European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/949

2.4.2024

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/949

tas-27 ta’ Marzu 2024

li jistabbilixxi formola komuni għat-talbiet tal-passiġġieri tal-ferroviji għal rimborż u kumpens f’każ ta’ dewmien, konnessjonijiet mitlufa u kanċellazzjonijiet ta’ servizzi ferrovjarji f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/782 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2021/782 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2021 dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 18(6) u l-Artikolu 19(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2021/782 jistabbilixxi regoli applikabbli għat-trasport bil-ferroviji sabiex jipprovdi protezzjoni effettiva għall-passiġġieri u jinkoraġġixxi l-ivvjaġġar bil-ferroviji.

(2)

F’konformità mal-Artikoli 18(7) u 19(6) tar-Regolament (UE) 2021/782, il-passiġġieri għandhom id-dritt li jressqu t-talbiet tagħhom għal rimborż u kumpens billi jużaw formola komuni. Madankollu, jenħtieġ li l-impriżi ferrovjarji ma jirrifjutawx talba għal rimborż għas-sempliċi raġuni li l-passiġġier ma jkunx uża dik il-formola.

(3)

L-użu tal-formola jenħtieġ li jippermetti lill-passiġġieri jipprovdu lill-impriżi ferrovjarji d-dettalji rilevanti kollha meħtieġa, kemm dawk personali u kif ukoll dawk relatati mal-vjaġġ, biex b’hekk jiffaċilitaw l-ipproċessar tat-talbiet għal rimborż u kumpens min-naħa ta’ dawn l-impriżi.

(4)

Għall-fini tat-trasparenza u biex jiġu ffaċilitati t-talbiet tal-passiġġieri, it-talbiet għal rimborż u kumpens jenħtieġ li jiġu integrati f’formola komuni unika, li fiha l-passiġġieri jenħtieġ li jispeċifikaw jekk ikunux qed japplikaw għal rimborż, għal kumpens, jew għat-tnejn li huma.

(5)

Sabiex tiġi ssimplifikata l-proċedura biex il-passiġġieri japplikaw għal kumpens u/jew rimborż u biex tiġi żgurata l-aċċessibbiltà tagħha, il-passiġġieri jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà li jippreżentaw il-formola komuni għat-talbiet għal rimborż u kumpens bħala dokument fiżiku jew permezz ta’ mezzi elettroniċi.

(6)

Sabiex il-passiġġieri jiġu mħeġġa jużaw il-formola komuni għal rimborż u kumpens, il-Kummissjoni jenħtieġ li xxerred il-formola bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni fuq is-sit web tagħha, inkluż f’verżjoni li tkun aċċessibbli għall-persuni b’diżabbiltà u għal dawk b’mobbiltà mnaqqsa.

(7)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u ta l-opinjoni tiegħu fid-29 ta’ Marzu 2023.

(8)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat għad-Drittijiet tal-Passiġġieri,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Dan ir-Regolament jistabbilixxi formola komuni għat-talbiet għal rimborż u kumpens, kif imsemmi fl-Artikoli 18(6) u 19(5) tar-Regolament (UE) 2021/782.

Il-formola komuni tista’ tiġi ppreżentata bħala dokument fiżiku jew permezz ta’ mezzi elettroniċi.

Artikolu 2

Il-Kummissjoni għandha tagħmel il-formola komuni disponibbli bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni fuq is-sit web tagħha, flimkien ma’ verżjoni aċċessibbli għall-persuni b’diżabbiltà u għal dawk b’mobbiltà mnaqqsa.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mit-2 ta’ Lulju 2024.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Marzu 2024.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 172, 17.5.2021, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).


ANNESS

FORMOLA TA’ TALBA GĦAL RIMBORŻ U KUMPENS

skont ir-Regolament (UE) 2021/782 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

Il-passiġġieri jistgħu jużaw din il-formola biex jitolbu rimborż jew kumpens, jew it-tnejn li huma, mingħand l-impriżi ferrovjarji.

Il-passiġġieri għandhom id-dritt jużaw din il-formola. Fl-istess ħin, jekk jogħġbok innota wkoll li l-użu ta’ din il-formola mhuwiex obbligatorju. Xi impriżi ferrovjarji jaf ikollhom formola online tagħhom stess jew sistema simili fis-seħħ fuq is-sit web tagħhom jew permezz ta’ applikazzjoni għall-apparati mobbli biex jipproċessaw it-talbiet għal rimborż jew kumpens. Għas-sottomissjoni tat-talbiet, jista’ jkun li japplikaw limiti taż-żmien skont id-dritt nazzjonali.

Jekk jogħġbok innota li xi impriżi ferrovjarji jaf joffru kundizzjonijiet aktar favorevoli għar-rimborż u l-kumpens meta mqabbla ma’ dawk previsti fir-Regolament (UE) 2021/782 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (1) . Għalhekk, huwa rakkomandat li tiċċekkja t-termini u l-kundizzjonijiet tal-impriża ferrovjarja kkonċernata.

Imla b’mod ċar il-partijiet rilevanti tal-formola b’ITTRI KBAR.

1.   Raġuni(jiet) għat-talba tiegħek

Jekk jogħġbok agħmel salib [X] ħdejn kull inċident li japplika għat-talba tiegħek

Dewmien

Kanċellazzjoni

Konnessjoni mitlufa minħabba dewmien jew kanċellazzjoni

2.   Talba preċedenti għal rimborż/kumpens f’każ ta’ dewmien/kanċellazzjoni/konnessjoni mitlufa għall-istess vjaġġ ferrovjarju

L-impriżi ferrovjarji jaf ikollhom formola online tagħhom stess jew sistema simili fis-seħħ fuq is-sit web tagħhom jew permezz ta’ applikazzjoni għall-apparati mobbli biex jipproċessaw it-talbiet għal rimborż jew kumpens.

Diġà tlabt rimborż u/jew kumpens f’każ ta’ kanċellazzjoni, dewmien jew konnessjoni mitlufa waqt l-istess vjaġġ ferrovjarju permezz ta’ tali mezz(i)? Jekk iva, jekk jogħġbok imla l-informazzjoni ta’ hawn taħt.

2.1.

Data tat-talba preċedenti għal rimborż/kumpens għall-istess vjaġġ ferrovjarju (jum/xahar/sena): …./…./….

2.2.

Talba indirizzata lil (jekk jogħġbok niżżel l-isem tal-impriża ferrovjarja – f’każ li kienu involuti diversi impriżi ferrovjarji, jekk jogħġbok semmihom kollha hawnhekk):

2.3.

Mezzi użati għal din it-talba preċedenti (eż. formola online jew applikazzjoni għall-apparati mobbli — jekk jogħġbok indika r-referenza ta’ din it-talba, jekk disponibbli):

3.   Dettalji tal-vjaġġ tiegħek

3.1.

Isem l-impriża ferrovjarja

3.2.

Vjaġġ skedat

3.2.1.

Data tat-tluq (jum/xahar/sena): …./…./….

3.2.2.

Stazzjon tat-tluq:

3.2.3.

Stazzjon tad-destinazzjoni

3.2.4.

Ħin skedat tat-tluq (siegħa/minuti): ….: …

3.2.5.

Ħin skedat tal-wasla fid-destinazzjoni (siegħa/minuti): ….: …

3.2.6.

Nru tal-ferrovija/kategorija tal-ferrovija:

3.2.7.

Nru tal-biljett(i)/referenza tal-prenotazzjoni:

3.2.8.

Prezz tal-biljett(i):

3.3.

Vjaġġ reali

3.3.1.

Data tal-wasla reali (jum/xahar/sena): …./…./….

3.3.2.

Ħin reali tat-tluq (siegħa/minuti): ….: …

3.3.3.

Ħin reali tal-wasla fid-destinazzjoni finali (siegħa/minuti): ….: …

3.3.4.

Nru tal-ferrovija/kategorija tal-ferrovija:

3.3.5.

Konnessjoni mitlufa fi (stazzjon):

4.   In-natura tat-talba tiegħek lill-impriża ferrovjarja

Jekk jogħġbok speċifika t-talba/talbiet tiegħek b’salib [X].

Rimborż tal-biljett(i) mingħand l-impriża ferrovjarja (*), (**) minħabba ferrovija kkanċellata jew li ddewmet jew minħabba konnessjoni mitlufa li jwasslu għal dewmien mistenni fil-wasla fid-destinazzjoni finali ta’ 60 minuta jew aktar.

Kumpens mingħand l-impriża ferrovjarja (**) (jekk jogħġbok agħżel waħda mill-għażliet li ġejjin)

F’każ ta’ dewmien fil-wasla fid-destinazzjoni finali ta’ bejn 60 minuta u 119-il minuta (***).

F’każ ta’ dewmien fil-wasla fid-destinazzjoni finali ta’ 120 minuta jew aktar.

F’każ ta’ dewmien jew kanċellazzjonijiet rikorrenti mġarrba minn passiġġier detentur ta’ pass tal-ivvjaġġar jew ta’ biljett staġunali (****).

Rimborż tal-kostijiet mingħand l-impriża ferrovjarja f’każ li użajt fornituri oħra tas-servizzi tat-trasport jew rimborż ta’ kostijiet oħra (kontijiet għal impriżi ferrovjarji oħra, xarabank, coach, taxi, lukanda jew akkomodazzjoni oħra, ikliet, xorb) (*****).

Jekk jogħġbok innota li ma tistax tapplika għal kumpens u rimborż mingħand l-impriżi ferrovjarji jekk tlift konnessjoni waħda jew aktar minn waħda fejn japplikaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(1)

xtrajt biljett jew biljetti permezz ta’ tranżazzjoni kummerċjali unika għal vjaġġ li jinkludi konnessjoni waħda jew aktar minn waħda;

(2)

fuq il-biljetti, jew fuq dokument (elettroniku) ieħor, hemm imniżżel li l-biljetti jirrappreżentaw kuntratti separati tat-trasport;

(3)

ġejt infurmat(a) dwar dan qabel xtrajt il-biljett(i).

(*)

Ir-rimborż għandu jingħata fi żmien 30 jum wara li tasal it-talba. M’intix intitolat(a) għal rimborż tal-biljett(i) jekk l-impriża ferrovjarja offriet li tagħmel u għamlet l-arranġamenti neċessarji għar-ridirezzjonar tar-rotta tiegħek jew għall-kontinwazzjoni tal-vjaġġ lejn id-destinazzjoni finali tiegħek, u inti aċċettajt din l-offerta.

(**)

Il-kumpens tal-prezz tal-biljett għandu jingħata fi żmien xahar wara s-sottomissjoni tat-talba għal kumpens. Jekk jogħġbok innota li l-impriżi ferrovjarji jistgħu jintroduċu limitu minimu li jekk ma jintlaħaqx jew ma jinqabiżx, ma jingħatax kumpens. Dan il-limitu ma għandux jaqbeż l-EUR 4 għal kull biljett. Barra minn hekk, jekk jogħġbok innota li ista’ tapplika għal kumpens jew għal rimborż tal-biljetti(i) mingħand impriża ferrovjarja, iżda mhux għat-tnejn li huma għall-istess vjaġġ.

(***)

Jekk jogħġbok innota li xi impriżi ferrovjarji jaf jagħtu kumpens anke jekk il-limitu ta’ 60 minuta ma jintlaħaqx.

(****)

Jekk jogħġbok innota li l-kriterji biex jiġi ddeterminat id-dewmien u biex jiġi kkalkulat il-kumpens huma ddikjarati fl-arranġamenti ta’ kumpens tal-impriża ferrovjarja f’konformità mal-Artikolu 19(2) tar-Regolament (UE) 2021/782.

(*****)

Jitqiesu biss il-kostijiet li huma xierqa skont l-Artikoli 18(3) u 20(2) tar-Regolament (UE) 2021/782. Jekk jogħġbok innota li jenħtieġ li l-ikliet u x-xorb jiġu offruti mill-impriżi ferrovjarji, b’mod raġonevoli skont il-ħin tal-istennija, jekk ikunu disponibbli fuq il-ferrovija jew fl-istazzjon, jew jekk ikunu jistgħu jiġu pprovduti b’mod raġonevoli wara li jitqiesu xi kriterji bħad-distanza mill-fornitur, il-ħin meħtieġ għall-kunsinna u l-kost. Ir-rimborż tal-kostijiet f’każ li użajt fornituri oħra tas-servizzi tat-trasport għandu jingħata fi żmien 30 jum wara l-wasla tat-talba. Huwa rrakkomandat ħafna li jiġu sottomessi dokumenti rilevanti ta’ sostenn.

Sib aktar informazzjoni dwar id-drittijiet tiegħek bħala passiġġier u dwar il-mezzi biex titlob id-drittijiet tiegħek fuq:

Is-sit web “Your Europe”: https://europa.eu/youreurope/citizens/travel/index_mt.htm

L-app “Your Passenger Rights” billi tiskennja l-kodiċi QR

Europe Direct billi ċċempel fuq:

00 800 6 7 8 9 10 11

Image 1

5.   Dettalji personali

5.1.

Isem

5.1.1.

Isem: … 5.1.2. Kunjom: …

5.2.

Indirizz

5.2.1.

Isem tat-triq: … 5.2.2. Nru: …

5.2.3.

Pajjiż: … 5.2.4. Kodiċi postali: … 5.2.5. Belt/Raħal: …

5.3.

Dettalji ta’ kuntatt

5.3.1.

Indirizz elettroniku (fejn applikabbli, jekk jogħġbok niżżel l-indirizz li użajt meta bbukkjajt):

5.3.2.

Numru tat-telefon:

5.4.

Forma ppreferuta ta’ ħlas għar-rimborż/għall-kumpens: (jekk jogħġbok immarka kaxxa waħda biss):

☐ Flus ☐ Vawċers u/jew servizzi oħra (jekk offruti)

5.5.

Dettalji tal-ħlas

(f’każ ta’ preferenza għal rimborż/kumpens fi flus)

5.5.1.

IBAN (numru tal-kont):

5.5.2.

SWIFT/BIC (numru tar-routing): …

5.5.3.

Mezzi oħra ta’ ħlas użati mill-passiġġier biex xtara l-biljett (eż. PayPal, Apple pay, eċċ.):

5.5.4.

Isem id-detentur tal-kont (isem, kunjom):

6.   Informazzjoni addizzjonali relatata mal-biljett/vjaġġ tiegħek

Jekk trid, hawnhekk tista’ żżid informazzjoni addizzjonali relatata mal-biljett/vjaġġ tiegħek, inkluż informazzjoni dwar kull kost addizzjonali li sar għal fornituri oħra tas-servizzi tat-trasport jew dwar kostijiet oħra (kontijiet għal impriżi ferrovjarji oħra, xarabank, coach, taxi, lukanda jew akkomodazzjoni oħra, ikliet, xorb). Huwa rrakkomandat ħafna li jiġu sottomessi dokumenti rilevanti ta’ sostenn. Massimu ta’ 2 500 karattru.

JEKK JOGĦĠBOK EHMEŻ ID-DOKUMENTI RILEVANTI

(eż. biljett(i) jew prenotazzjoni(jiet), inkluż dokumentazzjoni għall-kostijiet addizzjonali mġarrba; konferma tad-dewmien/tal-kanċellazzjoni, fejn huwa xieraq)

Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2)) japplika għall-ipproċessar tad-data personali permezz ta’ din il-formola. Informazzjoni addizzjonali dwar kif id-data personali tiegħek se tiġi pproċessata hija pprovduta mir-riċevitur ta’ din il-formola. Jien b’dan ngħarraf li r-riċevitur ta’ din il-formola komuni għal rimborż u kumpens jista’ jikkondividi d-data personali tiegħi ma’ partijiet rilevanti oħra, jekk ikun meħtieġ hekk għall-ipproċessar tat-talba tiegħi

Jekk jogħġbok indika b’salib [X]

IVA ☐ LE☐

Jien b’dan niddikjara li l-informazzjoni kollha pprovduta f’din il-formola hija veritiera u preċiża fl-aspetti kollha u għall-passiġġieri kollha

Data tal-applikazzjoni (jum/xahar/sena): …./…./….

Post tal-applikazzjoni: …

Isem il-passiġġier jew ir-rappreżentant tiegħu/tagħha: …


(1)  Ir-Regolament (UE) 2021/782 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2021 dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji (ĠU L 172, 17.5.2021. p. 1)

(2)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/949/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)