European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/857

24.4.2024

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/857

tal-1 ta’ Diċembru 2023

li jissupplimenta d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw metodoloġija standardizzata u metodoloġija standardizzata ssimplifikata biex jiġu evalwati r-riskji li jirriżultaw minn bidliet potenzjali fir-rati tal-imgħax li jaffettwaw kemm il-valur ekonomiku tal-ekwità kif ukoll l-introjtu mill-imgħax nett ta’ attivitajiet tal-portafoll mhux tan-negozjar ta’ istituzzjoni

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 84(5), it-tielet subparagrafu, tagħha,

Billi:

(1)

Biex titrawwem l-armonizzazzjoni ta’ prattiki meta tiġi stabbilita l-metodoloġija standardizzata għall-kalkolu ta’ stimi affidabbli tar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax fil-portafoll mhux tan-negozjar, huwa meħtieġ li l-istituzzjonijiet jiġu pprovduti bl-elementi tekniċi ewlenin għall-evalwazzjoni tar-riskji, inklużi regoli dwar l-ikklassifikar prudenzjali ta’ flussi tal-flus, kalkoli għall-opzjonijiet awtomatiċi, kalkoli għall-istrumenti vvalutati b’valur ġust, u r-regoli għall-iskontar u l-projezzjoni ta’ flussi tal-flus.

(2)

Biex jiġu żgurati l-kontinwità u l-konformità mal-istandards internazzjonali rilevanti, id-definizzjonijiet, l-elementi u l-passi tal-metodoloġija standardizzata jenħtieġ li jibnu fuq dawk stabbiliti fil-linji gwida tal-Awtorità Bankarja Ewropea dwar l-immaniġġar tar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax li jirriżulta minn attivitajiet tal-portafoll mhux tan-negozjar (2) u dawk stabbiliti fil-metodoloġija standardizzata tal-Kumitat ta’ Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja ta’ April 2016 (3).

(3)

Biex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni fl-identifikazzjoni, l-evalwazzjoni, l-immaniġġar u l-mitigazzjoni tar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax fil-portafoll mhux tan-negozjar, huwa xieraq li jiġu stabbiliti suppożizzjonijiet standardizzati, meta possibbli, b’mod partikolari fir-rigward tal-opzjonijiet awtomatiċi. Meta jiġu stabbiliti tali suppożizzjonijiet, huwa meħtieġ li jitqies li l-kontropartijiet professjonali ġeneralment jiskattaw l-opzjonijiet għall-benefiċċju tagħhom. Jista’ jkun hemm sitwazzjonijiet li fihom ma jkunux jistgħu jsiru suppożizzjonijiet preskrittivi minħabba li tali suppożizzjonijiet jistgħu jwasslu għal valutazzjonijiet tar-riskju li ma jkunux preċiżi, bħal fil-każ tal-imġiba ta’ klijenti konsumaturi għal xokkijiet tar-rati tal-imgħax fil-kuntest ta’ strumenti speċifiċi. Għal dawk is-sitwazzjonijiet, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti kemm jista’ jkun il-passi, id-definizzjonijiet u r-restrizzjonijiet għall-istimi li jenħtieġ li jqisu l-istituzzjonijiet.

(4)

Biex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-metodoloġija standardizzata mill-istituzzjonijiet u filwaqt li jitqies il-fatt li kemm il-valur ekonomiku tal-ekwità kif ukoll l-istimi tal-introjtu mill-imgħax nett jenħtieġ li jkunu bbażati fuq l-ipprezzar mill-ġdid ta’ flussi tal-flus, l-approċċi għall-istima ta’ dawk iż-żewġ metriċi jenħtieġ li jkunu bbażati fuq l-istess regoli rigward l-ikklassifikar prudenzjali f’taqsimiet tal-ħin. Madankollu, biex tiġi kkalkulata b’mod korrett il-kontribuzzjoni tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju pproġettata għall-investiment mill-ġdid jew ir-rifinanzjament tal-ipprezzar mill-ġdid ta’ flussi tal-flus, il-metrika tal-introjtu mill-imgħax nett tirrikjedi l-ikklassifikar prudenzjali addizzjonali ta’ flussi tal-flus fit-taqsima tal-ħin tat-terminu ta’ referenza.

(5)

Barra minn hekk, minħabba li l-istrumenti fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-kalkolu tal-valur ekonomiku tal-ekwità u tal-introjtu mill-imgħax nett għandhom karatteristiċi differenti, inklużi rati tal-imgħax fissi jew varjabbli, u suppożizzjonijiet inkorporati marbuta mal-imġiba, u biex tiġi żgurata implimentazzjoni konsistenti ta’ dak il-kalkolu, huwa meħtieġ li jitqiesu dawk il-karatteristiċi meta jiġu stabbiliti regoli speċifiċi ta’ allokazzjoni għal kull tip ta’ strument.

(6)

Biex jinstab il-bilanċ it-tajjeb bejn, minn naħa waħda, l-iżgurar tal-komparabbiltà tar-riżultati tal-kalkolu u, min-naħa l-oħra, l-għoti tal-flessibbiltà neċessarja minħabba l-medda ta’ żmien fit-tul u l-kumplessità operazzjonali inerenti, il-marġnijiet kummerċjali u l-komponenti tal-firxa jenħtieġ li jiġu inklużi fil-kalkolu tal-introjtu mill-imgħax nett. Madankollu, għall-kalkolu tal-valur ekonomiku tal-ekwità, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jipproċedu f’konformità mal-approċċ ta’ mmaniġġar u kejl interni tagħhom għar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax fil-portafoll mhux tan-negozjar.

(7)

Biex tissaħħaħ is-sensittività għar-riskju u jitqiesu l-kundizzjonijiet speċifiċi għall-istituzzjoni rigward flussi li joħorġu marbuta mal-imġiba, is-suppożizzjonijiet sottostanti għall-ikklassifikar prudenzjali ta’ flussi tal-flus ta’ depożiti mingħajr maturità, is-self soġġett għal riskju ta’ prepagament, u d-depożiti b’terminu soġġetti għar-riskju ta’ tifdija qabel iż-żmien jenħtieġ li primarjament ikunu bbażati fuq stimi tal-istituzzjonijiet b’mod li jkun applikat b’mod konsistenti matul iż-żmien. Madankollu, biex tiġi ssottolinjata n-natura standardizzata tal-metodoloġija, il-konservatiżmu ta’ dawk il-flussi marbuta mal-imġiba jenħtieġ li jissaħħaħ bil-multiplikazzjoni bi scalars fissi skont ix-xenarju applikabbli. Barra minn hekk, rigward depożiti mingħajr maturità, jenħtieġ li l-konservatiżmu jiġi żgurat bl-implimentazzjoni ta’ limiti massimi standardizzati fuq il-proporzjon u l-maturità medja tal-komponent ewlieni, skont il-kategorija tal-kontroparti.

(8)

Biex tiġi żgurata l-proporzjonalità fl-ikklassifikar prudenzjali ta’ fluss tal-flus, meta l-materjalità ta’ ċerti skoperturi taqa’ taħt il-livelli limitu definiti minn qabel, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jiġu eżentati minn ċerti stimi fil-kuntest ta’ depożiti mingħajr maturità, self soġġett għal riskju ta’ prepagament, depożiti b’terminu soġġetti għar-riskju ta’ tifdija qabel iż-żmien, skoperturi li ma jrendux, linji fil-livell ta’ konsumatur b’rata fissa, u r-riskju ta’ bażi.

(9)

Biex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-metodoloġija standardizzata, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jiddeterminaw ir-rata rilevanti għal kull taqsima tal-ħin ta’ prezzar mill-ġdid, jew għall-kombinament tal-ipprezzar mill-ġdid u t-taqsima tal-ħin tat-terminu ta’ referenza, minflok ma jiddeterminaw dik ir-rata għal kull ipprezzar mill-ġdid ta’ fluss tal-flus.

(10)

Biex jiġu ddeterminati l-marġnijiet kummerċjali għall-projezzjoni ta’ negozju ġdid fil-kalkolu tal-introjtu mill-imgħax nett u jiġu ġġenerati stimi aġġornati, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jużaw osservazzjonijiet reċenti għal kull tip ta’ prodott, kategorija tal-kontroparti, u post ġeografiku rilevanti. Dawk l-osservazzjonijiet jenħtieġ li għalhekk b’mod ġenerali ikunu bbażati fuq tranżazzjonijiet osservati fl-aħħar sena, jew fuq prezzijiet tas-suq osservabbli għall-istrument bi kwotazzjonijiet tas-suq disponibbli.

(11)

L-eżiti tal-metodoloġija standardizzata dwar l-introjtu mill-imgħax nett jipprovdu l-ogħla valur informattiv meta l-medda ta’ żmien tal-introjtu mill-imgħax nett jiġi stabbilit għal sena. Madankollu, il-kalkolu tas-sensittività għall-imgħax tal-introjtu mill-imgħax nett fuq medda ta’ żmien itwal spiss jista’ jipprovdi informazzjoni utli addizzjonali għall-istituzzjonijiet b’konċentrazzjonijiet sinifikanti ta’ maturitajiet madwar jew lil hinn mill-medda ta’ żmien ta’ sena. F’dak l-isfond, u biex jiġi kkomplementat il-valur ekonomiku tal-metrika tal-ekwità, il-medda ta’ żmien ta’ sena għall-kalkolu tal-introjtu mill-imgħax nett jenħtieġ li tkun il-minimu.

(12)

Ir-riskju ta’ bażi jista’ jinfluwenza l-introjtu mill-imgħax nett b’mod materjali. F’dak l-isfond, u fuq il-bażi tal-prattika eżistenti stabbilita mill-Awtorità Bankarja Ewropea, huwa meħtieġ li tiġi prevista metodoloġija għall-istituzzjonijiet biex jiġi stmat l-impatt tar-riskju ta’ bażi.

(13)

Meta tiġi stabbilita l-metodoloġija standardizzata ssimplifikata, huwa meħtieġ li jiġu żgurati kemm il-proporzjonalità kif ukoll il-konservatiżmu. Għal dak l-għan, jenħtieġ li jiġu stabbiliti għadd ta’ elementi f’dik il-metodoloġija standardizzata ssimplifikata, inklużi ċerti simplifikazzjonijiet, li jipprovdu qafas li huwa xieraq għall-kapaċitajiet ta’ valutazzjoni tar-riskju aktar baxxi ta’ istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi, u miżuri ta’ konservazzjoni li jiżguraw ir-robustezza tal-approċċ. Tali simplifikazzjonijiet u miżuri ta’ konservazzjoni jenħtieġ li jinkludu klassifikar prudenzjali preskrittiv u lineari ta’ flussi tal-flus ta’ depożiti mingħajr maturità, inkluża l-applikazzjoni ta’ scalars li jiddependu fuq ix-xenarju għall-komponent ewlieni, u kalkolu simplifikat tal-opzjonalità awtomatika bbażat fuq l-iżborżi. Barra minn hekk, għall-istess għan ta’ simplifikazzjoni u konservattività, il-miżura tal-introjtu mill-imgħax nett jenħtieġ li tiddependi fuq kalkolu tar-rati tal-imgħax ibbażat kemm fuq terminu ta’ referenza medju għal kull tip ta’ prodott kif ukoll fuq marġni kummerċjali medju għal kull tip ta’ prodott, u fuq rata tal-imgħax sad-data tal-ipprezzar mill-ġdid tal-istrumenti, ikkalkulat bi stimi tar-rati tal-imgħax medji.

(14)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozzi tal-istandards tekniċi regolatorji ppreżentati lill-Kummissjoni mill-Awtorità Bankarja Ewropea.

(15)

L-Awtorità Bankarja Ewropea wettqet konsultazzjoni pubblika miftuħa dwar l-abbozzi tal-istandards tekniċi regolatorji li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji relatati potenzjali u talbet il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati stabbilit f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“ipprezzar mill-ġdid ta’ fluss tal-flus nozzjonali” tfisser kull waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

l-ammont ta’ kapital fiż-żmien tal-ipprezzar mill-ġdid tiegħu, fejn tali pprezzar mill-ġdid jitqies li jseħħ fl-aktar data kmieni minn dawn li ġejjin:

(i)

id-data li fiha l-istituzzjoni jew il-kontroparti tagħha jkun intitolat li jibdel b’mod unilaterali r-rata tal-imgħax;

(ii)

id-data li fiha r-rata tal-imgħax ta’ strument b’rata varjabbli tinbidel b’mod awtomatika b’rispons għal bidla f’parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax kif definit fl-Artikolu 3(1), il-punt (22), tar-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5);

(b)

fin-nuqqas ta’ pprezzar mill-ġdid kif imsemmi fil-punt (a), l-ammont ta’ kapital fiż-żmien tar-ripagament tal-kapital jew ta’ parti minnu;

(c)

pagament tal-imgħax fuq dik il-parti tal-kapital li tkun għadha ma tħallsitx lura jew ma ġietx ipprezzata mill-ġdid;

(2)

“data tal-ipprezzar mill-ġdid” tfisser id-data li fiha jseħħ ipprezzar mill-ġdid ta’ fluss tal-flus nozzjonali;

(3)

“rata tal-imgħax mingħajr riskju” tfisser, għal munita partikolari, ir-rata tal-imgħax li tikkorrispondi għal maturità fuq kurva tar-rendiment li ma tinkludix firxiet tal-kreditu jew firxiet tal-likwidità speċifiċi għall-istrument jew speċifiċi għall-entità;

(4)

“strument b’rata fissa” tfisser strument li jiġġenera flussi tal-flus ta’ pagamenti tal-imgħax li huma predeterminati abbażi ta’ rata tal-imgħax fissa sal-punt tal-maturità kuntrattwali tiegħu;

(5)

“strument b’rata varjabbli” tfisser strument li r-rata tal-imgħax tiegħu tiġi rrisettjata f’dati predeterminati, jew b’rispons għal bidla f’parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax kif definit fl-Artikolu 3(1), il-punt (22), tar-Regolament (UE) 2016/1011, jew f’indiċi mmaniġġata internament ta’ istituzzjoni;

(6)

“opzjoni awtomatika tar-rati tal-imgħax” tfisser opzjoni espliċita jew impliċita kif imsemmi fl-Artikolu 325e(2), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), inkluża opzjoni li skontha l-istituzzjoni x’aktarx tipprovdi żborż lill-kontroparti tagħha irrispettivament minn obbligu kuntrattwali, li tikkonforma ma’ dawn kollha li ġejjin:

(a)

l-iżborż tal-opzjoni huwa sensittiv għar-rata tal-imgħax;

(b)

l-eżerċizzju tal-opzjoni huwa purament xprunat mill-inċentivi monetarji tad-detentur tal-opzjoni;

(7)

“opzjoni tar-rati tal-imgħax marbuta mal-imġiba” tfisser opzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 325e(2), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, inkluża opzjoni li skontha l-istituzzjoni x’aktarx tipprovdi żborż lill-kontroparti tagħha irrispettivament minn obbligu kuntrattwali, u li tikkonforma ma’ dawn kollha li ġejjin:

(a)

l-iżborżi tal-opzjonijiet huma sensittivi għar-rata tal-imgħax;

(b)

l-eżerċizzju tal-opzjoni mhuwiex purament xprunat mill-inċentiv monetarju tal-kontroparti iżda dipendenti fuq l-imġiba ta’ dik il-kontroparti;

(8)

“depożitu mingħajr maturità” tfisser obbligazzjoni mingħajr data ta’ maturità, li fiha d-depożitant ikun liberu li jiġbed id-depożitu f’kull ħin;

(9)

“depożitu fil-livell ta’ konsumatur” tfisser depożitu fil-livell ta’ konsumatur kif definit fl-Artikolu 411, il-punt (2), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(10)

“depożitu tranżazzjonali fil-livell ta’ konsumatur” tfisser waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

depożitu mingħajr maturità fil-livell ta’ konsumatur f’kont tranżazzjonali, li jkun kont li fih is-salarji, l-introjtu jew l-ispejjeż (“tranżazzjonijiet”) jiġu kkreditati u ddebitati b’mod regolari;

(b)

depożitu mingħajr maturità fil-livell ta’ konsumatur bla imgħax, anki f’ambjent ta’ rati tal-imgħax għolja;

(11)

“depożitu mhux tranżazzjonali fil-livell ta’ konsumatur” tfisser depożitu mingħajr maturità fil-livell ta’ konsumatur li ma jinżammx f’kont tranżazzjonali jew li jkun bl-imgħax;

(12)

“depożitu bl-ingrossa” tfisser depożitu li ma jkunx depożitu fil-livell ta’ konsumatur;

(13)

“depożitu stabbli mingħajr maturità” tfisser il-parti tad-depożitu mingħajr maturità li x’aktarx tibqa’ mhux prelevata skont ir-rati tal-imgħax prevalenti fiż-żmien l-applikazzjoni tal-metodoloġija standardizzata għall-ikklassifikar prudenzjali tal-ipprezzar mill-ġdid ta’ flussi tal-flus nozzjonali;

(14)

“rata pass-through” tfisser il-perċentwal ta’ bidla fir-rata tal-imgħax tas-suq li istituzzjoni tassenja lil depożitu biex iżżomm l-istess livell ta’ depożiti stabbli skont ir-rati tal-imgħax prevalenti fiż-żmien l-applikazzjoni tal-metodoloġija standardizzata għall-ikklassifikar prudenzjali tal-ipprezzar mill-ġdid ta’ flussi tal-flus nozzjonali;

(15)

“komponent ewlieni” tfisser il-parti ta’ depożitu stabbli mingħajr maturità li x’aktarx ma tiġix ipprezzata mill-ġdid, anki taħt bidliet sinifikanti fl-ambjent tar-rata tal-imgħax;

(16)

“komponent mhux ewlieni” tfisser il-parti tad-depożitu mingħajr maturità għajr il-komponent ewlieni tiegħu;

(17)

“post ġeografiku” tfisser il-pajjiż tal-inkorporazzjoni ta’ dawk id-debituri jew id-depożitanti li huma persuni ġuridiċi, jew il-pajjiż tar-residenza ta’ dawk id-debituri jew id-depożitanti li huma persuni fiżiċi;

(18)

“terminu ta’ referenza” tfisser il-perjodu li b’referenza għalih strument jiġi pprezzat mill-ġdid.

Artikolu 2

Pożizzjonijiet fil-portafoll mhux tan-negozjar inklużi fl-evalwazzjoni

1.   L-istituzzjonijiet għandhom, għall-finijiet tal-metodoloġija standardizzata u l-metodoloġija standardizzata ssimplifikata msemmija fl-Artikolu 84(1) tad-Direttiva 2013/36/UE, għal kull munita li fiha l-istituzzjoni jkollha pożizzjoni li hija materjali kif imsemmi fl-Artikolu 3, jevalwaw il-pożizzjonijiet kollha fil-portafoll mhux tan-negozjar. Dawk il-pożizzjonijiet fil-portafoll mhux tan-negozjar għandhom jinkludu dan li ġej:

(a)

pożizzjonijiet fil-portafoll mhux tan-negozjar f’assi finanzjarji;

(b)

pożizzjonijiet fil-portafoll mhux tan-negozjar f’obbligazzjonijiet;

(c)

pożizzjonijiet fil-portafoll mhux tan-negozjar f’entrati ma jidhrux fil-karta bilanċjali.

2.   Il-pożizzjonijiet fil-portafoll mhux tan-negozjar imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu dawn kollha li ġejjin:

(a)

derivattivi tar-rati tal-imgħax;

(b)

derivattivi mingħajr rati tal-imgħax li għalihom il-flussi tal-flus huma ddeterminati fit-total jew parzjalment billi tiġi rreferenzjata rata tal-imgħax;

(c)

obbligi tal-pensjoni u assi tal-pjanijiet tal-pensjoni, ħlief meta r-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax tagħhom jinqabad f’kejl tar-riskju ieħor;

(d)

assi sensittivi għar-rata tal-imgħax, għajr dawk imsemmija fil-punti (a), (b) u (c), u li ma jitnaqqsux mill-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni;

(e)

obbligazzjonijiet sensittivi għar-rata tal-imgħax, għajr dawk imsemmija fil-punti (a), (b) u (c), li la huma strumenti tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni kif imsemmi fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, u lanqas huma strumenti perpetwi oħra mingħajr ebda data eżerċitabbli;

(f)

entrati ma jidhrux fil-karta bilanċjali sensittivi għar-rata tal-imgħax, għajr dawk imsemmija fil-punti (a), (b) u (c);

(g)

pożizzjonijiet żgħar fil-portafoll tan-negozjar kif imsemmi fl-Artikolu 94 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ħlief meta r-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax tagħhom jinqabad f’kejl tar-riskju ieħor.

Għall-finijiet tal-punt (e), l-obbligazzjonijiet sensittivi għar-rata tal-imgħax għandhom jinkludu depożiti mhux remunerati.

Artikolu 3

Materjalità tal-pożizzjonijiet fil-portafoll mhux tan-negozjar

L-istituzzjonijiet għandhom iqisu pożizzjoni fil-portafoll mhux tan-negozjar bħala materjali f’wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a)

il-valur kontabilistiku tal-assi jew tal-obbligazzjonijiet iddenominati f’munita jammonta għal mill-inqas 5 % tal-assi jew tal-obbligazzjonijiet finanzjarji totali tal-portafoll mhux tan-negozjar;

(b)

il-valur kontabilistiku tal-assi jew tal-obbligazzjonijiet iddenominati f’munita jammonta għal inqas minn 5 % tat-total tal-assi jew tal-obbligazzjonijiet finanzjarji tal-portafoll mhux tan-negozjar meta s-somma tal-assi jew tal-obbligazzjonijiet finanzjarji inklużi fil-kalkolu tkun inqas minn 90 % tal-assi finanzjarji totali tal-portafoll mhux tan-negozjar, esklużi l-assi tanġibbli, jew tal-obbligazzjonijiet.

Artikolu 4

Klassifikazzjoni tax-xenarji

Għall-finijiet tal-identifikazzjoni, l-evalwazzjoni, l-immaniġġar u l-mitigazzjoni tar-riskji li jirriżultaw minn bidliet potenzjali fir-rati tal-imgħax li jaffettwaw kemm il-valur ekonomiku tal-ekwità kif ukoll l-introjtu mill-imgħax nett ta’ attivitajiet tal-portafoll mhux tan-negozjar ta’ istituzzjoni, l-istituzzjonijiet għandhom jikklassifikaw ix-xenarji, fosthom ix-xenarji ta’ xokk superviżorji msemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/856 (7) f’wieħed mit-tipi li ġejjin ibbażat fuq iċ-ċaqliq tar-rata tal-imgħax:

(a)

xokkijiet paralleli, li għandhom ikunu wieħed minn dawn li ġejjin:

(i)

xokk ta’ żieda fir-rati tal-imgħax b’mod parallel fil-maturitajiet kollha;

(ii)

xokk ta’ tnaqqis fir-rati tal-imgħax b’mod parallel fil-maturitajiet kollha;

(b)

xokkijiet li jinvolvu rotazzjonijiet għall-istruttura tat-terminu, li għandhom ikunu wieħed minn dawn li ġejjin:

(i)

tnaqqis fir-rata tal-imgħax b’maturitajiet ta’ terminu twil u żieda fir-rata tal-imgħax b’maturitajiet ta’ terminu qasir, li jwasslu għall-iċċattjar tal-kurva tar-rata tal-imgħax;

(ii)

żieda fir-rata tal-imgħax b’maturitajiet ta’ terminu twil u tnaqqis fir-rata tal-imgħax b’maturitajiet ta’ terminu qasir, li jwasslu għal żieda fil-kurva tar-rata tal-imgħax;

(c)

xokkijiet mhux uniformi, li għandhom ikunu wieħed minn dawn li ġejjin:

(i)

xokk ta’ żieda fir-rati tal-imgħax li jkun akbar f’maturitajiet ta’ terminu qasir;

(ii)

xokk ta’ tnaqqis fir-rati tal-imgħax li huwa akbar f’maturitajiet ta’ terminu qasir.

KAPITOLU II

METODOLOĠIJA STANDARDIZZATA GĦALL-EVALWAZZJONI TAR-RISKJI GĦALL-VALUR EKONOMIKU TAL-EKWITÀ TA’ ATTIVITAJIET TAL-PORTAFOLL MHUX TAN-NEGOZJAR TA’ ISTITUZZJONI

Artikolu 5

Rekwiżiti ġenerali għal allokazzjoni tal-ipprezzar mill-ġdid ta’ flussi tal-flus nozzjonali

1.   Meta jużaw il-metodoloġija standardizzata għall-evalwazzjoni tar-riskji li jirriżultaw minn bidliet potenzjali fir-rati tal-imgħax li jaffettwaw il-valur ekonomiku tal-ekwità tal-pożizzjonijiet fil-portafoll mhux tan-negozjar tagħhom, l-istituzzjonijiet għandhom jallokaw l-ipprezzar mill-ġdid ta’ flussi tal-flus nozzjonali tal-pożizzjonijiet fil-portafoll mhux tan-negozjar tagħhom għat-taqsimiet tal-ħin tal-ipprezzar mill-ġdid rilevanti msemmija fil-punt 1 tal-Anness, kif ġej:

(a)

għal strumenti b’rata fissa, f’konformità mal-Artikolu 6;

(b)

għal strumenti b’rata varjabbli, f’konformità mal-Artikolu 7;

(c)

għal depożiti mingħajr maturità, f’konformità mal-Artikolu 8;

(d)

għal self b’rata fissa soġġett għar-riskju ta’ ripagament bikri, f’konformità mal-Artikolu 9;

(e)

għal depożiti b’terminu b’rata fissa soġġetti għar-riskju ta’ tifdija qabel iż-żmien, f’konformità mal-Artikolu 10;

(f)

għal strumenti derivattivi mingħajr opzjonalità, f’konformità mal-Artikolu 11;

(g)

għal strumenti oħra għajr dawk imsemmija fil-punti minn (a) sa (f), f’konformità mal-Artikolu 12.

2.   L-istituzzjonijiet għandhom jittrattaw marġnijiet kummerċjali u komponenti tal-firxa oħra fil-pagamenti tal-imgħax, f’termini tal-esklużjoni tagħhom mill-ipprezzar mill-ġdid ta’ flussi tal-flus nozzjonali jew l-inklużjoni tagħhom fih, f’konformità mal-approċċ ta’ mmaniġġar u kejl interni tagħhom għar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax fil-portafoll mhux tan-negozjar.

L-istituzzjonijiet li jeskludu marġnijiet kummerċjali u komponenti tal-firxa oħra mill-ipprezzar mill-ġdid ta’ flussi tal-flus nozzjonali għandhom iwettqu dan kollu li ġej:

(a)

jużaw metodoloġija trasparenti biex jidentifikaw ir-rata tal-imgħax mingħajr riskju fl-oriġinazzjoni ta’ kull strument, u japplikaw dik il-metodoloġija b’mod konsistenti fl-unitajiet tan-negozju kollha;

(b)

jiżguraw li l-esklużjoni ta’ marġnijiet kummerċjali u komponenti tal-firxa oħra mill-ipprezzar mill-ġdid ta’ flussi tal-flus nozzjonali tkun konsistenti ma’ kif l-istituzzjoni timmaniġġja u tiħħeġġja r-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax fil-portafoll mhux tan-negozjar;

(c)

jinnotifikaw l-esklużjoni ta’ marġnijiet kummerċjali u komponenti tal-firxa oħra lill-awtorità kompetenti.

3.   Meta jallokaw l-ipprezzar mill-ġdid ta’ flussi tal-flus nozzjonali tal-pożizzjonijiet fil-portafoll mhux tan-negozjar tagħhom kif imsemmi fil-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet għandhom:

(a)

ma jqisux l-impatt ta’ opzjonalità inkorporata ta’ opzjoni awtomatika tar-rati tal-imgħax fuq l-ipprezzar mill-ġdid ta’ flussi tal-flus nozzjonali;

(b)

iqisu l-impatt ta’ opzjonalità inkorporata ta’ opzjoni tar-rati tal-imgħax marbuta mal-imġiba fuq l-ipprezzar mill-ġdid ta’ flussi tal-flus nozzjonali.

Artikolu 6

Strumenti b’rata fissa

1.   L-istituzzjonijiet għandhom jallokaw l-ipprezzar mill-ġdid ta’ flussi tal-flus nozzjonali li jirriżulta minn pagamenti tal-imgħax ta’ pożizzjonijiet fil-portafoll mhux tan-negozjar fi strumenti b’rata fissa għat-taqsimiet tal-ħin tal-ipprezzar mill-ġdid rilevanti msemmija fil-punt 1 tal-Anness sad-data tal-ipprezzar mill-ġdid, biex b’hekk iqisu kull waħda mill-esklużjonijiet imsemmija fl-Artikolu 5(2), it-tieni subparagrafu.

2.   L-istituzzjonijiet għandhom jallokaw flussi tal-flus li jirriżultaw mir-ripagamenti intermedji u finali tal-kapital ta’ pożizzjonijiet fil-portafoll mhux tan-negozjar fi strumenti b’rata fissa għat-taqsimiet tal-ħin tal-ipprezzar mill-ġdid rilevanti msemmija fil-punt 1 tal-Anness sad-data tal-ipprezzar mill-ġdid.

Artikolu 7

Strumenti b’rata varjabbli

L-istituzzjonijiet għandhom jallokaw l-ipprezzar mill-ġdid ta’ flussi tal-flus nozzjonali li jirriżulta minn pożizzjonijiet fil-portafoll mhux tan-negozjar fi strumenti b’rata varjabbli għat-taqsimiet tal-ħin tal-ipprezzar mill-ġdid rilevanti msemmija fil-punt 1 tal-Anness sad-data tal-ipprezzar mill-ġdid, kif ġej:

(a)

flussi tal-flus li ġejjin minn pagamenti tal-imgħax għajr pagamenti tal-komponent tal-firxa sad-data li jmiss tal-ipprezzar mill-ġdid, skont il-ftehim kuntrattwali;

(b)

l-ammont ta’ kapital li jifdal, skont il-ftehim kuntrattwali;

(c)

komponenti tal-firxa sal-maturità kuntrattwali finali, irrispettivament minn kull ipprezzar mill-ġdid ta’ kapital mhux amortizzat, ħlief meta dawk il-komponenti tal-firxa jiġi esklużi f’konformità mal-Artikolu 5(2), it-tieni subparagrafu.

Artikolu 8

Depożiti mingħajr maturità

1.   L-istituzzjonijiet għandhom jikklassifikaw depożiti mingħajr maturità, skont it-tip ta’ kontroparti, fil-kategoriji li ġejjin:

(a)

depożiti mingħajr maturità fil-livell ta’ konsumatur, ikklassifikati ulterjorment f’dan li ġej:

(i)

depożiti tranżazzjonali fil-livell ta’ konsumatur;

(ii)

depożiti mhux tranżazzjonali fil-livell ta’ konsumatur;

(b)

depożiti mingħajr maturità bl-ingrossa, ikklassifikati ulterjorment f’dawn li ġejjin:

(i)

depożiti bl-ingrossa ta’ klijenti finanzjarji;

(ii)

depożiti bl-ingrossa mhux finanzjarji.

2.   L-istituzzjonijiet għandhom jiddistingwu bejn:

(a)

l-istabbiltà mill-parti mhux stabbli tad-depożiti msemmija fil-paragrafu 1, il-punti (a)(i), (a)(ii), u (b)(ii) bl-użu ta’ bidliet osservati fil-volum tad-depożiti minħabba ċaqliq ’il fuq u ’l isfel tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju għal perjodu ta’ mill-inqas l-10 snin preċedenti;

(b)

il-komponent ewlieni u dak mhux ewlieni tal-parti stabbli tad-depożiti mingħajr maturità msemmija fil-paragrafu 1.

Biex jiddeterminaw l-ammont tal-komponent mhux ewlieni tal-parti stabbli tad-depożiti mingħajr maturità kif imsemmi fil-punt (b), l-istituzzjonijiet għandhom jimmultiplikaw l-ammont tad-depożiti stabbli mingħajr maturità kollha bir-rata pass-through.

3.   Meta jivvalutaw ir-rata pass-through imsemmija fil-paragrafu 2, it-tieni subparagrafu, l-istituzzjonijiet għandhom iqisu l-elementi li ġejjin, filwaqt li jqisu wkoll il-pożizzjonijiet fil-portafoll mhux tan-negozjar b’karatteristiċi simili:

(a)

il-livell attwali tar-rati tal-imgħax;

(b)

il-firxa bejn ir-rata tal-offerta tal-istituzzjoni u r-rata tas-suq;

(c)

il-kompetizzjoni minn ditti oħra;

(d)

il-post ġeografiku tal-istituzzjoni;

(e)

karatteristiċi demografiċi u karatteristiċi rilevanti oħra tal-bażi tal-klijenti tal-istituzzjoni;

(f)

l-ipprezzar mill-ġdid improbabbli tal-komponent ewlieni tal-parti stabbli tad-depożiti mingħajr maturità, anki taħt bidliet sinifikanti fl-ambjent tar-rata tal-imgħax.

4.   F’xenarji ta’ xokk li jippreskrivu żieda fir-rati tal-imgħax ta’ terminu qasir kif imsemmi fl-Artikolu 4, il-punti (a)(i), (b)(i), u (c)(i), l-istituzzjonijiet għandhom jimmultiplikaw b’0,8 il-komponent ewlieni tal-parti stabbli tad-depożiti mingħajr maturità, ikkalkulat f’konformità mal-paragrafi 2 u 3, u għandhom iżidu l-komponent mhux ewlieni skont dan.

5.   F’xenarji ta’ xokk li jippreskrivu tnaqqis fir-rati tal-imgħax fuq terminu qasir kif imsemmi fl-Artikolu 4, il-punti (a)(ii), (b)(ii), u (c)(ii), l-istituzzjonijiet għandhom jimmultiplikaw b’1,2 il-komponent ewlieni tal-parti stabbli tad-depożiti mingħajr maturità, ikkalkulat f’konformità mal-paragrafi 2 u 3, u għandhom inaqqsu l-komponent mhux ewlieni skont dan.

6.   Meta japplikaw il-paragrafi minn 2 sa 5, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw il-limiti massimi li ġejjin fuq il-proporzjon tal-komponent ewlieni tal-parti stabbli tad-depożiti mingħajr maturità, ikkalkulat f’konformità mal-paragrafi 2 u 3:

(a)

90 % għad-depożiti tranżazzjonali fil-livell ta’ konsumatur kif imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (a)(i);

(b)

70 % għal depożiti mhux tranżazzjonali fil-livell ta’ konsumatur kif imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (a)(ii);

(c)

50 % għal depożiti bl-ingrossa mhux finanzjarji kif imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (b)(ii).

7.   L-istituzzjonijiet għandhom jittrattaw id-depożiti bl-ingrossa kollha ta’ klijenti finanzjarji, kif imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (b)(i), bħala depożiti mingħajr maturità mhux ewlenin.

8.   L-istituzzjonijiet għandhom jallokaw il-komponent mhux ewlieni tad-depożiti mingħajr maturità lit-taqsima tal-ħin tal-ipprezzar mill-ġdid imsemmija fil-punt 1(a) tal-Anness.

9.   L-istituzzjonijiet għandhom jallokaw il-komponenti ewlenin tad-depożiti mingħajr maturità b’mod konsistenti maż-żmien lit-taqsimiet tal-ħin tal-ipprezzar mill-ġdid rilevanti msemmija fil-punt 1 tal-Anness, fuq il-bażi ta’ data interna osservata u soġġett għar-restrizzjonijiet tal-maturità li ġejjin ikkalkulat fuq bażi ta’ medja ponderata:

(a)

5 snin, għad-depożiti mingħajr maturità msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (a)(i);

(b)

4,5 snin, għad-depożiti mingħajr maturità msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (a)(ii);

(c)

4 snin, għad-depożiti mingħajr maturità msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (b)(ii).

10.   L-istituzzjonijiet għandhom jidentifikaw depożiti mingħajr maturità bħala depożiti mingħajr maturità mhux ewlenin meta t-total tad-depożiti mingħajr maturità jkun iżgħar minn 2 % tal-pożizzjonijiet fil-portafoll mhux tan-negozjar li huma kontabbilizzati bħala obbligazzjoni f’konformità mal-qafas kontabilistiku applikabbli.

Artikolu 9

Self b’rata fissa li huwa soġġett għar-riskju ta’ ripagament bikri

1.   L-istituzzjonijiet għandhom iqisu self b’rata fissa lil klijenti fil-livell ta’ konsumatur bħala soġġett għar-riskju ta’ ripagament bikri meta l-mutwatarju jkun jista’ jħallas lura parti mill-kapital pendenti jew il-kapital kollu qabel id-data ta’ ripagament miftiehma kuntrattwalment jew id-data ta’ maturità kuntrattwali tal-kapital jew:

(a)

mingħajr ma jġarrab il-kostijiet ekonomiċi għal tali ripagament; inkella

(b)

jġorr il-kostijiet ekonomiċi biss ’il fuq minn livell limitu ta’ prepagament.

2.   L-istituzzjonijiet għandhom, għall-pożizzjonijiet fil-portafoll mhux tan-negozjar imsemmija fil-paragrafi 1 u 7, jistmaw ir-rata tal-prepagament annwali kundizzjonali ta’ referenza għal kull munita, b’mod li jkun konsistenti maż-żmien u xieraq għal rata tal-prepagament medja. L-istituzzjonijiet għandhom jistmaw dik ir-rata tal-prepagament medja b’mod separat għal kull portafoll ta’ pożizzjonijiet omoġenji fil-portafoll mhux tan-negozjar u skont l-istruttura tat-terminu prevalenti tar-rati tal-imgħax, fuq il-bażi tal-osservazzjonijiet interni disponibbli kollha.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, l-istituzzjonijiet jistgħu jistabbilixxu r-rata tal-prepagament għal 0 meta t-total ta’ kemm is-self b’rata fissa msemmi fil-paragrafu 1 kif ukoll tal-assi b’rata fissa msemmija fil-paragrafu 7 ikunu inqas minn 5 % tal-pożizzjonijiet fil-portafoll mhux tan-negozjar li jkunu kontabilizzati bħala assi f’konformità mal-qafas kontabilistiku applikabbli.

3.   L-istituzzjonijiet għandhom jaġġustaw ir-rata tal-prepagament kundizzjonali stmata f’konformità mal-paragrafu 2 kif ġej:

(a)

f’xenarji li jippreskrivu żieda fir-rati tal-imgħax kif imsemmi fl-Artikolu 4, il-punti (a)(i), (b)(ii), u (c)(i), l-istituzzjonijiet għandhom jimmultiplikaw ir-rata tal-prepagament kundizzjonali b’0,8;

(b)

f’xenarji li jippreskrivu tnaqqis fir-rati tal-imgħax kif imsemmi fl-Artikolu 4, il-punti (a)(ii), (b)(i), u (c)(ii), l-istituzzjonijiet għandhom jimmultiplikaw ir-rata tal-prepagament kundizzjonali b’1,2.

4.   Għal kull taqsima tal-ħin tal-ipprezzar mill-ġdid kif imsemmi fil-punt 1 tal-Anness, l-istituzzjonijiet għandhom jistmaw l-ammont mistenni ta’ self imħallas minn qabel għal kull taqsima tal-ħin tal-ipprezzar mill-ġdid bħala l-prodott ta’:

(a)

l-ammont pendenti tas-self b’rata fissa msemmi fil-paragrafu 1 ta’ ċertu tip ta’ prodott omoġenju ddenominat f’ċerta munita;

(b)

ir-rata tal-prepagament kundizzjonali ddeterminata f’konformità mal-paragrafu 2, immultiplikata bit-tul tat-taqsima tal-ħin tal-ipprezzar mill-ġdid applikabbli msemmija fil-punt 2 tal-Anness u aġġustata f’konformità mal-paragrafu 3.

Għall-finijiet tal-punt (a), l-istituzzjonijiet ma għandhomx iqisu l-ammonti li mmaturaw jew tħallsu minn qabel fi żmien qabel il-limitu aktar baxx tat-taqsima tal-ħin tal-ipprezzar mill-ġdid bħala ammonti pendenti.

5.   L-istituzzjonijiet għandhom jallokaw l-ammont imħallas minn qabel tas-self b’rata fissa msemmi fil-paragrafu 1, inklużi t-tariffi tal-penali fuq l-ammont imħallas minn qabel li klijenti fil-livell ta’ konsumatur iħallsu fix-xenarju applikabbli, għat-taqsimiet tal-ħin tal-ipprezzar mill-ġdid rilevanti msemmija fil-punt 1 tal-Anness. L-istituzzjonijiet għandhom jallokaw kull parti mill-ipprezzar mill-ġdid ta’ flussi tal-flus nozzjonali ta’ dak is-self b’rata fissa li ma jistennewx li titħallas minn qabel lit-taqsimiet tal-ħin tal-ipprezzar mill-ġdid rilevanti msemmija fil-punt 1 tal-Anness fuq il-bażi tal-iskeda ta’ ripagament kuntrattwali għad-durata tal-maturità kuntrattwali ta’ dak is-self.

6.   L-istituzzjonijiet għandhom jittrattaw self b’rata fissa lil klijenti bl-ingrossa, meta l-mutwatarju jkun jista’ jħallas minn qabel parti mill-kapital pendenti jew il-kapital kollu qabel id-data tar-ripagament miftiehma kuntrattwalment jew id-data ta’ maturità kuntrattwali tal-kapital, f’konformità mal-Artikoli 6 u 13.

7.   Meta l-istituzzjoni tkun esposta għal assi fil-forma ta’ titoli bi strumenti sottostanti fil-forma ta’ self b’rata fissa kif imsemmi fil-paragrafu 1 (“assi b’rata fissa”), u l-emittent ta’ dawk l-assi b’rata fissa ma jkollu l-ebda obbligu li jissostitwixxi s-self b’rata fissa fil-każ tar-ripagament bikri tagħhom, dik l-istituzzjoni għandha tapplika approċċ look-through u għandha tevalwa l-pożizzjonijiet fil-portafoll mhux tan-negozjar f’dawk l-assi f’konformità mal-paragrafu 1, irrispettivament minn jekk il-kontroparti ta’ dik l-istituzzjoni tkunx klijent bl-ingrossa jew fil-livell ta’ konsumatur.

Artikolu 10

Depożiti b’terminu b’rata fissa li huma soġġetti għar-riskju ta’ tifdija qabel iż-żmien

1.   L-istituzzjonijiet għandhom iqisu depożiti b’terminu b’rata fissa bħala depożiti b’terminu b’rata fissa soġġetti għar-riskju ta’ tifdija qabel iż-żmien meta japplikaw dawn it-tnejn li ġejjin:

(a)

dawk id-depożiti b’terminu b’rata fissa jikkostitwixxu depożiti fil-livell ta’ konsumatur;

(b)

id-depożitant ikollu l-opzjoni li jifdi kull ammont pendenti tad-depożiti b’terminu b’rata fissa qabel id-data ta’ maturità kuntrattwali tad-depożitu.

2.   Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet jistgħu jittrattaw depożiti b’terminu b’rata fissa f’konformità mal-Artikolu 6 meta l-irtirar bikri ta’ dawk id-depożiti jirriżulta f’penali għad-depożitant li jikkumpensa kemm għat-telf tal-imgħax bejn id-data ta’ tifdija tad-depożitu kif ukoll id-data ta’ maturità kuntrattwali tiegħu u għall-kost ekonomiku tat-tifdija tad-depożitu.

3.   L-istituzzjonijiet għandhom jittrattaw depożiti b’terminu b’rata fissa li huma depożiti bl-ingrossa f’konformità mal-Artikolu 6.

Meta d-depożitant bl-ingrossa jkollu l-opzjoni li jifdi kull ammont pendenti tad-depożitu qabel id-data ta’ maturità kuntrattwali tiegħu u ma jiġux issodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2, l-istituzzjonijiet għandhom jittrattaw dik l-opzjoni bħala opzjoni awtomatika inkorporata f’konformità mal-Artikolu 13.

4.   L-istituzzjonijiet għandhom jistmaw ir-rata ta’ tifdija kumulattiva ta’ referenza tad-depożiti b’terminu għad-depożiti b’terminu b’rata fissa msemmija fil-paragrafu 1 b’mod li jkun konsistenti maż-żmien u li jkun adatt għal rata medja ta’ tifdija qabel iż-żmien. L-istituzzjonijiet għandhom jistmaw dik ir-rata ta’ tifdija kumulattiva ta’ referenza tad-depożiti b’terminu b’mod separat għal kull portafoll ta’ prodotti omoġenji ddenominati f’munita u skont l-istruttura tat-terminu prevalenti tar-rati tal-imgħax, fuq il-bażi tal-osservazzjonijiet interni disponibbli kollha.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, l-istituzzjonijiet jistgħu jistabbilixxu r-rata ta’ tifdija kumulattiva ta’ referenza tad-depożiti b’terminu għal 0 meta t-total tad-depożiti b’terminu b’rata fissa msemmija fil-paragrafu 1 ikun iżgħar minn 5 % tal-pożizzjonijiet fil-portafoll mhux tan-negozjar li huma kontabilizzati bħala obbligazzjonijiet f’konformità mal-qafas kontabilistiku applikabbli.

5.   L-istituzzjonijiet għandhom jaġġustaw ir-rata ta’ tifdija kumulattiva ta’ referenza tad-depożiti b’terminu għad-depożiti b’terminu b’rata fissa stmati f’konformità mal-paragrafu 4 għax-xenarji applikabbli kif ġej:

(a)

f’xenarji li jippreskrivu tnaqqis fir-rati tal-imgħax fuq terminu qasir kif imsemmi fl-Artikolu 4, il-punti (a)(ii), (b)(ii), u (c)(ii), l-istituzzjonijiet għandhom jimmultiplikaw ir-rata ta’ tifdija b’0,8;

(b)

f’xenarji li jippreskrivu żieda fir-rati tal-imgħax fuq terminu qasir kif imsemmi fl-Artikolu 4, il-punti (a)(i), (b)(i), u (c)(i), l-istituzzjonijiet għandhom jimmultiplikaw ir-rata ta’ tifdija b’1,2.

6.   Għal kull taqsima tal-ħin tal-ipprezzar mill-ġdid kif imsemmi fil-punt 1 tal-Anness, l-istituzzjonijiet għandhom jiksbu l-ammont mistenni ta’ depożiti b’terminu b’rata fissa mifdija kmieni billi jimmultiplikaw id-depożiti b’terminu b’rata fissa msemmija fil-paragrafu 1 ta’ ċertu tip ta’ prodott omoġenju ddenominat f’ċerta munita bir-rata ta’ tifdija kumulattiva ta’ referenza tad-depożiti b’terminu applikabbli għad-depożiti b’terminu b’rata fissa aġġustata f’konformità mal-paragrafu 5.

7.   L-istituzzjonijiet għandhom, għat-taqsimiet tal-ħin tal-ipprezzar mill-ġdid u s-settijiet ta’ tipi ta’ prodotti omoġenji kollha, jiksbu l-ammont totali tad-depożiti b’terminu b’rata fissa mifdija kmieni billi jaggregaw l-ammonti ta’ tifdija qabel iż-żmien imsemmija fil-paragrafu 6. L-istituzzjonijiet għandhom jallokaw l-ammonti mifdija kmieni aggregati lit-taqsima tal-ħin tal-ipprezzar mill-ġdid imsemmija fil-punt 1(a) tal-Anness. L-istituzzjonijiet għandhom jallokaw il-partijiet tal-ipprezzar mill-ġdid ta’ flussi tal-flus nozzjonali tad-depożiti b’terminu b’rata fissa msemmi fil-paragrafu 1 li ma jistennewx li jinfdew kmieni lit-taqsimiet tal-ħin tal-ipprezzar mill-ġdid rilevanti msemmija fil-punt 1 tal-Anness skont il-maturità kuntrattwali tagħhom.

Artikolu 11

Strumenti derivattivi mingħajr opzjonalità

1.   L-istituzzjonijiet għandhom jisseparaw l-istrumenti derivattivi mingħajr opzjonalità f’komponent li jħallas u komponent li jirċievi.

2.   L-istituzzjonijiet għandhom jittrattaw il-komponent li jirċievi ta’ strument derivattiv mingħajr opzjonalità bħala fluss tal-flus li jidħol u l-komponent li jħallas bħala fluss tal-flus li joħroġ.

L-istituzzjonijiet għandhom jallokaw l-ipprezzar mill-ġdid ta’ flussi tal-flus nozzjonali lit-taqsimiet tal-ħin tal-ipprezzar mill-ġdid rilevanti msemmija fil-punt 1 tal-Anness.

3.   L-istituzzjonijiet għandhom jittrattaw swaps tar-rati tal-imgħax bejn il-muniti li jinvolvu swapping tal-kapital jew tal-imgħax f’muniti differenti b’mod separat għal kull komponent f’kull munita.

4.   L-istituzzjonijiet għandhom jittrattaw l-introjtu mill-imgħax u l-ispejjeż tal-istrumenti derivattivi użati għall-iħħeġġjar b’mod separat mill-introjtu u l-ispejjeż li jirriżultaw mill-pożizzjoni ħħeġġjata.

Artikolu 12

Skoperturi li ma jrendux u impenji ta’ self b’rata fissa għal kontropartijiet fil-livell ta’ konsumatur

1.   L-istituzzjonijiet bi proporzjon ta’ skoperturi li ma jrendux ta’ 2 % jew aktar għandhom jallokaw l-ipprezzar mill-ġdid ta’ flussi tal-flus nozzjonali tal-iskoperturi li ma jrendux tagħhom lit-taqsimiet tal-ħin tal-ipprezzar mill-ġdid rilevanti msemmija fil-punt 1 tal-Anness. Huma għandhom jallokaw dawk il-flussi tal-flus mistennija netti mill-provvedimenti, filwaqt li jqisu t-twaqqit tagħhom u b’mod li jkun applikat b’mod konsistenti maż-żmien.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-proporzjon ta’ skoperturi li ma jrendux billi jiddividu l-ammont ta’ titoli tad-dejn, self u avvanzi li ma jrendux, kif imsemmi fl-Artikolu 47a(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, bl-ammont totali ta’ titoli tad-dejn, self u avvanzi grossi.

2.   Meta s-somma ta’ ammonti nozzjonali tal-impenji ta’ self b’rata fissa lil kontropartijiet fil-livell ta’ konsumatur taqbeż it-2 % tal-pożizzjonijiet fil-portafoll mhux tan-negozjar li huma kontabilizzati bħala assi f’konformità mal-qafas kontabilistiku applikabbli, l-istituzzjonijiet għandhom jistmaw l-ammont prelevat, kemm fix-xenarju ta’ referenza kif ukoll fix-xenarji applikabbli msemmija fl-Artikolu 4, fuq il-bażi ta’:

(a)

osservazzjonijiet interni storiċi ta’ prelevamenti fuq impenji ta’ self b’rata fissa skont it-tip tal-kontroparti skont kundizzjonijiet simili;

(b)

il-valur tal-kuntratt għall-kontroparti fix-xenarju ta’ referenza;

(c)

il-valur tal-kuntratt għall-kontroparti fix-xenarju xokk.

L-istituzzjonijiet għandhom jallokaw l-ammonti prelevati stmati lit-taqsimiet tal-ħin tal-ipprezzar mill-ġdid rilevanti msemmija fil-punt 1 tal-Anness f’konformità maż-żmien stmat tal-prelevament.

Artikolu 13

Valur ekonomiku tas-supplimentazzjoni tal-ekwità għal opzjonijiet awtomatiċi tar-rati tal-imgħax

1.   L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-valur ekonomiku tas-supplimentazzjonijiet tal-ekwità għal opzjonijiet awtomatiċi tar-rati tal-imgħax tal-pożizzjonijiet fil-portafoll mhux tan-negozjar tagħhom imsemmija fl-Artikolu 5(3), il-punt (a).

2.   Fil-każ ta’ opzjoni awtomatika tar-rati tal-imgħax mixtrija, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-bidla fil-valur ta’ dik l-opzjoni bejn il-valur tagħha fix-xenarju applikabbli, filwaqt li jqisu żieda relattiva fil-volatilità impliċita tar-rata tal-imgħax ta’ 25 %, u l-valur tagħha fix-xenarju ta’ referenza.

3.   Fil-każ ta’ opzjoni awtomatika tar-rati tal-imgħax mibjugħa, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-bidla fil-valur ta’ dik l-opzjoni bejn il-valur tagħha fix-xenarju applikabbli u l-valur tagħha fix-xenarju ta’ referenza.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-bidla fil-valur għandha tkun id-differenza bejn il-punti (a) u (b) li ġejjin:

(a)

stima tal-valur tal-opzjoni għad-detentur tal-opzjoni, skont dan li ġej:

(i)

kurva tar-rendiment mingħajr riskju fil-munita applikabbli skont ix-xenarju applikabbli;

(ii)

żieda relattiva fil-volatilità impliċita tar-rata tal-imgħax ta’ 25 %;

(b)

il-valur tal-opzjoni tar-rata tal-imgħax għad-detentur tal-opzjoni, ikkalkulat bl-użu tal-kurva tar-rendiment mingħajr xokkijiet u l-volatilità impliċita tar-rata tal-imgħax fil-munita applikabbli fid-data tal-valutazzjoni.

4.   L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-valur ekonomiku tas-supplimentazzjoni tal-ekwità għar-riskju tal-opzjoni awtomatika tar-rati tal-imgħax bħala d-differenza bejn il-valuri tal-opzjonijiet mixtrija kollha kkalkulati f’konformità mal-paragrafi 2 u l-valuri tal-opzjonijiet mibjugħa kollha kkalkulati f’konformità mal-paragrafu 3, wara li jkunu applikaw ix-xenarju għal munita.

5.   Għall-kalkolu msemmi fil-paragrafi 2 u 3, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw il-metodi ta’ valwazzjoni interna applikabbli tagħhom.

KAPITOLU III

METODOLOĠIJA STANDARDIZZATA GĦALL-EVALWAZZJONI TAR-RISKJI GĦALL-INTROJTU MILL-IMGĦAX NETT TA’ ATTIVITAJIET TAL-PORTAFOLL MHUX TAN-NEGOZJAR TA’ ISTITUZZJONI

Artikolu 14

Rekwiżiti għal allokazzjoni tal-ipprezzar mill-ġdid ta’ flussi tal-flus nozzjonali

1.   Meta jużaw il-metodoloġija standardizzata għall-evalwazzjoni tar-riskji li jirriżultaw minn bidliet potenzjali fir-rati tal-imgħax li jaffettwaw l-introjtu mill-imgħax nett tal-attivitajiet tal-portafoll mhux tan-negozjar tagħhom, l-istituzzjonijiet għandhom jallokaw l-ipprezzar mill-ġdid ta’ flussi tal-flus nozzjonali tal-pożizzjonijiet fil-portafoll mhux tan-negozjar tagħhom lit-taqsimiet tal-ħin tal-ipprezzar mill-ġdid rilevanti msemmija fil-punt 1 tal-Anness.

2.   L-Artikoli minn 5 sa 12 għandhom japplikaw għall-allokazzjoni tal-ipprezzar mill-ġdid ta’ flussi tal-flus nozzjonali kif imsemmi fil-paragrafu 1, soġġett għad-derogi stabbiliti fil-paragrafi minn 3 sa 6 ta’ dan l-Artikolu.

3.   Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 5(2), l-ewwel subparagrafu, l-istituzzjonijiet għandhom jinkludu l-marġnijiet kummerċjali u komponenti tal-firxa oħra fil-pagamenti tal-imgħax fl-ipprezzar mill-ġdid ta’ flussi tal-flus nozzjonali.

4.   Flimkien mal-allokazzjoni tal-ipprezzar mill-ġdid ta’ flussi tal-flus nozzjonali msemmija fl-Artikolu 6, l-Artikolu 9(5), l-Artikolu 10(7) u l-Artikolu 12 lit-taqsimiet tal-ħin tal-ipprezzar mill-ġdid rilevanti msemmija fil-punt 1 tal-Anness, l-istituzzjonijiet għandhom jallokaw dak l-ipprezzar mill-ġdid ta’ flussi tal-flus nozzjonali lit-taqsimiet tal-ħin tat-terminu ta’ referenza msemmija fil-punt 3 tal-Anness. L-ipprezzar mill-ġdid ta’ flussi tal-flus nozzjonali li jkun pagamenti tal-imgħax għandu jassumi t-terminu ta’ referenza tal-istrument li ġġenerahom.

5.   Flimkien mal-allokazzjoni tal-ipprezzar mill-ġdid ta’ flussi tal-flus nozzjonali msemmija fl-Artikolu 7 u l-Artikolu 8 lit-taqsimiet tal-ħin tal-ipprezzar mill-ġdid rilevanti msemmija fil-punt 1 tal-Anness, l-istituzzjonijiet għandhom jallokaw dak l-ipprezzar mill-ġdid ta’ flussi tal-flus nozzjonali lit-taqsima tal-ħin tat-terminu ta’ referenza msemmija fil-punt 3(a) tal-Anness.

6.   L-istituzzjonijiet għandhom jittrattaw komponenti fissi tal-istrumenti derivattivi msemmija fl-Artikolu 11 f’konformità mal-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu.

L-istituzzjonijiet għandhom jittrattaw komponenti varjabbli tal-istrumenti derivattivi msemmija fl-Artikolu 11 f’konformità mal-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 15

Supplimentazzjoni tal-introjtu mill-imgħax nett għal opzjonijiet awtomatiċi tar-rati tal-imgħax sal-medda ta’ żmien tal-introjtu mill-imgħax nett

1.   L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-supplimentazzjonijiet tal-introjtu mill-imgħax nett għal opzjonijiet awtomatiċi tar-rati tal-imgħax tal-pożizzjonijiet fil-portafoll mhux tan-negozjar tagħhom kif imsemmi fl-Artikolu 5(3), il-punt (a), sal-medda ta’ żmien tal-introjtu mill-imgħax nett.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-Artikolu 13 għandu japplika mutatis mutandis, soġġett għad-derogi stabbiliti fil-paragrafi minn 3 sa 6 ta’ dan l-Artikolu.

3.   L-istituzzjonijiet għandhom jeskludu mill-kalkolu tas-supplimentazzjonijiet tal-introjtu mill-imgħax nett imsemmija fil-paragrafu 1 opzjonijiet awtomatiċi tar-rati tal-imgħax li jistgħu jiġu eżerċitati biss lil hinn mill-medda ta’ żmien tal-introjtu mill-imgħax nett.

4.   Meta jikkalkulaw is-supplimentazzjonijiet tal-introjtu mill-imgħax nett imsemmija fil-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet għandhom jinjoraw iż-żieda relattiva fil-volatilità impliċita.

5.   L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-valur imsemmi fl-Artikolu 13(2) u (3) fuq il-bażi tal-iżborżi mistennija fix-xenarju ta’ referenza u x-xenarji applikabbli.

6.   L-istituzzjonijiet għandhom jassumu li l-istrumenti li l-opzjonalità jew in-nonlinearità tagħhom tiġi attivata b’mod awtomatiku jiġu riportati b’karatteristiċi komparabbli sa tmiem il-medda ta’ żmien tal-introjtu mill-imgħax nett.

Artikolu 16

Bidliet fil-valur tas-suq għal opzjonijiet awtomatiċi tar-rati tal-imgħax miżmuma fil-valur ġust u li jimmaturaw lil hinn mill-medda ta’ żmien tal-introjtu mill-imgħax nett

L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw, f’konformità mal-Artikolu 13, il-bidliet fil-valur tas-suq għal opzjonijiet awtomatiċi tar-rati tal-imgħax miżmuma fil-valur ġust u li jimmaturaw lil hinn mill-medda ta’ żmien tal-introjtu mill-imgħax nett.

KAPITOLU IV

KALKOLU TAL-VALUR EKONOMIKU STANDARDIZZAT TAL-KEJL TAR-RISKJU TAL-EKWITÀ

Artikolu 17

Kalkolu tal-valur ekonomiku tal-ekwità u bidliet fil-valur ekonomiku tal-ekwità

1.   L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-valur ekonomiku tal-ekwità għax-xenarju ta’ referenza u x-xenarji ta’ xokk applikabbli f’kull munita f’konformità mal-paragrafi 2, 3 u 4. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-bidliet fil-valur ekonomiku tal-ekwità f’konformità mal-paragrafi 5 u 6.

2.   L-istituzzjonijiet għandhom jallokaw l-ipprezzar mill-ġdid ta’ flussi tal-flus nozzjonali msemmi fl-Artikoli 6, 7 u 8, l-Artikolu 9(5), l-Artikolu 10(7), l-Artikolu 11(2), u l-Artikolu 12, lit-taqsimiet tal-ħin tal-ipprezzar mill-ġdid imsemmija f’dawk l-Artikoli bil-mod li ġej:

(a)

l-ipprezzar mill-ġdid ta’ flussi tal-flus nozzjonali pożittiv u negattiv kollu fit-taqsima tal-ħin tal-ipprezzar mill-ġdid għandu jiġi nnettjat, li jifforma pożizzjoni twila netta jew qasira netta għal kull taqsima tal-ħin tal-ipprezzar mill-ġdid;

(b)

flussi tal-flus li jidħlu għandu jkollhom sinjal pożittiv u flussi tal-flus li joħorġu għandu jkollhom sinjal negattiv.

3.   L-istituzzjonijiet għandhom jiskontaw l-ipprezzar mill-ġdid ta’ flussi tal-flus nozzjonali netti għal valur preżenti billi jużaw fattur ta’ skont. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw dak il-fattur ta’ skont

Formula
mir-rata tal-imgħax żero spot
Formula
fil-punt tan-nofs tat-taqsima tal-ħin għax-xenarju rispettiv i u l-munita c mmultiplikata bil-punt tan-nofs tat-taqsima tal-ħin t k kif ġej:

Formula

4.   L-istituzzjonijiet għandhom jiġbru flimkien l-ipprezzar mill-ġdid ta’ flussi tal-flus netti skontat fit-taqsimiet tal-ħin tal-ipprezzar mill-ġdid kollha biex jiddeterminaw il-valur ekonomiku tal-ekwità għax-xenarju ta’ referenza u x-xenarji applikabbli, għal kull munita.

5.   L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-bidla fil-valur ekonomiku tal-ekwità billi jnaqqsu l-valur ekonomiku tal-ekwità fix-xenarju ta’ referenza mill-valur ekonomiku tal-ekwità fix-xenarju applikabbli, u billi jżidu l-bidla fil-valur tal-opzjoni awtomatika tar-rati tal-imgħax kkalkulata f’konformità mal-Artikolu 13.

6.   Meta jikkalkulaw il-bidla aggregata għal kull xenarju, l-istituzzjonijiet għandhom iżidu flimkien kull bidla negattiva u pożittiva li sseħħ f’kull munita. F’dak il-kalkolu, l-istituzzjonijiet għandhom jikkonvertu l-muniti, għajr il-munita tar-rapportar, fil-munita tar-rapportar bir-rata tal-kambju spot FX tal-BĊE fid-data ta’ referenza. Il-bidliet pożittivi għandhom jiġu ponderati b’fattur ta’ 50 % jew b’fattur ta’ 80 % fil-każ ta’ muniti tal-Mekkaniżmu tar-Rata tal-Kambju (Exchange Rate Mechanism, “ERMII”) b’faxxa ta’ fluttwazzjoni miftiehma formalment idjaq mill-faxxa standard ta’ +/- 15 %.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrikonoxxu qligħ ponderat sal-akbar wieħed mill-valuri li ġejjin:

(a)

il-valur assolut ta’ bidliet negattivi f’EUR jew fil-muniti ERM II;

(b)

ir-riżultat tal-applikazzjoni ta’ fattur ta’ 50 % għall-bidliet pożittivi tal-muniti ERM II jew tal-EUR.

KAPITOLU V

KALKOLU TAL-KEJL TAR-RISKJU STANDARDIZZAT TAL-INTROJTU MILL-IMGĦAX NETT

Artikolu 18

Medda ta’ żmien

L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-introjtu mill-imgħax nett tal-attivitajiet tal-portafoll mhux tan-negozjar tagħhom fuq medda ta’ żmien minima ta’ sena (“medda ta’ żmien tal-introjtu mill-imgħax nett”).

Iż-żmien li jifdal sa tmiem il-medda ta’ żmien tal-introjtu mill-imgħax nett għandu jkun il-medda ta’ żmien tar-rata tal-imgħax nett nieqsa l-punt tan-nofs tal-ipprezzar mill-ġdid tat-taqsimiet tal-ħin tal-ipprezzar mill-ġdid ikkonċernati msemmija fil-punt 1 tal-Anness (“iż-żmien li jifdal”).

Artikolu 19

Kalkolu tal-kontribuzzjoni tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju pproġettata għall-investiment mill-ġdid jew ir-rifinanzjament tal-ipprezzar mill-ġdid ta’ flussi tal-flus nozzjonali

1.   Biex jikkalkulaw il-kontribuzzjoni tar-rendiment mingħajr riskju pproġettat għall-investiment mill-ġdid jew ir-rifinanzjament tal-ipprezzar mill-ġdid ta’ flussi tal-flus nozzjonali għall-introjtu mill-imgħax nett kif imsemmi fil-paragrafu 4, l-istituzzjonijiet għandhom, għal kull munita u kull xenarju, jikkalkulaw ir-rati forward li jirriflettu l-komponent mingħajr riskju tar-rati tal-imgħax li huwa mistenni jiġi applikat għal self mingħajr riskju li jibda mill-punti tan-nofs tal-ipprezzar mill-ġdid tat-taqsimiet tal-ħin tal-ipprezzar mill-ġdid imsemmija fil-punt 4 tal-Anness u b’maturitajiet li jikkorrispondu għall-punti tan-nofs tat-taqsima tal-ħin tat-terminu ta’ referenza msemmija fil-punt 3 tal-Anness.

2.   L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw ir-rati forward msemmija fil-paragrafu 1 f’konformità mal-formula li ġejja:

Formula

li fiha:

t k huwa l-punt tan-nofs tat-taqsima tal-ħin tal-ipprezzar mill-ġdid k;

REF j huwa l-punt tan-nofs tat-taqsima tal-ħin tat-terminu ta’ referenza j;

Formula
huwa r-rata forward għax-xenarju rispettiv i u għall-munita c għal self mingħajr riskju li jibda fil-punt tan-nofs tat-taqsima tal-ħin tal-ipprezzar mill-ġdid k u li jimmatura fil-punt tan-nofs tat-taqsima tal-ħin tat-terminu ta’ referenza j;

Formula
huwa l-fattur ta’ skont għax-xenarju rispettiv i u għall-munita c u l-ħin t k kif imsemmi fl-Artikolu 17(3).

3.   L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw ir-rata tal-imgħax mingħajr riskju applikabbli, għal kull kombinazzjoni ta’ punt tan-nofs tat-taqsima tal-ħin tal-ipprezzar mill-ġdid ma’ punt tan-nofs tat-taqsima tal-ħin tat-terminu ta’ referenza, billi jimmultiplikaw ir-rati forward msemmija fil-paragrafu 1 bil-medda ta’ żmien li jifdal imsemmija fl-Artikolu 18, it-tieni subparagrafu.

4.   L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-kontribuzzjoni tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju pproġettata għall-investiment mill-ġdid jew ir-rifinanzjament tal-ipprezzar mill-ġdid ta’ flussi tal-flus nozzjonali għall-introjtu mill-imgħax nett bħala l-prodott tal-punti (a) u (b) li ġejjin:

(a)

l-ipprezzar mill-ġdid ta’ flussi tal-flus nozzjonali msemmi fl-Artikoli 6, 7 u 8, l-Artikolu 9(5), l-Artikolu 10(7), l-Artikolu 11(2), it-tieni subparagrafu, u l-Artikolu 12, allokat f’konformità mal-Artikolu 14(4) u (5);

(b)

il-kontribuzzjoni tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju applikabbli korrispondenti kkalkulata f’konformità mal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 20

Kalkolu tal-kontribuzzjoni tal-marġni kummerċjali pproġettat għall-investiment mill-ġdid jew ir-rifinanzjament tal-ipprezzar mill-ġdid ta’ flussi tal-flus nozzjonali

1.   L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-kontribuzzjoni tal-marġni kummerċjali pproġettat għall-investiment mill-ġdid jew ir-rifinanzjament tal-ipprezzar mill-ġdid ta’ flussi tal-flus nozzjonali għall-introjtu mill-imgħax nett billi jimmultiplikaw l-ipprezzar mill-ġdid ta’ flussi tal-flus nozzjonali kkalkulat f’konformità mal-paragrafu 2 bir-rendiment tal-marġni kummerċjali applikabbli msemmi fil-paragrafu 4.

2.   Għall-finijiet tal-kalkolu msemmi fil-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet għandhom:

(a)

jallokaw, mar-risettjar ta’ marġnijiet kummerċjali, l-ipprezzar mill-ġdid ta’ flussi tal-flus nozzjonali tal-istrumenti msemmija fl-Artikoli minn 6 sa 12 għat-taqsimiet tal-ħin tal-ipprezzar mill-ġdid imsemmija fil-punt 4 tal-Anness;

(b)

stima:

(i)

ir-rata tal-marġni kummerċjali applikabbli, f’konformità mal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu;

(ii)

iż-żmien li jifdal imsemmi fl-Artikolu 18, it-tieni subparagrafu.

Għall-finijiet tal-punt (a), mill-Artikoli minn 6 sa 12 għandhom japplikaw mutatis mutandis. Madankollu, fil-każ ta’ strumenti b’rata varjabbli, l-istituzzjonijiet għandhom jallokaw il-parti tal-ipprezzar mill-ġdid ta’ flussi tal-flus nozzjonali li tikkostitwixxi ammont ta’ kapital f’konformità mad-data ta’ maturità kuntrattwali finali ta’ dawk l-istrumenti b’rata varjabbli.

3.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet għandhom jallokaw il-pożizzjonijiet fil-portafoll mhux tan-negozjar lit-tipi ta’ prodotti tal-assi finanzjarji u tal-obbligazzjonijiet finanzjarji, diviżi bil-post ġeografiku u d-denominazzjoni tal-munita.

It-tipi ta’ prodotti tal-assi finanzjarji msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a)

titoli ta’ dejn;

(b)

self u avvanzi – korporazzjonijiet mhux finanzjarji;

(c)

self u avvanzi – unitajiet domestiċi – ipoteki;

(d)

self u avvanzi – unitajiet domestiċi – kreditu (mhux ipotekarju);

(e)

self u avvanzi – kontropartijiet oħra;

(f)

prodotti oħra fil-portafoll mhux tan-negozjar.

It-tipi ta’ prodotti tal-obbligazzjonijiet finanzjarji msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a)

depożiti – korporazzjonijiet mhux finanzjarji;

(b)

depożiti – unitajiet domestiċi;

(c)

depożiti – kontropartijiet oħra;

(d)

titoli ta’ dejn;

(e)

obbligazzjonijiet oħra fil-portafoll mhux tan-negozjar.

4.   Fil-każ ta’ strumenti nnegozjati fi swieq likwidi profondi u attivi li fihom il-valur ta’ dawk l-istrumenti jista’ jiġi ddeterminat fuq il-bażi ta’ prezzijiet tas-suq disseminati b’mod wiesa’ u faċilment disponibbli, l-istituzzjonijiet għandhom jistmaw ir-rata tal-marġni kummerċjali applikabbli msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (b), fuq il-bażi tal-prezz tas-suq, il-pagamenti tal-imgħax ta’ dawk l-istrumenti u t-tnaqqis tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju.

Fil-każ ta’ strumenti oħra għajr dawk imsemmija fl-ewwel subparagrafu, l-istituzzjonijiet għandhom jistmaw ir-rata tal-marġni kummerċjali applikabbli msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (b), fuq il-bażi tal-medja ponderata tal-marġnijiet kummerċjali riċevuti jew imħallsa fi tranżazzjonijiet matul it-360 jum preċedenti, filwaqt li jqisu t-tip ta’ prodott, il-post ġeografiku, u d-denominazzjoni tal-munita, imsemmija fil-paragrafu 2. Fin-nuqqas ta’ tali tranżazzjonijiet, l-istituzzjonijiet għandhom jistmaw ir-rata tal-marġni kummerċjali applikabbli fuq il-bażi ta’ suppożizzjonijiet li jiddependu fuq marġnijiet riċevuti jew imħallsa f’portafolli komparabbli.

5.   Ir-rata tal-marġni kummerċjali applikabbli fix-xenarju ta’ referenza, stmata f’konformità mal-paragrafu 3, għandha tapplika wkoll fix-xenarju applikabbli.

6.   Biex iqisu iż-żmien li jifdal imsemmi fl-Artikolu 18, it-tieni subparagrafu, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-perċentwal tar-rendiment tal-marġni kummerċjali billi jimmultiplikaw ir-rata tal-marġni kummerċjali applikabbli stmata f’konformità mal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu b’dak iż-żmien li jifdal.

Artikolu 21

Kalkolu tal-pagamenti tal-imgħax jew parti mill-pagamenti tal-imgħax li jseħħu sad-data tar-risettjar tagħhom, inkluża dik id-data

1.   L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-kontribuzzjoni tal-pagamenti tal-imgħax li jseħħu sad-data tal-ipprezzar mill-ġdid, inkluża dik id-data, għall-introjtu mill-imgħax nett, billi jallokaw lit-taqsimiet tal-ħin tal-ipprezzar mill-ġdid imsemmija fil-punt 4 tal-Anness, flimkien mal-allokazzjoni msemmija fl-Artikoli 19 u 20, il-pagamenti tal-imgħax tal-istrumenti msemmija fl-Artikoli minn 6 sa 12, dment li dawk il-pagamenti tal-imgħax jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

id-daqs tal-pagament tal-imgħax ikun magħruf u fiss, bl-ebda possibbiltà li l-pagament jinbidel minħabba ċaqliq fir-rati tal-imgħax;

(b)

il-pagament tal-imgħax huwa mistenni li jitħallas fil-medda ta’ żmien tal-introjtu mill-imgħax nett imsemmija fl-Artikolu 18, l-ewwel subparagrafu.

2.   Għal strumenti b’rata varjabbli, li fihom il-pagament tal-imgħax iseħħ wara d-data tal-ipprezzar mill-ġdid, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu biss għall-parti tal-pagament tal-imgħax li tirrappreżenta l-marġni kummerċjali.

Artikolu 22

Bidliet fil-valur tas-suq għall-istrumenti miżmuma fil-valur ġust li jimmaturaw lil hinn mill-medda ta’ żmien tal-introjtu mill-imgħax nett

1.   L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-bidliet fil-valur tas-suq lil hinn mill-medda ta’ żmien tal-introjtu mill-imgħax nett għall-istrumenti miżmuma fil-valur ġust billi japplikaw l-Artikolu 17(3), (4) u (5) mutatis mutandis għall-allokazzjoni mwettqa f’konformità mal-paragrafu 2.

2.   Għall-allokazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw l-Artikolu 17(2) mutatis mutandis, u għandhom jinkludu l-marġnijiet kummerċjali u komponenti tal-firxa oħra fil-pagamenti tal-imgħax fl-ipprezzar mill-ġdid ta’ flussi tal-flus nozzjonali, u bid-derogi li ġejjin:

(a)

l-istituzzjonijiet għandhom jeskludu l-ipprezzar mill-ġdid ta’ flussi tal-flus nozzjonali relatat mal-istrumenti mhux miżmuma fil-valur ġust;

(b)

l-istituzzjonijiet għandhom jeskludu l-ipprezzar mill-ġdid ta’ flussi tal-flus nozzjonali fil-medda ta’ żmien tal-introjtu mill-imgħax nett billi jistabbilixxu dawk il-flussi tal-flus għal żero fit-taqsimiet tal-ħin tal-ipprezzar mill-ġdid imsemmija fil-punt 4 tal-Anness.

Artikolu 23

Supplimentazzjoni tal-introjtu mill-imgħax nett għar-riskju ta’ bażi

1.   Flimkien mal-allokazzjoni msemmija fl-Artikolu 7, l-istituzzjonijiet għandhom jallokaw l-ipprezzar mill-ġdid ta’ flussi tal-flus nozzjonali ta’ strumenti b’rata varjabbli, għal kull munita, skont id-data tal-ipprezzar mill-ġdid tagħhom, lit-taqsimiet tal-ħin tal-ipprezzar mill-ġdid imsemmija fil-punt 4 tal-Anness, meta s-somma ta’ dawk l-istrumenti b’rata varjabbli, għajr dawk fit-terminu ta’ referenza “mil-lum għall-għada” msemmi fil-paragrafu 2, il-punt (a), ta’ dan l-Artikolu taqbeż il-5 % tal-pożizzjonijiet fil-portafoll mhux tan-negozjar li huma kontabilizzati bħala assi f’konformità mal-qafas kontabilistiku applikabbli.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, l-istituzzjonijiet għandhom jeskludu opzjonijiet inkorporati tar-rati tal-imgħax u għandhom jittrattaw dawk l-opzjonijiet f’konformità mal-paragrafu 8.

2.   Meta jallokaw l-ipprezzar mill-ġdid ta’ flussi tal-flus nozzjonali msemmi fil-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw dawk il-flussi tal-flus għat-termini ta’ referenza li ġejjin, li għalihom jirreferi l-istrument b’rata varjabbli:

(a)

mil-lum għall-għada;

(b)

xahar;

(c)

3 xhur;

(d)

6 xhur;

(e)

12-il xahar.

3.   Fin-nuqqas ta’ terminu ta’ referenza korrispondenti, l-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw l-ipprezzar mill-ġdid ta’ flussi tal-flus nozzjonali lil waħda mill-kategoriji li ġejjin:

(a)

“rata ta’ politika”, li fiha l-istrument b’rata varjabbli jirreferi għal rata ta’ politika tal-bank ċentrali;

(b)

“oħrajn”, li fiha l-istrument b’rata varjabbli jirreferi għal kull parametru referenzjarju ieħor.

L-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw sinjal pożittiv lill-ipprezzar mill-ġdid ta’ flussi tal-flus nozzjonali li jidħlu, u sinjal negattiv lill-ipprezzar mill-ġdid ta’ flussi tal-flus nozzjonali li joħorġu.

4.   L-istituzzjonijiet għandhom, għal munita partikolari, fuq il-bażi ta’ osservazzjonijiet storiċi ta’ ċaqliq fir-rati tal-imgħax tal-istrumenti u għal kull terminu ta’ referenza msemmi fil-paragrafu 2 u kategorija msemmija fil-paragrafu 3, jistmaw l-issikkar tax-xokkijiet u t-twessigħ tax-xokkijiet b’mod li jkun applikat b’mod konsistenti maż-żmien.

5.   L-istituzzjonijiet għandhom jistmaw l-issikkar u t-twessigħ tax-xokkijiet imsemmija fil-paragrafu 4 billi jqabblu r-rati tal-imgħax fit-terminu ta’ referenza “mil-lum għall-għada” msemmi fil-paragrafu 2, il-punt (a), mat-termini ta’ referenza l-oħra msemmija fil-paragrafu 2, il-punti minn (b) sa (e), u l-kategoriji msemmija fil-paragrafu 3.

6.   L-istituzzjonijiet għandhom, għal kull munita, japplikaw l-issikkar u t-twessigħ tax-xokkijiet imsemmija fil-paragrafu 4, immultiplikati biż-żmien li jifdal imsemmi fl-Artikolu 18, it-tieni subparagrafu, għall-ipprezzar mill-ġdid ta’ flussi tal-flus nozzjonali.

7.   L-istituzzjonijiet għandhom jaggregaw, iżda b’mod separat għall-issikkar u t-twessigħ tax-xokkijiet imsemmija fil-paragrafu 4, ir-riżultati mill-kalkoli msemmija fil-paragrafu 6.

8.   L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw, kemm għall-issikkar kif ukoll għat-twessigħ tax-xokkijiet imsemmija fil-paragrafu 4, l-iżborżi minn opzjonijiet awtomatiċi tar-rati tal-imgħax fi strumenti b’rata varjabbli, u għandhom iqabblu dawk l-iżborżi mal-iżborżi kkalkulati skont ix-xenarju ta’ referenza.

L-istituzzjonijiet għandhom iżidu d-differenza fl-iżborżi li tirriżulta mit-tqabbil imsemmi fl-ewwel subparagrafu mar-riżultat aggregat imsemmi fil-paragrafu 7, iżda b’mod separat għall-issikkar u għat-twessigħ tax-xokkijiet. Huma għandhom jassenjaw sinjal pożittiv lill-iżborżi li jidħol u sinjal negattiv lill-iżborżi li joħorġu. L-istituzzjonijiet ma għandhomx jiskontaw l-iżborżi u ma għandhom jagħmlu l-ebda suppożizzjoni rigward bidliet fil-volatilità.

9.   Is-supplimentazzjoni tal-introjtu mill-imgħax nett għar-riskju ta’ bażi għandha tkun ir-riżultat l-aktar baxx ikkalkulat f’konformità mal-paragrafi minn 1 sa 8 għall-issikkar u għat-twessigħ tax-xokkijiet.

Artikolu 24

Kalkolu tal-introjtu mill-imgħax nett u bidliet fl-introjtu mill-imgħax nett

1.   L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-introjtu mill-imgħax nett billi jżidu dawn kollha li ġejjin, bl-esklużjoni ta’ opzjonijiet awtomatiċi tar-rati tal-imgħax, sal-medda ta’ żmien tal-introjtu mill-imgħax nett:

(a)

ir-rendimenti mingħajr riskju pproġettati fuq l-investiment mill-ġdid jew ir-rifinanzjament tal-ipprezzar mill-ġdid ta’ flussi tal-flus nozzjonali, ikkalkulati f’konformità mal-Artikolu 19;

(b)

il-marġni kummerċjali pproġettat fuq l-investiment mill-ġdid jew ir-rifinanzjament tal-ipprezzar mill-ġdid ta’ flussi tal-flus nozzjonali tal-istrumenti msemmija fl-Artikoli minn 6 sa 12, ikkalkulat f’konformità mal-Artikolu 20;

(c)

is-somma tal-pagamenti tal-imgħax li jseħħu sad-data tal-ipprezzar mill-ġdid, inkluża dik id-data, ikkalkulata f’konformità mal-Artikolu 21, nieqsa kull imgħax materjali dovut f’t = 0.

2.   Għall-finijiet tal-kalkolu msemmi fil-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw sinjal pożittiv lill-flussi tal-flus li jidħlu u sinjal negattiv lill-flussi tal-flus li joħorġu.

3.   L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-impatt ta’ xenarju fuq l-introjtu mill-imgħax nett billi jżidu dan kollu li ġej:

(a)

id-differenza bejn:

(i)

il-kalkolu msemmi fil-paragrafu 1 relatat max-xenarju applikabbli;

(ii)

il-kalkolu msemmi fil-paragrafu 1 relatat max-xenarju ta’ referenza;

(b)

is-supplimentazzjoni tal-introjtu mill-imgħax nett għal opzjonijiet awtomatiċi fil-medda ta’ żmien tal-introjtu mill-imgħax nett, ikkalkulata f’konformità mal-Artikolu 15;

(c)

is-supplimentazzjoni tal-introjtu mill-imgħax nett għar-riskju ta’ bażi msemmi fl-Artikolu 23.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punti (a) u (b), l-istituzzjonijiet għandhom jużaw l-istess xenarji.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (c), l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-supplimentazzjoni tal-introjtu mill-imgħax nett għar-riskju ta’ bażi għall-issikkar jew għat-twessigħ tax-xokkijiet, kif imsemmi fl-Artikolu 23(9), li għandha l-akbar impatt negattiv fuq l-introjtu mill-imgħax nett.

4.   Meta jikkalkulaw il-bidla aggregata għal kull xenarju, l-istituzzjonijiet għandhom iżidu flimkien kull bidla negattiva u pożittiva li sseħħ f’kull munita. F’dak il-kalkolu, l-istituzzjonijiet għandhom jikkonvertu l-muniti, għajr il-munita tar-rapportar, fil-munita tar-rapportar bir-rata tal-kambju spot FX tal-BĊE fid-data ta’ referenza. Il-bidliet pożittivi għandhom jiġu ponderati b’fattur ta’ 50 % jew fattur ta’ 80 % fil-każ ta’ muniti ERMII b’faxxa ta’ fluttwazzjoni miftiehma formalment idjaq mill-faxxa standard ta’ +/- 15 %.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrikonoxxu qligħ ponderat sal-akbar wieħed minnhom mill-valuri li ġejjin:

(a)

il-valur assolut ta’ bidliet negattivi f’EUR jew fil-muniti ERM II;

(b)

ir-riżultat tal-applikazzjoni ta’ fattur ta’ 50 % għall-bidliet pożittivi tal-muniti ERM II jew tal-EUR.

KAPITOLU VI

METODOLOĠIJA STANDARDIZZATA SSIMPLIFIKATA GĦALL-KALKOLU TAL-VALUR EKONOMIKU TAL-EKWITÀ U TAL-INTROJTU MILL-IMGĦAX NETT

Artikolu 25

Metodoloġija standardizzata ssimplifikata għall-kalkolu tal-valur ekonomiku tal-ekwità u bidliet fil-valur ekonomiku tal-ekwità

1.   Għall-kalkolu tal-valur ekonomiku tal-ekwità u l-bidliet fil-valur ekonomiku tal-ekwità skont il-metodoloġija standardizzata ssimplifikata, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw l-Artikoli minn 5 sa 13, soġġett għad-derogi stabbiliti fil-paragrafi minn 2 sa 5 ta’ dan l-Artikolu.

2.   Fix-xenarju ta’ referenza, għandu japplika dan li ġej:

(a)

permezz ta’ deroga mill-Artikolu minn 8(2) sa (6), l-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu l-ammont tal-komponent ewlieni tad-depożiti mingħajr maturità billi jieħdu l-proporzjonijiet li ġejjin:

(i)

69,23 %, għad-depożiti mingħajr maturità tranżazzjonali fil-livell ta’ konsumatur imsemmija fl-Artikolu 8(1), il-punt (a)(i);

(ii)

53,85 %, għad-depożiti mingħajr maturità mhux tranżazzjonali fil-livell ta’ konsumatur imsemmija fl-Artikolu 8(1), il-punt (a)(ii);

(iii)

38,46 %, għad-depożiti mingħajr maturità mhux finanzjarji bl-ingrossa msemmija fl-Artikolu 8(1), il-punt (b)(ii);

(b)

permezz ta’ deroga mill-Artikolu 8(9), l-istituzzjonijiet għandhom jallokaw il-komponent ewlieni tad-depożiti mingħajr maturità b’mod ugwali maż-żmien kif stabbilit fil-punt 5(a) tal-Anness.

3.   F’xenarji li jippreskrivu tnaqqis fir-rata tal-imgħax fuq terminu qasir, kif imsemmi fl-Artikolu 4, il-punti (a)(ii), (b)(ii), u (c)(ii), għandu japplika dan li ġej:

(a)

permezz ta’ deroga mill-Artikolu minn 8(2) sa (6), l-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu l-ammont tal-komponent ewlieni tad-depożiti mingħajr maturità billi jieħdu l-proporzjonijiet li ġejjin:

(i)

90 %, għad-depożiti mingħajr maturità tranżazzjonali fil-livell ta’ konsumatur imsemmija fl-Artikolu 8(1), il-punt (a)(i);

(ii)

70 %, għad-depożiti mingħajr maturità mhux tranżazzjonali fil-livell ta’ konsumatur imsemmija fl-Artikolu 8(1), il-punt (a)(ii);

(iii)

50 %, għad-depożiti mingħajr maturità mhux finanzjarji bl-ingrossa msemmija fl-Artikolu 8(1), il-punt (b)(ii);

(b)

permezz ta’ deroga mill-Artikolu 8(9), l-istituzzjonijiet għandhom jallokaw il-komponent ewlieni tad-depożiti mingħajr maturità b’mod ugwali maż-żmien kif stabbilit fil-punt 5(b) tal-Anness.

4.   F’xenarji li jippreskrivu żieda fir-rata tal-imgħax fuq terminu qasir, kif imsemmi fl-Artikolu 4, il-punti (a)(i), (b)(i), u (c)(i), għandu japplika dan li ġej:

(a)

permezz ta’ deroga mill-Artikolu minn 8(2) sa (6), l-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu l-ammont tal-komponent ewlieni tad-depożiti mingħajr maturità billi jieħdu l-proporzjonijiet li ġejjin:

(i)

48,46 %, għad-depożiti mingħajr maturità tranżazzjonali fil-livell ta’ konsumatur imsemmija fl-Artikolu 8(1), il-punt (a)(i);

(ii)

37,69 %, għad-depożiti mingħajr maturità mhux tranżazzjonali fil-livell ta’ konsumatur imsemmija fl-Artikolu 8(1), il-punt (a)(ii);

(iii)

26,92 %, għad-depożiti mingħajr maturità mhux finanzjarji bl-ingrossa msemmija fl-Artikolu 8(1), il-punt (b)(ii);

(b)

permezz ta’ deroga mill-Artikolu 8(9), l-istituzzjonijiet għandhom jallokaw il-komponent ewlieni tad-depożiti mingħajr maturità b’mod ugwali maż-żmien kif stabbilit fil-punt 5(c) tal-Anness.

5.   L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-bidla fil-valur imsemmija fl-Artikolu 13(2) u (3) bħala d-differenza bejn is-somma tal-iżborżi fix-xenarju ta’ referenza u s-somma tal-iżborżi fix-xenarju applikabbli, skontata bir-rati tal-imgħax mingħajr riskju applikabbli. L-istituzzjonijiet għandhom jinjoraw kull effett ta’ żieda fil-volatilità u jimmultiplikaw l-iżborżi ta’ opzjonijiet awtomatiċi skont ix-xenarju applikabbli b’1,10 %.

Artikolu 26

Metodoloġija standardizzata ssimplifikata għall-kalkolu tal-introjtu mill-imgħax nett u bidliet fl-introjtu mill-imgħax nett

1.   Għall-kalkolu tal-introjtu mill-imgħax nett u l-bidliet fl-introjtu mill-imgħax nett skont il-metodoloġija standardizzata ssimplifikata, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw l-Artikoli minn 14 sa 16, soġġett għad-derogi stabbiliti fil-paragrafi minn 2 sa 7 ta’ dan l-Artikolu.

2.   L-Artikolu 25 għandu japplika wkoll għall-kalkolu msemmi fil-paragrafu 1.

3.   L-Artikolu 14(4) ma għandux japplika għall-kalkolu msemmi fil-paragrafu 1. L-istituzzjonijiet għandhom, għal kull tip ta’ prodott imsemmi fl-Artikolu 20(3), jikkalkulaw:

(a)

terminu ta’ referenza medju għall-assi b’rata fissa kollha tal-portafoll mhux tan-negozjar sensittivi għar-rata tal-imgħax;

(b)

terminu ta’ referenza medju għall-obbligazzjonijiet b’rata fissa kollha tal-portafoll mhux tan-negozjar sensittivi għar-rata tal-imgħax.

4.   Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 19, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw it-termini ta’ referenza medji kkalkulati minflok il-punti tan-nofs tat-taqsimiet tal-ħin tat-terminu ta’ referenza stabbiliti fil-punt 3 tal-Anness.

5.   Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 20(2), l-istituzzjonijiet għandhom jisseparaw, meta japplikaw l-Artikolu 20(3), it-tielet subparagrafu, il-pożizzjonijiet fil-portafoll mhux tan-negozjar imsemmija fl-Artikolu 20(2) biss skont it-tipi ta’ prodotti u mhux skont il-post ġeografiku.

6.   Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 21, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-pagamenti tal-imgħax jew parti mill-pagamenti tal-imgħax li jseħħu sad-data tal-ipprezzar mill-ġdid, inkluża dik id-data, billi jimmultiplikaw dan li ġej:

(a)

l-ammont ta’ kapital tal-istrumenti kollha pendenti;

(b)

l-istimi tal-istituzzjonijiet tar-rati tal-imgħax medji għall-istrumenti fuq in-naħa tal-assi jew dik tal-obbligazzjonijiet, kif applikabbli;

(c)

il-medda ta’ żmien tal-introjtu mill-imgħax nett, jew, f’każ li strument jiġi pprezzat mill-ġdid qabel il-medda ta’ żmien tal-introjtu mill-imgħax nett, il-punt tan-nofs tat-taqsimiet tal-ħin tal-ipprezzar mill-ġdid applikabbli stabbilit fil-punt 1 tal-Anness applikabbli għall-istrument pendenti.

7.   L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-bidla fil-valur imsemmija fl-Artikolu 15 bħala d-differenza bejn is-somma tal-iżborżi fix-xenarju ta’ referenza u s-somma tal-iżborżi fix-xenarju applikabbli, skontata bir-rati tal-imgħax mingħajr riskju applikabbli. L-istituzzjonijiet għandhom jinjoraw kull effett ta’ żieda fil-volatilità u jimmultiplikaw l-iżborżi skont ix-xenarju applikabbli b’1.10.

KAPITOLU VII

DISPOŻIZZJONI FINALI

Artikolu 27

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Diċembru 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338.

(2)  EBA/GL/2018/02 tad-19 ta’ Lulju 2018.

(3)  Kumitat ta’ Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja “Riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax fil-portafoll mhux tan-negozjar” ta’ April 2016.

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).

(5)  Ir-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar l-indiċi użati bħala parametri referenzjarji fi strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji jew dwar il-kejl tal-prestazzjoni ta’ fondi ta’ investiment u li jemenda d-Direttivi 2008/48/KE u 2014/17/UE u r-Regolament (UE) Nru 596/2014 (ĠU L 171, 29.6.2016, p. 1).

(6)  Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).

(7)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/856 tal-1 ta’ Diċembru 2023 li jissupplimenta d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw ix-xenarji ta’ xokk superviżorji, is-suppożizzjonijiet komuni ta’ mmudellar u parametriċi u x’jikkostitwixxi tnaqqis kbir (ĠU L, 2024/856, 24.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/856/oj).


ANNESS

1.   

Taqsimiet tal-ħin tal-ipprezzar mill-ġdid:

(a)

taqsima tal-ħin mil-lum għall-għada, bil-punt tan-nofs ta’ jum, jew madwar 0,0028 snin;

(b)

taqsima tal-ħin li taqbeż il-jum, u sa u inkluż xahar, bil-punt tan-nofs ta’ 15-il jum;

(c)

taqsima tal-ħin li taqbeż ix-xahar, u sa u inkluż tliet xhur, bil-punt tan-nofs ta’ 60 jum;

(d)

taqsima tal-ħin li taqbeż it-tliet xhur, u sa u inkluż sitt xhur, bil-punt tan-nofs ta’ 135 jum;

(e)

taqsima tal-ħin li taqbeż is-sitt xhur, u sa u inkluż disa’ xhur, bil-punt tan-nofs ta’ 225 jum;

(f)

taqsima tal-ħin li taqbeż id-disa’ xhur, u sa u inkluż 12-il xahar, bil-punt tan-nofs ta’ 315-il jum;

(g)

taqsima tal-ħin li taqbeż is-sena, u sa u inkluż sena u nofs, bil-punt tan-nofs ta’ sena u 90 jum;

(h)

taqsima tal-ħin li taqbeż is-sena u nofs, u sa u inkluż sentejn, bil-punt tan-nofs ta’ sena u 270 jum;

(i)

taqsima tal-ħin li taqbeż is-sentejn, u sa u inkluż tliet snin, bil-punt tan-nofs ta’ sentejn u 180 jum;

(j)

taqsima tal-ħin li taqbeż it-tliet snin, u sa u inkluż erba’ snin, bil-punt tan-nofs ta’ tliet snin u 180 jum;

(k)

taqsima tal-ħin li taqbeż l-erba’ snin, u sa u inkluż ħames snin, bil-punt tan-nofs ta’ erba’ snin u 180 jum;

(l)

taqsima tal-ħin li taqbeż il-ħames snin, u sa u inkluż sitt snin, bil-punt tan-nofs ta’ ħames snin u 180 jum;

(m)

taqsima tal-ħin li taqbeż is-sitt snin, u sa u inkluż seba’ snin, bil-punt tan-nofs ta’ sitt snin u 180 jum;

(n)

taqsima tal-ħin li taqbeż is-seba’ snin, u sa u inkluż tmien snin, bil-punt tan-nofs ta’ seba’ snin u 180 jum;

(o)

taqsima tal-ħin li taqbeż it-tmien snin, u sa u inkluż disa’ snin, bil-punt tan-nofs ta’ tmien snin u 180 jum;

(p)

taqsima tal-ħin li taqbeż id-disa’ snin, u sa u inkluż għaxar snin, bil-punt tan-nofs ta’ disa’ snin u 180 jum;

(q)

taqsima tal-ħin li taqbeż l-għaxar snin, u sa u inkluż 15-il sena, bil-punt tan-nofs ta’ 12-il sena u 180 jum;

(r)

taqsima tal-ħin li taqbeż il-15-il sena, u sa u inkluż 20 sena, bil-punt tan-nofs ta’ 17-il sena u 180 jum;

(s)

taqsima tal-ħin li taqbeż l-20 sena, bil-punt tan-nofs ta’ 25 sena.

2.   

Tul tat-taqsimiet tal-ħin tal-ipprezzar mill-ġdid imsemmija fl-Artikolu 9(4), il-punt (b):

(a)

0 snin;

(b)

sena/12-il sena;

(c)

sentejn/12-il sena;

(d)

tliet snin/12-il sena;

(e)

tliet snin/12-il sena;

(f)

tliet snin/12-il sena;

(g)

sitt snin/12-il sena;

(h)

sitt snin/12-il sena;

(i)

sena;

(j)

sena;

(k)

sena;

(l)

sena;

(m)

sena;

(n)

sena;

(o)

sena;

(p)

sena;

(q)

ħames snin;

(r)

ħames snin;

(s)

għaxar snin.

3.   

Taqsimiet tal-ħin tat-terminu ta’ referenza:

(a)

taqsima tal-ħin li taqbeż mil-lum għal għada, sa u inkluż 12-il xahar, bil-punt tan-nofs ta’ 12-il xahar;

(b)

taqsima tal-ħin li taqbeż is-sena, u sa u inkluż sena u nofs, bil-punt tan-nofs ta’ sena u 90 jum;

(c)

taqsima tal-ħin li taqbeż is-sena u nofs, u sa u inkluż sentejn, bil-punt tan-nofs ta’ sena u 270 jum;

(d)

taqsima tal-ħin li taqbeż is-sentejn, u sa u inkluż tliet snin, bil-punt tan-nofs ta’ sentejn u 180 jum;

(e)

taqsima tal-ħin li taqbeż it-tliet snin, u sa u inkluż erba’ snin, bil-punt tan-nofs ta’ tliet snin u 180 jum;

(f)

taqsima tal-ħin li taqbeż l-erba’ snin, u sa u inkluż ħames snin, bil-punt tan-nofs ta’ erba’ snin u 180 jum;

(g)

taqsima tal-ħin li taqbeż il-ħames snin, u sa u inkluż sitt snin, bil-punt tan-nofs ta’ ħames snin u 180 jum;

(h)

taqsima tal-ħin li taqbeż is-sitt snin, u sa u inkluż seba’ snin, bil-punt tan-nofs ta’ sitt snin u 180 jum;

(i)

taqsima tal-ħin li taqbeż is-seba’ snin, u sa u inkluż tmien snin, bil-punt tan-nofs ta’ seba’ snin u 180 jum;

(j)

taqsima tal-ħin li taqbeż it-tmien snin, u sa u inkluż disa’ snin, bil-punt tan-nofs ta’ tmien snin u 180 jum;

(k)

taqsima tal-ħin li taqbeż id-disa’ snin, u sa u inkluż għaxar snin, bil-punt tan-nofs ta’ disa’ snin u 180 jum;

(l)

taqsima tal-ħin li taqbeż l-għaxar snin, u sa u inkluż 15-il sena, bil-punt tan-nofs ta’ 12-il sena u 180 jum;

(m)

taqsima tal-ħin li taqbeż il-15-il sena, u sa u inkluż 20 sena, bil-punt tan-nofs ta’ 17-il sena u 180 jum;

(n)

taqsima tal-ħin li taqbeż l-20 sena, bil-punt tan-nofs ta’ 25 sena.

4.   

It-taqsimiet tal-ħin tal-ipprezzar mill-ġdid imsemmija fl-Artikoli 19(1), 20(2), 21(1), 22(2) u 23(1):

(a)

it-taqsimiet minn (a) sa (f) tal-punt 1 ta’ dan l-Anness fil-każ ta’ medda ta’ żmien tal-introjtu mill-imgħax nett ta’ sena;

(b)

it-taqsimiet minn (a) sa (g) tal-punt 1 ta’ dan l-Anness fil-każ ta’ medda ta’ żmien tal-introjtu mill-imgħax nett ta’ sena u nofs;

(c)

it-taqsimiet minn (a) sa (h) tal-punt 1 ta’ dan l-Anness fil-każ ta’ medda ta’ żmien tal-introjtu mill-imgħax nett ta’ sentejn;

(d)

it-taqsimiet minn (a) sa (i) tal-punt 1 ta’ dan l-Anness fil-każ ta’ medda ta’ żmien tal-introjtu mill-imgħax nett ta’ tliet snin;

(e)

it-taqsimiet minn (a) sa (j) tal-punt 1 ta’ dan l-Anness fil-każ ta’ medda ta’ żmien tal-introjtu mill-imgħax nett ta’ erba’ snin;

(f)

it-taqsimiet minn (a) sa (k) tal-punt 1 ta’ dan l-Anness fil-każ ta’ medda ta’ żmien tal-introjtu mill-imgħax nett ta’ ħames snin;

(g)

it-taqsimiet minn (a) sa (l) tal-punt 1 ta’ dan l-Anness fil-każ ta’ medda ta’ żmien tal-introjtu mill-imgħax nett ta’ sitt snin;

(h)

it-taqsimiet minn (a) sa (m) tal-punt 1 ta’ dan l-Anness fil-każ ta’ medda ta’ żmien tal-introjtu mill-imgħax nett ta’ seba’ snin;

(i)

it-taqsimiet minn (a) sa (n) tal-punt 1 ta’ dan l-Anness fil-każ ta’ medda ta’ żmien tal-introjtu mill-imgħax nett ta’ tmien snin;

(j)

it-taqsimiet minn (a) sa (o) tal-punt 1 ta’ dan l-Anness fil-każ ta’ medda ta’ żmien tal-introjtu mill-imgħax nett ta’ disa’ snin;

(k)

it-taqsimiet minn (a) sa (p) tal-punt 1 ta’ dan l-Anness fil-każ ta’ medda ta’ żmien tal-introjtu mill-imgħax nett ta’ għaxar snin;

(l)

it-taqsimiet minn (a) sa (q) tal-punt 1 ta’ dan l-Anness fil-każ ta’ medda ta’ żmien tal-introjtu mill-imgħax nett ta’ 15-il sena;

(m)

it-taqsimiet minn (a) sa (r) tal-punt 1 ta’ dan l-Anness fil-każ ta’ medda ta’ żmien tal-introjtu mill-imgħax nett ta’ 20 sena;

(n)

it-taqsimiet minn (a) sa (s) tal-punt 1 ta’ dan l-Anness fil-każ ta’ medda ta’ żmien tal-introjtu mill-imgħax nett ta’ 25 sena.

5.   

Ix-xenarji msemmija fl-Artikolu 25(2), (3) u (4):

(a)

xenarju ta’ referenza:

(i)

sa ħames snin, għall-kategorija tad-depożiti mingħajr maturità msemmija fl-Artikolu 8(1), il-punt (a)(i), li jirriżultaw fi 30,77 %, 1,15 %, 2,31 %, 3,46 %, 3,46 %, 3,46 %, 6,92 %, 6,92 %, 13,85 %, 13,85 % u 13,85 % tad-depożiti mingħajr maturità ta’ din il-kategorija jiġu kklassifikati b’mod prudenzjali fit-taqsimiet tal-ħin a, b, c, d, e, f, g, h, i, j, u k tal-punt 1 ta’ dan l-Anness rispettivament;

(ii)

sa erba’ snin u nofs, għall-kategorija tad-depożiti mingħajr maturità msemmija fl-Artikolu 8(1), il-punt (a)(ii), li jirriżultaw f’46,15 %, 1,00 %, 2,00 %, 2,99 %, 2,99 %, 2,99 %, 5,98 %, 5,98 %, 11,97 %, 11,97 % u 5,98 % tad-depożiti mingħajr maturità ta’ din il-kategorija jiġu kklassifikati b’mod prudenzjali fit-taqsimiet tal-ħin a, b, c, d, e, f, g, h, i, j, u k tal-punt 1 ta’ dan l-Anness rispettivament;

(iii)

sa erba’ snin, għall-kategorija tad-depożiti mingħajr maturità msemmija fl-Artikolu 8(1), il-punt (b(ii), li jirriżultaw f’61,54 %, 0,80 %, 1,60 %, 2,40 %, 2,40 %, 2,40 %, 4,81 %, 4,81 %, 9,62 %, u 9,62 % tad-depożiti mingħajr maturità ta’ din il-kategorija jiġu kklasifikati b’mod prudenzjali fit-taqsimiet tal-ħin a, b, c, d, e, f, g, h, i, u j tal-punt 1 ta’ dan l-Anness rispettivament;

(b)

xenarju li jippreskrivi tnaqqis fir-rati tal-imgħax fuq terminu qasir:

(i)

sa ħames snin, għall-kategorija tad-depożiti mingħajr maturità msemmija fl-Artikolu 8(1), il-punt (a)(i), li jirriżultaw f’10,00 %, 1,50 %, 3,00 %, 4,50 %, 4,50 %, 4,50 %, 9,00 %, 9,00 %, 18,00 %, 18,00 % u 18,00 % tad-depożiti mingħajr maturità ta’ din il-kategorija jiġu kklasifikati b’mod prudenzjali fit-taqsimiet tal-ħin a, b, c, d, e, f, g, h, i, j, u k tal-punt 1 ta’ dan l-Anness rispettivament;

(ii)

sa erba’ snin u nofs, għall-kategorija tad-depożiti mingħajr maturità msemmija fl-Artikolu 8(1), il-punt (a)(ii), li jirriżultaw fi 30,00 %, 1,30 %, 2,59 %, 3,89 %, 3,89 %, 3,89 %, 7,78 %, 7,78 %, 15,55 %, 15,55 % u 7,78 % tad-depożiti mingħajr maturità ta’ din il-kategorija jiġu kklassifikati b’mod prudenzjali fit-taqsimiet tal-ħin a, b, c, d, e, f, g, h, i, j, u k tal-punt 1 ta’ dan l-Anness rispettivament;

(iii)

sa erba’ snin, għall-kategorija tad-depożiti mingħajr maturità msemmija fl-Artikolu 8(1), il-punt (b(ii), li jirriżultaw f’50,00 %, 1,04 %, 2,08 %, 3,12 %, 3,12 %, 3,12 %, 6,25 %, 6,25 %, 12,51 %, u 12,51 % tad-depożiti mingħajr maturità ta’ din il-kategorija li jiġu kklasifikati b’mod prudenzjali fit-taqsimiet tal-ħin a, b, c, d, e, f, g, h, i, u j tal-punt 1 ta’ dan l-Anness rispettivament;

(c)

xenarju li jippreskrivi żieda fir-rati tal-imgħax fuq terminu qasir:

(i)

sa ħames snin, għall-kategorija tad-depożiti mingħajr maturità msemmija fl-Artikolu 8(1), il-punt (a)(i), li jirriżultaw f’51,54 %, 0,81 %, 1,62 %, 2,42 %, 2,42 %, 2,42 %, 4,85 %, 4,85 %, 9,69 %, 9,69 % u 9,69 % tad-depożiti mingħajr maturità ta’ din il-kategorija jiġu kklassifikati b’mod prudenzjali fit-taqsimiet tal-ħin a, b, c, d, e, f, g, h, i, j, u k tal-punt 1 ta’ dan l-Anness rispettivament;

(ii)

sa erba’ snin u nofs, għall-kategorija tad-depożiti mingħajr maturità msemmija fl-Artikolu 8(1), il-punt (a)(ii), li jirriżultaw fi 62,31 %, 0,70 %, 1,39 %, 2,09 %, 2,09 %, 2,09 %, 4,19 %, 4,19 %, 8,38 %, 8,38 % u 4,19 % tad-depożiti mingħajr maturità ta’ din il-kategorija jiġu kklassifikati b’mod prudenzjali fit-taqsimiet tal-ħin a, b, c, d, e, f, g, h, i, j, u k tal-punt 1 ta’ dan l-Anness rispettivament;

(iii)

sa erba’ snin, għall-kategorija tad-depożiti mingħajr maturità msemmija fl-Artikolu 8(1), il-punt (b(ii), li jirriżultaw fi 73,08 %, 0,56 %, 1,12 %, 1,68 %, 1,68 %, 1,68 %, 3,37 %, 3,37 %, 6,73 % u 6,73 % tad-depożiti mingħajr maturità ta’ din il-kategorija jiġu kklassifikati b’mod prudenzjali fit-taqsimiet tal-ħin a, b, c, d, e, f, g, h, i, u j tal-punt 1 ta’ dan l-Anness rispettivament.


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/857/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)