European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2024/829

8.3.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2024/829

tal-4 ta’ Marzu 2024

dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim għall-Faċilitazzjoni tal-Investiment Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Angola

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4) flimkien mal-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a)(v), tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/2209 (2), il-Ftehim għall-Faċilitazzjoni tal-Investiment Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Angola (“il-Ftehim”) ġie ffirmat fis-17 ta’ Novembru 2023, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data aktar tard.

(2)

Il-Ftehim, f’konformità mal-Artikolu 55 tiegħu, fl-Unjoni, ma jagħtix drittijiet jew jimponi obbligi fuq persuni, għajr dawk maħluqa bejn il-Partijiet skont id-dritt internazzjonali pubbliku.

(3)

Il-Ftehim jenħtieġ li jiġi approvat.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim għall-Faċilitazzjoni tal-Investiment Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Angola (“il-Ftehim”) (3) huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu, f’isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 57(2) tal-Ftehim, (4).

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Marzu 2024.

Għall-Kunsill

Il-President

A. VERLINDEN


(1)  Approvazzjoni tas-7 ta’ Frar 2024 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/2209 tad-9 ta’ Ottubru 2023 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim għall-Faċilitazzjoni tal-Investiment Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Angola (ĠU L, 2023/2209, 17.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2209/oj).

(3)  It-test tal-Ftehim huwa ppubblikat fil-ĠU L, 2024/830, 8.3.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree/2024/830/oj).

(4)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim se tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/829/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)