European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/944

25.4.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 224/2023

tat-22 ta’ Settembru 2023

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2024/944]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘il-Ftehim dwar iż-ŻEE’), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/948 tat-12 ta’ Mejju 2023 li jawtorizza l-introduzzjoni fis-suq tal-melħ tas-sodju tas-6’-Sijalillattożju prodott mir-razez derivattivi tal-Escherichia coli BL21(DE3) bħala ikel ġdid u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/950 tat-12 ta’ Mejju 2023 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 fir-rigward tal-kundizzjonijiet tal-użu tal-ikel ġdid 2’-Fukosillattożju (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(3)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/952 tat-12 ta’ Mejju 2023 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1321/2013 fir-rigward tal-isem tad-detentur tal-awtorizzazzjoni għall-prodott primarju ta’ taħwir bl-affumikazzjoni “TradismokeTM A MAX” (kodiċi uniku SF-007) (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE)

(4)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/961 tat-12 ta’ Mejju 2023 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 fir-rigward tal-kundizzjonijiet tal-użu tal-ikel ġdid Latto-N-neotetraożju (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(5)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni marbuta mal-oġġetti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni dwar l-oġġetti tal-ikel ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tibqa’ estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein,

(6)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness II tal-Ftehim dwart iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż segwenti jiżdied fil-punt 84 (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2013):

“—

32023 R 0952: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/952 tat-12 ta’ Mejju 2023 (ĠU L 128, 15.5.2023, p. 79).”

2.

L-inċiżi li ġejjin jiżdiedu fil-punt 124b (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470):

“—

32023 R 0948: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/948 tat-12 ta’ Mejju 2023 (ĠU L 128, 15.5.2023, p. 52),

32023 R 0950: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/950 tat-12 ta’ Mejju 2023 (ĠU L 128, 15.5.2023, p. 68),

32023 R 0961: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/961 tat-12 ta’ Mejju 2023 (ĠU L 129, 16.5.2023, p. 3).”

3.

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 222 (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/965):

“223.

32023 R 0948: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/948 tat-12 ta’ Mejju 2023 li jawtorizza l-introduzzjoni fis-suq tal-melħ tas-sodju tas-6’-Sijalillattożju prodott mir-razez derivattivi tal-Escherichia coli BL21(DE3) bħala ikel ġdid u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 (ĠU L 128, 15.5.2023, p. 52).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/948, (UE) 2023/950, (UE) 2023/952 u (UE) 2023/961 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-23 ta’ Settembru 2023, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Settembru 2023.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Pascal SCHAFHAUSER


(1)   ĠU L 128, 15.5.2023, p. 52.

(2)   ĠU L 128, 15.5.2023, p. 68.

(3)   ĠU L 128, 15.5.2023, p. 79.

(4)   ĠU L 129, 16.5.2023, p. 3.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/944/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)