European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/941

25.4.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 198/2023

tat-22 ta’ Settembru 2023

li temenda l-Anness I (Ħwejjeġ veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2024/941]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/341 tal-15 ta’ Frar 2023 li jikkonċerna t-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-vitamina E bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 26/2011 (1) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/366 tas-16 ta’ Frar 2023 dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ Bacillus velezensis ATCC PTA-6737 bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ tas-simna, għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd u għal speċijiet minuri ta’ tjur għajr għal skopijiet ta’ bajd, u l-awtorizzazzjoni tagħha għall-għasafar ornamentali, li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 306/2013, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 787/2013, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1020, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2276 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 107/2010 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 885/2011 (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Kemin Europa N.V.) (2) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/341 iħassar ir-Regolament (UE) Nru 26/2011 (3), li huwa inkorporat fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement irid jitħassar minnu.

(4)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/366 iħassar ir-Regolament (UE) Nru 107/2010 (4), li huwa inkorporat fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement irid jitħassar minnu.

(5)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/366 iħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 885/2011 (5), li huwa inkorporat fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement irid jitħassar minnu.

(6)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar l-għalf. Il-leġiżlazzjoni li tirrigwarda l-għalf ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fil-prodotti agrikoli tibqa’ estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(7)

Għalhekk, l-Anness I tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat kif xieraq,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 483 (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/61):

“484.

32023 R 0341: ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/341 tal-15 ta’ Frar 2023 li jikkonċerna t-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-vitamina E bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 26/2011 (ĠU L 48, 16.2.2023, p. 19).

485.

32023 R 0366: ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/366 tas-16 ta’ Frar 2023 dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ Bacillus velezensis ATCC PTA-6737 bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ tas-simna, għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd u għal speċijiet minuri ta’ tjur għajr għal skopijiet ta’ bajd, u l-awtorizzazzjoni tagħha għall-għasafar ornamentali, li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 306/2013, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 787/2013, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1020, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2276 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 107/2010 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 885/2011 (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Kemin Europa N.V.) (ĠU L 50, 17.2.2023, p. 59).”

2.

Dan li ġej jiżdied fil-punt 80 (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 306/2013):

“, kif emendat bi:

32023 R 0366: ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/366 tas-16 ta’ Frar 2023 (ĠU L 50, 17.2.2023, p. 59).”

3.

Dan li ġej jiżdied fil-punt 99 (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 787/2013):

“, kif emendat bi:

32023 R 0366: ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/366 tas-16 ta’ Frar 2023 (ĠU L 50, 17.2.2023, p. 59).”

4.

Dan li ġej jiżdied fil-punt 137 (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1020):

“, kif emendat bi:

32023 R 0366: ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/366 tas-16 ta’ Frar 2023 (ĠU L 50, 17.2.2023, p. 59).”

5.

Dan li ġej jiżdied fil-punt 234 (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2276):

“, kif emendat bi:

32023 R 0366: ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/366 tas-16 ta’ Frar 2023 (ĠU L 50, 17.2.2023, p. 59).”

6.

It-testi tal-punti 1zzzzzz (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 107/2010), 2zk (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 26/2011) u 2zl (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 885/2011) jitħassru.

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/341 u (UE) 2023/366 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-23 ta’ Settembru 2023, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Settembru 2023.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Pascal SCHAFHAUSER


(1)   ĠU L 48, 16.2.2023, p. 19.

(2)   ĠU L 50, 17.2.2023, p. 59.

(3)   ĠU L 11, 15.1.2011, p. 18.

(4)   ĠU L 36, 9.2.2010, p. 1.

(5)   ĠU L 229, 6.9.2011, p. 3.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/941/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)