European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2024/910

25.3.2024

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/910

tal-15 ta’ Diċembru 2023

li jistabbilixxi l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-forma u l-kontenut tal-informazzjoni li għandha tiġi notifikata dwar l-attivitajiet transfruntieri tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) u tal-kumpaniji maniġerjali tal-UCITS, kif ukoll tal-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti dwar l-ittri ta’ notifika transfruntiera, u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 584/2010

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 17(10), ir-raba’ subparagrafu, l-Artikolu 18(5), ir-raba’ subparagrafu, l-Artikolu 20(5), ir-raba’ subparagrafu, u l-Artikolu 95(2), it-tieni subparagrafu tagħha,

Billi:

(1)

L-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti huwa parti mill-proċeduri amministrattivi fir-rigward tan-notifiki tal-kumpaniji maniġerjali u tal-UCITS li jkunu jixtiequ jwettqu attivitajiet ta’ kummerċjalizzazzjoni jew maniġerjali, jipprovdu servizzi jew jistabbilixxu fergħa fi Stati Membri ospitanti. Biex dawk il-proċeduri amministrattivi jkunu jistgħu jingħalqu bla xkiel, malajr, b’mod mhux burokratiku u affidabbli, jeħtieġ li jiġi speċifikat u armonizzat l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti bl-iżvilupp ta’ formoli, mudelli u proċeduri ta’ kooperazzjoni armonizzati u li tiġi implimentata l-komunikazzjoni b’mezzi elettroniċi.

(2)

Biex l-ammont kbir ta’ informazzjoni, mibgħuta u riċevuta fir-rigward tan-notifiki bejn l-Istati Membri, jiġi trażmess mingħajr telf ta’ ħin u b’mod affidabbli, kosteffiċjenti u mhux burokratiku, huwa essenzjali li l-informazzjoni kkonċernata tiġi pprovduta b’mezzi elettroniċi. Minkejja li tali informazzjoni tista’ tiġi pprovduta bil-posta elettronika, jenħtieġ li jkun possibbli li dik l-informazzjoni tiġi pprovduta wkoll permezz ta’ teknoloġija elettronika oħra potenzjalment aktar avvanzata. Għalhekk, huwa meħtieġ li tiġi stabbilita proċedura dettaljata għal dawk it-trażmissjonijiet elettroniċi u sabiex jiġu ttrattati problemi tekniċi li jistgħu jseħħu fil-proċess tat-trażmissjoni tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 584/2010 (2) armonizza ċerti aspetti tal-proċedura għan-notifika tal-kummerċjalizzazzjoni tal-UCITS fi Stat Membru ospitanti. B’mod partikolari, ir-Regolament jistabbilixxi ittra ta’ notifika u attestazzjoni UCITS standardizzati. Id-Direttiva (UE) 2019/1160 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) emendat id-Direttiva 2009/65/KE biex tintroduċi rekwiżiti ġodda fir-rigward tal-kontenut tal-ittra ta’ notifika li għandha tiġi ppreżentata mill-kumpaniji maniġerjali għall-kummerċjalizzazzjoni tal-unitajiet jew tal-ishma tagħhom fi Stat Membru ospitanti. Jenħtieġ li dawk l-emendi jiġu riflessi fir-Regolament (UE) Nru 584/2010, li għalhekk jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(4)

Id-dispożizzjonijiet f’dan ir-Regolament huma marbuta mill-qrib peress li jittrattaw il-forma u l-kontenut tal-informazzjoni li għandha tiġi skambjata bejn il-kumpaniji maniġerjali u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali tal-Istati Membri tad-domiċilju u dawk ospitanti meta l-kumpaniji maniġerjali jkollhom l-intenzjoni li jipprovdu servizzi transfruntieri. Sabiex tiġi żgurata koerenza bejn dawk id-dispożizzjonijiet, li jenħtieġ li jidħlu fis-seħħ fl-istess waqt, u biex tiġi ffaċilitata perspettiva komprensiva u aċċess effiċjenti għall-kumpaniji maniġerjali u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, huwa opportun li jiġu inklużi f’regolament wieħed.

(5)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni ppreżentat lill-Kummissjoni mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA). L-ESMA qieset il-prattiki tas-suq eżistenti u r-regoli kif attwalment stabbiliti fil-Kapitolu I tar-Regolament (UE) Nru 584/2010.

(6)

L-ESMA wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar id-dispożizzjonijiet tal-abbozz tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament relatati mal-mudelli għall-ittri ta’ notifika għall-kummerċjalizzazzjoni u l-ġestjoni tal-UCITS fl-Istati Membri ospitanti, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

(7)

Sabiex il-kumpaniji maniġerjali u l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jadattaw għar-rekwiżiti l-ġodda stabbiliti f’dan ir-Regolament, ikun opportun li din l-applikazzjoni tiġi differita,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Forma u kontenut tal-mudell standard għall-ittra ta’ notifika

1.   Meta tippreżenta l-ittra ta’ notifika msemmija fl-Artikolu 93(1) tad-Direttiva 2009/65/KE, l-UCITS għandha tuża l-mudell stabbilit fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

2.   Meta tipprovdi d-dokumenti msemmija fl-Artikolu 20(1) ta-Direttiva 2009/65/KE, kumpanija maniġerjali għandha tuża l-mudell stabbilit fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Trażmissjoni tan-notifiki magħmula skont l-Artikolu 20(1) u l-Artikolu 17(2) ittra (d) tad-Direttiva 2009/65/KE

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw fuq is-siti web tagħhom l-indirizz tal-posta elettronika jew mezz ieħor ta’ komunikazzjoni li għandu jintuża mill-kumpaniji maniġerjali biex jibagħtu n-notifiki f’konformità mal-Artikolu 20(1) tad-Direttiva 2009/65/KE.

2.   Il-kumpaniji maniġerjali għandhom jibagħtu n-notifiki msemmija fil-paragrafu 1 f’format li jinqara mill-magni lill-indirizz tal-posta elettronika ippubblikat f’konformità mal-paragrafu 1 jew bi kwalunkwe mezz ta’ komunikazzjoni ieħor stabbilit mill-awtoritajiet kompetenti.

Artikolu 3

Mudelli li għandhom jintużaw għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti

1.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju ta’ kumpanija maniġerjali għandhom jikkomunikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-kumpanija maniġerjali l-informazzjoni riċevuta skont l-Artikolu 17(2) u l-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 2009/65/KE billi jużaw il-mudelli stabbiliti fl-Anness III u, meta l-kumpanija maniġerjali jkollha l-ħsieb li tistabbilixxi fergħa, jikkomunikaw ukoll l-informazzjoni skont l-Artikolu 17(2), l-ittra (d) tad-Direttiva 2009/65/KE billi jużaw il-mudell stabbilit fl-Anness VII ta’ dan ir-Regolament.

2.   L-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS għandhom jikkomunikaw id-dettalji ta’ kwalunkwe skema ta’ kumpens kif imsemmi fl-Artikolu 17(3), l-ewwel subparagrafu, u fl-Artikolu 18(2), it-tieni subparagrafu, tad-Direttiva 2009/65/KE bl-użu tal-mudell stabbilit fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament.

3.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija maniġerjali għandhom jużaw il-mudell stabbilit fl-Anness V ta’ dan ir-Regolament għall-attestazzjoni msemmija fl-Artikolu 17(3), it-tielet subparagrafu, u fl-Artikolu 18(2), it-tielet subparagrafu, tad-Direttiva 2009/65/KE.

4.   L-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija maniġerjali għandhom jużaw il-mudell stabbilit fl-Anness VI ta’ dan ir-Regolament għall-attestazzjoni msemmija fl-Artikolu 93(3), it-tieni subparagrafu, tad-Direttiva 2009/65/KE.

Artikolu 4

Trażmissjoni tan-notifiki bejn awtoritajiet kompetenti

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeżinjaw punt ta’ kuntatt uniku għall-komunikazzjoni u t-trażmissjoni tal-informazzjoni u tad-dokumenti msemmija fl-Artikolu 3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw id-dettalji ta’ dak il-punt ta’ kuntatt, u kwalunkwe modifika ta’ dak il-punt ta’ kuntatt, lil kull awtorità kompetenti oħra.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-indirizz deżinjat tal-posta elettronika jew mezz ieħor ta’ komunikazzjoni sabiex jirċievu notifiki jiġi mmonitorjat kull jum tax-xogħol.

3.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jibagħtu l-informazzjoni u d-dokumenti msemmija fl-Artikolu 3 bil-posta elettronika jew, jekk jintgħażlu mezzi ta’ komunikazzjoni oħra, f’format li jinqara mill-magni lill-punt ta’ kuntatt imsemmi fil-paragrafu 1.

4.   Il-komunikazzjoni u t-trażmissjoni tal-informazzjoni u tad-dokumentazzjoni msemmija fl-Artikolu 17(3), l-ewwel subparagrafu, fl-Artikolu 18(2), l-ewwel, it-tieni u t-tielet subparagrafi, u fl-Artikolu 93(3), it-tieni subparagrafu, tad-Direttiva 2009/65/KE ma għandhomx jitqiesu li seħħew fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a)

meta informazzjoni jew dokumentazzjoni li kellha tiġi kkomunikata jew trażmessa tkun nieqsa, mhux kompluta jew tkun f’format ieħor għajr dak speċifikat fil-paragrafu 3;

(b)

meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija maniġerjali jew tal-UCITS ma jkunux użaw il-punt uniku ta’ kuntatt deżinjat skont il-paragrafu 1 mill-awtorità kompetenti tal-UCITS jew mill-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS;

(c)

meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija maniġerjali jew tal-UCITS ikunu naqsu milli jittrażmettu d-dokumentazzjoni kompluta bħala riżultat ta’ nuqqas tekniku fis-sistema elettronika tagħhom.

5.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija maniġerjali jew tal-UCITS għandhom jinnotifikaw lill-kumpanija maniġerjali dwar it-trażmissjoni tal-informazzjoni jew tad-dokumentazzjoni kompluti msemmija fl-Artikolu 17(3), l-ewwel subparagrafu, fl-Artikolu 18(2), l-ewwel, it-tieni u t-tielet subparagrafi, u fl-Artikolu 93(3), it-tieni subparagrafu, tad-Direttiva 2009/65/KE biss wara li jkunu żguraw li dik l-informazzjoni jew dik id-dokumentazzjoni tkun ġiet trażmessa lill-awtorità kompetenti riċeventi.

6.   L-awtoritajiet kompetenti tal-kumpanija maniġerjali jew tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS li jkunu ġew infurmati jew li saru konxji li l-informazzjoni jew id-dokumentazzjoni kompluta msemmija fl-Artikolu 17(3), l-ewwel subparagrafu, fl-Artikolu 18(2), l-ewwel, it-tieni u t-tielet subparagrafi, u fl-Artikolu 93(3), it-tieni subparagrafu, tad-Direttiva 2009/65/KE ma ġietx trażmessa, għandhom minnufih jieħdu passi biex jittrażmettu l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kompluti.

Artikolu 5

Irċevuta tan-notifiki bejn awtoritajiet kompetenti

1.   L-awtoritajiet kompetenti li jirċievu l-informazzjoni jew id-dokumentazzjoni msemmija fl-Artikolu 17(3), l-ewwel subparagrafu, fl-Artikolu 18(2), l-ewwel, it-tieni u t-tielet subparagrafi, u fl-Artikolu 93(3), it-tieni subparagrafu, tad-Direttiva 2009/65/KE għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija maniġerjali jew tal-UCITS mill-aktar fis possibbli, iżda mhux aktar tard minn ħames (5) ijiem tax-xogħol mid-data tal-irċevuta ta’ dik l-informazzjoni jew dokumentazzjoni, u billi jużaw il-punt ta’ kuntatt imsemmi fl-Artikolu 4(1), dwar jekk:

(a)

l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni humiex kompluti;

(b)

l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni jistgħux jinqraw jew jiġu stampati.

2.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS jew tal-kumpanija maniġerjali li jkunu għadhom ma rċevewx in-notifika msemmija fil-paragrafu 1 jew ma jkunux irċevew tali notifika fil-limitu ta’ żmien stabbilit fil-paragrafu 1 għandhom jikkuntattjaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih il-kumpanija maniġerjali tixtieq twettaq l-attivitajiet li għalihom tkun ġiet awtorizzata jew li fih l-UCITS tipproponi li tikkummerċjalizza l-unitajiet jew l-ishma tagħha, u jaċċertaw jekk it-trażmissjoni tal-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kompluti tkunx seħħet jew le.

Artikolu 6

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 584/2010

Ir-Regolament (UE) Nru 584/2010 huwa emendat kif ġej:

(1)

Il-Kapitolu I jitħassar;

(2)

L-Annessi I u II jitħassru.

Artikolu 7

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu japplika minn 14 ta’ Lulju 2024.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Diċembru 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 584/2010 tal-1 ta’ Lulju 2010 li jimplimenta d-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-forma u l-kontenut tal-ittra ta’ notifika u attestazzjoni UCITS standardizzati, l-użu ta’ komunikazzjoni elettronika bejn l-awtoritajiet kompetenti għall-fini ta’ notifika, u proċeduri għal verifiki fuq il-post u investigazzjonijiet u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti (ĠU L 176, 10.7.2010, p. 16).

(3)  Id-Direttiva (UE) 2019/1160 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li temenda d-Direttivi 2009/65/KE u 2011/61/UE fir-rigward tad-distribuzzjoni transfruntiera ta’ impriżi ta’ investiment kollettiv (ĠU L 188, 12.7.2019, p. 106).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).


ANNESS I

Mudell għall-ittra ta’ notifika li għandha tiġi ppreżentata minn UCITS għall-kummerċjalizzazzjoni transfruntiera tal-UCITS skont l-Artikolu 93(1) tad-Direttiva 2009/65/KE

ITTRA TA’ NOTIFIKA

NOTIFIKA TA’ INTENZJONI GĦALL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI TA’ UNITAJIET TA’ UCITS

FI ______________________________________ (l-Istat Membru ospitanti(1)

Qiegħed tinnotifika emendi għal informazzjoni diġà pprovduta f’notifika inizjali? Iva ☐ Le ☐

F’każ li t-tweġiba għal din il-mistoqsija kienet “Iva”, imla biss l-informazzjoni aġġornata meta mqabbla man-notifika preċedenti u indika d-data tan-notifika preċedenti: __________________.

WERREJ

PARTI 1—

Informazzjoni dwar il-kumpanija maniġerjali jew dwar l-UCITS immaniġġjata internament

Taqsima 1.

Identifikazzjoni tal-kumpanija maniġerjali jew tal-UCITS immaniġġjata internament

Taqsima 2.

Faċilitajiet għall-investituri

PARTI 2—

Informazzjoni dwar l-UCITS

Taqsima 1.

Identifikazzjoni tal-UCITS

Taqsima 2.

Arranġamenti magħmula għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ unitajiet ta’ UCITS

Taqsima 3.

Dokumenti mehmuża

PARTI 3—

Konferma tal-kompletezza

PARTI 1

Informazzjoni dwar il-kumpanija maniġerjali jew dwar l-UCITS immaniġġjata internament

Taqsima 1.   Identifikazzjoni tal-kumpanija maniġerjali jew tal-UCITS immaniġġjata internament

Informazzjoni dwar il-kumpanija maniġerjali jew dwar l-UCITS immaniġġjata internament

Kumpanija maniġerjali jew UCITS immaniġġjata internament (2)

 

LEI tal-kumpanija maniġerjali jew tal-UCITS immaniġġjata internament (2)

 

Kodiċi ta’ identifikazzjoni nazzjonali tal-kumpanija maniġjerali jew tal-UCITS immaniġġjata internament (jekk disponibbli) (2)

 

Stat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija maniġerjali jew tal-UCITS immaniġġjata internament (2)

 

L-indirizz u l-uffiċċju reġistrat/domiċilju (jekk ikun differenti mill-indirizz)

 

Dettalji tas-sit web tal-kumpanija maniġerjali jew tal-UCITS immaniġġjata internament

 


Dettalji ta’ kuntatt tad-dipartiment (jew punt ta’ kuntatt) tal-kumpanija maniġerjali jew tal-UCITS immaniġġjata internament responsabbli għall-ittra ta’ notifika

Dipartiment (jew punt ta’ kuntatt)

 

Numru tat-telefown

 

Indirizz tal-email

 


Dettalji tal-parti terza (jekk il-kumpanija maniġerjali jew l-UCITS immaniġġjata internament tqabbad parti terza biex tagħmel in-notifika)

Parti terza

 

Indirizz u, jekk ikun differenti mill-indirizz, l-uffiċċju reġistrat/domiċilju

 

Dipartiment (jew punt ta’ kuntatt)

 

Numru tat-telefown

 

Indirizz tal-email

 


Dipartiment (jew punt ta’ kuntatt) għat-trażmissjoni tal-fattura jew għall-komunikazzjoni ta’ kwalunkwe tariffa jew ħlas regolatorji applikabbli (jekk applikabbli) (3)

Isem tal-entità

 

L-indirizz u, jekk differenti mill-indirizz, l-uffiċċju reġistrat/domiċilju

 

Dipartiment (jew punt ta’ kuntatt)

 

Numru tat-telefown

 

Indirizz tal-email

 


Speċifika liema indirizz tal-posta elettronika pprovdut f’din it-taqsima (punt ta’ kuntatt fil-kumpanija maniġerjali jew fl-UCITS immaniġġjata internament, punt ta’ kuntatt fi ħdan il-parti terza maħtura jew punt ta’ kuntatt għat-trażmissjoni tal-fattura) huwa l-indirizz preferut fejn l-awtorità nazzjonali kompetenti ospitanti tista’ tittrażmetti kwalunkwe informazzjoni kunfidenzjali (fost l-oħrajn, login u password biex taċċessa s-sistemi nazzjonali għar-rappurtar)

 

Taqsima 2.   Faċilitajiet għall-investituri

F’konformità mal-Artikolu 93(1) tad-Direttiva 2009/65/KE, imla t-tabella li ġejja biex tipprovdi informazzjoni dwar il-faċilitajiet li jwettqu l-kompiti msemmija fl-Artikolu 92(1) ta’ dik id-Direttiva:

Kompiti

Informazzjoni dwar il-faċilitajiet li jwettqu l-kompiti

Isem/forma ġuridika/indirizz, email, u n-numru tat-telefown għall-korrispondenza tal-entità responsabbli biex tipprovdi l-faċilitajiet

L-ipproċessar tal-ordnijiet ta’ sottoskrizzjoni (jew riakkwist) u t-twettiq ta’ pagamenti oħra lit-titolari ta’ unitajiet relatati mal-unitajiet tal-UCITS

 

 

Il-provvista lill-investituri b’informazzjoni dwar kif jistgħu jsiru l-ordnijiet u kif jitħallas ir-rikavat mit-tifdija (jew mir-riakkwist)

 

 

L-iffaċilitar tat-trattament ta’ informazzjoni u l-aċċess għall-proċeduri u għall-arranġamenti msemmija fl-Artikolu 15 tad-Direttiva 2009/65/KE marbuta mal-eżerċizzju min-naħa tal-investituri tad-drittijiet tagħhom

 

 

It-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-investituri tal-informazzjoni u tad-dokumenti meħtieġa skont il-Kapitolu IX tad-Direttiva 2009/65/KE

 

 

Il-provvista lill-investituri ta’ informazzjoni rilevanti għall-kompiti li jwettqu l-faċilitajiet f’mezz durabbli

 

 

L-aġir bħala punt ta’ kuntatt għall-komunikazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti

 

 

PARTI 2

Informazzjoni dwar l-UCITS

Taqsima 1.   Identifikazzjoni tal-UCITS

Imla t-tabella ta’ hawn taħt b’informazzjoni għal kull UCITS li biħsiebek tikkummerċjalizza fl-Istat Membru ospitanti, billi toħloq tabella ġdida għal kull UCITS u billi tindika biss klassi ta’ ishma waħda (isem u ISIN) f’kull linja. Meta UCITS tieħu l-forma ta’ UCITS umbrella b’diversi kompartimenti jew subfondi, ir-referenzi għall-UCITS fit-tabella ta’ hawn taħt għandhom jinftiehmu li jirreferu għall-kompartiment jew is-subfond li għandu jiġi kkummerċjalizzat fl-Istat Membru ospitanti u mhux għall-UCITS umbrella, li għandha tiġi indikata separatament fil-kolonna korrispondenti.

Isem l-UCITS li trid tiġi kummerċjalizzata fl-Istat Membru ospitanti

Stat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS

Forma ġuridika tal-UCITS (4)

LEI tal-UCITS (jekk disponibbli)

Isem il-klassi(jiet) ta’ ishma li jridu jiġu kummerċjalizzati fl-Istat Membru ospitanti (5)

ISIN tal-klassi(jiet) ta’ ishma li jridu jiġu kummerċjalizzati fl-Istat Membru ospitanti (5)

Tul ta’ żmien tal-UCITS (jekk applikabbli)

Il-kodiċi ta’ identifikazzjoni nazzjonali tal-UCITS

(jekk disponibbli)

Isem l-UCITS umbrella

(jekk applikabbli)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Taqsima 2.   Arranġamenti magħmula għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ unitajiet ta’ UCITS

L-unitajiet tal-UCITS/tal-kompartimenti tal-UCITS se jiġu kkummerċjalizzati minn:

il-kumpanija maniġerjali li timmaniġġja l-UCITS jew l-UCITS immaniġġjata internament

istituzzjonijiet ta’ kreditu

ditti ta’ investiment jew konsulenti awtorizzati

korpi oħrajn, inklużi korpi li jinsabu f’pajjiż terz. Jekk jogħġbok speċifika: ___________________

Taqsima 3.   Dokumenti mehmuża

(1)

L-aħħar verżjoni tar-regoli tal-fond jew strumenti ta’ inkorporazzjoni, u traduzzjoni jekk tkun meħtieġa, skont l-Artikolu 94(1)(c) tad-Direttiva 2009/65/KE.

 

(Titlu ta’ dokument jew isem il-fajl elettroniku mehmuż)

(2)

L-aħħar verżjoni tal-prospett, u traduzzjoni jekk tkun meħtieġa, skont l-Artikolu 94(1), il-punt (c) tad-Direttiva 2009/65/KE.

 

(Titlu ta’ dokument jew isem il-fajl elettroniku mehmuż)

(3)

L-aħħar verżjoni tat-tagħrif ewlieni għall-investitur, u traduzzjoni jekk tkun meħtieġa, skont l-Artikolu 94(1), il-punt(b) tad-Direttiva 2009/65/KE.

 

(Titlu ta’ dokument jew isem il-fajl elettroniku mehmuż)

(4)

L-aħħar rapport annwali ppubblikat u kwalunkwe rapport ta’ nofs is-sena sussegwenti, u traduzzjoni jekk tkun meħtieġa, skont l-Artikolu 94(1), il-punt (c) tad-Direttiva 2009/65/KE (fejn disponibbli).

 

(Titlu ta’ dokument jew isem il-fajl elettroniku mehmuż)

(5)

Jekk ikun meħtieġ mill-Istat Membru ospitanti tal-UCITS, evidenza tal-pagament dovut lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti

 

(Titlu ta’ dokument jew isem il-fajl elettroniku mehmuż)

Nota:

L-aħħar verżjonijiet tad-dokumenti meħtieġa jridu jiġu mehmuża ma’ din l-ittra għal trażmissjoni ’l quddiem mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS, anke meta kopji jkunu ġew ipprovduti lil dik l-awtorità minn qabel. Jekk id-dokument ikun diġà ntbagħat lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-UCITS u jkun għadu validu, l-ittra ta’ notifika tista’ tirreferi għal dak il-fatt.

Ipprovdi l-link għall-aħħar kopji elettroniċi tal-hemżiet:

_________________________________________________________________________________

PARTI 3

Konferma tal-kompletezza

Konferma mill-UCITS

Aħna hawnhekk nikkonfermaw li d-dokumenti mehmuża ma’ din l-ittra ta’ notifika jinkludu l-informazzjoni rilevanti kollha kif previst fid-Direttiva 2009/65/KE.

(L-ittra ta’ notifika għandha tiġi ffirmata minn firmatarju awtorizzat tal-UCITS jew persuna terza mogħtija s-setgħa b’mandat bil-miktub sabiex taġixxi f’isem l-UCITS li tinnotifika, f’manjiera li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS jaċċettaw għaċ-ċertifikazzjoni ta’ dokumenti. Il-firmatarju għandu jiddikjara l-isem sħiħ u l-kariga tiegħu jew tagħha, u għandu jiżgura li l-konferma tkun datata.)

Data

 

Isem u kariga tal-firmatarju

 

Firma

 


(1)  Imla ittra waħda ta’ notifika għal kull Stat Membru li fih hija prevista l-kummerċjalizzazzjoni ta’ UCITS.

(2)  Din il-kaxxa għandha dejjem timtela, anke fil-każ ta’ aġġornamenti.

(3)  Indika punt uniku għat-trażmissjoni tal-fattura jew għall-komunikazzjoni ta’ kwalunkwe tariffa jew ħlas regolatorji applikabbli msemmija fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2019/1156 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2019 dwar l-iffaċilitar tad-distribuzzjoni transfruntiera tal-impriżi ta' investiment kollettiv u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 345/2013, (UE) Nru 346/2013 u (UE) Nru 1286/2014 (ĠU L 188, 12.7.2019, p. 55) u fl-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/955 tas-27 ta’ Mejju 2021 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/1156 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-formoli, il-mudelli, il-proċeduri u l-arranġamenti tekniċi għall-pubblikazzjonijiet u n-notifiki ta’ regoli ta’ kummerċjalizzazzjoni, tariffi u imposti, u li jispeċifika l-informazzjoni li għandha tiġi kkomunikata għall-ħolqien u ż-żamma tal-bażi ta’ data ċentrali dwar il-kummerċjalizzazzjoni transfruntiera tal-AIFs u l-UCITS, kif ukoll il-formoli, il-mudelli u l-proċeduri għall-komunikazzjoni ta’ tali informazzjoni (ĠU L 211, 15.6.2021, p. 30). Dan il-punt ta’ kuntatt jista’ jkun l-istess bħall-punt ta’ kuntatt deżinjat fi ħdan il-kumpanija maniġerjali, jew bħall-punt ta’ kuntatt fi ħdan parti terza maħtura.

(4)  Il-forma ġuridika hija waħda minn dawn: fond komuni, unità fiduċjarja, kumpanija ta’ investiment, jew kwalunkwe forma ġuridika oħra disponibbli fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS.

(5)  Elenka biss dawk il-klassijiet ta’ ishma li l-kummerċjalizzazzjoni tagħhom hija maħsuba.


ANNESS II

Mudell għall-ittra li għandha tiġi ppreżentata minn kumpanija maniġerjali lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS skont l-Artikolu 20(1) tad-Direttiva 2009/65/KE

ITTRA TA’ NOTIFIKA

NOTIFIKA TAL-INTENZJONI TA’ KUMPANIJA MANIĠERJALI LI TIMMANIĠĠJA UCITS STABBILITA FI STAT MEMBRU IEĦOR F’KONFORMITÀ MAL-ARTIKOLU 20(1) TAD-DIRETTIVA 2009/65/KE

FI ______________________________________ (l-Istat Membru/i ospitanti)

Qiegħed tinnotifika emendi għall-informazzjoni diġà pprovduta f’notifika inizjali? Iva ☐ Le ☐

Jekk it-tweġiba għal din il-mistoqsija hija “Iva”, imla biss l-informazzjoni aġġornata meta mqabbla man-notifika preċedenti u indika d-data tan-notifika preċedenti: ____________________

WERREJ

PARTI 1—

Informazzjoni dwar il-kumpanija maniġerjali

PARTI 2 —

Identifikazzjoni tad-delegat u tal-funzjonijiet delegati

PARTI 3—

Dokumenti mehmuża

PARTI 1

Informazzjoni dwar il-kumpanija maniġerjali

Informazzjoni dwar il-kumpanija maniġerjali

Kumpanija maniġerjali (1)

 

LEI tal-kumpanija maniġerjali (1)

 

Kodiċi ta’ identifikazzjoni nazzjonali tal-kumpanija maniġerjali (jekk disponibbli) (1)

 

L-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija maniġerjali (1)

 

L-indirizz u, jekk ikun differenti mill-indirizz, l-uffiċċju reġistrat/domiċilju

 

Dettalji tas-sit elettroniku tal-kumpanija maniġerjali

 


Dettalji ta’ kuntatt tad-dipartiment (jew punt ta’ kuntatt) tal-kumpanija maniġerjali responsabbli għan-notifika

Dipartiment (jew punt ta’ kuntatt)

 

Numru tat-telefown

 

Indirizz tal-email

 


Dettalji tal-parti terza (meta l-kumpanija maniġerjali taħtar parti terza biex tagħmel in-notifika)

Parti terza

 

Indirizz u, jekk differenti mill-indirizz, l-uffiċċju reġistrat/domiċilju.

 

Dipartiment (jew punt ta’ kuntatt)

 

Numru tat-telefown

 

Indirizz tal-email

 


Punt ta’ kuntatt għat-trażmissjoni tal-fattura jew għall-komunikazzjoni ta’ kwalunkwe tariffa jew ħlas regolatorji (jekk applikabbli) (2)

Isem l-entità

 

Dipartiment (jew punt ta’ kuntatt)

 

Indirizz u, jekk ikun differenti mill-indirizz, uffiċċju reġistrat/domiċilju

 

Numru tat-telefown

 

Indirizz tal-email

 


Jekk jogħġbok speċifika liema indirizz tal-email ipprovdut f’din it-taqsima (punt ta’ kuntatt fil-kumpanija maniġerjali, punt ta’ kuntatt fi ħdan il-parti terza maħtura jew punt ta’ kuntatt għat-trażmissjoni tal-fattura) huwa l-indirizz preferut fejn l-NCA ospitanti tista’ tittrażmetti kwalunkwe informazzjoni kunfidenzjali (fost l-oħrajn, login u password biex taċċessa s-sistemi nazzjonali għar-rapportar)

 

PARTI 2

Identifikazzjoni tad-delegat u tal-funzjonijiet delegati

Irreplika l-informazzjoni fil-Parti 2 għal kull delegat u għal kull funzjoni delegata

Isem id-delegat

 

L-Istat Membru ta’ domiċilju tad-delegat

 

L-indirizz u l-uffiċċju reġistrat/domiċilju jekk differenti mill-indirizz

 

Id-delegat se jwettaq l-attivitajiet li ġejjin u jipprovdi s-servizzi li ġejjin fl-Istat(i) Membru/i ospitanti f’isem il-kumpanija maniġerjali:

Maniġment ta’ investiment

Amministrazzjoni

Servizzi legali u ta’ kontabbiltà fir-rigward tal-amministrazzjoni tal-fondi

Mistoqsijiet tal-klijenti

Valwazzjoni u pprezzar (inklużi l-formoli tat-taxxa)

Monitoraġġ regolatorju ta’ konformità

Żamma tar-reġistru tat-titolari ta’ unitajiet

Distribuzzjoni tal-introjtu

Ħruġ u fidwa ta’ unitajiet

Riżoluzzjonijiet ta’ kuntratti (inkluża l-kunsinna taċ-ċertifikat)

Żamma ta’ rekords

Iddeskrivi l-linja ta’ rapportar fis-seħħ bejn id-delegat u l-kumpanija maniġerjali

 

PARTI 3

Dokumenti mehmuża

Kuntratt bil-miktub mad-depożitarju tal-UCITS ikkonċernata fl-Istati Membru ta’ domiċilju tal-UCITS.

Oħrajn (jekk applikabbli, speċifika).

_________________________________________________________________________________

(titlu ta’ dokument jew isem il-fajl elettroniku mehmuż)

Nota:

L-aħħar verżjonijiet tad-dokumenti meħtieġa elenkati hawn fuq iridu jiġu mehmuża ma’ din l-ittra għal trażmissjoni ’l quddiem mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija maniġerjali, anke jekk kopji jkunu ġew ipprovduti lil dik l-awtorità minn qabel. Jekk dokument ikun diġà ntbagħtu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-kumpanija maniġerjali u jkun għadu validu, l-ittra ta’ notifika tista’ tirreferi għal dak il-fatt.

Ipprovdi l-link għall-aħħar kopji elettroniċi tal-hemżiet

 


Data

 

Isem u kariga tal-firmatarju

 

Firma

 


(1)  Din il-kaxxa għandha timtela dejjem, anke fil-każ ta’ aġġornamenti.

(2)  Indika punt ta’ kuntatt uniku għat-trażmissjoni tal-fattura jew għall-komunikazzjoni ta’ kwalunkwe tariffa jew ħlas regolatorji applikabbli msemmija fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2019/1156 u fl-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/955. Dak il-punt ta’ kuntatt jista’ jkun l-istess bħall-punt ta’ kuntatt maħtur fi ħdan il-kumpanija maniġerjali, jew punt ta’ kuntatt f’parti terza maħtura.


ANNESS III

Mudell għall-komunikazzjoni ta’ informazzjoni skont l-Artikolu 17(2) jew l-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 2009/65/KE mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-kumpanija maniġerjali lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-kumpanija maniġerjali

ITTRA TA’ NOTIFIKA

KOMUNIKAZZJONI TA’ INFORMAZZJONI DWAR NOTIFIKA MAGĦMULA MINN KUMPANIJA MANIĠERJALI DWAR L-INTENZJONI TAGĦHA LI TWETTAQ L-ATTIVITAJIET LI GĦALIHOM TKUN ĠIET AWTORIZZATA FI STAT MEMBRU IEĦOR F’KONFORMITÀ MAL-ARTIKOLU 17(2) JEW L-ARTIKOLU 18(1) TAD-DIRETTIVA 2009/65/KE.

FI ______________________________________ (l-Istat(i) Membru/i ospitanti)

Din l-ittra temenda l-informazzjoni diġà pprovduta f’komunikazzjoni inizjali? Iva ☐ Le☐

F’każ li t-tweġiba għal din il-mistoqsija tkun “Iva”, imla biss l-informazzjoni aġġornata meta mqabbla mal-komunikazzjoni preċedenti u indika d-data tal-komunikazzjoni preċedenti: _______________

WERREJ

PARTI 1—

Informazzjoni dwar il-kumpanija maniġerjali

PARTI 2—

Informazzjoni li għandha tingħata mill-kumpanija maniġerjali skont l-Artikolu 17(1) u (2) tad-Direttiva 2009/65/KE sabiex twettaq l-attivitajiet tagħha fl-Istat(i) Membru/i ospitanti permezz ta’ fergħa

Taqsima 1.

Informazzjoni dwar il-fergħa

Taqsima 2.

Programm ta’ operazzjonijiet tal-fergħa

Taqsima 3.

Struttura organizzattiva tal-fergħa

Taqsima 4.

Terminazzjoni tal-fergħa

PARTI 3—

L-attivitajiet li għandhom jitwettqu fl-ambitu tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi

PARTI 1

Informazzjoni dwar il-kumpanija maniġerjali

Informazzjoni dwar il-kumpanija maniġerjali

Kumpanija maniġerjali (1)

 

LEI tal-kumpanija maniġerjali (1)

 

Kodiċi ta’ identifikazzjoni nazzjonali tal-kumpanija maniġerjali (jekk disponibbli) (1)

 

L-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija maniġerjali (1)

 

L-indirizz u, jekk ikun differenti mill-indirizz, l-uffiċċju reġistrat/domiċilju

 

Dettalji tas-sit elettroniku tal-kumpanija maniġerjali

 


Dettalji ta’ kuntatt tad-dipartiment responsabbli (jew punt ta’ kuntatt) tal-kumpanija maniġerjali

Dipartiment (jew punt ta’ kuntatt)

 

Numru tat-telefown

 

Indirizz tal-email

 


Dettalji tal-parti terza (meta l-kumpanija maniġerjali taħtar parti terza biex tagħmel in-notifika)

Parti terza

 

Indirizz u, jekk ikun differenti mill-indirizz, uffiċċju reġistrat/domiċilju

 

Dipartiment (jew punt ta’ kuntatt)

 

Numru tat-telefown

 

Indirizz tal-email

 


Punt ta’ kuntatt għat-trażmissjoni tal-fattura jew għall-komunikazzjoni ta’ kwalunkwe tariffa jew ħlas regolatorji (jekk applikabbli) (2)

Isem l-entità

 

Dipartiment (jew punt ta’ kuntatt)

 

Indirizz u, jekk ikun differenti mill-indirizz, uffiċċju reġistrat/domiċilju

 

Numru tat-telefown

 

Indirizz tal-email

 


Jekk jogħġbok speċifika liema indirizz tal-email fost dawk speċifikati f’din it-taqsima (punt ta’ kuntatt fil-kumpanija maniġerjali, punt ta’ kuntatt fi ħdan il-parti terza maħtura jew punt ta’ kuntatt għat-trażmissjoni tal-fattura) huwa l-indirizz preferut fejn l-NCA ospitanti tista’ tittrażmetti l-informazzjoni kunfidenzjali (fost l-oħrajn, login u password biex taċċessa s-sistemi nazzjonali għar-rapportar)

 

Id-dettalji tal-iskema ta’ kumpens maħsuba biex tipproteġi l-investituri jistgħu jinsabu fid-dokument mehmuż intitolat “Identifikazzjoni tal-iskemi ta’ kumpens maħsuba biex jipproteġu lill-investituri skont l-Artikoli 17(3) u 18(2) tad-Direttiva 2009/65/KE”.

PARTI 2

Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-kumpanija maniġerjali skont l-Artikolu 17(1) u (2) tad-Direttiva 2009/65/KE sabiex twettaq l-attivitajiet tagħha fl-Istat(i) Membru/i ospitanti permezz ta’ fergħa

Din il-Parti trid timtela biss jekk il-kumpanija maniġerjali jkun biħsiebha tistabbilixxi fergħa fl-Istat Membru ospitanti. Jekk il-kumpanija maniġerjali jkollha l-ħsieb li twettaq l-attivitajiet tagħha fl-Istat Membru ospitanti esklussivament fl-ambitu tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, din il-Parti għandha titħalla vojta, u minflok għandha timtela l-Parti 3.

Taqsima 1.   Informazzjoni dwar il-fergħa

Identifikazzjoni tal-fergħa

Isem il-fergħa (3)

 

Kodiċi ta’ identifikazzjoni nazzjonali tal-fergħa fl-Istat Membru ta’ Domiċilju tal-kumpanija maniġerjali (jekk disponibbli) (3)

 

Kodiċi ta’ identifikazzjoni nazzjonali tal-fergħa fl-Istat Membru fejn hija stabbilita l-fergħa (jekk disponibbli) (3)

 

Indirizz u, jekk ikun differenti mill-indirizz, uffiċċju reġistrat/domiċilju (3)

 

Dettalji tas-sit web tal-fergħa (jekk ikun differenti mis-sit web tal-kumpanija maniġerjali)

 


Dipartiment (jew punt ta’ kuntatt) li minnu jistgħu jinkisbu dokumenti fl-Istat Membru fejn hija stabbilita l-fergħa

Dipartiment (jew punt ta’ kuntatt)

 

Indirizz u, jekk ikun differenti mill-indirizz, uffiċċju reġistrat/domiċilju

 

Numru tat-telefown

 

Indirizz tal-email

 

Taqsima 2.   Programm ta’ operazzjonijiet tal-fergħa

Il-fergħa se twettaq l-attivitajiet li ġejjin u tipprovdi s-servizzi li ġejjin fl-Istat(i) Membru/i ospitanti:

Maniġment ta’ investiment

Kummerċjalizzazzjoni

Amministrazzjoni

Servizzi legali u ta’ kontabilità fir-rigward tal-amministrazzjoni tal-fondi

Mistoqsijiet tal-klijenti

Valwazzjoni u pprezzar (inklużi l-formoli tat-taxxa)

Monitoraġġ regolatorju ta’ konformità

Żamma tar-reġistru tat-titolari ta’ unitajiet

Distribuzzjoni tal-introjtu

Ħruġ u fidwa ta’ unitajiet

Riżoluzzjonijiet ta’ kuntratti (inkluża l-kunsinna taċ-ċertifikat)

Żamma ta’ rekords

Servizzi mhux ewlenija

L-immaniġġjar ta’ portafolli ta’ investimenti, inklużi dawk fis-sjieda ta’ fondi ta’ pensjoni, skont il-mandati mogħtija minn investituri fuq bażi diskrezzjonali għal kull klijent individwali, meta dawn il-portafolli jinkludu strument wieħed jew iktar elenkati fl-Anness I, it-Taqsima C tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4)

Pariri fuq investimenti li jikkonċernaw strument wieħed jew iktar relatati fl-Anness I, it-Taqsima C tad-Direttiva 2014/65/UE

Salvagwardja u amministrazzjoni fir-rigward ta’ unitajiet ta’ impriżi ta’ investiment kollettiv

Jekk jogħġbok indika kif il-fergħa se tikkontribwixxi għall-istrateġija tal-kumpanija maniġerjali

 

Jekk jogħġbok indika jekk il-kumpanija maniġerjali hijiex membru ta’ grupp u, f’dan il-każ, kif il-fergħa se tikkontribwixxi għall-istrateġija tal-grupp

 

Jekk jogħġbok indika l-istrateġija tal-fergħa (pereż., indikazzjoni tal-volum tan-negozju previst, tipi ta’ investituri li l-kumpanija tal-maniġment se tkun qed tinnegozja magħhom u kif il-kumpanija tal-maniġment se tikseb u tittratta ma’ dawk l-investituri)

 

Jekk jogħġbok ipprovdi dikjarazzjonijiet tal-previżjoni kemm tal-profitt/telf kif ukoll tal-fluss tal-flus, matul il-perjodu tal-ewwel sitta u tletin xahar

 

Taqsima 3.   Struttura organizzattiva tal-fergħa

Deskrizzjoni tal-linji ta’ rappurtar funzjonali, ġeografiċi u legali

 


Deskrizzjoni tal-post tal-fergħa fl-istruttura korporattiva tal-kumpanija maniġerjali, jew tal-grupp jekk il-kumpanija maniġerjali tkun membru ta’ grupp

 


Deskrizzjoni tar-regoli fis-seħħ għar-rapportar mill-fergħa lill-uffiċċju prinċipali tal-kumpanija maniġerjali

 


Deskrizzjoni tal-proċess tal-immaniġġjar tar-riskji stabbilit mill-kumpanija maniġerjali fil-livell tal-fergħa abbażi tal-Artikoli 40 sa 43 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2010/43/UE (5)

 


Sommarju tas-sistemi u tal-kontrolli fis-seħħ fil-livell tal-fergħa kif stabbilit fl-Artikolu 1(3)(f) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/911 (6)

 


Deskrizzjoni tal-arranġamenti għall-konformità mar-regoli mfassla mill-Istat Membru ospitanti tal-kumpanija maniġerjali skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2009/65/KE

 


Deskrizzjoni tal-proċeduri fis-seħħ, u tar-riżorsi umani u materjali allokati, għall-konformità mal-obbligi tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u kontra l-finanzjament tat-terroriżmu

 


Organigramma tal-fergħa

 

Taqsima 4.   Terminazzjoni tal-fergħa

Din it-taqsima ma għandhiex timtela f’notifika inizjali. Jenħtieġ li timtela biss fil-każ ta’ aġġornament ta’ notifika inizjali, meta tkun prevista t-terminazzjoni tal-fergħa.

Dettalji u proċessi għall-istralċ tal-operazzjonijiet tan-negozju, inklużi dettalji tal-miżuri għall-protezzjoni tal-interessi tal-investituri fl-Istat Membru ospitanti, kif l-ilmenti jiġu riżolti u r-rilaxx ta’ kwalunkwe obbligazzjoni pendenti.

 


L-iskeda tat-terminazzjoni ppjanata.

 

PARTI 3

Attivitajiet li għandhom jitwettqu fl-ambitu tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi

Din il-Parti trid timtela biss meta l-kumpanija maniġerjali jkollha l-ħsieb li twettaq l-attivitajiet tagħha fl-Istat Membru ospitanti fl-ambitu tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi. Meta l-kumpanija maniġerjali jkollha l-ħsieb li twettaq l-attivitajiet tagħha fl-Istat Membru ospitanti esklussivament permezz ta’ fergħa, din il-Parti għandha titħalla vojta, u għandha timtela l-Parti 2.

Il-kumpanija maniġerjali se twettaq l-attivitajiet li ġejjin u tipprovdi s-servizzi li ġejjin fl-Istat(i) Membru/i ospitanti:

Maniġment ta’ investiment

Kummerċjalizzazzjoni

Amministrazzjoni

Servizzi legali u ta’ kontabbiltà fir-rigward tal-amministrazzjoni tal-fondi

Mistoqsijiet tal-klijenti

Valwazzjoni u pprezzar (inklużi l-formoli tat-taxxa)

Monitoraġġ regolatorju ta’ konformità

Żamma tar-reġistru tat-titolari ta’ unitajiet

Distribuzzjoni tal-introjtu

Ħruġ u fidwa ta’ unitajiet

Riżoluzzjonijiet ta’ kuntratti (inkluża l-kunsinna taċ-ċertifikat)

Żamma ta’ rekords

Servizzi mhux ewlenija

L-immaniġġjar ta’ portafolli ta’ investimenti, inklużi dawk fis-sjieda ta’ fondi ta’ pensjoni, skont il-mandati mogħtija minn investituri fuq bażi diskrezzjonali għal kull klijent, meta dawn il-portafolli jinkludu strument wieħed jew iktar elenkati fl-Anness I, it-Taqsima C tad-Direttiva 2014/65/UE

Pariri fuq investimenti li jikkonċernaw strument wieħed jew iktar elenkati fl-Anness I, it-Taqsima C tad-Direttiva 2014/65/UE

Salvagwardja u amministrazzjoni fir-rigward ta’ unitajiet ta’ impriżi ta’ investiment kollettiv

Jekk jogħġbok indika kif l-attivitajiet li għandhom jitwettqu fl-Istat Membru ospitanti se jikkontribwixxu għall-istrateġija tal-kumpanija maniġerjali u, jekk il-kumpanija maniġerjali tkun membru ta’ grupp, kif l-attivitajiet li għandhom jitwettqu fl-Istat Membru ospitanti se jikkontribwixxu għall-istrateġija tal-grupp

 

Data

 

Isem u kariga tal-firmatarju

 

Firma

 


(1)  Din il-kaxxa għandha timtela dejjem, anke fil-każ ta’ aġġornamenti.

(2)  Indika punt ta’ kuntatt uniku għat-trażmissjoni tal-fattura jew għall-komunikazzjoni ta’ kwalunkwe tariffa jew ħlas regolatorji applikabbli msemmija fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2019/1156 u fl-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/955. Dan il-punt ta’ kuntatt jista’ jkun l-istess bħall-punt ta’ kuntatt maħtur fi ħdan il-kumpanija maniġerjali, jew bħall-punt ta’ kuntatt f’parti terza maħtura.

(3)  Din il-kaxxa għandha timtela dejjem jekk tiġi pprovduta informazzjoni dwar il-fergħa, anki fil-każ ta’ aġġornamenti.

(4)  Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).

(5)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni Nru 2010/43/UE tal-1 ta’ Lulju 2010 li timplimenta d-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti organizzazzjonali, il-konflitti ta’ interess, il-kondotta fin-negozju, l-immaniġġjar tar-riskji u l-kontenut tal-ftehim ta’ bejn id-depożitarju u l-kumpanija maniġerjali (ĠU L 176, 10.7.2010, p. 42).

(6)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/911 tal-15 ta’ Diċembru 2023 li jissupplimenta d-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw l-informazzjoni li għandha tiġi notifikata fir-rigward tal-attivitajiet transfruntieri tal-kumpaniji maniġerjali u tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L, 2024/911, 25.3.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/911/oj).


ANNESS IV

Attestazzjoni tal-iskemi ta’ kumpens maħsuba biex jipproteġu lill-investituri, ipprovduta mill-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 17(3), l-ewwel subparagrafu, u l-Artikolu 18(2), it-tieni subparagrafu, tad-Direttiva 2009/65/KE

Attestazzjoni stabbilita minn ______________________________________ (isem l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija maniġerjali)

Taqsima 1.   Dipartiment responsabbli għat-twaqqif ta’ din l-attestazzjoni fi ħdan l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-kumpanija maniġerjali

Dipartiment

 

L-indirizz tal-awtorità kompetenti

 

L-indirizz tal-email tad-dipartiment li jistabbilixxi d-dikjarazzjoni

 

Taqsima 2.   Identifikazzjoni tal-kumpanija maniġerjali li din l-attestazzjoni tirrigwarda

Kumpanija maniġerjali

 

LEI tal-kumpanija maniġerjali

 

Kodiċi ta’ identifikazzjoni nazzjonali tal-kumpanija maniġerjali (jekk disponibbli)

 

Stat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija maniġerjali

 

L-indirizz u, jekk ikun differenti mill-indirizz, uffiċċju reġistrat/domiċilju

 

Taqsima 3.   Identifikazzjoni tal-iskema ta’ kumpens għall-investituri

Skema ta’ kumpens għall-investituri

 

Indirizz tal-iskema ta’ kumpens għall-investituri

 

Uffiċċju reġistrat/domiċilju tal-iskema ta’ kumpens għall-investituri jekk dan ikun differenti mill-indirizz tagħha

 

Dettalji tas-sit web tal-iskema ta’ kumpens għall-investituri

 

(L-attestazzjoni għandha tiġi ffirmata u datata minn rappreżentant tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS. Il-firmatarju għandu jiddikjara l-isem sħiħ u l-kapaċità tiegħu jew tagħha.)

Data

 

Isem u kariga tal-firmatarju

 

Firma

 


ANNESS V

Attestazzjoni tal-awtorizzazzjoni ta’ kumpanija maniġerjali, ipprovduta mill-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 17(3), it-tielet subparagrafu, u l-Artikolu 18(2), it-tielet subparagrafu, tad-Direttiva 2009/65/KE

Attestazzjoni stabbilita minn ______________________________________ (isem l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija maniġerjali)

Taqsima 1.   Dipartiment responsabbli biex tiġi stabbilita l-attestazzjoni fi ħdan l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija maniġerjali

Dipartiment

 

Indirizz tal-awtorità kompetenti

 

Indirizz tal-email tad-dipartiment li jistabbilixxi d-dikjarazzjoni

 

Taqsima 2.   Identifikazzjoni tal-kumpanija maniġerjali

Kumpanija maniġerjali

 

LEI tal-kumpanija maniġerjali

 

Kodiċi ta’ identifikazzjoni nazzjonali tal-kumpanija maniġerjali (jekk disponibbli)

 

Stat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija maniġerjali

 

L-indirizz u, jekk ikun differenti mill-indirizz, l-uffiċċju reġistrat/domiċilju

 

Dettalji tas-sit elettroniku tal-kumpanija maniġerjali

 

Taqsima 3.   Ambitu tal-awtorizzazzjoni tal-kumpanija maniġerjali

Il-kumpanija maniġerjali ġiet awtorizzata fi _________________________ (isem l-Istat Membru ta’ domiċilju) li twettaq l-attivitajiet li ġejjin u tipprovdi s-servizzi li ġejjin minn ___________________________ (isem l-awtorità kompetenti ta’ domiċilju):

Maniġment ta’ investiment

Kummerċjalizzazzjoni

Amministrazzjoni

Servizzi ta’ kontabbiltà legali u ta’ maniġment ta’ fond

Mistoqsijiet tal-klijenti

Valwazzjoni u pprezzar (inklużi l-formoli tat-taxxa)

Monitoraġġ regolatorju ta’ konformità

Żamma tar-reġistru tat-titolari ta’ unitajiet

Distribuzzjoni tal-introjtu

Ħruġ u fidwa ta’ unitajiet

Riżoluzzjonijiet ta’ kuntratti (inkluża l-kunsinna taċ-ċertifikat)

Żamma ta’ rekords

Servizzi mhux ewlenija

L-immaniġġjar ta’ portafolli ta’ investimenti, inklużi dawk fis-sjieda ta’ fondi ta’ pensjoni, skont il-mandati mogħtija minn investituri fuq bażi diskrezzjonali għal kull klijent individwali, meta dawn il-portafolli jinkludu strument wieħed jew iktar elenkati fl-Anness I, it-Taqsima C tad-Direttiva 2014/65/UE

Pariri dwar l-investimenti li jikkonċernaw strument wieħed jew iktar elenkati fl-Anness I, it-Taqsima C tad-Direttiva 2014/65/UE

Salvagwardja u amministrazzjoni fir-rigward ta’ unitajiet ta’ impriżi ta’ investiment kollettiv

Il-kumpanija maniġerjali hija soġġetta għar-restrizzjonijiet li ġejjin fir-rigward tat-tipi ta’ UCITS li hija awtorizzata timmaniġġja (jekk applikabbli)

 

(L-attestazzjoni għandha tiġi ffirmata u datata minn rappreżentant tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija maniġerjali. Il-firmatarju għandu jiddikjara l-isem sħiħ u l-kapaċità tiegħu jew tagħha.)

Data

 

Isem u kariga tal-firmatarju

 

Firma

 


ANNESS VI

Attestazzjoni pprovduta mill-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 93(3), it-tieni subparagrafu, tad-Direttiva 2009/65/KE

Attestazzjoni stabbilita minn ______________________________________________ (isem l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS)

Taqsima 1.   Dipartiment responsabbli biex tiġi stabbilita l-attestazzjoni fi ħdan l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS

Dipartiment

 

Indirizz tal-awtorità kompetenti

 

Indirizz tal-email tad-dipartiment li jistabbilixxi d-dikjarazzjoni

 

Taqsima 2.   Identifikazzjoni tal-UCITS li l-unitajiet tagħha se jiġu kkummerċjalizzati fl-Istati Membru ospitanti

Jekk jogħġbok imla t-tabella ta’ hawn taħt bl-informazzjoni għal kull UCITS li hija notifikata għall-kummerċjalizzazzjoni fl-Istat Membru ospitanti. Meta UCITS tieħu l-forma ta’ UCITS umbrella b’diversi kompartimenti jew subfondi, ir-referenzi għall-UCITS fit-tabella ta’ hawn taħt għandhom jinftiehmu li jirreferu għall-kompartiment jew is-subfond li għandu jiġi kkummerċjalizzat fl-Istat Membru ospitanti u mhux għall-UCITS umbrella, li għandha tiġi identifikata separatament fil-kolonna korrispondenti.

Isem l-UCITS

Isem l-UCITS umbrella (jekk applikabbli)

Forma ġuridika (1)

LEI tal-UCITS (jekk disponibbli)

Data tal-awtorizzazzjoni

Kodiċi ta’ identifikazzjoni nazzjonali tal-UCITS (jekk disponibbli)

Tul ta’ żmien tal-UCITS (jekk applikabbli)

Kumpanija maniġerjali (2)

LEI tal-kumpanija maniġerjali

Kodiċi ta’ identifikazzjoni nazzjonali tal-kumpanija maniġerjali (fejn disponibbli)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Taqsima 3.   Attestazzjoni tal-issodisfar tal-kondizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 2009/65/KE

Il-firmatarju ta’ hawn taħt jiċċertifika li l-UCITS identifikati fit-taqsima 2 tal-attestazzjoni attwali jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 2009/65/KE u jistgħu jikkummerċjalizzaw

l-unitajiet tagħhom fi __________________________________ (l-Istat Membru ospitanti).

(L-attestazzjoni għandha tiġi ffirmata u datata minn rappreżentant tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS. Il-firmatarju għandu jiddikjara l-isem sħiħ u l-kapaċità tiegħu jew tagħha.)

Data

 

Isem u kariga tal-firmatarju

 

Firma

 


(1)  Il-forma ġuridika hija waħda minn dawn li ġejjin: fond komuni, unità fiduċjarja jew kumpanija ta’ investiment.

(2)   (2) Il-kumpanija maniġerjali għandha tiġi identifikata biss għal UCITS immaniġġjata esternament. Fil-każ ta’ kumpaniji ta’ investiment immaniġġjati internament, jekk jogħġbok ħalli vojt.. internament, jekk jogħġbok ħalli vojt.


ANNESS VII

Mudell għall-komunikazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija maniġerjali lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-kumpanija maniġerjali skont l-Artikolu 17(2) ittra (d) tad-Direttiva 2009/65/KE

ITTRA TA’ NOTIFIKA

NOTIFIKA TA’ PERSUNI RESPONSABBLI GĦAL FERGĦA (1) RELATATA MAL-INTENZJONI TA’ KUMPANIJA MANIĠERJALI LI TISTABBILIXXI FERGĦA FI STAT MEMBRU GĦAJR L-ISTAT MEMBRU TA’ DOMIĊILJU F’KONFORMITÀ MAL-ARTIKOLU 17, IL-PARAGRAFU (2), L-ITTRA (D) TAD-DIRETTIVA 2009/65/KE.

FI ______________________________________ (l-Istat Membru ospitanti)

Identifikazzjoni tal-kumpanija maniġerjali

Kumpanija maniġerjali

 

LEI tal-kumpanija maniġerjali

 

Kodiċi ta’ identifikazzjoni nazzjonali tal-kumpanija maniġerjali (fejn disponibbli)

 

L-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija maniġerjali

 

L-indirizz u, jekk ikun differenti mill-indirizz, uffiċċju reġistrat/domiċilju

 


Identifikazzjoni tal-fergħa

Isem il-fergħa

 

Kodiċi ta’ identifikazzjoni nazzjonali tal-fergħa fl-istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija maniġerjali (fejn disponibbli)

 

Kodiċi ta’ identifikazzjoni nazzjonali tal-fergħa fl-Istat Membru fejn hija stabbilita l-fergħa (fejn disponibbli)

 

L-indirizz u, jekk ikun differenti mill-indirizz, l-uffiċċju reġistrat/domiċilju

 

Qiegħed tinnotifika emendi għall-informazzjoni diġà pprovduta f’notifika inizjali? Iva ☐ Le ☐

Fil-każ li t-tweġiba għal din il-mistoqsija hija “Iva”, jekk jogħġbok enfasizza hawn taħt l-informazzjoni aġġornata meta mqabbla man-notifika preċedenti u indika d-data tan-notifika preċedenti: __________________

NOTIFIKA TA’ PERSUNA RESPONSABBLI GĦAL:

Il-ġestjoni tal-fergħa

It-terminazzjoni tal-operazzjonijiet tal-fergħa (2)

Identifikazzjoni tal-persuna notifikata

Kunjom

 

Isem

 

Pożizzjoni jew funzjoni mwettqa

 

Data tal-bidu għal din il-pożizzjoni

 

Data tat-tmiem għal din il-pożizzjoni (jekk rilevanti)

 

Numru tat-telefon

 

Indirizz tal-email

 

Rimarki addizzjonali

Rimarki addizzjonali, fejn indikat (pereż. isem preċedenti f’każ ta’ bidliet fl-isem, bidliet fil-pożizzjoni, eċċ.)

 

Data

 

Isem u kariga tal-firmatarju

 

Firma

 


(1)  Jekk jogħġbok ippreżenta biss formola waħda separata għal kull persuna rilevanti u fajl elettroniku.

(2)  Notifika tal-persuna responsabbli għat-terminazzjoni tal-fergħa għandha tiġi ppreżentata biss bħala aġġornament jekk tkun prevista t-terminazzjoni tal-fergħa.


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/910/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)