European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2024/843

8.3.2024

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/843

tas-6 ta’ Marzu 2024

li jikkoreġi l-verżjoni lingwistika Portugiża tal-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-addittivi tal-ikel

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enzimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-verżjoni lingwistika Portugiża tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 fiha traduzzjonijiet żbaljati ta’ terminu fil-Parti D, it-tabella “Kategoriji tal-ikel”, taħt l-entrata “03.”, fil-kolonna “Isem”, kif ukoll fil-Parti E, it-tabella “Addittivi tal-ikel awtorizzati u kundizzjonijiet tal-użu fil-kategoriji tal-ikel”, in-numru tal-kategorija “03”, fid-deskrizzjoni tal-kategorija (titolu) u fl-entrata E 405, fil-kolonna “Restrizzjonijiet/Eċċezzjonijiet”, li jillimitaw il-firxa tal-prodotti li fihom jistgħu jintużaw ċerti addittivi tal-ikel.

(2)

Il-verżjoni lingwistika Portugiża tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 fiha traduzzjoni żbaljata ta’ terminu fil-Parti 4, it-tabella “Addittivi tal-ikel inklużi l-carriers fl-aromatizzanti tal-ikel”, l-entrata E 423, fl-ewwel ringiela tal-kolonna “Kategoriji ta’ aromatizzanti li magħhom jista’ jiżdied l-addittiv”, li tillimita l-firxa tal-prodotti li fihom jistgħu jintużaw ċerti addittivi tal-ikel.

(3)

Għaldaqstant, jenħtieġ li l-verżjoni lingwistika Portugiża tal-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tiġi kkoreġuta skont dan. Il-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra mhumiex affettwati.

(4)

Dawn it-traduzzjonijiet żbaljati ġew introdotti minn żewġ atti tal-Kummissjoni, jiġifieri r-Regolamenti (UE) Nru 1129/2011 (3) u (UE) 2015/647 (4). Għalhekk, abbażi tas-setgħat mogħtija mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill lill-Kummissjoni biex temenda r-Regolament (KE) Nru 1333/2008 fl-Artikolu 10(3) ta’ dak ir-Regolament, il-Kummissjoni tadotta dan l-att ta’ korrezzjoni.

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjonijiet tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, li ngħataw qabel l-adozzjoni tar-Regolamenti (UE) Nru 1129/2011 u (UE) 2015/647,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

(ma japplikax għal-lingwa Maltija)

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Marzu 2024.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.

(2)   ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1.

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1129/2011 tal-11 ta’ Novembru 2011 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta’ addittivi tal-ikel (ĠU L 295, 12.11.2011, p. 1).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/647 tal-24 ta’ April 2015 li jemenda u jikkoreġi l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu ta’ ċerti addittivi tal-ikel (ĠU L 107, 25.4.2015, p. 1).


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/843/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)