|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/933 |
25.4.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 192/2023
tat-22 ta’ Settembru 2023
li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2024/933]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘il-Ftehim dwar iż-ŻEE’), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/150 tal-20 ta’ Jannar 2023 li jemenda ċerti Annessi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620 rigward l-approvazzjoni tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard jew l-irtirar tiegħu, ta’ ċerti Stati Membri jew taż-żoni jew tal-kompartimenti tagħhom, rigward ċertu mard elenkat (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(2) |
Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tibqa’ estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein. |
|
(3) |
Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Dan li ġej jiżdied fil-punt 13r (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2021/620) fil-Parti 1.1 tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:
|
“- |
32023 R 0150: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/150 tal-20 ta’ Jannar 2023 (ĠU L 20, 23.1.2023, p. 33).” |
Artikolu 2
It-test tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/150 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-23 ta’ Settembru 2023, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Settembru 2023.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Pascal SCHAFHAUSER
(1) ĠU L 20, 23.1.2023, p. 33.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/933/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)