич ПТИЦЫН

(ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): President tal-Moscow City Court

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Mikhail Yurievich Ptitsyn huwa President tal-Moscow City Court.

F’dik il-pożizzjoni, ikkunsidra b’mod pożittiv il-proposta tar-Russian Federal Penitentiary Service li s-sentenza ta’ probation tal-mexxej tal-oppożizzjoni Alexei Navalny tiġi sostitwita b’sentenza sħiħa. Konsegwentement, Navalny ġie mċaħħad mill-possibbiltà li jaġixxi fil-ħajja pubblika fir-Russja billi ntbagħat il-ħabs f’kolonja penali.

Għaldaqstant, Mikhail Yurievich Ptitsyn huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, detenzjonijiet arbitrarji, u ksur sistematiku tal-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni.

22.3.2024

100.

Sergey Alekseevich RYABTSEV

Сергей Алексеевич РЯБЦЕВ

(ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): Imħallef tal-Lefortovo District Court of Moscow

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Sergey Alekseevich Ryabtsev huwa mħallef Russu li jaħdem fil-Lefortovo District Court of Moscow.

F’dik il-pożizzjoni kien involut fis-sabotaġġ tal-investigazzjoni rigward l-avvelenament ta’ Alexei Navalny billi rrifjuta li jindirizza l-ilment dwar in-nuqqas ta’ azzjoni tal-Investigative Directorate of the Federal Security Service of the Russian Federation (FSB). Barra minn hekk, huwa kontinwament jagħti sentenzi kontra l-libertà tal-espressjoni fir-Russja.

Għaldaqstant, Sergey Alekseevich Ryabtsev huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, detenzjonijiet arbitrarji, u ksur sistematiku tal-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni.

22.3.2024

101.

Petr Pavlovich SERKOV

Пётр Павлович СЕРКОВ

(ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): L-Ewwel Viċi President tas-Supreme Court of the Russian Federation

Data tat-twelid: 7.6.1955

Post tat-twelid: Poldamasovo, Ulyanovsk region, former USSR (issa Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Petr Pavlovich Serkov huwa l-Ewwel Viċi President tas-Supreme Court of the Russian Federation.

F’dik il-pożizzjoni, ikkonferma l-verdett kontra l-politiku tal-oppożizzjoni Alexei Navalny fl-2018. Konsegwentement, Alexei Navalny instab ħati u ġie nkarċerat f’kolonja penali ta’ sigurtà għolja sabiex ma jkunx jista’ jinvolvi ruħu f’attività politika. It-tqegħid ta’ Alexei Navalny f’kolonja penali wassal għall-mewt tiegħu.

Għaldaqstant, Petr Pavlovich Serkov huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, detenzjonijiet arbitrarji, u ksur sistematiku tal-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni.

22.3.2024

102.

Yuri Vasilievich SITNIKOV

Юрий Васильевич СИТНИКОВ

(ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): Imħallef tas-Supreme Court of Russia (attwalment irtirat)

Data tat-twelid: 17.4.1961

Post tat-twelid: Krutogorye, Lipetsk region, former USSR (illum Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Yuri Vasilievich Sitnikov huwa eks Imħallef tas-Supreme Court of Russia, li serva bħala membru tal-Appellate Chamber of the Supreme Court of the Russian Federation.

F’dik il-pożizzjoni, eskluda lil Alexei Navalny milli joħroġ fl-elezzjoni presidenzjali fir-Russja fl-2018 fi proċess politikament motivat.

Għaldaqstant, Yuri Vasilievich Sitnikovis huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż ksur sistematiku tad-dritt għall-għaqda paċifika u l-assoċjazzjoni, u l-libertà ta’ espressjoni u ta’ opinjoni.

22.3.2024

103.

Nikolay Viktorovich TIMOSHIN

Николай Викторович ТИМОШИН

(ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): Membru tal-Presidium of the Supreme Court of the Russian Federation

Data tat-twelid: 14.8.1959

Post tat-twelid: Zhidkoe village, Znamensky district, Oryol region, former USSR (illum Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Nikolay Viktorovich Timoshin huwa Membru tal-Presidium of the Supreme Court of the Russian Federation.

F’dik il-pożizzjoni, ikkonferma l-verdett kontra l-politiku tal-oppożizzjoni Alexei Navalny fl-2018. Konsegwentement, Alexei Navalny instab ħati u ġie nkarċerat f’kolonja penali ta’ sigurtà għolja sabiex ma jkunx jista’ jinvolvi ruħu f’attività politika.

Għaldaqstant, Nikolay Viktorovich Timoshin huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, detenzjonijiet arbitrarji, u ksur sistematiku tal-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni.

22.3.2024

104.

Vladimir Yurievich ZAITSEV

Владимир Юрьевич ЗАЙЦЕВ

(ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): President tal-Appellate Chamber of the Supreme Court of the Russian Federation

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Vladimir Yurievich Zaitsev huwa President tal-Appellate Chamber of the Supreme Court of the Russian Federation.

F’dik il-pożizzjoni, eskluda lil Alexei Navalny milli joħroġ fl-elezzjoni presidenzjali fir-Russja fl-2018 fi proċess politikament motivat.

Għaldaqstant, Vladimir Yurievich Zaitsev huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż ksur sistematiku tad-dritt għall-libertà ta’ għaqda paċifika u ta’ assoċjazzjoni, u l-libertà ta’ espressjoni u ta’ opinjoni.

22.3.2024

105.

Vladimir Sergeevich SHVEDOV

Владимир Сергеевич ШВЕДОВ

(ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): Kap tad-Department of State Policy in the Sphere of Execution of Criminal Sentences fil-Ministeru għall-Ġustizzja Russu

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Individwi assoċjati: Vsevolod Lvovich Vukolov

Entitajiet assoċjati: Ministeru għall-Ġustizzja Russu

Vladimir Sergeevich Shvedov huwa uffiċjal Russu ta’ livell għoli. Huwa il-Kap tad-Department of State Policy in the Sphere of Execution of Criminal Sentences fil-Ministeru għall-Ġustizzja Russu.

F’dik il-pożizzjoni, peress li jmexxi l-politika tal-istat fil-qasam tal-eżekuzzjoni ta’ sentenzi kriminali u jikkunsidra l-appelli taċ-ċittadini, huwa kien responsabbli għall-eżekuzzjoni ta’ sentenzi ta’ ħabs tal-politiku tal-oppożizzjoni Russu Alexei Navalny.

Għaldaqstant, Vladimir Sergeevich Shvedov huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, detenzjonijiet arbitrarji, u ksur sistematiku tal-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni.

22.3.2024”

(2)

l-entrati li ġejjin jiżdiedu mal-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi taħt l-intestatura “B. Persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi”:

 

Ismijiet (Trażlitterazzjoni bl-alfabett Latin)

Ismijiet

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

Raġunijiet għall-elenkar

Data tal-elenkar

“22.

IK-3 penal colony

magħrufa ukoll bħala

The Federal State Institution ‘Correctional Colony No. 3’ (IK-3);

IK-3 men’s maximum security correctional colony;

Polar Wolf

ФКУ ИК-3

magħruf ukoll bħala

Полярный волк

(ortografija Russa)

Indirizz: 629420 , st. Gagarina, 1 A , Yamalo-Nenets Autonomous Okrug, Kharp village

Data tar-reġistrazzjoni: 1961

Post prinċipali tan-negozju: Yamalo-Nenets Autonomous Okrug, Russian Federation

Individwi assoċjati: Kap tal-IK-3 penal colony, il-Kurunell Vadim Konstantinovich KALININ

L-IK-3 hija kolonja penali fis-servizzi korrettivi Russi, li hija mmexxija minn Vadim Kalinin. Bħala parti mis-sistema penali Russa, hija taħt l-awtorità tal-Ministeru għall-Ġustizzja tal-Federazzjoni Russa.

L-IK-3 penal colony hija magħrufa għall-eżerċizzju ta’ pressjoni fiżika u psikoloġika, iżolament sħiħ, tortura u vjolenza fuq il-priġunieri kif ukoll għall-kwalità ħażina tas-servizzi mediċi. Alexei Navalny, li nżamm fl-IK-3 penal colony mill-25 ta’ Diċembru 2023 sal-mewt tiegħu fis-16 ta’ Frar 2024, sofra abbuż fl-IK-3 penal colony, inkluż b’reklużjoni f’ċella ta’ kastig u trattament krudili, inuman u degradanti, li wassal għad-deterjorament serju ta’ saħħtu u l-mewt eventwali tiegħu.

Għaldaqstant, l-IK-3 penal colony hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra u l-ksur sistematiku tal-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni.

22.3.2024

23.

IK-6 penal colony

magħrufa ukoll bħala

Penal colony No. 6, Vladimir Oblast;

IK-6 Melekhovo;

Melekhovo correctional colony

ИК-6 Мелехово

magħrufa ukoll bħala

ФКУ «ИК № 6 УФСИН по Владимирской области»

(ortografija Russa)

Indirizz: village of Melekhovo (Vladimir region), Kovrovsky district, at Pervomaiskaya str., 261-A.

Tip ta’ entità: Kolonja korrettiva tal-irġiel Russa

Post ta’ reġistrazzjoni: Russia

Data tar-reġistrazzjoni: 1959

IK-6 hija kolonja penali fis-servizzi korrettivi Russi, li hija mmexxija minn Dmitry Nozhkin. Bħala parti mis-sistema penali Russa, hija taħt l-awtorità tal-Ministeru għall-Ġustizzja tal-Federazzjoni Russa.

L-IK-6 penal colony hija magħrufa għall-eżerċizzju ta’ pressjoni fiżika u psikoloġika, iżolament sħiħ, tortura u vjolenza fuq il-priġunieri. Alexei Navalny, li nżamm fl-IK-6 kolonja korrettiva minn Ġunju 2022 sal-25 ta’ Diċembru 2023, sofra abbuż fl-IK-6 penal colony, inkluż b’reklużjoni f’ċella ta’ kastig u trattament krudili, inuman u degradanti, li wassal għad-deterjorament serju ta’ saħħtu.

Għaldaqstant, l-IK-6 penal colony hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra u l-ksur sistematiku tal-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni.

22.3.2024”


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/951/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)