European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2024/845

14.3.2024

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/845

tat-12 ta’ Marzu 2024

li tistabbilixxi l-allokazzjoni definittiva tal-għajnuna tal-Unjoni lill-Istati Membri għall-frott u l-ħxejjex fl-iskejjel u għall-ħalib fl-iskejjel għall-perjodu bejn l-1 ta’ Awwissu 2024 u l-31 ta’ Lulju 2025 u li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/655

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1370/2013 tas-16 ta’ Diċembru 2013 li jiddetermina miżuri dwar l-iffissar ta’ ċerti għajnuniet u rifużjonijiet relatati mal-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti agrikoli (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(6) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/39 (2), l-Istati Membri li jixtiequ jieħdu sehem fl-iskema ta’ għajnuna tal-Unjoni għall-provvista ta’ frott u ħxejjex għall-iskejjel, u ħalib għall-iskejjel fl-istabbilimenti edukattivi (l-iskema tal-iskejjel), għandhom jippreżentaw it-talba tagħhom lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Jannar ta’ kull sena għall-għajnuna tal-Unjoni b’rabta mas-sena skolastika li jmiss, u jekk applikabbli, jaġġornaw it-talba għall-għajnuna tal-Unjoni b’rabta mas-sena skolastika attwali.

(2)

Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tal-iskema tal-iskejjel, jenħtieġ li tiġi ffissata l-allokazzjoni tal-għajnuna tal-Unjoni għall-frott u l-ħxejjex għall-iskejjel u għall-ħalib għall-iskejjel fost l-Istati Membri parteċipanti, abbażi tal-ammonti indikati fit-talba għall-għajnuna tal-Unjoni minn dawk l-Istati Membri u billi jitqiesu t-trasferimenti bejn l-allokazzjonijiet indikattivi tal-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 23a(4), il-punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

(3)

L-Istati Membri kollha nnotifikaw lill-Kummissjoni bit-talba tagħhom għall-għajnuna tal-Unjoni għall-perjodu bejn l-1 ta’ Awwissu 2024 u l-31 ta’ Lulju 2025, billi speċifikaw l-ammont ta’ għajnuna mitluba għall-frott u l-ħxejjex għall-iskejjel jew għall-ħalib għall-iskejjel, jew għaż-żewġ partijiet tal-iskema. Fil-każ tal-Belġju, ta’ Malta, tan-Netherlands u tal-Iżvezja, l-ammonti mitluba qiesu t-trasferimenti bejn l-allokazzjonijiet indikattivi.

(4)

Sabiex jiġi massimizzat il-potenzjal sħiħ tal-fondi disponibbli, jenħtieġ li l-għajnuna tal-Unjoni li ma tintalabx tiġi allokata mill-ġdid lill-Istati Membri li jieħdu sehem fl-iskema tal-iskejjel, u li fit-talba tagħhom għall-għajnuna tal-Unjoni jindikaw li huma lesti jużaw aktar mill-allokazzjoni indikattiva tagħhom, dejjem jekk ikunu disponibbli riżorsi addizzjonali.

(5)

Fit-talba tagħha għall-għajnuna tal-Unjoni għall-perjodu bejn l-1 ta’ Awwissu 2024 u l-31 ta’ Lulju 2025, l-Iżvezja talbet anqas mill-allokazzjoni indikattiva għall-frott u l-ħxejjex għall-iskejjel. Il-Bulgarija, iċ-Ċekja, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, Spanja, il-Kroazja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, in-Netherlands, l-Awstrija, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja nnotifikaw li huma lesti jużaw aktar mill-allokazzjoni indikattiva għall-frott u l-ħxejjex fl-iskejjel. Il-Bulgarija, iċ-Ċekja, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, Spanja, il-Kroazja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Awstrija, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja u l-Iżvezja nnotifikaw li huma lesti jużaw aktar mill-allokazzjoni indikattiva għall-ħalib għall-iskejjel. Madankollu, l-ebda Stat Membru ma talab anqas mill-allokazzjoni indikattiva għall-ħalib għall-iskejjel.

(6)

Abbażi tal-informazzjoni notifikata mill-Istati Membri, jenħtieġ li tiġi ffissata l-allokazzjoni definittiva tal-għajnuna tal-Unjoni għall-frott u l-ħxejjex fl-iskejjel u għall-ħalib fl-iskejjel għall-perjodu bejn l-1 ta’ Awwissu 2024 u l-31 ta’ Lulju 2025.

(7)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/655 (4) tistabbilixxi l-allokazzjoni definittiva tal-għajnuna tal-Unjoni għall-frott u l-ħxejjex fl-iskejjel u għall-ħalib fl-iskejjel fost l-Istati Membri li jixtiequ jieħdu sehem fl-iskema għall-iskejjel għall-perjodu bejn l-1 ta’ Awwissu 2023 u l-31 ta’ Lulju 2024.

(8)

Fin-notifiki mressqa sal-31 ta’ Jannar 2024 skont l-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/39, xi Stati Membri aġġornaw it-talba tagħhom għall-għajnuna tal-Unjoni b’rabta mas-sena skolastika 2023/2024. Il-Ġermanja, l-Ungerija u Malta nnotifikaw it-trasferimenti bejn l-allokazzjoni definittiva għall-frott u l-ħxejjex għall-iskejjel u l-allokazzjoni definittiva għall-ħalib għall-iskejjel. Spanja talbet inqas mill-allokazzjoni definittiva għall-frott u l-ħxejjex għall-iskejjel. Iċ-Ċekja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, in-Netherlands, l-Awstrija, u s-Slovakkja nnotifikaw li huma lesti jużaw aktar mill-allokazzjoni definittiva għall-frott u l-ħxejjex għall-iskejjel. Spanja u n-Netherlands talbu anqas mill-allokazzjoni definittiva għall-ħalib għall-iskejjel. Iċ-Ċekja, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Awstrija, ir-Rumanija, is-Slovakkja u l-Iżvezja nnotifikaw li huma lesti jużaw aktar mill-allokazzjoni definittiva għall-ħalib għall-iskejjel.

(9)

Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/655 tiġi emendata skont dan.

(10)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-allokazzjoni definittiva tal-għajnuna tal-Unjoni għall-frott u l-ħxejjex għall-iskejjel u għall-ħalib għall-iskejjel fost l-Istati Membri li jieħdu sehem fl-iskema għall-iskejjel għall-perjodu bejn l-1 ta’ Awwissu 2024 u l-31 ta’ Lulju 2025 hija stabbilita fl-Anness I.

Artikolu 2

L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni (UE) 2023/655 huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Marzu 2024.

Għall-Kummissjoni

Janusz WOJCIECHOWSKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 346, 20.12.2013, p. 12, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1370/oj.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/39 tat-3 ta’ Novembru 2016 dwar ir-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-għajnuna tal-Unjoni għall-provvista ta’ frott u ħxejjex, banana u ħalib fl-istabbilimenti edukattivi (ĠU L 5, 10.1.2017, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2017/39/oj).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1308/oj).

(4)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/655 tal-10 ta’ Marzu 2023 li tistabbilixxi l-allokazzjoni definittiva tal-għajnuna tal-Unjoni lill-Istati Membri għall-frott u l-ħxejjex fl-iskejjel u għall-ħalib fl-iskejjel għall-perjodu bejn l-1 ta’ Awwissu 2023 u l-31 ta’ Lulju 2024 u li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/493 (ĠU L 81, 21.3.2023, p. 37, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2023/655/oj).


ANNESS I

Is-sena skolastika 2024/2025

Stat Membru

Allokazzjoni definittiva għall-frott u l-ħxejjex għall-iskejjel

f’EUR

Allokazzjoni definittiva għall-ħalib għall-iskejjel

f’EUR

Il-Belġju

3 866 136

1 383 066

Il-Bulgarija

2 185 083

1 800 090

Iċ-Ċekja

3 471 298

3 048 057

Id-Danimarka

1 738 084

1 632 431

Il-Ġermanja

21 214 288

8 910 720

L-Estonja

412 171

754 955

L-Irlanda

1 964 838

826 537

Il-Greċja

3 149 503

1 464 086

Spanja

13 917 417

6 023 462

Franza

22 720 501

9 979 209

Il-Kroazja

1 319 431

610 533

L-Italja

15 293 816

6 910 347

Ċipru

300 835

252 652

Il-Latvja

672 013

868 581

Il-Litwanja

923 640

1 236 781

Il-Lussemburgu

297 664

193 000

L-Ungerija

2 995 664

2 970 122

Malta

312 950

170 050

In-Netherlands

5 721 331

1 632 699

L-Awstrija

2 415 705

1 015 027

Il-Polonja

12 559 346

12 791 591

Il-Portugall

2 804 412

1 301 261

Ir-Rumanija

6 178 236

11 303 390

Is-Slovenja

689 465

305 638

Is-Slovakkja

1 915 441

1 659 402

Il-Finlandja

1 672 943

2 731 455

L-Iżvezja

0

8 316 782

Totali

130 712 211

90 091 924


ANNESS II

“ANNESS I

Sena skolastika 2023/2024

Stat Membru

Allokazzjoni definittiva għall- frott u l-ħxejjex għall-iskejjel

f’EUR

Allokazzjoni definittiva għall- ħalib għall-iskejjel

f’EUR

Il-Belġju

3 815 785

1 433 417

Il-Bulgarija

2 185 256

1 800 090

Iċ-Ċekja

3 507 158

3 124 223

Id-Danimarka

1 739 147

1 632 431

Il-Ġermanja

20 984 737

9 628 111

L-Estonja

416 641

764 787

L-Irlanda

1 986 571

873 414

Il-Greċja

3 149 503

1 464 086

Spanja

13 751 007

5 736 134

Franza

18 176 401

14 523 309

Il-Kroazja

1 322 043

610 533

L-Italja

15 293 816

6 910 347

Ċipru

300 828

252 652

Il-Latvja

677 025

882 003

Il-Litwanja

932 083

1 256 256

Il-Lussemburgu

299 593

197 646

L-Ungerija

3 588 755

2 376 098

Malta

314 320

170 050

In-Netherlands

5 776 465

932 699

L-Awstrija

2 439 606

1 072 595

Il-Polonja

12 565 488

12 791 591

Il-Portugall

2 804 412

1 301 261

Ir-Rumanija

6 178 236

11 433 734

Is-Slovenja

689 729

305 638

Is-Slovakkja

1 932 221

1 698 579

Il-Finlandja

1 672 943

2 731 455

L-Iżvezja

0

8 401 227

Totali

126 499 769

94 304 366


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/845/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)