European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2024/819

11.3.2024

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/819

tat-8 ta’ Marzu 2024

li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l- importazzjonijiet ta’ ċertu azzar reżistenti għall-korrużjoni li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(2) tiegħu,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   Investigazzjonijiet preċedenti u miżuri fis-seħħ

(1)

Bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/186 (2) il-Kummissjoni Ewropea imponiet dazji anti-dumping fuq l- importazzjonijiet ta’ ċertu azzar reżistenti għall-korrużjoni li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“il-miżuri oriġinali”). L-investigazzjoni li wasslet għall-impożizzjoni tal-miżuri oriġinali minn hawn ’il quddiem se tissejjaħ “l-investigazzjoni oriġinali”.

(2)

Id-dazji anti-dumping ġew estiżi għall-importazzjonijiet ta’ azzar reżistenti għall-korrużjoni ftit modifikat ikkonsenjat mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“iċ-Ċina”, “ir-RPĊ” jew “il-pajjiż ikkonċernat”) bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1156 (3), kif emendat l-aħħar bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1994 (4). L-estensjoni ma tapplikax għall-importazzjonijiet ta’ ċertu azzar reżistenti għall-korrużjoni prodott mill-produtturi esportaturi Ċiniżi Beijing Shougang Cold Rolling Co., Ltd u Shougang Jingtang United Iron and Steel Co., Ltd.

(3)

Id-dazji anti-dumping fis-seħħ bħalissa huma f’rati li jvarjaw bejn is–17,2 % u s–27,9 %, fuq importazzjonijiet mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun, 26,1 % fuq importazzjonijiet mill-kumpaniji li kkooperaw li ma kinux inklużi fil-kampjun u rata tad-dazju ta’ 27,9 % fuq importazzjonijiet mill-kumpaniji l-oħrajn kollha mir-RPĊ.

1.2.   Talba għal rieżami ta’ skadenza

(4)

Wara l-pubblikazzjoni ta’ notifika ta’ skadenza imminenti (5), il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) irċeviet talba għal rieżami skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

(5)

It-talba għal rieżami ġiet ippreżentata fit-8 ta’ Novembru 2022 mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Azzar Eurofer (“l-applikant”) f’isem l-industrija tal-Unjoni ta’ ċertu azzar reżistenti għall-korrużjoni skont it-tisfira tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku. It-talba għal rieżami kienet ibbażata fuq il-bażi li l-iskadenza tal-miżuri x’aktarx twassal għal rikorrenza ta’ dumping u għal rikorrenza ta’ dannu għall-industrija tal-Unjoni.

1.3.   Bidu ta’ rieżami ta’ skadenza

(6)

Billi ddeterminat, wara konsultazzjoni mal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku, li kienet teżisti evidenza suffiċjenti għall-bidu ta’ rieżami ta’ skadenza, fit-8 ta’ Frar 2023 il-Kummissjoni bdiet rieżami ta’ skadenza fir-rigward tal-importazzjonijiet lejn l-Unjoni ta’ ċertu azzar reżistenti għall-korrużjoni li joriġinaw mir-RPĊ abbażi tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. Hija ppubblikat Notifika ta’ Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (6) (“in-Notifika ta’ Bidu”).

1.4.   Perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami u perjodu kkunsidrat

(7)

L-investigazzjoni tal-kontinwazzjoni jew tar-rikorrenza tad-dumping kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2022 sal-31 ta’ Diċembru 2022 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami” jew “RIP”). L-eżaminazzjoni tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza tad-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2019 sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami (“il-perjodu kkunsidrat”).

1.5.   Partijiet interessati

(8)

Fin-Notifika ta’ Bidu, il-partijiet interessati ġew mistiedna jikkuntattjaw lill-Kummissjoni sabiex jieħdu sehem fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni speċifikament infurmat lill-applikant, lil produtturi tal-Unjoni magħrufin oħrajn, lill-produtturi magħrufin fir-RPĊ, lill-awtoritajiet tar-RPĊ, lill-importaturi u l-utenti, magħrufin, kif ukoll lill-assoċjazzjonijiet magħrufin li huma kkonċernati dwar il-bidu tal-iskadenza u stednithom jipparteċipaw.

(9)

Il-partijiet interessati kellhom l-opportunità li jikkummentaw dwar il-bidu tar-rieżami ta’ skadenza u li jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti relatati mal-kummerċ. L-ebda waħda mill-partijiet interessati ma talbet seduta ta’ smigħ.

1.6.   Kampjunar

(10)

Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li hija tista’ tieħu kampjun tal-partijiet interessati f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

1.7.   Kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni

(11)

Fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li kienet għażlet kampjun tal-produtturi tal-Unjoni b’mod provviżorju. Il-Kummissjoni għażlet il-kampjun abbażi tal-volumi tal-produzzjoni u tal-bejgħ tal-Unjoni rrapportati mill-produtturi tal-Unjoni fil-kuntest tal-analiżi tal-valutazzjoni permanenti ta’ qabel il-bidu, filwaqt li qieset ukoll il-pożizzjoni ġeografika tagħhom. Dan il-kampjun proviżorju kien jikkonsisti minn tliet produtturi tal-Unjoni li jinsabu fi tliet Stati Membri differenti. Il-kampjun kien jammonta għal kważi 32 % tal-volum totali stmat tal-produzzjoni tal-prodott simili fl-Unjoni u għal aktar minn 37 % tal-volum totali stmat tal-bejgħ tal-prodott simili fis-suq ħieles fl-Unjoni (7). F’konformità mal-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw dwar il-kampjun provviżorju. L-ebda parti ma għamlet kummenti sal-iskadenza mogħtija.

(12)

B’nota tal-fajl tat-3 ta’ April 2023, il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati dwar id-deċiżjoni tagħha li ma tibdilx il-kompożizzjoni tal-kampjun definittiv tal-produtturi tal-Unjoni minkejja li eżami preliminari tat-tweġibiet għall-kwestjonarju mit-tliet produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun kien issuġġerixxa li l-kampjun definittiv kien jirrappreżenta aktar minn 29 % tal-volum totali stmat tal-produzzjoni tal-prodott simili fl-Unjoni u 26 % tal-volum totali stmat tal-bejgħ tal-prodott simili fl-Unjoni. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw dwar l-aġġornament. L-ebda parti ma għamlet kummenti sal-iskadenza mogħtija.

(13)

Il-verifika fil-bini ta’ ArcelorMittal Bremen GmbH żvelat kunċett żbaljat tal-prodott taħt rieżami fil-livell tal-grupp ta’ ArcelorMittal. Għal ArcelorMittal Bremen GmbH, ir-rapportar żbaljat kien jinvolvi li l-kwantitajiet reali prodotti u mibjugħa kienu aktar baxxi minn dawk irrapportati fit-tweġiba għall-kwestjonarju, sal-punt li l-entità ma kinitx għadha tikkwalifika bħala parti mill-kampjun. Il-Kummissjoni ddeċidiet li tissostitwixxi l-kumpanija kkonċernata bi produttur ieħor mill-istess grupp. Il-kampjun finali stabbilit b’dan il-mod kien jikkonsisti minn tliet produtturi tal-Unjoni, li jinsabu fi tliet Stati Membri differenti, li eventwalment kienu jirrappreżentaw 29 % tal-volum totali tal-produzzjoni tal-prodott simili fl-Unjoni u 33 % tal-volum totali tal-bejgħ tal-prodott simili fis-suq ħieles fl-Unjoni. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw dwar il-kampjun finali. L-ebda parti ma għamlet kummenti sal-iskadenza mogħtija.

1.7.1.   Kampjunar tal-importaturi

(14)

Sabiex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lil importaturi mhux relatati jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu.

(15)

Ma kien hemm l-ebda importatur mhux relatat li pprovda l-informazzjoni mitluba. Il-Kummissjoni ddeċidiet li l-kampjunar ma kienx meħtieġ. Ma wasal l-ebda kumment għal din id-deċiżjoni.

1.7.2.   Kampjunar tal-produtturi esportaturi fir-RPĊ

(16)

Sabiex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, sabiex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi kollha fir-RPĊ sabiex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fl-Avviż ta’ Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina tidentifika u/jew tikkuntattja lil produtturi esportaturi oħrajn, jekk hemm, li jistgħu jkunu interessati jipparteċipaw fl-investigazzjoni.

(17)

L-ebda produttur esportatur mir-RPĊ ma pprovda l-informazzjoni mitluba sal-iskadenza u/jew qabel li jiġi inkluż fil-kampjun. Għalhekk, kif spjegat fil-premessa (29) ta’ hawn taħt, il-Kummissjoni informat lill-awtoritajiet tar-RPĊ u lil partijiet interessati li minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni suffiċjenti, il-Kummissjoni tista’ tapplika l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku dwar is-sejbiet fir-rigward tar-RPĊ.

1.8.   Tweġibiet għall-kwestjonarju

(18)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku lill-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“GTĊ”).

(19)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lill-applikant u talbet lill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun jimlew kwestjonarju disponibbli online. Il-kwestjonarji għall-produtturi tal-Unjoni, għall-importaturi mhux relatati u għall-produtturi esportaturi Ċiniżi saru disponibbli fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ (8) fil-jum tal-bidu.

(20)

Waslu tweġibiet għall-kwestjonarju mingħand il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u mill-applikant.

1.9.   Verifika

(21)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha meqjusa meħtieġa għad-determinazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dumping u dannu u tal-interess tal-Unjoni. Iż-żjarat ta’ verifika skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku twettqu fil-bini tal-partijiet li ġejjin:

Produtturi tal-Unjoni

ArcelorMittal Bremen GmbH, Bremen, il-Ġermanja

ArcelorMittal France S.A., sit: Dunkerque, Franza

Marcegaglia Carbon Steel S.p.A, Gazoldo degli Ippoliti u Ravenna, l-Italja

Voestalpine Stahl GmbH, Linz, l-Awstrija

L-assoċjazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni:

Eurofer, Brussell, il-Belġju

1.10.   Proċedura sussegwenti

(22)

Fl-14 ta’ Diċembru 2023, il-Kummissjoni żvelat il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom kienet biħsiebha żżomm id-dazji anti-dumping fis-seħħ. Il-partijiet kollha ngħataw perjodu li fih setgħu jikkummentaw dwar id-divulgazzjoni u jitolbu seduta ta’ smigħ.

(23)

L-applikant laqa’ s-sejbiet u l-konklużjoni żvelati mill-Kummissjoni. L-ebda parti oħra ma kkummentat.

2.   PRODOTT TAĦT RIEŻAMI, PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI

2.1.   Prodott taħt rieżami

(24)

Il-prodott taħt rieżami huwa l-istess bħal fl-investigazzjoni oriġinali, jiġifieri prodotti rrumblati ċatti tal-ħadid jew tal-azzar illigat jew azzar mhux illigat; deossidati bl-aluminju; miksija jew mgħottija b’galvanizzazzjoni f’banju sħun biż-żingu u/jew bl-aluminju, u l-ebda metall ieħor; passivat kimikament; li fih skont il-piż: 0,015 % jew aktar iżda mhux aktar minn 0,170 % ta’ karbonju, 0,015 % jew aktar iżda mhux aktar minn 0,100 % ta’ aluminju, mhux aktar minn 0,045 % ta’ nijobju, mhux aktar minn 0,010 % ta’ titanju u mhux aktar minn 0,010 % ta’ vanadju; ippreżentati f’koljaturi, folji maqtugħin skont it-tul u strixxi dojoq.

(25)

Il-prodotti li ġejjin huma esklużi:

tal-azzar inossidabbli, tal-azzar tas-siliċju manjetiku, u tal-azzar b’veloċità għolja,

mhux maħdumin aktar ħlief illaminati bis-sħana jew illaminati kesħin (cold-reduced).

(26)

Il-prodott taħt rieżami bħalissa jaqa’ taħt il-kodiċijiet NM ex 7210 41 00, ex 7210 49 00, ex 7210 61 00, ex 7210 69 00, ex 7212 30 00, ex 7212 50 61, ex 7212 50 69, ex 7225 92 00, ex 7225 99 00, ex 7226 99 30 u ex 7226 99 70 (il-kodiċijiet TARIC 7210410020, 7210490020, 7210610020, 7210690020, 7212300020, 7212506120, 7212506920, 7225920020, 7225990022, 7225990092, 7226993010, 7226997094).

2.2.   Il-prodott ikkonċernat

(27)

Il-prodott ikkonċernat minn din l-investigazzjoni huwa l-prodott taħt rieżami li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

2.3.   Prodott simili

(28)

Kif stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali, din l-investigazzjoni tar-rieżami ta’ skadenza kkonfermat li l-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi:

il-prodott ikkonċernat meta jiġi esportat lejn l-Unjoni;

il-prodott ikkonċernat manifatturat u mibjugħ fis-suq domestiku tar-RPĊ;

il-prodott ikkonċernat manifatturat u mibjugħ mill-produtturi esportaturi lejn il-bqija tad-dinja; u l-prodott taħt rieżami manifatturat u mibjugħ fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni.

(29)

Għalhekk, dawn il-prodotti huma kkunsidrati bħala prodotti simili fis-sens tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

3.   PROBABBILTÀ TA’ KONTINWAZZJONI JEW TA’ RIKORRENZA TAD-DUMPING

3.1.   Kummenti preliminari

(30)

Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, l-importazzjonijiet ta’ ċertu azzar reżistenti għall-korrużjoni (CRS) mir-RPĊ prattikament sparixxew mis-suq tal-Unjoni. Skont l-Eurostat, l-importazzjonijiet tas-CRS mir-RPĊ ammontaw għal 953 tunnellata fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, meta mqabbla ma’ 1 857 490 tunnellata fl-investigazzjoni oriġinali. Kien hemm żieda fl-importazzjonijiet fl-2021 iżda dan jista’ jiġi attribwit għat-taqlib fis-suq minħabba l-effetti tal-pandemija tal-COVID.

(31)

Kif issemma fil-premessa (17), l-ebda produttur esportatur mir-RPĊ ma kkoopera fl-investigazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni informat lill-awtoritajiet tar-RPĊ li minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tapplika l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku dwar is-sejbiet fir-rigward tar-RPĊ. Ma waslet l-ebda tweġiba u għalhekk il-Kummissjoni ddeċidiet li tapplika l-Artikolu 18.

(32)

Konsegwentement, f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, is-sejbiet fir-rigward tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping kienu bbażati fuq il-fatti disponibbli, b’mod partikolari l-informazzjoni pprovduta fit-talba għal rieżami, id-data disponibbli għall-pubbliku minn produtturi Messikani tas-CRS, il-Global Trade Atlas, il-Kummissjoni Regolatorja tal-Enerġija, l-informazzjoni ppubblikata mill-Gvern tal-Messiku, Global Petrol Prices u l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol.

3.2.   Proċedura għad-determinazzjoni tal-valur normali skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku għall-importazzjonijiet tas-CRS li joriġinaw mir-RPĊ

(33)

Minħabba li l-evidenza suffiċjenti disponibbli fil-bidu tal-investigazzjoni għandha t-tendenza turi, fir-rigward tar-RPĊ, l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni bdiet l-investigazzjoni abbażi tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku.

(34)

Sabiex tikseb l-informazzjoni li qieset meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-allegati distorsjonijiet sinifikanti, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lill-GTĊ. Barra minn hekk, fil-punt 5.3.2 tal-Avviż ta’ Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati kollha jesprimu l-fehmiet tagħhom, jissottomettu informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni tal-Avviż ta’ Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(35)

Ma waslet l-ebda tweġiba għall-kwestjonarju mill-GTĊ u ma waslet l-ebda sottomissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku sal-iskadenza.

(36)

Sussegwentement, il-Kummissjoni informat lill-GTĊ li hija kienet se tuża l-fatti disponibbli fis-sens tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku biex tiddetermina l-eżistenza tad-distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ. Ma tqajjem l-ebda kumment mill-GTĊ f’dan ir-rigward.

(37)

Fil-punt 5.3.2 tan-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni speċifikat ukoll li, fid-dawl tal-evidenza disponibbli, jista’ jkollha bżonn tagħżel pajjiż rappreżentattiv xieraq skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku għall-fini li tiddetermina l-valur normali abbażi ta’ prezzijiet jew ta’ valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni. Il-Kummissjoni ddikjarat ukoll li kienet se teżamina pajjiżi oħrajn possibbilment xierqa f’konformità mal-kriterji stabbiliti fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku.

(38)

Fis-27 ta’ Ġunju 2023, il-Kummissjoni ħarġet Nota għall-fajl dwar is-sorsi għad-determinazzjoni tal-valur normali (“Nota dwar is-sorsi”). In-Nota dwar is-sorsi ġiet aġġornata fis-6 ta’ Lulju 2023 u l-partijiet interessati ngħataw żmien adegwat biex jikkummentaw.

(39)

Permezz tan-Nota dwar is-sorsi, il-Kummissjoni informat ukoll lill-partijiet interessati li kien beħsiebha tuża l-Messiku bħala pajjiż rappreżentattiv u spjegat is-sorsi rilevanti li kien beħsiebha tuża għad-determinazzjoni tal-valur normali.

(40)

Fin-Nota dwar is-sorsi, il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati li, minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni hija se tibbaża kostijiet diretti oħrajn u spejjeż ġenerali tal-manifattura fuq l-informazzjoni dwar l-industrija tal-Unjoni pprovduta fit-talba għal rieżami ta’ skadenza u informazzjoni addizzjonali li rċeviet mill-applikant, u tesprimihom bħala perċentwali.

(41)

Infurmat ukoll lill-partijiet interessati li kienet se tistabbilixxi l-kostijiet tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (“SG&A”) u l-profitti abbażi tal-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku għal produttur Messikan, Ternium S.A.

(42)

Fl-aħħar nett, permezz tan-Nota dwar is-sorsi, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jikkummentaw dwar is-sorsi u l-adegwatezza tal-Messiku bħala pajjiż rappreżentattiv u jissuġġerixxu wkoll pajjiżi oħrajn, sakemm dawn ippreżentaw biżżejjed informazzjoni dwar il-kriterji rilevanti. Ma wasal l-ebda kumment.

(43)

Skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali għandu normalment ikun ibbażat fuq il-prezzijiet imħallsa jew pagabbli, fil-kors ordinarju tal-kummerċ, minn klijenti indipendenti fil-pajjiż esportatur”.

(44)

Madankollu, skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “fil-każ li jiġi determinat […], li mhuwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fil-pajjiż esportatur minħabba l-eżistenza f’dak il-pajjiż ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-punt (b), il-valur normali għandu jiġi kkalkolat esklużivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew valuri ta’ riferiment mingħajr distorsjoni,”, u “għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti” (“kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali” minn hawn ’il quddiem “SG&A”).

(45)

Kif spjegat ulterjorment hawn taħt, f’din l-investigazzjoni l-Kummissjoni kkonkludiet li, abbażi tal-evidenza disponibbli, u fid-dawl tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-GTĊ u tal-produtturi esportaturi, l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku kienet xierqa.

3.3.   Eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti

(46)

F’investigazzjonijiet reċenti dwar is-settur tal-azzar fir-RPĊ (9), il-Kummissjoni sabet li kien hemm distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku.

(47)

F’dawk l-investigazzjonijiet, il-Kummissjoni sabet li hemm intervent sostanzjali tal-gvern fir-RPĊ li jirriżulta f’distorsjoni tal-allokazzjoni effettiva tar-riżorsi f’konformità mal-prinċipji tas-suq (10). B’mod partikolari, il-Kummissjoni kkonkludiet li fis-settur tal-azzar,li huwa l-materja prima ewlenija għall-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami, mhux biss għad hemm grad sostanzjali ta’ sjieda mill-GTĊ fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), l-ewwel inċiż, tar-Regolament bażiku (11), iżda l-GTĊ huwa wkoll f’pożizzjoni li jinterferixxi mal-prezzijiet u mal-kostijiet permezz tal-preżenza tal-Istat fid-ditti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), it-tieni inċiż, tar-Regolament bażiku (12). Il-Kummissjoni sabet ukoll li l-preżenza u l-intervent tal-Istat fis-swieq finanzjarji, kif ukoll fil-provvista tal-materja prima u tal-inputs, iħallu effett ta’ distorsjoni addizzjonali fuq is-suq. Tabilħaqq, b’mod ġenerali, is-sistema tal-ippjanar fir-RPĊ tirriżulta fil-konċentrazzjoni tar-riżorsi f’setturi ddeżinjati bħala strateġiċi jew inkella bħala politikament importanti mill-GTĊ, aktar milli fl-allokazzjoni tagħhom f’konformità mal-forzi tas-suq (13). Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-liġijiet Ċiniżi dwar il-falliment u l-proprjetà ma jaħdmux kif suppost fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), ir-raba’ inċiż, tar-Regolament bażiku, u b’hekk jiġu ġġenerati distorsjonijiet b’mod speċjali meta jinżammu ħajjin ditti insolventi u meta jiġu allokati d-drittijiet għall-użu tal-art fir-RPĊ (14). Bl-istess mod, il-Kummissjoni sabet distorsjonijiet tal-kostijiet tal-pagi fis-settur tal-azzar fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), il-ħames inċiż, tar-Regolament bażiku (15), kif ukoll distorsjonijiet fis-swieq finanzjarji fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), is-sitt inċiż, tar-Regolament bażiku, b’mod partikolari fir-rigward tal-aċċess għall-kapital għall-atturi korporattivi fir-RPĊ (16).

(48)

Bħal fl-investigazzjonijiet preċedenti dwar is-settur tal-azzar fir-RPĊ, f’din l-investigazzjoni l-Kummissjoni eżaminat jekk kienx xieraq jew le li jintużaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fir-RPĊ, minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni għamlet dan abbażi tal-evidenza disponibbli fil-fajl, inkluża l-evidenza li tinsab fit-talba, kif ukoll l-evidenza li tinsab fid-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar Distorsjonijiet Sinifikanti fl-Ekonomija tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Finijiet tal-Investigazzjonijiet għad-Difiża tal-Kummerċ (17) (“Rapport”), li jibbaża fuq sorsi disponibbli għall-pubbliku. Dik l-analiżi kopriet l-eżami tal-interventi sostanzjali tal-gvern fl-ekonomija tar-RPĊ b’mod ġenerali, iżda wkoll is-sitwazzjoni speċifika tas-suq fis-settur rilevanti inkluż il-prodott taħt rieżami. Il-Kummissjoni kompliet tissupplimenta dawn l-elementi evidenzjarji bir-riċerka tagħha stess dwar id-diversi kriterji rilevanti biex tikkonferma l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ, kif misjub ukoll mill-investigazzjonijiet preċedenti tagħha f’dan ir-rigward.

(49)

It-talba allegat li l-ekonomija Ċiniża kollha kemm hi hija influwenzata u affettwata ħafna minn interventi sostanzjali mill-gvern, li fid-dawl tagħhom il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi tal-industrija tal-azzar Ċiniża ma jistgħux jintużaw f’din l-investigazzjoni. Biex tappoġġa l-pożizzjoni tagħha, it-talba rreferiet għar-Rapport, għal-leġiżlazzjoni Ċiniża, għal rapporti ulterjuri, kif ukoll għal evidenza aneddotali addizzjonali ta’ distorsjonijiet implimentati matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

(50)

B’mod aktar speċifiku, it-talba indikat li fl-isfond tal-prinċipju “ekonomija tas-suq soċjalista” stabbilit fil-Kostituzzjoni tar-RPĊ, l-omnipreżenza tal-Partit Komunista Ċiniż (“CCP”) u l-influwenza tal-gvern fuq l-ekonomija permezz ta’ inizjattivi ta’ ppjanar strateġiku, l-intervent tal-GTĊ jieħu diversi forom, jiġifieri forma amministrattiva, finanzjarja u regolatorja.

(51)

It-talba pprovdiet eżempji ta’ elementi li jindikaw l-eżistenza ta’ distorsjonijiet, kif elenkati mill-ewwel sas-sitt sing tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. B’mod partikolari, l-applikant ippreżenta li:

(52)

L-Istat Ċiniż mhux biss jifformula u jissorvelja b’mod attiv l-implimentazzjoni ta’ politiki ekonomiċi ġenerali mill-intrapriżi individwali tal-Istat (“SOEs”), iżda jsostni wkoll id-drittijiet tiegħu li jipparteċipa fit-teħid ta’ deċiżjonijiet operazzjonali fl-SOEs. Tipikament dan isir permezz tar-rotazzjoni ta’ uffiċjali tal-partit (cadres) bejn l-awtoritajiet tal-gvern u l-SOEs, permezz tal-preżenza ta’ membri tal-partit fuq il-korpi eżekuttivi tal-SOEs u ta’ ċelloli tal-partit fil-kumpaniji, kif ukoll permezz tat-tfassil tal-istruttura korporattiva tas-settur tal-SOEs. Bi skambju għal dan, l-SOEs igawdu status partikolari fl-ekonomija Ċiniża. Dan l-istatus jinvolvi għadd ta’ benefiċċji ekonomiċi, b’mod partikolari l-protezzjoni mill-kompetizzjoni u l-aċċess preferenzjali għall-inputs rilevanti, inkluż il-finanzjament. Imġiba ta’ ingranaġġ u ta’ produttività tax-xogħol ogħla jwasslu għal żieda fid-dejn tal-SOE, ikkawżata minn tnaqqis fil-kostijiet tal-imgħax. Dan juri kemm il-kundizzjonijiet monetarji jistgħu jwasslu faċilment għal akkumulazzjoni rapida tad-dejn tal-SOE (18). Din is-superviżjoni tal-kontroll u tal-politika hija partikolarment urġenti fis-settur tal-azzar — l-azzar ċatt b’laminazzjoni termali huwa bil-bosta l-akbar kontribut fil-produzzjoni tas-CRS — fejn għad hemm grad sostanzjali ta’ sjieda mill-Gvern Ċiniż u fejn il-GTĊ għandu l-għan li jikkonsolida 60 % tal-produzzjoni tal-ħadid u l-azzar għal madwar 10 intrapriżi fuq skala kbira sal-2025.

(53)

L-Istat huwa fil-pożizzjoni li jinterferixxi mal-prezzijiet u l-kostijiet permezz tal-preżenza tal-Istat fid-ditti, b’mod partikolari permezz taċ-ċelloli tas-CCP fl-intrapriżi, kemm dawk tal-Istat kif ukoll dawk privati, inkluż fir-rigward tal-produtturi tas-CRS u l-fornituri tal-inputs tagħhom. Id-dokumenti pubbliċi tal-produtturi tal-Istat xi drabi jenfasizzaw ir-rabta mal-Istat Ċiniż, bħal stqarrija għall-istampa tal-2021 ta’ China Baowu, li ddikjarat li kienet studjat u implimentat b’mod kuxjenzjuż l-ispirtu taż-żewġ sessjonijiet tal-Kungress Nazzjonali tal-Poplu, abbażi tal-istadju l-ġdid tal-iżvilupp u ppromwoviet bis-sħiħ il-kompiti tal-14-il ippjanar strateġiku ta’ China Baowu ta’ 5 snin. Finalment, il-preżenza u l-intervent tal-Istat fis-swieq finanzjarji, kif ukoll fil-provvista tal-materja prima u tal-inputs, għandhom effett ta’ distorsjoni addizzjonali fuq is-suq.

(54)

Il-GTĊ għandu miżuri fis-seħħ biex iħeġġeġ lill-operaturi jikkonformaw mal-objettivi tal-politika pubblika li jiġu appoġġati l-industriji partikolari, inkluż il-produzzjoni tas-CRS, u l-akkwist tal-materja prima użata għall-produzzjoni tiegħu. Dawn il-miżuri jimpedixxu lill-forzi tas-suq milli joperaw b’mod normali. Eżempji ta’ tali miżuri jinkludu bosta pjanijiet, direttivi u dokumenti oħrajn iffokati fuq l-azzar, li jinħarġu fil-livell nazzjonali, reġjonali u muniċipali. Pereżempju, f’Marzu 2022, il-Ministeru għall-Industrija u t-Teknoloġija tal-Informazzjoni (“MIIT”), il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp u r-Riforma (“NDRC”) u l-Ministeru għall-Ekoloġija u l-Ambjent ħarġu linja gwida dwar il-promozzjoni tal-iżvilupp ta’ kwalità għolja tal-industrija tal-ħadid u tal-azzar, li tappella, fost l-oħrajn, għal provvista stabbli ta’ riżorsi, tagħmir tekniku avvanzat, prodotti ta’ kwalità għolja u marki eċċellenti, livell għoli ta’ intelliġenza u kompetittività globali b’saħħitha sal-2025. Eżempji oħrajn huma t-13 u l-14-il FYP nazzjonali; il-pjan ta’ żvilupp tal-2021 rilaxxat mill-Ministeru għall-Industrija u t-Teknoloġija tal-Informazzjoni li jappella biex jitnaqqas il-konsum tal-enerġija fl-industrija tal-azzar; jew il-Katalogu ta’ Gwida għar-Ristrutturar tal-Industrija tal-2020 (verżjoni tal-2019) rilaxxat mill-NDRC. Barra minn hekk, il-prodotti ċatti b’laminazzjoni termali Ċiniżi jibbenefikaw minn għadd ta’ programmi ta’ sussidju u l-GTĊ jiggwida ulterjorment l-iżvilupp tas-settur f’konformità ma’ firxa wiesgħa ta’ għodod ta’ politika u direttivi relatati, fost l-oħrajn, mal-kompożizzjoni u r-ristrutturar tas-suq, il-materja prima, l-investiment, l-eliminazzjoni tal-kapaċità, il-firxa tal-prodotti, ir-rilokazzjoni, it-titjib, ir-rifużjonijiet tal-VAT, eċċ.

(55)

Is-sistema Ċiniża tal-falliment jidher li ma hijiex adegwata biex tilħaq l-objettivi prinċipali tagħha stess bħal dak li tħallas il-pretensjonijiet u d-djun b’mod ġust u li tissalvagwardja d-drittijiet u l-interessi legali tal-kredituri u tad-debituri. Barra minn hekk, l-Istat għandu rwol b’saħħtu u attiv fil-proċedimenti ta’ insolvenza, li spiss ikollu influwenza diretta fuq l-eżitu tagħhom. Barra minn hekk, in-nuqqasijiet tas-sistema tad-drittijiet tal-proprjetà huma partikolarment ovvji fir-rigward tas-sjieda tal-art u d-drittijiet tal-użu tal-art fiċ-Ċina, bl-art kollha proprjetà tal-Istat, l-allokazzjoni tagħha tibqa’ tiddependi biss mill-Istat u l-awtoritajiet li spiss isegwu għanijiet politiċi inkluża l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ekonomiċi meta jallokaw l-art.

(56)

Il-ħaddiema u l-impjegaturi huma mxekkla fid-drittijiet tagħhom għall-organizzazzjoni kollettiva u l-mobbiltà hija ristretta mis-sistema ta’ reġistrazzjoni tal-unitajiet domestiċi, li tillimita l-aċċess għall-firxa sħiħa ta’ benefiċċji tas-sigurtà soċjali u benefiċċji oħrajn. Dan iwassal biex il-kostijiet lavorattivi jkunu distorti minħabba li ma humiex ir-riżultat ta’ forzi normali tas-suq jew ta’ negozjati bejn il-kumpaniji u l-forza tax-xogħol.

(57)

Fil-livell tal-allokazzjoni tar-riżorsi finanzjarji, is-sistema finanzjarja tar-RPĊ hija ddominata mill-banek kummerċjali tal-Istat. Dawk il-banek, meta jkunu qed jistabbilixxu u jimplimentaw il-politika tas-self tagħhom iridu jallinjaw lilhom infushom mal-objettivi tal-politika industrijali tal-gvern minflok ma jivvalutaw qabel kollox il-merti ekonomiċi ta’ proġett partikolari. Barra minn hekk, il-klassifikazzjonijiet tal-bonds u tal-kreditu ta’ spiss ikunu soġġetti għal distorsjoni għal diversi raġunijiet, inkluż il-fatt li l-valutazzjoni tar-riskju tiġi influwenzata mill-importanza strateġika tad-ditta għall-GTĊ u mis-saħħa ta’ kull garanzija impliċita mill-gvern. Addizzjonalment, il-kostijiet tas-self inżammu baxxi b’mod artifiċjali biex jistimulaw it-tkabbir tal-investiment, li wassal għall-użu eċċessiv tal-investiment kapitali b’redditi dejjem aktar baxxi fuq l-investiment u l-ebda sinjal li jiġi llimitat il-kreditu.

(58)

It-talba enfasizzat ulterjorment in-natura sistematika tad-distorsjonijiet. B’konsegwenza ta’ dan, mhux biss jistgħu ma jintużawx il-prezzijiet tal-bejgħ domestiku tas-CRS, iżda l-kostijiet tal-input kollha (inklużi prodotti ċatti b’laminazzjoni termali (“HRFS”) u l-materja prima sottostanti bħal: mineral tal-ħadid li jikkostitwixxu madwar 30 % tal-kost dirett għas-CRS; faħam li jikkostitwixxi madwar 14 % tal-kost dirett għas-CRS; ruttam, ligi tal-ħadid u żingu li flimkien jikkostitwixxu madwar 34 % tal-kost dirett għas-CRS; enerġija li tikkostitwixxi madwar 13 % tal-kost dirett għas-CRS; l-art, il-finanzjament, ix-xogħol, eċċ.) huma wkoll affettwati minħabba li l-formazzjoni tal-prezzijiet tagħhom hija affettwata minn intervent sostanzjali tal-gvern.

(59)

Fir-rigward tal-HRFS bħala input tas-CRS, it-talba rreferiet għal firxa wiesgħa ta’ sussidji li l-produtturi Ċiniżi tal-HRFS għadhom jirċievu. Filwaqt li xi wħud minn dawk kienu kkumpensati mill-Kummissjoni (19), il-GTĊ kompla jagħti sussidji lill-industrija tal-HRFS f’diversi forom, bħal għotjiet ta’ flus, kontroll tal-prezzijiet tal-materja prima, self preferenzjali, sussidji għall-użu tal-art, infurzar laxk tar-regolament ambjentali, fużjonijiet u akkwiżizzjonijiet b’mandat mill-gvern, u infużjonijiet u konverżjonijiet tal-ekwità. It-talba pprovdiet eżempji speċifiċi dwar il-produtturi Chongqing Iron & Steel Company Ltd., Maanshan Iron & Steel Company Limited, kif ukoll Angang Steel Company.

(60)

Fir-rigward tal-mineral tal-ħadid, tal-kokk u ta’ inputs oħrajn upstream tas-CRS, it-talba indikat li minbarra metodi ta’ sussidjar aktar evidenti bħall-għotjiet ta’ flus, strateġija oħra tal-GTĊ biex jissussidja indirettament lill-produtturi tal-HRFS hija billi jikkontrolla l-prezzijiet tal-materja prima, mhux l-inqas permezz ta’ restrizzjonijiet fuq il-volumi tal-esportazzjoni u reġim ta’ liċenzjar tal-esportazzjoni għall-faħam. Fir-rigward tal-mineral tal-ħadid, it-talba tirreferi għal diversi forom ta’ restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni fis-seħħ fiċ-Ċina, filwaqt li fl-istess ħin twissi li s-sorsi uffiċjali disponibbli x’aktarx li huma nieqsa mill-komprensività fir-rigward tal-miżuri Ċiniżi. It-talba tfakkar f’dan ir-rigward li l-GTĊ jagħmel sforzi sinifikanti biex jikkontrolla l-prezzijiet tal-materja prima tal-HRFS: f’Ġunju 2021, id-dipartiment tal-ipprezzar tal-NDRC u l-Amministratur tal-Istat għar-Regolamentazzjoni tas-Suq nedew investigazzjoni dwar in-negozjar immedjat tal-mineral tal-ħadid u tnediet ukoll investigazzjoni dwar il-prezzijiet tal-faħam ma’ timijiet mibgħuta lil diversi provinċji u bliet Ċiniżi biex jinvestigaw il-prezzijiet u l-provvisti tal-komoditajiet. Il-GTĊ kien involut ħafna fit-tentattiv li jiġu kkontrollati l-prezzijiet tal-komoditajiet, mill-faħam sar-ram. Hekk kif il-prezzijiet żdiedu b’mod sinifikanti, ir-regolaturi għandhom l-għan li jintervjenu biex jiżguraw il-provvista u l-istabbiltà tal-prezzijiet. Barra minn hekk, f’Lulju 2022, l-awtoritajiet Ċiniżi stabbilew konglomerat ġdid tal-mineral tal-ħadid li huwa proprjetà tal-Istat u amministrat ċentralment, il-Grupp tar-Riżorsi Minerali taċ-Ċina bl-għan espliċitu li jaġixxi bħala pjattaforma ċentralizzata ta’ xiri għal xi produtturi tal-azzar u negozjanti tal-Istat biex jgħaqqad in-negozjati mal-fornituri, kif ukoll biex iżid il-kontroll tal-Istat fuq il-provvisti tal-materja prima upstream u biex isaħħaħ is-saħħa ta’ negozjar tal-industrija domestika tal-azzar fis-suq internazzjonali tal-mineral tal-ħadid.

(61)

Bħala konklużjoni, it-talba ħadet il-pożizzjoni li l-prezzijiet jew il-kostijiet, inkluż il-kostijiet tal-materja prima, tal-enerġija u tal-manodopera ma humiex ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles minħabba li huma affettwati minn intervent sostanzjali tal-gvern fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. Fuq dik il-bażi, skont it-talba għal rieżami, f’dan il-każ ma huwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi sabiex jiġi stabbilit il-valur normali.

(62)

Il-GTĊ la kkummenta u lanqas ma pprovda evidenza li tappoġġa jew li tirribatti l-evidenza eżistenti fil-fajl tal-każ, inkluż ir-Rapport u l-evidenza addizzjonali pprovduta mill-applikant, dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti u/jew dwar l-adegwatezza tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fil-każ inkwistjoni.

(63)

Speċifikament fis-settur tal-prodott taħt rieżami, jiġifieri s-settur tal-azzar, għad hemm grad sostanzjali ta’ sjieda mill-GTĊ fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), l-ewwel inċiż tar-Regolament bażiku. Billi ma kien hemm l-ebda kooperazzjoni mill-esportaturi Ċiniżi tal-prodott taħt rieżami, il-proporzjon eżatt tal-produtturi privati u tal-Istat ma setax jiġi ddeterminat. Madankollu, l-investigazzjoni kkonfermat li diversi produtturi tal-prodott taħt rieżami huma kkontrollati direttament mill-Istat. Eżempji jinkludu l-Baowu Steel Group — li huwa SOE taħt l-SASAC ċentrali (20) — u s-sussidjarji tiegħu Chongqing Iron & Steel Company Ltd. (21) u Maanshan Iron & Steel Company Limited (22); il-Baotou Steel Group — SOE proprjetà tal-Gvern Mongoljan Intern (23) —, l-Angang Steel Group — SOE taħt l-SASAC ċentrali (24), kif ukoll ix-Shougang Group — SOE proprjetà 100 % ta’ Asset Management Ltd. li hija proprjetà tal-Istat ta’ Beijing (25).

(64)

Kemm l-intrapriżi pubbliċi kif ukoll dawk privati fis-settur tal-azzar huma soġġetti għal superviżjoni u gwida tal-politika. L-aktar dokumenti ta’ politika Ċiniżi reċenti dwar is-settur tal-azzar jikkonfermaw l-importanza kontinwa li l-GTĊ jattribwixxi lis-settur, inkluża l-intenzjoni li jintervjeni fis-settur sabiex jifformah f’konformità mal-politiki tal-gvern. Dan huwa eżemplifikat mill-Gwida ta’ Opinjoni tal-MIIT dwar it-Trawwim ta’ Żvilupp ta’ Kwalità Għolja tal-Industrija tal-Azzar, li jappella għal konsolidazzjoni ulterjuri tal-pedament industrijali u titjib sinifikanti fil-livell ta’ modernizzazzjoni tal-katina industrijali (26), mill-14-il FYP dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tal-Materja Prima li skontu, is-settur se “jaderixxi mal-kombinazzjoni tat-tmexxija tas-suq u l-promozzjoni tal-gvern” u se“jikkultiva grupp ta’ kumpaniji ewlenin bi tmexxija ekoloġika u b’kompetittività ewlenija” (27), jew mill-14-il FYP dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tar-Ruttam tal-Azzar li l-objettivi ewlenin tiegħu huma li “jiżdied kontinwament il-proporzjon tal-applikazzjoni tar-ruttam tal-azzar, u sa tmiem l-14-il FYP, il-proporzjon komprensiv tar-ruttam tal-produzzjoni nazzjonali tal-azzar se jilħaq it-30 %” (28), jew mill-Pjan ta’ Ħidma tal-2023 dwar it-Tkabbir Stabbli tal-Industrija tal-Azzar (29) li jistabbilixxi l-objettivi li ġejjin: “ Fl-2023, […]l-investiment f’assi fissi fl-industrija kollha għandu jżomm tkabbir kostanti, u l-benefiċċji ekonomiċi għandhom jittejbu b’mod sinifikanti; l-investiment tal-industrija fir-riċerka u l-iżvilupp għandu eventwalment jilħaq il–1,5 %; it-tkabbir tal-valur miżjud tal-industrija għandu jilħaq madwar 3,5 %; fl-2024, l-ambjent tal-iżvilupp tal-industrija u l-istruttura tal-industrija għandhom jiġu ottimizzati ulterjorment, il-bidla lejn prodotti ta’ livell għoli, intelliġenti u ekoloġiċi għandha tkompli, u t-tkabbir tal-valur miżjud tal-industrija għandu jaqbeż l-4 %”, li jitlob il-kollaborazzjoni biex “tiggwida l-prodotti, it-tagħmir, it-teknoloġija, is-servizzi tal-azzar taċ-Ċina, eċċ. biex “isir globali” b’mod koordinat, tippromwovi l-kooperazzjoni ekoloġika u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fl-industrija globali tal-azzar, u ttejjeb il-livell ta’ reżiljenza u sikurezza tal-ktajjen industrijali u tal-provvista globali [u biex] jiġu implimentati azzjonijiet ta’ titjib tal-kapaċità tal-provvista biex jiġi żgurat l-operat stabbli u effiċjenti tal-industrija” u li jipprevedi konsolidazzjoni korporattiva b’mandat mill-gvern tas-settur tal-azzar: “iħeġġeġ lill-intrapriżi ewlenin fl-industrija biex jimplimentaw fużjonijiet u akkwiżizzjonijiet, jibnu gruppi ta’ intrapriżi kbar ħafna tal-ħadid u tal-azzar ta’ klassi dinjija, u jrawmu t-tqassim ottimali tal-kapaċità tal-produzzjoni nazzjonali tal-ħadid u tal-azzar, jappoġġa lill-intrapriżi speċjalizzati b’setgħa ewlenija b’mod partikolari s-segmenti tas-suq tal-azzar biex ikomplu jintegraw ir-riżorsi u joħolqu ekosistema tal-industrija tal-azzar, iħeġġeġ lill-intrapriżi tal-ħadid u tal-azzar biex iwettqu attivitajiet trans-reġjonali […] fużjonijiet u riorganizzazzjonijiet […], jikkunsidraw li jagħtu appoġġ politiku akbar għas-sostituzzjoni tal-kapaċità lill-intrapriżi tal-ħadid u tal-azzar li jkunu lestew fużjonijiet u riorganizzazzjonijiet sostantivi.”

(65)

Eżempji simili tal-intenzjoni tal-awtoritajiet Ċiniżi li jissorveljaw u jiggwidaw l-iżviluppi tas-settur jidhru fil-livell provinċjali, bħal f’Hebei li qed jippjana li “jimplimenta b’mod kostanti l-iżvilupp tal-grupp ta’ organizzazzjonijiet, jaċċellera r-riforma tas-sjieda mħallta ta’ intrapriżi tal-Istat, jiffoka fuq il-promozzjoni tal-fużjoni u r-riorganizzazzjoni interreġjonali tal-intrapriżi privati tal-ħadid u tal-azzar, u jistinka biex jistabbilixxi minn wieħed sa żewġ gruppi kbar ta’ klassi dinjija, minn tlieta sa ħames gruppi kbar b’influwenza domestika bħala appoġġ” u li “jespandi aktar il-kanali tar-riċiklaġġ u taċ-ċirkolazzjoni tar-ruttam tal-metall, u jsaħħaħ l-iskrinjar u l-klassifikazzjoni tar-ruttam tal-metall.” (30) Barra minn hekk, il-pjan ta’ Hebei fis-settur tal-azzar jiddikjara: “Ikun hemm konformità mal-aġġustament strutturali u tiġi enfasizzata d-diversifikazzjoni tal-prodott. Jiġi promoss mingħajr waqfien l-aġġustament strutturali u jiġi ottimizzat it-tqassim tal-industrija tal-ħadid u tal-azzar, tiġi promossa l-konsolidazzjoni, ir-riorganizzazzjoni, it-trasformazzjoni u l-aġġornament tal-intrapriżi, u jiġi promoss b’mod komprensiv l-iżvilupp tal-industrija tal-ħadid u tal-azzar lejn intrapriżi fuq skala kbira, il-modernizzazzjoni tat-tagħmir tekniku, id-diversifikazzjoni tal-proċessi tal-produzzjoni, u d-diversifikazzjoni tal-prodotti downstream”.

(66)

Bl-istess mod, il-Pjan ta’ Implimentazzjoni ta’ Henan għat-Trasformazzjoni u l-Aġġornament tal-Industrija tal-Azzar matul l-14-il FYP jipprevedi l-“kostruzzjoni ta’ bażijiet karatteristiċi għall-produzzjoni tal-azzar […], il-bini ta’ sitt bażijiet karatteristiċi għall-produzzjoni tal-azzar f’Anyang, Jiyuan, Pingdingshan, Xinyang, Shangqiu, Zhouou, eċċ., u t-titjib tal-iskala, l-intensifikazzjoni u l-ispeċjalizzazzjoni tal-industrija. Fosthom, sal-2025, il-kapaċità tal-produzzjoni tal-ħadid fondut grezz f’Angyang se tiġi kkontrollata sa 14-il miljun tunnellata, u l-kapaċità tal-produzzjoni tal-azzar mhux maħdum se tiġi kkontrollata sa 15-il miljun tunnellata.” (31)

(67)

Aktar objettivi tal-politika industrijali jidhru wkoll fid-dokumenti tal-ippjanar ta’ provinċji oħra, bħal Jiangsu (32), Shandong (33), Shanxi (34), Liaoning Dalian (35) jew Zhejiang (36).

(68)

Fir-rigward tal-fatt li l-GTĊ huwa f’pożizzjoni li jinterferixxi mal-prezzijiet u mal-kostijiet permezz tal-preżenza tal-Istat fid-ditti fis-sens tat-tieni inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni min-naħa tal-produtturi esportaturi, kien impossibbli li tiġi stabbilita sistematikament l-eżistenza ta’ konnessjonijiet personali bejn il-produtturi tal-prodott taħt rieżami u s-CCP. Madankollu, hemm xi eżempji speċifiċi disponibbli dwar il-prodott taħt rieżami. Minħabba li l-prodott taħt rieżami jirrappreżenta sottosettur tas-settur tal-azzar, l-informazzjoni disponibbli fir-rigward tal-produtturi tal-azzar hija rilevanti wkoll għall-prodott taħt rieżami.

(69)

Pereżempju, il-president tal-Bord tad-Diretturi tal-Unjoni ta’ Baotou Steel, li tappartjeni għal Baotou Steel Group iservi wkoll bħala s-segretarju tal-Partit tal-kumpanija, bil-president tat-trade union tal-kumpanija li huwa d-Deputat segretarju tal-Partit. (37) Bl-istess mod, f’Shougang Group, il-president tal-Bord tad-Diretturi jservi bħala s-segretarju tal-Kumitat tal-Partit filwaqt li l-Viċi Maniġer Eżekuttiv huwa membru tal-Kumitat tal-Partit (38).

(70)

Barra minn hekk, fis-settur tal-prodott taħt rieżami hemm stabbiliti politiki li jiddiskriminaw favur il-produtturi domestiċi jew li b’xi mod ieħor jinfluwenzaw is-suq fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), it-tielet inċiż, tar-Regolament bażiku. L-investigazzjoni identifikat dokumenti ulterjuri li juru li l-industrija tibbenefika minn gwida u intervent governattivi fis-settur tal-azzar, minħabba li l-prodott taħt rieżami jirrappreżenta wieħed mis-subsetturi tagħha.

(71)

L-industrija tal-azzar tibqa’ titqies bħala industrija essenzjali mill-GTĊ (39). Dan huwa kkonfermat fil-bosta pjanijiet, direttivi u dokumenti oħrajn iffokati fuq l-azzar, li jinħarġu fil-livell nazzjonali, reġjonali u muniċipali. Skont l-14-il FYC, il-GTĊ immarka lill-industrija tal-azzar għat-trasformazzjoni u għall-aġġornament, kif ukoll għall-ottimizzazzjoni u għall-aġġustament strutturali (40). Bl-istess mod, l-14-il FYP dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tal-Materja Prima, applikabbli wkoll għall-industrija tal-azzar, jelenka s-settur bħala l-“pedament tal-ekonomija reali” u “qasam ewlieni li jsawwar il-vantaġġ kompetittiv internazzjonali taċ-Ċina” u jistabbilixxi għadd ta’ objettivi u metodi ta’ ħidma li jixprunaw l-iżvilupp tas-settur tal-azzar fil-perjodu ta’ żmien mill-2021 sal-2025, bħal aġġornament teknoloġiku, it-titjib tal-istruttura tas-settur (mhux l-anqas permezz ta’ aktar konċentrazzjonijiet korporattivi) jew it-trasformazzjoni diġitali (41). Barra minn hekk, il-Pjan ta’ Ħidma msemmi hawn fuq (ara l-premessa (56)) dwar it-Tkabbir Stabbli tal-Industrija tal-Azzar juri kif l-enfasi tal-awtoritajiet Ċiniżi fuq is-settur tal-azzar titqiegħed fil-kuntest usa’ tal-GTĊ li jmexxi l-ekonomija Ċiniża: “jappoġġaw lill-kumpaniji tal-azzar biex isegwu mill-qrib il-ħtiġijiet ta’ infrastruttura ġdida, urbanizzazzjoni ġdida, rivitalizzazzjoni rurali, u industriji emerġenti, baċir bi proġetti kbar ta’ inġinerija relatati mal-“14-il Pjan ta’ 5 Snin” f’diversi reġjuni, u jagħmlu kull sforz biex jiżguraw il-provvista tal-azzar. L-istabbiliment u l-approfondiment ta’ mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni upstream u downstream bejn l-azzar u setturi ewlenin li jużaw l-azzar bħall-bini tal-bastimenti, it-trasport, il-kostruzzjoni, l-enerġija, il-karozzi, apparat domestiku, makkinarju agrikolu, u tagħmir tqil, iwettqu attivitajiet ta’ qtugħ tad-domanda għall-produzzjoni, u jespandu b’mod attiv l-oqsma tal-applikazzjoni tal-azzar” (42).

(72)

Barra minn hekk, fir-rigward tal-mineral tal-ħadid — materja prima importanti użata għall-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami — skont l-14-il FYP dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tal-Materja Prima, l-Istat qiegħed jippjana li “ jiżviluppa b’mod razzjonali r-riżorsi minerali domestiċi. Isaħħaħ l-esplorazzjoni tal-mineral tal-ħadid […], jimplimenta politiki tat-taxxa preferenzjali, jinkoraġġixxi l-adozzjoni ta’ teknoloġija u tagħmir avvanzati biex titnaqqas il-ġenerazzjoni ta’ skart solidu mill-minjieri.” (43). Fil-provinċji, bħal Hebei, l-awtoritajiet jipprevedu dan li ġej għas-settur: “sussidju ta’ skont fuq l-investiment ta’ proġett ġdid; jesplora u jiggwida lill-istituzzjonijiet finanzjarji biex jipprovdu self b’imgħax baxx lill-intrapriżi tal-ħadid u tal-azzar biex jaqilbu għal industriji ġodda, u fl-istess ħin, il-gvern se jipprovdi sussidji ta’ skont.” (44). Fil-qosor, il-GTĊ għandu miżuri stabbiliti sabiex iħeġġeġ lill-operaturi jikkonformaw mal-objettivi tal-politika pubblika li jappoġġaw lill-industriji mħeġġa, inkluża l-produzzjoni tal-materja prima ewlenija li tintuża fil-manifattura tal-prodott taħt rieżami. Tali miżuri jimpedixxu l-forzi tas-suq milli joperaw b’mod ħieles.

(73)

Il-prodott taħt rieżami huwa affettwat ukoll mid-distorsjonijiet tal-kostijiet tal-pagi fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), il-ħames inċiż tar-Regolament bażiku, kif imsemmi wkoll hawn fuq fil-premessa (45). Dawk id-distorsjonijiet jaffettwaw lis-settur kemm direttament (waqt il-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami jew tal-inputs ewlenin), kif ukoll indirettament (waqt li jkun hemm aċċess għall-inputs minn kumpaniji soġġetti għall-istess sistema ta’ xogħol fir-RPĊ) (45).

(74)

Barra minn hekk, ma ġiet ippreżentata l-ebda evidenza fl-investigazzjoni attwali li turi li s-settur tal-prodott taħt rieżami ma jkunx affettwat mill-intervent tal-gvern fis-sistema finanzjarja fis-sens tas-sitt inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, kif imsemmi wkoll hawn fuq fil-premessa (45). Il-Pjan ta’ Ħidma msemmi hawn fuq (ara l-premessa (56)) dwar it-Tkabbir Stabbli juri wkoll dan it-tip ta’ intervent tal-gvern tajjeb ħafna: “Iħeġġu lill-istituzzjonijiet finanzjarji jipprovdu b’mod attiv servizzi finanzjarji lill-kumpaniji tal-azzar li jimplimentaw fużjonijiet u riorganizzazzjonijiet, aġġustamenti tat-tqassim, trasformazzjoni u aġġornament, f’konformità mal-prinċipji tal-kontroll tar-riskju u s-sostenibbiltà tan-negozju.” Għalhekk, l-intervent sostanzjali tal-gvern fis-sistema finanzjarja jwassal biex il-kundizzjonijiet tas-suq jiġu affettwati b’mod serju fil-livelli kollha.

(75)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tfakkar li sabiex jiġi mmanifatturat il-prodott taħt rieżami, huma meħtieġa għadd ta’ inputs. Meta l-produtturi tal-prodott taħt rieżami jixtru/jikkuntrattaw dawn l-inputs, il-prezzijiet li dawn iħallsu (u li jiġu rreġistrati bħala l-kostijiet tagħhom) huma esposti b’mod ċar għall-istess distorsjonijiet sistemiċi msemmija qabel. Pereżempju, il-fornituri tal-inputs iħaddmu manodopera li hija soġġetta għad-distorsjonijiet. Huma jistgħu jissellfu flus li huma soġġetti għad-distorsjonijiet fis-settur finanzjarju/l-allokazzjoni tal-kapital. Minbarra dan, huma soġġetti għas-sistema ta’ ppjanar li tapplika fil-livelli kollha tal-gvern u tas-setturi.

(76)

B’konsegwenza ta’ dan, mhux biss il-prezzijiet tal-bejgħ domestiku tal-prodott taħt rieżami ma jkunux xierqa għall-użu fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, iżda l-kostijiet tal-inputs kollha (inklużi l-materja prima, l-enerġija, l-art, il-finanzjament, il-manodopera, eċċ.) huma wkoll affettwati minħabba li l-formazzjoni tal-prezzijiet tagħhom hija affettwata minn intervent sostanzjali min-naħa tal-gvern, kif deskritt fil-Partijiet I u II tar-Rapport. Tabilħaqq, l-interventi tal-gvern deskritti fir-rigward tal-allokazzjoni tal-kapital, tal-art, tal-manodopera, tal-enerġija u tal-materja prima huma preżenti fir-RPĊ kollha. Dan ifisser, pereżempju, li input li minnu nnifsu kien prodott fir-RPĊ permezz tat-taħlita ta’ firxa ta’ fatturi tal-produzzjoni huwa espost għal distorsjonijiet sinifikanti. L-istess japplika għall-input lill-input u l-bqija.

(77)

Fil-qosor, l-evidenza disponibbli wriet li l-prezzijiet jew il-kostijiet tal-prodott taħt rieżami, inklużi l-kostijiet tal-materja prima, tal-enerġija u tal-manodopera, ma humiex ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħielsa minħabba li huma affettwati minn intervent sostanzjali tal-gvern fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku kif muri mill-impatt reali jew potenzjali ta’ wieħed jew aktar mill-elementi rilevanti elenkati fih.

(78)

Abbażi ta’ dan, u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kooperazzjoni mill-GTĊ, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma huwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi biex jiġi stabbilit il-valur normali f’dan il-każ.

(79)

Konsegwentement, il-Kummissjoni pproċediet biex taħdem il-valur normali esklużivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u l-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni, jiġifieri, f’dan il-każ, abbażi tal-kostijiet korrispondenti tal-produzzjoni u l-bejgħ f’pajjiż rappreżentattiv xieraq, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, kif deskritt fit-taqsimiet li ġejjin.

(80)

L-ebda evidenza jew argument għall-kuntrarju ma tressqu mill-GTĊ f’din l-investigazzjoni.

3.4.   Pajjiż rappreżentattiv

(81)

L-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv kienet ibbażata fuq il-kriterji li ġejjin, skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku:

Livell ta’ żvilupp ekonomiku simili għar-RPĊ. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni użat pajjiżi b’introjtu nazzjonali gross per capita simili għar-RPĊ abbażi tal-bażi tad-data tal-Bank Dinji (46);

Produzzjoni tal-prodott taħt rieżami f’dak il-pajjiż (47);

Id-disponibbiltà ta’ data pubblika rilevanti fil-pajjiż rappreżentattiv.

F’każ li jkun hemm aktar minn pajjiż rappreżentattiv wieħed possibbli, jenħtieġ li tingħata preferenza, meta jkun xieraq, lill-pajjiż li jkollu livell adegwat ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali.

(82)

Kif huwa spjegat fil-premessa (36), il-Kummissjoni ħarġet Nota dwar is-sorsi li ddeskriviet il-fatti u l-evidenza sottostanti għall-kriterji rilevanti, u informat lill-partijiet interessati bl-intenzjoni tagħha li tuża lill-Messiku bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq f’dan il-każ, jekk l-eżistenza tad-distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku tiġi kkonfermata.

(83)

Fin-Nota dwar is-sorsi, il-Kummissjoni spjegat li, minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni, hija jkollha tibbaża fuq il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. L-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv kienet ibbażata fuq l-informazzjoni li tinsab fit-talba għal rieżami ta’ skadenza, flimkien ma’ sorsi oħrajn ta’ informazzjoni meqjusa xierqa skont il-kriterji rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku f’konformità mal-Artikolu 18(5) tar-Regolament bażiku, inklużi “Doing Business” tal-Bank Dinji (48), il-Global Trade Atlas (“GTA”) (49), il-Kummissjoni Regolatorja tal-Enerġija tal-Gvern tal-Messiku (50), Global Petrol Prices (51) u l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (52).

(84)

Fir-rigward tal-livell ta’ żvilupp ekonomiku, fit-talba għal rieżami ta’ skadenza, l-applikant eżamina lill-Messiku bħala pajjiż rappreżentattiv potenzjali li kellu livell simili ta’ żvilupp ekonomiku bħar-RPĊ (53).

(85)

Fir-rigward tal-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami, skont it-talba għal rieżami ta’ skadenza (54) hemm diversi produtturi tas-CRS fil-Messiku. L-applikant identifika tmien kumpaniji li pproduċew is-CRS b’kapaċità ta’ produzzjoni ta’ madwar 4 miljun tunnellata. Il-Kummissjoni identifikat ukoll lit-Turkija, lill-Indja u lill-Vjetnam bħala produtturi tal-prodott taħt rieżami. Madankollu, l-Indja u l-Vjetnam ma jissodisfawx il-kriterji li jkollhom livell ta’ żvilupp ekonomiku simili għal dak tar-RPĊ.

(86)

Fir-rigward tad-disponibbiltà tad-data pubblika rilevanti fil-pajjiż rappreżentattiv, skont it-talba, id-data dwar fatturi importanti tal-produzzjoni, statistika dwar l-importazzjoni u l-prezzijiet tal-enerġija kienet faċilment disponibbli fir-rigward tal-Messiku.

(87)

Kif spjegat fin-Nota dwar is-sorsi, il-Kummissjoni sabet kumpanija waħda fil-Messiku, “Ternium” li kellha data finanzjarja disponibbli għall-pubbliku għall-perjodu kkonċernat u li kienet profittabbli f’dak il-perjodu (55).

(88)

Wara li l-Messiku ġie stabbilit bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq, abbażi tal-elementi kollha ta’ hawn fuq, ma kienx hemm bżonn li ssir valutazzjoni tal-livell ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali f’konformità mal-aħħar sentenza tal-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż, tar-Regolament bażiku.

(89)

Fin-Nota dwar is-sorsi, il-partijiet interessati ġew mistiedna jikkummentaw dwar l-adegwatezza tal-Messiku bħala pajjiż rappreżentattiv, u jissuġġerixxu wkoll pajjiżi oħrajn, dment li ppreżentaw biżżejjed informazzjoni dwar il-kriterji rilevanti. Ma wasal l-ebda kumment.

(90)

Fid-dawl tal-analiżi ta’ hawn fuq, il-Messiku ssodisfa l-kriterji stipulati fl-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż tar-Regolament bażiku sabiex titqies bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq.

3.5.   Sorsi użati biex jiġu stabbiliti l-kostijiet mingħajr distorsjoni

(91)

Fin-Nota dwar is-sorsi, il-Kummissjoni elenkat il-fatturi ta’ produzzjoni bħall-materjali, l-enerġija u l-manodopera użati fil-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami mill-produtturi esportaturi.

(92)

Fin-Nota dwar is-sorsi, il-Kummissjoni ddikjarat ukoll li, sabiex taħdem il-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, tuża l-GTA biex tistabbilixxi l-kost mingħajr distorsjoni tal-fatturi tal-produzzjoni, b’mod partikolari l-materja prima.

(93)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni ddikjarat li se tuża d-data mill-Kummissjoni Regolatorja tal-Enerġija tal-Gvern tal-Messiku, id-data mill-Global Petrol Prices u mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol għall-istabbiliment ta’ kostijiet mingħajr distorsjoni tal-gass, tal-elettriku u tax-xogħol, rispettivament.

(94)

Il-Kummissjoni informat ukoll lill-partijiet interessati li, minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-esportaturi Ċiniżi, inkludiet valur għall-kostijiet ġenerali tal-manifattura sabiex tkopri l-kostijiet mhux inklużi fil-fatturi tal-produzzjoni msemmija hawn fuq. Il-Kummissjoni stabbiliet il-proporzjon tal-ispejjeż ġenerali tal-manifattura għall-kostijiet tal-manifattura abbażi tal-informazzjoni pprovduta fit-talba għal rieżami (56).

(95)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni ddikjarat li sabiex tistabbilixxi l-SG&A u l-profitt, kienet se tuża d-data finanzjarja mill-produttur Messikan tal-prodott taħt rieżami, kif stabbilit fil-premessa (79) hawn fuq.

(96)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment mill-partijiet interessati dwar il-lista ta’ fatturi tal-produzzjoni fin-Nota dwar is-sorsi.

3.6.   Kostijiet u valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni

3.6.1.   Fatturi tal-produzzjoni

(97)

Meta titqies l-informazzjoni kollha fit-talba għal rieżami ta’ skadenza u l-informazzjoni sussegwenti ppreżentata mill-applikant u fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi jew kummenti dwar in-Nota dwar is-sorsi, ġew identifikati l-fatturi ta’ produzzjoni li ġejjin u s-sorsi tagħhom sabiex jiġi ddeterminat il-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku:

Tabella 1

Il-fatturi tal-produzzjoni ta’ ċertu azzar reżistenti għall-korrużjoni

Fatturi tal-Produzzjoni

Kodiċi tal-komoditajiet fil-Messiku

Sors tad-data

Unità ta’ kejl

Kost unitarju applikabbli f’CNY

Materja Prima

Żingu — mhux illigat u skart tar-ruttam

7901 11 01

7902 00 01

GTA (57)

Tunnellati

27 184,16

Mineral tal-ħadid, Mhux agglomerat

2601 11 01

GTA

Tunnellati

924,29

Faħam bituminuż, kemm jekk pulverizzat kif ukoll jekk le

2701 12 01

GTA

Tunnellati

1 772,34

Ruttam tal-Metall

7204 41 01

GTA

Tunnellati

3 686,86

Kokk u semikokk tal-faħam, tal-linjite u tal-pit, kemm jekk agglomerat u kemm jekk le

2704 00 01

GTA

Tunnellati

3 804,46

Ferrosiliċju, ferrokromju, ferrotitanju

7202 21 01

7202 41 01

7202 91 01

GTA

Tunnellati

21 393,32

Prodott sekondarju/skart

Skart mill-inturnjar, irbaba, laqx, skart tal-milling, trab tal-issegar, trab tal-illimar, skart tat-tberfil u tal-ippressar tal-ħadid jew tal-azzar, f’qatet jew le (minbarra dawk tal-ħadid fondut, tal-azzar illigat jew ħadid jew azzar tal-landa)

7204 41

GTA

Tunnellati

3 686,86

Enerġija/Utilitajiet

Gass Naturali

Mhux aplikabbli

Il-Kummissjoni Regolatorja tal-Enerġija, il-Gvern tal-Messiku (58)

Gigajoule (GJ)

40,85

Enerġija — Elettriku

Mhux aplikabbli

Global Petrol Prices (59)

kWh

1,19

Il-materja prima l-oħra kollha, l-imballaġġ, il-materjali konsumabbli

Mhux aplikabbli

 

Ammont fiss

% tal-kostijiet diretti

Manodopera

Xogħol dirett

Mhux aplikabbli

ILO

Sigħat

15,87

3.6.2.   Materja prima

(98)

Biex jiġi stabbilit il-prezz mingħajr distorsjoni tal-materja prima kif ikkonsenjata sal-fabbrika ta’ produttur rappreżentattiv tal-pajjiż, il-Kummissjoni użat bħala bażi l-prezz medju ponderat ta’ importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv kif irrapportat fil-GTA li miegħu żdiedu d-dazji fuq l-importazzjoni u l-kostijiet tat-trasport. Prezz tal-importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv ġie ddeterminat bħala medja ponderata tal-prezzijiet ta’ unità tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi kollha bl-esklużjoni tar-RPĊ u l-pajjiżi li ma humiex membri tad-WTO elenkati fl-Anness 1 tar-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (60).

(99)

Il-Kummissjoni ddeċidiet li teskludi l-importazzjonijiet mir-RPĊ lejn il-pajjiż rappreżentattiv kif ikkonkludiet fit-taqsima 3.3 li ma huwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fir-RPĊ minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. Minħabba li ma hemm l-ebda evidenza li turi li l-istess distorsjonijiet ma jaffettwawx bl-istess mod il-prodotti maħsubin għall-esportazzjoni, il-Kummissjoni qieset li l-istess distorsjonijiet affettwaw il-prezzijiet tal-esportazzjoni. Wara li ġew esklużi l-importazzjonijiet mir-RPĊ u mill-pajjiżi mhux tad-WTO lejn il-pajjiż rappreżentattiv, il-volum tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn baqa’ rappreżentattiv.

(100)

Sabiex jiġi stabbilit il-prezz mingħajr distorsjoni tal-materja prima, kif ikkonsenjata sal-fabbrika tal-produttur, il-Kummissjoni applikat id-dazju fuq l-importazzjoni tal-pajjiż rappreżentattiv, fil-livelli rispettivi, skont il-pajjiż ta’ oriġini tal-volumi importati. Il-Kummissjoni żiedet il-kost tat-trasport domestiku fil-Messiku abbażi tar-Rapport “Doing Business” tal-Bank Dinji. (61)

3.6.3.   Prodotti sekondarji

(101)

Skont l-informazzjoni fit-talba għal rieżami (62), fil-produzzjoni tas-CRS jinkiseb prodott sekondarju wieħed biss, ir-ruttam tal-metall. Sabiex tistabbilixxi l-prezz mingħajr distorsjoni tagħha, il-Kummissjoni żiedet ukoll il-kostijiet tat-trasport intern mal-prezz medju tal-importazzjoni fil-Messiku, billi segwiet l-istess metodoloġija bħal dik għall-materja prima.

3.6.4.   Manodopera

(102)

Biex tikkalkula l-valur għax-xogħol, il-Kummissjoni użat l-istatistika tal-ILO (63) applikabbli għall-Messiku. Il-Kummissjoni użat id-data tal-ILO dwar il-qligħ nominali medju fix-xahar u l-medja tas-sigħat fil-ġimgħa maħduma mill-impjegati fis-settur tal-manifattura fil-Messiku għall-2022.

3.6.5.   Elettriku

(103)

Il-Kummissjoni użat id-data disponibbli dwar il-prezzijiet tal-elettriku industrijali applikabbli fil-Messiku kif ippubblikata mill-Global Petrol Prices (64). Fil-ħin tal-kalkolu, id-data rilevanti relatata ma’ Settembru 2022. Il-prezz jinkludi l-komponenti kollha tal-kont tal-elettriku bħall-kost tal-enerġija, id-distribuzzjoni u t-taxxi.

3.6.6.   Gass naturali

(104)

Il-prezz tal-gass naturali għall-kumpaniji (utenti industrijali) fil-Messiku huwa ppubblikat mill-Kummissjoni Regolatorja tal-Enerġija tal-Gvern tal-Messiku (65). Il-Kummissjoni użat id-data applikabbli għall-2022 li kopriet il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

3.6.7.   Kostijiet diretti oħrajn

(105)

Kostijiet diretti oħrajn kienu bbażati fuq l-informazzjoni dwar l-industrija tal-Unjoni pprovduta fit-talba għal rieżami ta’ skadenza ara l-premessa (39).

3.6.8.   Kostijiet ġenerali tal-manifattura, SG&A u profitti

(106)

Skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali maħdum għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti”. Barra minn hekk, jeħtieġ li jiġi stabbilit valur għall-kostijiet ġenerali tal-manifattura biex ikopri l-kostijiet mhux inklużi fil-fatturi tal-produzzjoni msemmija hawn fuq.

(107)

Biex tistabbilixxi valur mingħajr distorsjoni tal-ispejjeż ġenerali tal-manifattura u minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi, il-Kummissjoni użat il-fatti disponibbli f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Għalhekk, il-Kummissjoni stabbiliet il-proporzjon tal-ispejjeż ġenerali tal-manifattura mal-kostijiet totali tal-manifattura u tal-manodopera abbażi tad-data pprovduta mill-applikant fit-talba għal rieżami ta’ skadenza.

(108)

Għall-kostijiet SG&A u l-profitt, il-Kummissjoni użat id-data finanzjarja disponibbli għall-pubbliku, għall-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami tal-produttur tal-Messiku msemmi fil-premessa (76) (66).

3.7.   Kalkolu tal-valur normali

(109)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali għal kull tip ta’ prodott fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku.

(110)

L-ewwel nett, il-Kummissjoni stabbiliet il-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-manifattura. Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi, il-Kummissjoni bbażat fuq l-informazzjoni pprovduta mill-applikant fit-talba għal rieżami dwar l-użu ta’ kull fattur (il-materja prima, il-gass, l-elettriku u l-manodopera) għall-produzzjoni tas-CRS.

(111)

Il-Kummissjoni mmultiplikat il-volumi tal-konsum bil-kostijiet mingħajr distorsjoni għal kull unità osservati fil-Messiku, kif deskritt fit-Taqsima 3.6. Għadd ta’ fatturi tal-produzzjoni li kienu jirrappreżentaw sehem negliġibbli tal-kostijiet totali tal-materja prima fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami ġew espressi bħala perċentwal tal-materja prima prinċipali, kif huwa spjegat fil-premessa (84). Il-Kummissjoni applikat dak il-perċentwal għall-kost mingħajr distorsjoni tal-materja prima prinċipali biex tasal għal valur mingħajr distorsjoni.

(112)

Ladarba ġie stabbilit il-kost mingħajr distorsjoni tal-manifattura, il-Kummissjoni żiedet l-ispejjeż ġenerali tal-manifattura, l-SG&A u l-profitt, kif stabbiliti fil-premessi (98) sa (100) mal-kost mingħajr distorsjoni tal-manifattura:

L-ispejjeż ġenerali tal-manifattura, li b’kollox kienu jammontaw għal 34,5 % tal-kostijiet diretti tal-manifattura,

L-SG&A u kostijiet oħrajn, li rrappreżentaw 9,2 % tal-Kostijiet tal-Oġġetti Mibjugħa (“COGS”, Costs of Goods Sold), u

Il-profitti, li ammontaw għal 21,4 % tal-COGS, ġew applikati għall-kostijiet totali mingħajr distorsjoni tal-manifattura.

(113)

Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali għal kull tip ta’ prodott fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku.

3.8.   Prezz tal-esportazzjonti

(114)

Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, il-prezz tal-esportazzjoni ġie ddeterminat abbażi tad-data dwar l-importazzjoni tal-Eurostat, f’livell ta’ kost, assigurazzjoni u nol (“CIF”). Dan il-prezz CIF tnaqqas mill-kostijiet tal-merkanzija bil-baħar u tal-assigurazzjoni u mill-kost tat-trasport domestiku fiċ-Ċina biex jasal għall-prezz tal-esportazzjoni fil-livell mill-fabbrika. Ġiet eżaminata d-data disponibbli fir-rigward tal-kostijiet tat-trasport domestiku fiċ-Ċina, inkluż dik fir-rapport tal-pajjiż taċ-Ċina “Doing Business” (67) u l-kostijiet medji tat-trasport bil-baħar u tal-assigurazzjoni miċ-Ċina abbażi tad-data mill-OECD (68). Madankollu, il-Kummissjoni ddeċidiet li tuża d-data rilevanti dwar il-kostijiet tat-trasport ipprovduta fit-talba għal rieżami ta’ skadenza (69), peress li din kienet aktar aġġornata meta mqabbla mar-rapporti l-oħrajn.

3.9.   Marġni tat-tqabbil u tad-dumping

(115)

Il-Kummissjoni qabblet il-valuri normali stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku għas-CRS mal-prezz tal-esportazzjoni fuq bażi mill-fabbrika kif stabbilit hawn fuq.

(116)

Fuq din il-bażi, il-marġni tad-dumping għall-importazzjonijiet miċ-Ċina, espress bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, irriżulta f’medja ta’ 51,1 %.

(117)

Madankollu, il-volum tal-importazzjonijiet fl-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami kien negliġibbli, li jikkorrispondi għal inqas minn 0,01 % tas-sehem mis-suq fis-suq tal-Unjoni u għalhekk din il-kwantità ma kinitx ikkunsidrata rappreżentattiva. Għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni kkonkludiet li dawn il-volumi baxxi ma jipprovdux bażi suffiċjenti għal kontinwazzjoni ta’ analiżi tad-dumping. Għalhekk, il-Kummissjoni investigat ukoll il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping.

3.10.   Probabilità ta’ rikorrenza ta’ dumping

(118)

F’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni investigat il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping, f’każ li l-miżuri jitħallew jiskadu. L-elementi addizzjonali segwenti kienu analizzati:

il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fir-RPĊ;

ir-relazzjoni bejn il-prezzijiet prevalenti fis-suq tal-Unjoni u l-prezzijiet tal-esportazzjoni mir-RPĊ lejn pajjiżi terzi;

il-livell tal-prezzijiet tal-esportazzjonijiet tar-RPĊ lejn pajjiżi terzi; u

l-attraenza tas-suq tal-Unjoni.

3.10.1.   Kapaċità tal-produzzjoni u kapaċità ta’ riżerva fir-RPĊ

(119)

Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni, il-Kummissjoni stabbiliet il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fir-RPĊ abbażi tal-informazzjoni pprovduta fit-talba għal rieżami ta’ skadenza (70) u l-informazzjoni minn CEIC Data (71).

(120)

Skont l-informazzjoni fit-talba għal rieżami, il-kapaċità kurrenti tal-produzzjoni tal-azzar taċ-Ċina hija stmata għal 1,2 biljun tunnellata fis-sena, filwaqt li l-konsum huwa stmat għal biljun tunnellata (72). Dan jippermetti kapaċità ta’ riżerva ta’ 0,2 biljun tunnellata fis-sena. Tabilħaqq, il-kapaċità żejda taċ-Ċina fil-produzzjoni tal-azzar hija stabbilita sew (73). Barra minn hekk, ir-RPĊ tikkontribwixxi għal kwart taż-żieda totali fil-kapaċità tal-produzzjoni tal-azzar fl-2023 (74).

(121)

L-applikant spjega fit-talba għal rieżami li sab diffikultajiet biex jikseb data speċifika li turi l-kapaċità tal-produzzjoni għas-CRS biss. Għalhekk, huwa uża d-data disponibbli dwar il-produzzjoni u l-kapaċità għall-prodotti galvanizzati f’banju sħun (“HDG”) u elettrogalvanizzati (“EG”), peress li l-prodotti HDG u EG jinkludu s-CRS fil-firxa tagħhom (75). Għalhekk, l-applikant kien tal-fehma li l-użu tad-data dwar l-HDG kien l-aktar mod akkurat biex tiġi vvalutata l-kapaċità tas-CRS (76).

(122)

Il-produtturi esportaturi tas-CRS fil-pajjiż ikkonċernat mhux biss għandhom kapaċità ta’ riżerva sinifikanti u li qiegħda tiżdied, iżda wkoll il-kapaċità li jżidu malajr il-kapaċità jekk ikun meħtieġ. Ir-raġuni għal dan hija li s-CRS u prodotti oħrajn tal-HDG jistgħu jiġu manifatturati b’mod interskambjabbli fuq l-istess linji ta’ produzzjoni u l-produtturi tal-HDG jistgħu jaqilbu minn prodott għall-ieħor (77).

(123)

Fuq dik il-bażi, l-applikant stabbilixxa żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni tal-azzar tal-HDG minn 50,4 miljun tunnellata fl-2018 għal 51,2 miljun fl-2022. Huwa nnota wkoll tnaqqis fl-użu tal-kapaċità fl-2022 minħabba nuqqas ta’ domanda għall-prodotti tal-azzar fis-suq domestiku (78) — żvilupp osservat ukoll għall-industrija tal-azzar Ċiniża kollha kemm hi mill-Assoċjazzjoni Dinjija tal-Azzar, li tipprevedi perspettiva inċerta għaċ-Ċina u l-konsum domestiku tagħha għall-2024 (79). Dan it-tnaqqis fl-użu tal-kapaċità huwa previst li jonqos għal 86,2 % fl-2023 u tnaqqis ieħor għal 85,7 % sal-2026 (80). L-istima tal-kapaċità ta’ riżerva Ċiniża kombinata tal-HDG u l-EG ta’ 6,4 miljun tunnellata tirrappreżenta aktar minn 80 % tal-konsum ħieles tas-CRS fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami (81).

(124)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-produtturi esportaturi Ċiniżi għandhom kapaċità ta’ riżerva sinifikanti biex jipproduċu s-CRS għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, u jagħmlu żieda fl-esportazzjonijiet bi prezzijiet li huma l-oġġett ta’dumping jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

3.10.2.   Il-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi mir-RPĊ

(125)

Kif innotat hawn fuq fil-premessa (28), l-importazzjonijiet tas-CRS mir-RPĊ prattikament sparixxew matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Konsegwentement, il-prezz tal-importazzjoni tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni ma kienx rappreżentattiv minħabba l-volum żgħir ħafna kkonċernat.

(126)

Abbażi tal-istatistika dwar l-importazzjonijiet tal-GTA (82), il-Kummissjoni identifikat l-akbar żewġ importaturi tas-CRS mir-RPĊ matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Dawn kienu t-Tajlandja, il-Korea t’Isfel, il-Brażil, l-Indoneżja, il-Vjetnam, l-Iżrael, iċ-Ċilì, il-Perù, il-Ġappun u l-Filippini. L-esportazzjonijiet lejn dawn il-pajjiżi flimkien kienu jirrappreżentaw 54,9 % tal-esportazzjonijiet Ċiniżi kollha matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Madankollu, fit-talba għal rieżami, l-applikant innota li l-prezz tal-esportazzjoni lejn il-Filippini kien għoli b’mod eċċessiv matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Billi fl-2019 u fl-2020 il-prezzijiet tal-esportazzjoni miċ-Ċina lejn il-Filippini kienu simili għall-prezzijiet għal destinazzjonijiet oħrajn, fl-2021 il-prezz tal-esportazzjoni lejn il-Filippini żdied b’madwar 120 % fl-2021 u b’50 % ulterjuri fl-2022 (żieda aggregata ta’ 220 % bejn l-2020 u l-2022) filwaqt li l-prezzijiet tal-esportazzjoni miċ-Ċina lejn id-destinazzjonijiet l-oħrajn kollha kienu jindikaw żieda medja ta’ 50 % matul l-istess perjodu. Fit-talba, l-applikant spjega li tali żvilupp tal-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn il-Filippini kien prinċipalment minħabba l-fatt li l-Filippini bbażaw ħafna fuq l-importazzjonijiet tal-azzar u minħabba t-tfixkil fil-katina tal-provvista mir-Russja, kienu qegħdin jixtru prodotti tal-azzar għaljin miċ-Ċina (83), inkluż is-CRS. Għalhekk, fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq u minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi miċ-Ċina, il-Kummissjoni qieset li l-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn il-Filippini ma jistgħux jitqiesu bħala indikatur affidabbli tal-livell tal-prezz tal-esportazzjoni u ddeċidiet li ma tqisx il-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn il-Filippini fl-analiżi tagħha.

(127)

Il-Kummissjoni aġġustat il-prezzijiet irrapportati għad-disa’ pajjiżi li kien jifdal biex tikkalkula l-prezz tal-esportazzjoni fil-livell mill-fabbrika billi naqqset il-kostijiet tat-trasport bil-baħar u tal-assigurazzjoni (84) u l-kostijiet tat-trasport domestiku fiċ-Ċina (85). Il-prezz tal-prodott esportat lejn id-disa’ destinazzjonijiet tal-esportazzjoni analizzat jibqa’ aktar baxx mil-livell tal-prezz prevalenti fl-Unjoni kif spjegat fil-premessa (122) hawn taħt.

(128)

Il-Kummissjoni mbagħad qabblet il-valur normali stabbilit f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku u l-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn id-disa’ destinazzjonijiet tal-esportazzjoni prinċipali. It-tqabbil wera li l-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn id-disa’ pajjiżi kienu ferm aktar baxxi mill-valur normali kif ġej:

Tabella 2

Differenza fil-prezz bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni

Pajjiż

% tal-importazzjonijiet “dinjija” totali tas-CRS mir-RPĊ

Differenza fil-prezz bejn il-valur normali u l-prezzijiet tal-esportazzjoni għal kull pajjiż (%)

It-Tajlandja

10,4

115,7

Il-Korea t’Isfel

10,4

128,9

Il-Brażil

6,3

110,3

L-Indoneżja

4,6

92,3

Il-Vjetnam

3,1

76,8

Iżrael

2,8

120,5

Iċ-Ċilì

2,7

97,1

Il-Perù

2,6

107,4

Il-Ġappun

2,4

106,5

(129)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li jekk il-miżuri jiskadu u l-prezzijiet li bihom il-produtturi esportaturi Ċiniżi jesportaw il-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni jkunu f’konformità mal-prezz tal-esportazzjoni lejn il-pajjiżi terzi osservat matul ir-rieżami, il-livell ta’ dumping ikun sinifikanti.

3.10.3.   Attraenza tas-suq tal-Unjoni

(130)

Skont id-data mill-GTA, il-produtturi esportaturi Ċiniżi esportaw lejn id-disa’ destinazzjonijiet prinċipali msemmija fil-premessa (118) bi prezz medju ta’ 15 % inqas mill-prezz prevalenti fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. L-applikant iddikjara wkoll fit-talba għal rieżami, li l-kostijiet tat-trasport bil-baħar miċ-Ċina lejn l-Ewropa naqsu b’mod sinifikanti matul il-perjodu ta’ investigazzjoni (86). Meta jitqiesu l-livell tal-prezzijiet u t-tnaqqis fil-kostijiet tat-trasport bil-baħar, is-suq tal-Unjoni huwa ferm aktar attraenti għall-esportaturi Ċiniżi mill-pajjiżi l-oħrajn kollha minbarra l-Filippini. Għalhekk, fin-nuqqas ta’ miżuri, il-prezzijiet u l-volumi tal-esportazzjoni potenzjalment ogħla lejn l-Unjoni, kieku jrendu profitti ogħla mill-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi oħrajn, li juri l-attraenza tas-suq tal-Unjoni.

(131)

Għalkemm il-volumi tal-esportazzjoni Ċiniżi lejn l-Unjoni naqsu wara l-impożizzjoni tal-miżuri oriġinali, il-produtturi Ċiniżi jimmanifatturaw volumi sinifikanti tal-prodott taħt rieżami u, f’konformità mal-istatistika tal-GTA, esportaw kważi 10 miljun minnu madwar id-dinja matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

(132)

Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, il-volumi ta’ CRS esportati lejn pajjiżi barra mill-Unjoni kienu ekwivalenti għall-konsum totali tal-Unjoni u madwar 30 % aktar mill-produzzjoni tal-Unjoni, matul l-istess perjodu. Minħabba l-attraenza tas-suq tal-Unjoni f’termini ta’ pprezzar, ftuħ u żieda fil-konsum, huwa kkunsidrat li jekk il-miżuri jiġu tterminati, l-esportaturi Ċiniżi x’aktarx jerġgħu jidderieġu volumi sinifikanti ta’ CRS soġġetti għal dumping għas-suq tal-Unjoni b’aktar qligħ.

(133)

Barra minn hekk, ġew introdotti jew estiżi miżuri għad-difiża tal-kummerċ fuq l-importazzjonijiet tas-CRS Ċiniżi f’bosta swieq globalment. Dawn jinkludu l-Indja (miżuri anti-dumping fuq il-kodiċijiet HS 7225 99 u 7226 99), l-Afrika t’Isfel u n-Namibja (miżuri anti-dumping fuq il-kodiċi HS 7210 49 u 7210 61), il-Vjetnam (miżuri anti-dumping fuq il-kodiċi HS 7225 99), il-Kanada (miżuri anti-dumping fuq il-kodiċijiet HS 7210 49 u 7226 99), l-Unjoni Ekonomika tal-Ewrażja (miżuri anti-dumping fuq il-kodiċijiet HS 7210 49 u 7210 61), il-Malażja (miżuri anti-dumping fuq il-kodiċijiet HS 7210 61 u 7226 99) u t-Tajlandja (miżuri anti-dumping fuq il-kodiċi HS 7210 49) (87). L-Ukrajna għandha wkoll miżuri anti-dumping fuq il-kodiċijiet HS kollha relatati mal-prodott ikkonċernat. Hemm ukoll miżuri tat-Taqsima 232 fis-seħħ fl-Istati Uniti u miżuri ta’ salvagwardja fis-seħħ fir-Renju Unit. Dawn il-miżuri jikkostitwixxu limitazzjonijiet tal-esportazzjoni għall-produtturi Ċiniżi tas-CRS lejn swieq tal-esportazzjoni sinifikanti oħrajn u jżidu ulterjorment il-probabbiltà ta’ ridirezzjoni tal-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn is-suq tal-Unjoni fin-nuqqas ta’ miżuri.

(134)

Fl-aħħar nett, ir-RPĊ baqgħet interessata fis-suq tal-Unjoni anke wara l-impożizzjoni tal-miżuri oriġinali, kif intwera mill-investigazzjoni antiċirkomvenzjoni tal-miżuri anti-dumping tal-importazzjonijiet li joriġinaw mir-RPĊ li estendiet il-miżuri inkwistjoni għal ċertu azzar reżistenti għall-korrużjoni ftit modifikat (88). Il-fatt li l-Unjoni adottat salvagwardji fuq ċerti prodotti tal-azzar, inkluż il-prodott taħt rieżami, ma jbiddilx din il-konklużjoni. Il-volumi ta’ importazzjoni taħt il-kwoti tar-rata tariffarja residwa huma stabbiliti f’livelli li jistgħu jippermettu li ċ-Ċina tesporta ammonti sinifikanti ta’ azzar reżistenti għall-korrużjoni.

(135)

Għalhekk, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu fl-UE, il-produtturi Ċiniżi x’aktarx li jerġgħu jibdew jesportaw lejn is-suq tal-Unjoni CRS li huma l-oġġett ta’ dumping f’volumi sinifikanti.

3.10.4.   Konklużjoni dwar il-probabilità ta’ rikorrenza tad-dumping

(136)

Fid-dawl ta’ dak ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li, irrispettivament minn jekk kienx hemm dumping matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, hemm probabbiltà qawwija li d-dumping jerġa’ jseħħ jekk il-miżuri kurrenti jitħallew jiskadu.

(137)

B’mod partikolari, il-livell tal-valur normali stabbilit għar-RPĊ meta mqabbel mal-livell tal-prezzijiet tal-esportazzjoni Ċiniżi lejn swieq ta’ pajjiżi terzi u l-Unjoni, l-attraenza tas-suq tal-Unjoni f’termini tal-livell tal-prezz u d-daqs u d-disponibbiltà ta’ kapaċità ta’ produzzjoni sinifikanti fir-RPĊ kollha juru probabbiltà kbira ta’ rikorrenza ta’ dumping fil-każ li l-miżuri kurrenti jitħallew jiskadu.

4.   ĦSARA

4.1.   Definizzjoni tal-Industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni

(138)

Il-prodott simili kien immanifatturat minn 21 produttur fl-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. Huma jikkostitwixxu l-“industrija tal-Unjoni” fis-sens tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku.

(139)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami ġiet stabbilita għal madwar 7 743 498 tunnellata, inkluża l-produzzjoni għas-suq kaptiv. Il-Kummissjoni stabbiliet il-produzzjoni abbażi tat-tweġibiet għall-kwestjonarju li rċeviet mingħand l-applikant u l-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Kif indikat fil-premessa (13), it-tliet produtturi tal-Unjoni magħżula fil-kampjun kienu jirrappreżentaw 29 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili.

4.2.   Konsum fl-Unjoni

(140)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-konsum tal-Unjoni abbażi ta’: (a) id-data tal-applikant dwar il-bejgħ u l-użu kaptiv tal-industrija tal-Unjoni (inkluż il-bejgħ kaptiv) tal-prodott simili, kontroverifikata mal-volumi ta’ bejgħ u tal-użu kaptiv irrapportati mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun; u (b) l-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami lejn l-Unjoni mill-pajjiżi terzi kollha kif irrapportat fl-Eurostat.

(141)

Il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej:

Tabella 3

Konsum tal-Unjoni (tunnellati)

 

2019

2020

2021

PIR

Konsum totali tal-Unjoni

9 011 034

9 184 071

11 063 151

9 547 573

Indiċi (2019 = 100)

100

102

123

106

Konsum tas-suq kaptiv

1 864 394

1 764 931

2 091 845

1 916 305

Indiċi (2019 = 100)

100

95

112

103

Konsum fis-suq ħieles

7 146 640

7 419 141

8 971 306

7 631 268

Indiċi (2019 = 100)

100

104

126

107

Sors:

L-Eurostat, l-applikant, il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(142)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-konsum fl-Unjoni fis-suq ħieles żdied b’7 %. Iż-żieda fil-konsum kienet l-aktar evidenti fl-2021, minħabba rkupru wara l-kriżi tal-COVID-19. Fl-istess perjodu, id-domanda fis-suq kaptiv varjat u b’mod ġenerali żdiedet bi 3 %. Il-fluttwazzjonijiet fis-suq kaptiv kienu parzjalment dovuti għal varjazzjonijiet fil-livell tal-użu tal-linji użati għall-manifattura tal-prodott taħt rieżami għall-fini tal-manifattura ta’ prodotti li jaqgħu barra mill-ambitu tar-rieżami.

4.3.   Importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

4.3.1.   Volum u sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

(143)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-volum tal-importazzjonijiet abbażi tal-Eurostat. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet ġie stabbilit permezz ta’ tqabbil ta’ dawk l-importazzjonijiet mal-konsum tal-Unjoni.

(144)

L-importazzjonijiet lejn l-Unjoni mill-pajjiż ikkonċernat żviluppaw kif ġej:

Tabella 4

Volum tal-importazzjonijiet u sehem mis-suq

 

2019

2020

2021

PIR

Volum tal-importazzjonijiet mir-RPĊ (tunnellati)

196

232

10 926

953

Sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mir-RPĊ

0,0  %

0,0  %

0,1  %

0,0  %

Sors:

Eurostat.

(145)

L-importazzjonijiet miċ-Ċina tal-prodott taħt rieżami fl-Unjoni kienu f’livelli baxxi ħafna matul il-perjodu kkunsidrat. Konsegwentement, is-sehem mis-suq taċ-Ċina kien negliġibbli.

4.3.2.   Prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat u twaqqigħ tal-prezz

Tabella 5

Prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

 

2019

2020

2021

PIR

Prezz medju

998

1 037

972

1 395

Indiċi (2019 = 100)

100

104

97

140

Sors:

Eurostat.

(146)

Il-prezzijiet mill-pajjiż ikkonċernat żdiedu b’40 % matul il-perjodu kkunsidrat, madankollu applikaw iż-żmien kollu għal volumi minimi ta’ importazzjonijiet. Dawk il-volumi minimi ta’ importazzjonijiet mir-RPĊ ma jippermettu l-ebda kalkolu sinifikanti tat-twaqqigħ tal-prezz.

4.4.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi għajr ir-RPĊ

(147)

Il-volum tal-importazzjonijiet fl-Unjoni kif ukoll is-sehem mis-suq u x-xejriet tal-prezzijiet għall-importazzjonijiet ta’ ċertu azzar reżistenti għall-korrużjoni minn pajjiżi terzi oħrajn żviluppaw kif ġej:

Tabella 6

Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

Pajjiż

 

2019

2020

2021

PIR

Il-Vjetnam

Volum (tunnellati)

28 972

51 241

744 010

709 484

 

Indiċi (2019 = 100)

100

177

2 568

2 449

 

Sehem mis-suq

0,4  %

0,7  %

8,3  %

9,3  %

 

Indiċi (2019 = 100)

100

170

2 046

2 293

 

Prezz medju (EUR/tunnellata)

664

608

1 007

1 132

 

Indiċi (2019 = 100)

100

92

152

170

It-Turkija

Volum (tunnellati)

472 298

704 823

1 029 743

581 706

 

Indiċi (2019 = 100)

100

149

218

123

 

Sehem mis-suq

6,6  %

9,5  %

11,5  %

7,6  %

 

Indiċi (2019 = 100)

100

144

174

115

 

Prezz medju (EUR/tunnellata)

615

562

934

1 138

 

Indiċi (2019 = 100)

100

91

152

185

It-Tajwan

Volum (tunnellati)

137 310

164 223

281 377

362 660

 

Indiċi (2019 = 100)

100

120

205

264

 

Sehem mis-suq

1,9  %

2,2  %

3,1  %

4,8  %

 

Indiċi (2019 = 100)

100

115

163

247

 

Prezz medju (EUR/tunnellata)

655

627

880

1 225

 

Indiċi (2019 = 100)

100

96

134

187

L-Indja

Volum (tunnellati)

195 469

159 695

479 238

197 750

 

Indiċi (2019 = 100)

100

82

245

101

 

Sehem mis-suq

2,7  %

2,2  %

5,3  %

2,6  %

 

Indiċi (2019 = 100)

100

79

195

95

 

Prezz medju (EUR/tunnellata)

637

576

1 023

1 091

 

Indiċi (2019 = 100)

100

90

161

171

Il-Korea t’Isfel

Volum (tunnellati)

221 329

241 201

144 540

164 311

 

Indiċi (2019 = 100)

100

109

65

74

 

Sehem mis-suq

3,1  %

3,3  %

1,6  %

2,2  %

 

Indiċi (2019 = 100)

100

105

52

70

 

Prezz medju (EUR/tunnellata)

683

622

862

1 213

 

Indiċi (2019 = 100)

100

91

126

178

Ir-Russja

Volum (tunnellati)

182 292

276 474

278 278

117 971

 

Indiċi (2019 = 100)

100

152

153

65

 

Sehem mis-suq

2,6  %

3,7  %

3,1  %

1,5  %

 

Indiċi (2019 = 100)

100

146

122

61

 

Prezz medju (EUR/tunnellata)

606

547

988

1 148

 

Indiċi (2019 = 100)

100

90

163

189

L-Afrika t’Isfel

Volum (tunnellati)

76 165

107 412

 

Indiċi (2021 = 100)

100

141

 

Sehem mis-suq

0,8  %

1,4  %

 

Indiċi (2021 = 100)

100

166

 

Prezz medju (EUR/tunnellata)

1 187

1 230

 

Indiċi (2021 = 100)

100

104

Pajjiżi terzi oħrajn

Volum (tunnellati)

133 941

140 573

242 601

229 747

 

Indiċi (2019 = 100)

100

105

181

172

 

Sehem mis-suq

1,9  %

1,9  %

2,7  %

3,0  %

 

Indiċi (2019 = 100)

100

101

144

161

 

Prezz medju (EUR/tunnellata)

622

564

960

1 125

 

Indiċi (2019 = 100)

100

91

154

181

Total tal-pajjiżi terzi kollha minbarra r-RPĊ

Volum (tunnellati)

1 371 611

1 738 230

3 275 952

2 471 041

 

Indiċi (2019 = 100)

100

127

239

180

 

Sehem mis-suq

19,2  %

23,4  %

36,5  %

32,4  %

 

Indiċi (2019 = 100)

100

122

190

169

 

Prezz medju (EUR/tunnellata)

634

577

968

1 153

 

Indiċi (2019 = 100)

100

91

153

182

Sors:

Eurostat.

(148)

L-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami minn pajjiżi terzi għajr ir-RPĊ żdiedu b’mod ġenerali bi 80 %, b’livell massimu partikolari fl-2021 wara l-irkupru mill-kriżi tal-COVID-19. Dawk l-importazzjonijiet oriġinaw l-aktar mit-Turkija u mill-Vjetnam.

(149)

L-importazzjonijiet mit-Turkija kienu sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat, għalkemm il-volumi varjaw. Il-bidu fl-24 ta’ Ġunju 2021 (89) ta’ investigazzjoni anti-dumping fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ prodott simili li joriġina mir-Russja u mit-Turkija (90) seta’ kellu effett dissważiv fuq l-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami minn dawk iż-żewġ pajjiżi fl-2021 u l-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

(150)

L-importazzjonijiet mill-Vjetnam kienu limitati fl-2019 u fl-2020 iżda mbagħad żdiedu b’mod esponenzjali b’aktar minn 2 000 % biex saru s-sors ewlieni tal-importazzjoni. Iż-żewġ raġunijiet ewlenin għal din iż-żieda kienu d-dħul fis-seħħ ta’ ftehim ta’ kummerċ ħieles bejn l-UE u l-Vjetnam (91) u l-esklużjoni tal-azzar reżistenti għall-korrużjoni mill-Vjetnam mis-salvagwardja tal-azzar sa Ġunju 2022 (92).

(151)

Is-sehem mis-suq ta’ pajjiżi terzi għajr ir-RPĊ żdied minn 19,2 % fl-2019 għal 32,4 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

(152)

Fir-riassunt, mill-2020, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi kienu aktar baxxi minn dawk tal-industrija tal-Unjoni, bid-distakk li sar aktar limitat matul iż-żmien. Madankollu, ta’ min jinnota li jista’ jkun hemm taħlitiet differenti ta’ prodotti u li, speċifikament fir-rigward tat-Turkija, il-prezzijiet fit-tabella ta’ hawn fuq jeskludu d-dazji anti-dumping applikabbli fl-aħħar parti tal-2022.

4.5.   Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

4.5.1.   Informazzjoni Ġenerali

(153)

Il-valutazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni kienet tinkludi evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li influwenzaw l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat.

(154)

Kif imsemmi fit-taqsima 1.6.1, il-kampjunar intuża għall-valutazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

(155)

Biex tiddetermina d-dannu, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi tad-dannu makroekonomiċi u dawk mikroekonomiċi. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi makroekonomiċi abbażi tad-data li kienet fit-tweġiba għall-kwestjonarju tal-Eurofer relatata mal-produtturi kollha tal-Unjoni, kontroverifikata fejn meħtieġ mat-tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi mikroekonomiċi abbażi tad-data inkluża fit-tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Iż-żewġ settijiet ta’ data ġew ivverifikati u nstabu li kienu rappreżentattivi tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

(156)

L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum ta’ bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività, il-kobor tal-marġni tad-dumping u l-irkupru minn dumping tal-passat.

(157)

L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet unitarji medji, il-kost unitarju, il-kostijiet lavorattivi, l-inventarji, il-profittabbiltà, il-flussi tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital.

4.5.2.   Indikaturi makroekonomiċi

4.5.2.1.   Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità

(158)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 7

Poduzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità

 

2019

2020

2021

PIR

Volum tal-produzzjoni (tunnellati)

9 209 033

8 901 268

8 995 570

7 743 498

Indiċi (2019 = 100)

100

97

98

84

Kapaċità tal-produzzjoni (tunnellati)

11 569 564

12 587 213

11 159 969

11 244 662

Indiċi (2019 = 100)

100

109

96

97

Użu tal-kapaċità

79,6  %

70,7  %

80,6  %

68,9  %

Indiċi (2019 = 100)

100

89

101

87

Sors:

Eurofer u produtturi tal-Unjoni fil-kampjun.

(159)

Il-volum tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni vajra u naqas b’mod ġenerali b’16 % matul il-perjodu kkunsidrat. It-tnaqqis fl-2020 kien parzjalment dovut għall-pressjoni eżerċitata mill-importazzjonijiet Torok u Russi (93). Matul il-perjodu kkunsidrat, il-kapaċità tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni varjat. B’mod ġenerali naqset bi 3 %. It-tnaqqis fil-volum tal-produzzjoni fl-aħħar parti tal-perjodu kkunsidrat huwa għall-biċċa l-kbira, u t-tnaqqis sħiħ fil-kapaċità tal-produzzjoni, ikkawżat minn diffikultajiet finanzjarji mhux rappreżentattivi u operazzjonali konsegwenzjali esperjenzati minn produttur wieħed tal-Unjoni mhux inkluż fil-kampjun (94). Ir-rata tal-użu tal-kapaċità naqset bi 13 %, jiġifieri r-riżultat tat-tnaqqis fil-produzzjoni tal-Unjoni.

(160)

Madankollu, kif stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali, ix-xejriet ta’ hawn fuq huma parzjalment teoretiċi peress li l-produtturi tal-Unjoni jużaw linji ta’ galvanizzar f’banju sħun biex jipproduċu l-prodott taħt rieżami iżda wkoll prodotti oħrajn li ma humiex soġġetti għal dan ir-rieżami. Matul il-perjodu kkunsidrat, is-sehem tal-linji ta’ produzzjoni li ġie allokat għall-prodott taħt rieżami nbidel għal ċerti produtturi.

4.5.2.2.   Il-volumi tal-bejgħ fis-suq ħieles, il-volumi użati b’mod ristrett u s-sehem mis-suq

(161)

Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 8

Volum ta’ bejgħ fis-suq ħieles u sehem mis-suq

 

2019

2020

2021

PIR

Bejgħ fis-suq ħieles (tunnellati)

5 774 832

5 680 681

5 684 429

5 159 274

Indiċi (2019 = 100)

100

98

98

89

Sehem mis-suq tal-bejgħ fis-suq ħieles (%)

80,8  %

76,6  %

63,4  %

67,6  %

Indiċi (2019 = 100)

100

95

78

84

Sors:

Eurofer u produtturi tal-Unjoni fil-kampjun.

(162)

Il-volum ta’ bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni naqas bi 11 % matul il-perjodu kkunsidrat. It-tnaqqis seħħ prinċipalment bejn l-2021 u l-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami u huwa spjegat mit-tnaqqis fil-konsum f’dak il-perjodu u l-kollass ta’ produttur kbir tal-Unjoni mhux inkluż fil-kampjun fl-2021, kif spjegat fil-premessa (151).

(163)

Matul il-perjodu kkunsidrat, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni fis-suq ħieles naqas b’16 % peress li, fl-istess ħin, l-importazzjonijiet żdiedu b’mod esponenzjali, jiġifieri f’termini assoluti ż-żieda tagħhom kienet id-doppju taż-żieda fil-konsum.

Tabella 9

Volumi kaptivi u sehem mis-suq

 

2019

2020

2021

PIR

Suq kaptiv (tunnellati)

1 864 394

1 764 931

2 091 845

1 916 305

Indiċi (2019 = 100)

100

95

112

103

Sehem tas-suq kaptiv fuq il-produzzjoni totali tal-Unjoni (%)

20,2  %

19,8  %

23,3  %

24,7  %

Indiċi (2019 = 100)

100

98

115

122

Sors:

Eurofer u produtturi tal-Unjoni fil-kampjun.

(164)

Il-volum kaptiv tal-industrija tal-Unjoni kien relattivament stabbli u esperjenza żieda ġenerali ta’ 3 %.

(165)

It-tnaqqis fil-produzzjoni tal-Unjoni kien jinvolvi żieda fis-sehem tas-suq kaptiv fuq il-produzzjoni totali tal-Unjoni.

4.5.2.3.   Tkabbir

(166)

L-industrija tal-Unjoni rnexxielha tibbenefika parzjalment minn perjodi ta’ tkabbir fis-suq tal-Unjoni anki jekk l-użu tal-kapaċità tagħha kien aktar baxx milli matul l-investigazzjoni oriġinali u kien hemm xi ristrutturar li kien għaddej. L-industrija tal-Unjoni żammet ishma mis-suq sinifikanti matul il-perjodu kollu kkunsidrat.

4.5.2.4.   Impjiegi u produttività

(167)

L-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 10

Impjiegi u produttività

 

2019

2020

2021

PIR

Għadd ta’ impjegati

11 117

12 048

10 385

9 593

Indiċi (2019 = 100)

100

108

93

86

Produttività (tunnellati/impjegat)

828

739

866

807

Indiċi (2019 = 100)

100

89

105

97

Sors:

Eurofer u produtturi tal-Unjoni fil-kampjun.

(168)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-livell tal-impjiegi tal-industrija tal-Unjoni relatati mal-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami varja u naqas b’14 %. It-tnaqqis fl-aħħar parti tal-perjodu kkunsidrat għandu jiġi attribwit għall-iżviluppi fi produttur kbir wieħed kif imsemmi fil-premessa (151) hawn fuq. Barra minn hekk, xi fluttwazzjonijiet huma teoretiċi peress li huma r-riżultat ta’ mudelli ta’ produzzjoni differenti u ta’ metodoloġiji ta’ allokazzjoni differenti ta’ riżorsi li l-punt tat-tluq kien familja ta’ prodotti usa’ mill-prodott taħt rieżami (jiġifieri l-prodotti kollha galvanizzati f’banju sħun).

(169)

Il-produttività tal-industrija tal-Unjoni naqset bi 3 % matul il-perjodu kkonċernat. Il-fluttwazzjonijiet huma marbuta mat-tnaqqis fil-volumi tal-produzzjoni fl-Unjoni fl-2020 u l-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

4.5.2.5.   Daqs tal-marġni tad-dumping u rkupru minn dumping fil-passat

(170)

Il-livell tal-importazzjonijiet matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami kien limitat ħafna, u kien jirrappreżenta sehem negleġibbli mill-konsum tal-Unjoni. Għalhekk, l-impatt tad-daqs tal-marġni reali tad-dumping fuq l-industrija tal-Unjoni ma setax jiġi stabbilit b’mod sinifikattiv. Ir-rieżami ffoka fuq il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping jekk il-miżuri anti-dumping jiġu revokati. Madankollu, kif imsemmi fil-premessa (120), id-differenza bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi kienet f’livell sinifikanti.

(171)

L-azzar reżistenti għall-korrużjoni diġà kien soġġett għal investigazzjonijiet anti-dumping. Fl-investigazzjoni oriġinali, il-Kummissjoni sabet li, matul il-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2015 sat-30 ta’ Settembru 2016, is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni kienet affettwata b’mod sinifikanti mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping tal-prodott taħt rieżami li joriġinaw mir-RPĊ. F’Awwissu tal-2020, investigazzjoni antiċirkomvenzjoni tal-miżuri anti-dumping tal-importazzjonijiet li joriġinaw mir-RPĊ estendiet il-miżuri inkwistjoni għal ċertu azzar reżistenti għall-korrużjoni ftit modifikat (95). F’investigazzjoni li tikkonċerna, fost l-oħrajn, il-prodott taħt rieżami, il-Kummissjoni sabet li, matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2020 sal-30 ta’ Diċembru 2020, is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni kienet affettwata b’mod negattiv mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping li joriġinaw mir-Russja u mit-Turkija (96).

(172)

Għalhekk, l-irkupru tal-industrija tal-Unjoni minn prattiki tad-dumping fil-passat kien għadu għaddej meta bdiet din l-investigazzjoni. Madankollu, il-miżuri fis-seħħ kellhom bla dubju impatt pożittiv fuq l-industrija tal-Unjoni.

4.5.3.   Indikaturi mikroekonomiċi

4.5.3.1.   Prezzijiet u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet

(173)

Il-prezzijiet medji ponderati ta’ bejgħ ta’ unità tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 11

Prezzijiet tal-bejgħ u kost tal-produzzjoni fl-Unjoni (EUR/tunnellata)

 

2019

2020

2021

PIR

Prezz medju tal-bejgħ ta’ unità fis-suq ħieles

628

587

1 039

1 162

Indiċi (2019 = 100)

100

93

165

185

Kost unitarju tal-produzzjoni

601

588

789

986

Indiċi (2019 = 100)

100

98

131

164

Sors:

Produtturi tal-Unjoni fil-kampjun.

(174)

Il-produtturi tal-Unjoni setgħu jżidu l-prezzijiet tal-bejgħ tagħhom fl-Unjoni wara li stabbilew miżuri rilevanti għad-difiża tal-kummerċ.

(175)

B’mod ġenerali, il-kost unitarju tal-produzzjoni żdied b’64 % matul il-perjodu kkunsidrat. Il-prezzijiet ta’ xi materja prima ewlenija u tal-enerġija żdiedu b’mod sinifikanti fit-tieni nofs tal-perjodu kkunsidrat.

4.5.3.2.   Kostijiet lavorattivi

(176)

Il-kostijiet lavorattivi medji tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 12

Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat

 

2019

2020

2021

PIR

Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat (EUR)

72 692

68 225

77 162

81 837

Indiċi (2019 = 100)

100

94

106

113

Sors:

Produtturi tal-Unjoni fil-kampjun.

(177)

Il-kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żdiedu bi 13 % matul il-perjodu kkunsidrat. Dawn naqsu temporanjament fl-2020 minħabba miżuri ta’ appoġġ pubbliku relatati mal-COVID-19.

4.5.3.3.   Inventarji

(178)

Il-livelli tal-istokkijiet tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 13

Inventarji

 

2019

2020

2021

PIR

Stokkijiet tal-għeluq (tunnellati)

154 680

111 817

171 244

160 558

Indiċi (2019 = 100)

100

72

111

104

Stokkijiet tal-għeluq bħala perċentwal tal-produzzjoni

7,6  %

5,3  %

7,2  %

7,6  %

Indiċi (2019 = 100)

100

70

96

100

Sors:

Produtturi tal-Unjoni fil-kampjun.

(179)

Il-produtturi tal-Unjoni normalment iżommu livell baxx ta’ stokk huma stess. Għalhekk, l-istokkijiet ma humiex ikkunsidrati bħala indikatur importanti ta’ dannu għal din l-industrija. Dan ġie kkonfermat ukoll mill-analiżi tal-evoluzzjoni tal-istokkijiet tal-għeluq bħala perċentwal tal-produzzjoni.

4.5.3.4.   Profittabilità, fluss tal-flus, investimenti, redditu fuq l-investimenti u kapaċità li jiġi ġġenerat kapital

(180)

Il-profittabilità, il-fluss ta’ flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 14

Profittabbiltà, fluss ta’ flus, investimenti u redditu fuq l-investimenti

 

2019

2020

2021

PIR

Il-profittabilità tal-bejgħ fl-Unjoni lil klijenti mhux relatati (% tal-fatturat mill-bejgħ)

–3,7  %

–1,7  %

16,1  %

7,9  %

Indiċi (2019 = 100)

– 100

–46

435

214

Fluss ta’ flus (EUR)

–26 986 371

43 439 334

269 485 933

189 860 405

Indiċi (2019 = 100)

– 100

161

999

704

Investimenti (EUR)

27 483 583

30 820 545

25 152 956

35 339 227

Indiċi (2019 = 100)

100

112

92

129

Redditu fuq l-investimenti

–6  %

–3  %

33  %

22  %

Indiċi (2019 = 100)

– 100

–50

550

367

Sors:

Produtturi tal-Unjoni fil-kampjun.

(181)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-profittabilità tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun billi esprimiet il-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni bħala perċentwal tal-fatturat ta’ dak il-bejgħ. L-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn diversi pajjiżi wasslu biex l-industrija tal-Unjoni tagħmel it-telf fl-2019 u fl-2020. Il-miżuri għad-difiża tal-kummerċ stabbiliti minn hawn ’il quddiem għenu lill-produtturi tal-Unjoni jżidu l-prezzijiet tal-bejgħ tagħhom b’mod ogħla miż-żieda fil-kost tal-produzzjoni tagħha u jiksbu livelli ta’ profitt sostenibbli. Fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, il-profitti naqsu b’mod sinifikanti meta mqabbla mal-2021 peress li l-prezzijiet tal-bejgħ ma setgħux jibqgħu jinkorporaw iż-żieda qawwija ulterjuri fil-kost tal-produzzjoni. Madankollu, il-profittabbiltà miksuba kemm fl-2021 kif ukoll fl-2022 kienet ogħla mill-profitt fil-mira stabbilit f’investigazzjonijiet preċedenti li jkopru l-istess firxa ta’ prodotti u firxa kemxejn usa’ (97).

(182)

Il-fluss ta’ flus nett huwa l-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni li jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom stess. Ix-xejra fil-fluss ta’ flus nett segwiet l-iżviluppi pożittivi f’termini ta’ profittabbiltà.

(183)

L-investimenti huma l-valur kontabilistiku nett tal-assi. Kumplessivament, l-investimenti netti żdiedu matul il-perjodu kkunsidrat. B’mod ġenerali, l-investimenti kellhom l-għan li jżommu l-kapaċitajiet eżistenti, li jtejbu l-kwalità, li jnaqqsu l-kostijiet u li jiffrankaw l-enerġija.

(184)

Ir-redditu fuq l-investimenti huwa l-profitt f’perċentwal tal-valur kontabilistiku nett tal-investimenti. Dan żviluppa b’mod pożittiv ħafna f’kuntest ta’ profitti sinifikanti iżda investimenti limitati.

(185)

Il-kapaċità li jiżdied il-kapital ma kinitx affettwata direttament mill-importazzjonijiet mir-RPĊ.

4.6.   Konklużjoni dwar il-ħsara

(186)

L-evoluzzjoni tal-mikroindikaturi u l-makroindikaturi matul il-perjodu kkunsidrat uriet li s-sitwazzjoni finanzjarja għall-industrija tal-Unjoni kienet tajba fl-2021 u l-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, bil-profittabbiltà fis-sentejn li qabżu l-profitti fil-mira għall-industrija li kienet stabbilita qabel.

(187)

Ċerti indikaturi bbażati fuq il-volum kif ukoll l-impjiegi marru għall-agħar, iżda dan jista’ għal parti tajba jew kompletament jiġi attribwit għal diffikultajiet partikolari li ltaqa’ magħhom produttur kbir tal-Unjoni li virtwalment waqqaf il-produzzjoni matul l-2021. Il-produtturi l-oħrajn kollha tal-Unjoni flimkien juru stampa ta’ industrija tal-Unjoni li bilkemm hija, jekk xejn, affettwata mit-tnaqqis sinifikanti fil-konsum fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami u minn żieda qawwija fl-importazzjonijiet matul il-perjodu kkunsidrat.

(188)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni ma sofrietx dannu materjali fis-sens tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

5.   PROBABBILTÀ TA’ RIKORRENZA TAD-DANNU

(189)

Fit-taqsima ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni ma ġarrbitx dannu materjali matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Għalhekk, il-Kummissjoni vvalutat, f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, jekk ikunx hemm probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu kkawżat oriġinarjament mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mir-RPĊ jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

(190)

F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni bbażat fuq l-informazzjoni disponibbli mill-partijiet li kkooperaw u kwalunkwe informazzjoni oħra disponibbli fil-fajl. Din eżaminat il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fir-RPĊ; ir-relazzjoni bejn il-prezzijiet fl-Unjoni, ir-RPĊ u l-prezzijiet tal-esportazzjoni Ċiniżi lejn pajjiżi terzi; il-prezz probabbli u l-livelli ta’ volum tal-importazzjonijiet mir-RPĊ fin-nuqqas ta’ miżuri anti-dumping; u l-impatt fuq l-industrija tal-Unjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

(191)

Kif konkluż fil-premessa (123), il-kapaċità ta’ riżerva stmata tas-CRS Ċiniża tirrappreżenta aktar minn 80 % tal-konsum ħieles tas-CRS fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, iżda dak il-perċentwal jista’ jiżdied fid-dawl tar-rata ta’ użu tal-impjanti Ċiniżi reżistenti għall-korrużjoni li hija mbassra li tkun ta’ 86,2 % fl-2023 (98). Barra minn hekk, kif ġie konkluż fil-premessa (127), il-prezzijiet fl-Unjoni huma ogħla minn disgħa mill-akbar għaxar destinazzjonijiet tal-esportazzjoni kurrenti tas-CRS Ċiniż.

(192)

Abbażi ta’ dan, l-iskadenza tal-miżuri anti-dumping x’aktarx li tirriżulta f’żieda fl-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn l-Unjoni. Fid-dawl tat-tnaqqis fid-domanda domestika fiċ-Ċina, il-fatt li l-produtturi tas-CRS jistgħu jaqilbu faċilment mill-produzzjoni ta’ prodotti oħrajn tal-HDG għas-CRS u l-prezzijiet ogħla fis-suq tal-Unjoni (ara l-premessi (123) u (122), tali żieda tista’ tkun saħansitra akbar mill-kapaċità ta’ riżerva Ċiniża kurrenti li diġà tirrappreżenta 80 % tal-konsum tal-Unjoni.

(193)

Barra minn hekk, kif spjegat fil-premessa (127), il-Kummissjoni qabblet il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mal-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni abbażi tal-prezzijiet tal-esportazzjoni kurrenti tal-produtturi esportaturi Ċiniżi lejn pajjiżi terzi. Il-prezzijiet għad-destinazzjonijiet ewlenin tal-esportazzjoni b’bejgħ rappreżentattiv imsemmija fil-premessa (126) ġew aġġustati billi l-ewwel tnaqqsu l-kost jew it-trasport mir-RPĊ lejn il-pajjiżi terzi u wara żdiedu l-kostijiet għat-trasport mir-RPĊ lejn l-Unjoni, bl-użu tad-data dwar il-kostijiet tat-trasport tal-merkanzija bil-baħar mit-talba għal rieżami. Bl-użu ta’ dawk il-prezzijiet CIF ikkalkolati u bit-tqabbil tagħhom mal-prezzijiet medji ponderati tal-bejgħ tat-tliet produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun mitluba lil klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, aġġustati għal livell mill-fabbrika, il-prezzijiet tal-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn pajjiżi terzi jwaqqgħu l-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni, aġġustati kif xieraq għal-livell mill-fabbrika, b’6,8 %. It-talba kien fiha wkoll informazzjoni li turi li ċ-Ċina esportat volumi dejjem jiżdiedu lejn pajjiżi barra mill-Unjoni bi prezzijiet baxxi (99).

(194)

Barra minn hekk, peress li s-swieq tal-esportazzjoni huma għall-industrija Ċiniża, ir-RPĊ qiegħda tiffaċċja dejjem aktar diffikultajiet biex taċċessahom minħabba firxa wiesgħa ta’ miżuri imposti minn pajjiżi terzi oħrajn kontra l-importazzjonijiet ta’ ċertu azzar reżistenti għall-korrużjoni miċ-Ċina, kif deskritt fit-taqsima 3 hawn fuq.

(195)

Is-suq għall-prodott taħt rieżami huwa kompetittiv ħafna fil-prezzijiet. Għalhekk, il-wasla probabbli fl-Unjoni tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat bi prezzijiet baxxi ġġiegħel lill-industrija tal-Unjoni tnaqqas il-produzzjoni tagħha u tbaxxi l-prezzijiet tagħha. Il-produtturi tal-Unjoni jiffaċċjaw żmien insuffiċjenti biex jirkupraw mis-sitwazzjoni dannuża tal-passat, jinvestu ulterjorment u jissodisfaw l-impenji tagħhom, inklużi dawk soċjali u ambjentali.

(196)

Il-livelli ta’ profitt x’aktarx li jsiru mhux sostenibbli għal tali industrija li tuża ħafna kapital. It-telf kbir fl-industrija tal-Unjoni se jimmina l-kapaċità tagħha li żżid il-kapital, jipperikola l-vijabbiltà tagħha u possibbilment jiskatta l-għeluq tal-faċilitajiet tal-produzzjoni u sensji kif ukoll it-tfixkil fil-ktajjen tal-provvista.

(197)

Hemm miżuri ta’ salvagwardja tal-azzar fis-seħħ li l-produtturi tal-Unjoni diġà jibbenefikaw minnhom. Madankollu, l-investigazzjoni anti-dumping kurrenti tindirizza kwistjoni distinta li għadha ma hijiex koperta minn xi miżura eżistenti.

(198)

Abbażi ta’ dan, ġie konkluż li n-nuqqas ta’ miżuri x’aktarx li jirriżulta f’żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ bi prezzijiet dannużi u li x’aktarx jerġa’ jseħħ dannu materjali.

6.   INTERESS TAL-UNJONI

(199)

F’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri anti-dumping eżistenti tmurx kontra l-interess tal-Unjoni b’mod ġenerali. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tal-interessi varji kollha involuti, inklużi dawk tal-industrija, tal-importaturi u tal-utenti tal-Unjoni.

6.1.   L-interessi tal-industrija tal-Unjoni

(200)

Il-maġġoranza tal-21 produttur tal-Unjoni appoġġaw it-talba filwaqt li l-ebda produttur ma oppona l-bidu tal-investigazzjoni. Kif ġie konkluż fit-taqsima 4 hawn fuq, l-industrija tal-Unjoni ma għadhiex qiegħda ġġarrab dannu materjali. Madankollu, kif konkluż fit-taqsima 5, revoka tal-miżuri tirriżulta minn influss imġedded ta’ importazzjonijiet oġġett ta’ dumping miċ-Ċina li malajr jirriżulta f’rikorrenza ta’ dannu. Għalhekk, il-kontinwazzjoni tal-miżuri hija fl-interess tal-industrija tal-Unjoni.

6.2.   Interess ta’ importaturi mhux relatati

(201)

L-ebda importatur ma kkoopera fl-investigazzjoni.

(202)

In-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-importaturi ma ppermettiex lill-Kummissjoni tanalizza jekk l-importaturi kinux sejrin ħażin jew jekk ma setgħux jgħaddu ż-żidiet fil-prezzijiet, jekk ikun hemm.

(203)

Il-Kummissjoni tinnota li, minbarra l-produzzjoni abbundanti tal-Unjoni, l-importaturi u l-ktajjen tal-provvista jistgħu jagħmlu użu minn importazzjonijiet minn bosta fornituri u pajjiżi. L-estensjoni tal-miżuri ma hijiex maħsuba biex teskludi l-importazzjonijiet Ċiniżi mis-suq, iżda biss biex tiżgura li dawk l-importazzjonijiet ma jinbigħux bi prezzijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, u b’hekk jikkawżaw dannu.

6.3.   Interess tal-utenti

(204)

L-utenti ma kkooperawx mal-investigazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni ma kinitx f’pożizzjoni li tanalizza l-impatt tal-miżuri eżistenti fuq is-sitwazzjoni tal-utenti.

(205)

Il-Kummissjoni tinnota li, matul l-investigazzjoni oriġinali tagħha, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-miżuri li bħalissa huma fis-seħħ ma għandhomx effetti negattivi sinifikanti fuq l-utenti u l-konsumaturi. Fil-fatt, ċertu azzar reżistenti għall-korrużjoni ġeneralment jirrappreżenta proporzjon relattivament baxx tal-kost ta’ proġett ta’ kostruzzjoni (madwar wieħed biss fil-mija għal dar mibnija bil-brikks u tnejn fil-mija għal bini tal-uffiċċji), kif innotat f’eżempju pprovdut fl-Anness 13 tat-talba.

6.4.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(206)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kienx hemm raġunijiet konvinċenti għall-interess tal-Unjoni kontra ż-żamma tal-miżuri eżistenti fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu azzar reżistenti għall-korrużjoni li joriġinaw mir-RPĊ.

7.   MIŻURI ANTI-DUMPING

(207)

Abbażi tal-konklużjonijiet li laħqet il-Kummissjoni dwar il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping, il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu u l-interess tal-Unjoni, il-miżuri anti-dumping fuq ċertu azzar reżistenti għall-korrużjoni li joriġina mir-RPĊ jenħtieġ li jinżammu.

(208)

Ir-rati tad-dazju anti-dumping tal-kumpaniji individwali speċifikati f’dan ir-Regolament japplikaw biss għall-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami li joriġinaw mill-pajjiż ikkonċernat u manifatturat mill-entitajiet legali msemmijin. L-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami manifatturat minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija b’mod speċifiku fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inklużi l-entitajiet relatati ma’ dawk speċifikament imsemmija, jenħtieġ li jkunu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina”. Jenħtieġ li ma jkunu soġġetti għall-ebda waħda mir-rati tad-dazju anti-dumping individwali.

(209)

Kumpanija tista’ titlob l-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati tad-dazju anti-dumping individwali jekk hija sussegwentement tbiddel l-isem tal-entità tagħha. It-talba trid tiġi indirizzata lill-Kummissjoni (100). It-talba jrid ikun fiha l-informazzjoni rilevanti kollha li turi li l-bidla ma taffettwax id-dritt tal-kumpanija li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha. Jekk il-bidla fl-isem tal-kumpanija ma taffettwax id-dritt tagħha li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha, jiġi ppubblikat regolament dwar il-bidla tal-isem f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(210)

Biex jiġu mminimizzati r-riskji ta’ ċirkomvenzjoni minħabba d-differenza fir-rati tad-dazju, huma meħtieġa miżuri speċjali biex tiġi żgurata l-applikazzjoni tad-dazji anti-dumping individwali. Il-kumpaniji b’dazji anti-dumping individwali jeħtiġilhom jippreżentaw fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri. Il-fattura trid tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament. L-importazzjonijiet li ma jkunux akkumpanjati minn dik il-fattura jenħtieġ li jkunu soġġetti għad-dazju anti-dumping applikabbli għal “L-importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina”.

(211)

Filwaqt li l-preżentazzjoni ta’ din il-fattura hija meħtieġa sabiex l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jkunu jistgħu japplikaw ir-rati tad-dazju anti-dumping individwali fuq l-importazzjonijiet, ma hijiex l-uniku element li għandu jitqies mill-awtoritajiet doganali. Tabilħaqq, anke jekk jiġu ppreżentati b’fattura li tissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jridu jwettqu l-kontrolli tas-soltu tagħhom u jistgħu, bħal fil-każijiet l-oħrajn kollha, ikunu jirrikjedu dokumenti addizzjonali (dokumenti tat-trasport bil-baħar, eċċ.) biex ikunu jistgħu jivverifikaw l-akkuratezza tad-dettalji li jkun hemm fid-dikjarazzjoni u jiżguraw li l-applikazzjoni sussegwenti tar-rata aktar baxxa tad-dazju tkun iġġustifikata, f’konformità mal-liġi doganali.

(212)

Jekk l-esportazzjonijiet minn waħda mill-kumpaniji li jibbenefikaw minn rati tad-dazju individwali aktar baxxi jiżdiedu b’mod sinifikanti fil-volum wara l-impożizzjoni tal-miżuri kkonċernati, tali żieda fil-volum tista’ titqies bħala waħda li fiha nnifisha tikkostitwixxi bidla fix-xejra tal-kummerċ minħabba l-impożizzjoni ta’ miżuri fis-sens tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku. F’ċirkostanzi bħal dawn u dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet, tista’ tinbeda investigazzjoni kontra ċ-ċirkomvenzjoni. Din l-investigazzjoni tista’, fost l-oħrajn, teżamina l-ħtieġa tat-tneħħija ta’ rata/i tad-dazju individwali u l-impożizzjoni konsegwenti ta’ dazju għall-pajjiż kollu.

(213)

Esportatur jew produttur li ma esportax il-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-perjodu li kien intuża sabiex jiġi stabbilit il-livell tad-dazju applikabbli bħalissa għall-esportazzjonijiet tiegħu jista’ jitlob lill-Kummissjoni biex isir soġġett għar-rata tad-dazju anti-dumping għall-kumpaniji li kkooperaw u li ma kinux inklużi fil-kampjun. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tilqa’ talba bħal din dment li jiġu ssodisfati tliet kundizzjonijiet. Il-produttur esportatur il-ġdid ikollu juri li: (i) ma esportax il-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-perjodu li ntuża sabiex jiġi stabbilit il-livell tad-dazju applikabbli għall-esportazzjonijiet tiegħu; (ii) ma huwiex relatat ma’ kumpanija li għamlet dan u li, għalhekk, hija soġġetta għad-dazji anti-dumping; u (iii) esporta l-prodott ikkonċernat wara dan jew daħal f’obbligu kuntrattwali irrevokabbli sabiex jagħmel dan fi kwantitajiet sostanzjali.

(214)

Il-partijiet interessati kollha ġew informati bil-fatti u bil-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kien maħsub li jiġi rrakkomandat li jinżammu l-miżuri eżistenti. Huma ngħataw ukoll perjodu biex jagħmlu rappreżentazzjonijiet wara din id-divulgazzjoni. Ma wasal l-ebda kumment.

(215)

Fid-dawl tal-Artikolu 109 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (101) meta jkollu jiġi rrimborżat ammont wara sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-imgħax li għandu jitħallas jenħtieġ li jkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament tal-kapital tiegħu, kif ippubblikata fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-ewwel jum kalendarju ta’ kull xahar.

(216)

Permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/159 (102), il-Kummissjoni imponiet miżura ta’ salvagwardja fir-rigward ta’ ċerti prodotti tal-azzar għal perjodu ta’ 3 snin. Permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1029 (103), il-miżura ta’ salvagwardja ġiet estiża sat-30 ta’ Ġunju 2024. Il-prodott ikkonċernat huwa waħda mill-kategoriji ta’ prodotti koperti mill-miżura ta’ salvagwardja. Konsegwentement, ladarba jinqabżu l-kwoti tariffarji stabbiliti taħt il-miżura ta’ salvagwardja, kemm id-dazju tariffarju ’l fuq mill-kwota kif ukoll id-dazju anti-dumping isiru pagabbli fuq l-istess importazzjonijiet. Billi tali akkumulazzjoni ta’ miżuri anti-dumping b’miżuri ta’ salvagwardja tista’ twassal għal effett fuq il-kummerċ akbar milli mixtieq, il-Kummissjoni ddeċidiet li tipprevjeni l-applikazzjoni simultanja tad-dazju anti-dumping mad-dazju tariffarju ’l fuq mill-kwota għall-prodott ikkonċernat għad-durata tal-impożizzjoni tad-dazju ta’ salvagwardja.

(217)

Dan ifisser li meta d-dazju tariffarju ’l fuq mill-kwota msemmi fl-Artikolu 1(6) tar-Regolament (UE) 2019/159 isir applikabbli għall-prodott ikkonċernat u jaqbeż il-livell tad-dazji anti-dumping skont dan ir-Regolament, għandu jinġabar biss id-dazju tariffarju ’l fuq mill-kwota msemmi fl-Artikolu 1(6) tar-Regolament (UE) 2019/159. Matul il-perjodu ta’ applikazzjoni simultanja tad-dazji ta’ salvagwardja u ta’ dawk anti-dumping, il-ġbir tad-dazji imposti skont dan ir-Regolament għandu jiġi sospiż. Meta d-dazju tariffarju ’l fuq mill-kwota msemmi fl-Artikolu 1(6) tar-Regolament (UE) 2019/159 isir applikabbli għall-prodott taħt rieżami u jiġi stabbilit f’livell aktar baxx mil-livell tad-dazji anti-dumping f’dan ir-Regolament, id-dazju tariffarju ’l fuq mill-kwota msemmi fl-Artikolu 1(6) tar-Regolament (UE) 2019/159 għandu jinġabar flimkien mad-differenza bejn dak id-dazju u d-dazji anti-dumping ogħla imposti skont dan ir-Regolament. Il-parti tal-ammont ta’ dazji anti-dumping mhux miġbura għandha tiġi sospiża.

(218)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dazju anti-dumping definittiv huwa impost fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti rrumblati ċatti tal-ħadid jew tal-azzar illigat jew tal-azzar mhux illigat; deossidati bl-aluminju; miksija jew mgħottija b’galvanizzazzjoni ta’ dip sħun biż-żingu u/jew bl-aluminju, u l-ebda metall ieħor; b’mod kimiku mpassivat; li fih skont il-piż: 0,015 % jew aktar iżda mhux aktar minn 0,170 % ta’ karbonju, 0,015 % jew aktar iżda mhux aktar minn 0,100 % ta’ aluminju, mhux aktar minn 0,045 % ta’ nijobju, mhux aktar minn 0,010 % ta’ titanju u mhux aktar minn 0,010 % ta’ vanadju; ippreżentat f’koljaturi, folji maqtugħin għat-tul u strixxi dojoq.

Il-prodotti li ġejjin huma esklużi:

tal-azzar inossidabbli, tal-azzar tas-siliċju manjetiku, u tal-azzar b’veloċità għolja,

mhux maħdumin aktar ħlief illaminati bis-sħana jew illaminati kesħin (cold-reduced).

Il-prodott ikkonċernat bħalissa jaqa’ taħt il-kodiċijiet tan-NM ex 7210 41 00, ex 7210 49 00, ex 7210 61 00, ex 7210 69 00, ex 7212 30 00, ex 7212 50 61, ex 7212 50 69, ex 7225 92 00, ex 7225 99 00, ex 7226 99 30 u ex 7226 99 70 (Kodiċijiet TARIC: 7210410020, 7210490020, 7210610020, 7210690020, 7212300020, 7212506120, 7212506920, 7225920020, 7225990022, 7225990092, 7226993010, 7226997094) u li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

2.   Ir-rata tad-dazju tal-antidumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u manifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandha tkun din li ġejja:

Kumpanija

Rata tad-dazju definittiva (%)

Kodiċi TARIC Addizzjonali

Hesteel Co., Ltd Handan Branch

27,8

C227

Handan Iron & Steel Group Han-Bao Co., Ltd

27,8

C158

Hesteel Co., Ltd Tangshan Branch

27,8

C159

Tangshan Iron & Steel Group High Strength Automotive Strip Co., Ltd

27,8

C228

Beijing Shougang Cold Rolling Co., Ltd

17,2

C229

Shougang Jingtang United Iron and Steel Co., Ltd

17,2

C164

Zhangjiagang Shagang Dongshin Galvanized Steel Sheet Co., Ltd

27,9

C230

Zhangjiagang Yangtze River Cold Rolled Sheet Co., Ltd

27,9

C112

Kumpaniji kooperanti oħra elenkati fl-Anness

26,1

Ara l-Anness

L-importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

27,9

C999

3.   Id-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-importazzjonijiet li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, kif stabbilit fil-paragrafu 2, huwa b’dan estiż għall-importazzjonijiet ta’ prodotti rrumblati ċatti tal-ħadid jew tal-azzar illigat jew azzar mhux illigat; miksija jew mgħottija b’galvanizzazzjoni f’banju sħun biż-żingu u/jew bl-aluminju u/jew bil-manjeżju, kemm jekk illigat bis-siliċju kif ukoll jekk le; passivat kimikament; bi jew mingħajr kwalunkwe trattament addizzjonali tal-wiċċ bħal pereżempju kisja b’żejt jew issiġillar; li jkun fihom skont il-piż: mhux aktar minn 0,5 % ta’ karbonju, mhux aktar minn 1,1 % ta’ aluminju, mhux aktar minn 0,12 % ta’ nijobju, mhux aktar minn 0,17 % ta’ titanju u mhux aktar minn 0,15 % ta’ vanadju; ippreżentat f’koljaturi, folji minn tarf sa tarf u strixxi dojoq.

Il-prodotti li ġejjin huma esklużi:

tal-azzar inossidabbli, tal-azzar tas-siliċju manjetiku, u tal-azzar b’veloċità għolja,

mhux maħdumin aktar ħlief illaminati bis-sħana jew illaminati kesħin (cold-reduced),

il-prodott ikkonċernat kif definit fil-bidu ta’ dan l-artikolu,

li bħalissa jaqa’ taħt il-kodiċijiet tan-NM ex 7210 41 00, ex 7210 49 00, ex 7210 61 00, ex 7210 69 00, ex 7210 90 80, ex 7212 30 00, ex 7212 50 61, ex 7212 50 69, ex 7212 50 90, ex 7225 92 00, ex 7225 99 00, ex 7226 99 30, ex 7226 99 70 (kodiċijiet TARIC: 7210410030, 7210490030, 7210610030, 7210690030, 7210908092, 7212300030, 7212506130, 7212506930, 7212509014, 7212509092, 7225920030, 7225990023, 7225990041, 7225990093, 7226993030, 7226997013, 7226997093), li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

4.   Din l-estensjoni ma tapplikax għall-importazzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu prodotti mill-kumpaniji elenkati hawn taħt:

Isem il-kumpanija

Kodiċi addizzjonali TARIC

Beijing Shougang Cold Rolling Co., Ltd

C229

Shougang Jingtang United Iron and Steel Co., Ltd

C164

5.   L-applikazzjoni ta’ eżenzjonijiet mogħtija lill-kumpaniji speċifikament imsemmija fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu għandha tkun soġġetta għall-preżentazzjoni lill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri ta’ fattura kummerċjali valida maħruġa mill-produttur li fuqha tidher dikjarazzjoni ddatata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li joħroġ tali fattura, identifikat minn ismu/isimha u l-funzjoni. Din id-dikjarazzjoni għandha tiġi abbozzata kif ġej: “Jiena, hawn taħt iffirmat, niċċertifika li l-(volum) ta’ ċertu azzar reżistenti għall-korrużjoni mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura, kien immanifatturat minn (l-isem u l-indirizz tal-kumpanija) (il-kodiċi addizzjonali TARIC) fi (il-pajjiż ikkonċernat). Niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f’din il-fattura hija kompluta u preċiża.” Jekk ma tiġix ippreżentata tali fattura, għandu japplika d-dazju antidumping kif impost bil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.

6.   L-applikazzjoni tar-rati individwali tad-dazju anti-dumping speċifikati gћall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 għandha sseћћ bil-kundizzjoni li tkun ippreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fiha tidher dikjarazzjoni ddatata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ din il-fattura, identifikat minn ismu/isimha u l-funzjoni, abbozzata kif ġej: “Jiena, is-sottoskritt, niċċertifika li l-(volum) ta’ azzar reżistenti għall-korrużjoni mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura ġie manifatturat minn (isem u indirizz tal-kumpanija) (kodiċi addizzjonali TARIC) fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. Niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f’din il-fattura hija kompluta u korretta.” Jekk ma tiġi ppreżentata l-ebda tali fattura, għandha tapplika r-rata tad-dazju applikabbli għall-“importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina”.

7.   Meta xi produttur esportatur ġdid fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina jipprovdi biżżejjed evidenza lill-Kummissjoni li:

(a)

ma esportax lejn l-Unjoni l-prodott deskritt fil-paragrafu 1 fil-perjodu bejn l-1 ta’ Ottubru 2015 u t-30 ta’ Settembru 2016 (il-perjodu tal-investigazzjoni tal-investigazzjoni oriġinali), (b) ma huwiex relatat ma xi esportatur jew produttur fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina li huwa soġġett għall-miżuri anti-dumping imposti minn dan ir-Regolament, (c) huwa filfatt esporta l-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni jew daħal f’obbligu kuntrattwali irrevokabbli li jesporta kwantità sinifikanti lejn l-Unjoni wara tmiem il-perjodu tal-investigazzjoni oriġinali, il-Kummissjoni tista’ temenda l-Anness billi żżid lill-produttur esportatur il-ġdid mal-kumpaniji li kkooperaw li mhumiex inklużi fil-kampjun u li għaldaqstant huma soġġetti għad-dazju medju ponderat li ma jaqbiżx is–26,1 %.

8.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

Artikolu 2

1.   Meta d-dazju tariffarju ’l fuq mill-kwota msemmi fl-Artikolu 1(6) tar-Regolament (UE) 2019/159 isir applikabbli għall-prodotti rrumblati ċatti tal-ħadid jew tal-azzar illigat jew tal-azzar mhux illigat; miksija jew mgħottija permezz ta’ galvanizza f’banju sħun biż-żingu u/jew bl-aluminju u/jew bil-manjeżju, sew jekk ligati bis-siliċju sew jekk le; b’passivazzjoni kimika; bi kwalunkwe trattament tal-wiċċ addizzjonali bħal kisja b’żejt jew issiġillar jew mingħajru; li skont il-piż fihom: mhux aktar minn 0,5 % ta’ karbonju, mhux aktar minn 1,1 % ta’ aluminju, mhux aktar minn 0,12 % ta’ nijobju, mhux aktar minn 0,17 % ta’ titanju u mhux aktar minn 0,15 % ta’ vanadju; ippreżentati f’kojls, f’folji maqtugħin skont it-tul u fi strixxi dojoq, imsemmija fl-Artikolu 1(3), u jaqbeż il-livell tad-dazju anti-dumping stabbilit fl-Artikolu 1(2), għandu jinġabar biss id-dazju tat-tariffa ’l fuq mill-kwota msemmi fl-Artikolu 1(6) tar-Regolament (UE) 2019/159.

2.   Matul il-perjodu ta’ applikazzjoni tal-paragrafu 1, il-ġbir tad-dazji imposti skont dan ir-Regolament għandu jiġi sospiż.

3.   Meta d-dazju tariffarju ’l fuq mill-kwota msemmi fl-Artikolu 1(6) tar-Regolament (UE) 2019/159 isir applikabbli għall-prodotti rrumblati ċatti tal-ħadid jew tal-azzar illigat jew tal-azzar mhux illigat; miksija jew mgħottija permezz ta’ galvanizza f’banju sħun biż-żingu u/jew bl-aluminju u/jew bil-manjeżju, sew jekk ligati bis-siliċju sew jekk le; b’passivazzjoni kimika; bi kwalunkwe trattament tal-wiċċ addizzjonali bħal kisja b’żejt jew issiġillar jew mingħajru; li skont il-piż fihom: mhux aktar minn 0,5 % ta’ karbonju, mhux aktar minn 1,1 % ta’ aluminju, mhux aktar minn 0,12 % ta’ nijobju, mhux aktar minn 0,17 % ta’ titanju u mhux aktar minn 0,15 % ta’ vanadju; ippreżentati f’kojls, f’folji maqtugħin skont it-tul u fi strixxi dojoq, imsemmija fl-Artikolu 1(3), u jkun stabbilit għal livell aktar baxx mid-dazju anti-dumping stabbilit fl-Artikolu 1(2), id-dazju tariffarju ’l fuq mill-kwota msemmi fl-Artikolu 1(6) tar-Regolament (UE) 2019/159 għandu jinġabar minbarra d-differenza bejn dak id-dazju u d-dazju anti-dumping ogħla stabbilit fl-Artikolu 1(2).

4.   Il-parti tal-ammont ta’ dazju anti-dumping li ma tinġabarx skont il-paragrafu 3 għandha tiġi sospiża.

5.   Is-sospensjonijiet imsemmija fil-paragrafi 2 u 4 għandhom ikunu limitati fiż-żmien għall-perjodu tal-applikazzjoni tad-dazju tariffarju ’l fuq mill-kwota msemmi fl-Artikolu 1(6) tar-Regolament (UE) 2019/159.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Marzu 2024.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/186 tas-7 ta’ Frar 2018 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu azzar reżistenti għall-korrużjoni li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 34, 8.2.2018, p. 16).

(3)  Ir- Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1156 tal-4 ta’ Awwissu 2020 li jestendi d-dazju anti-dumping definittiv impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/186 fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu azzar reżistenti għall-korrużjoni li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina lejn importazzjonijiet ta’ ċertu azzar reżistenti għall-korrużjoni b’modifiki żgħar (ĠU L 255, 5.8.2020, p. 36).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1994 tal-4 ta’ Diċembru 2020 li jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1156 li jestendi d-dazju anti-dumping definittiv impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/186 fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu azzar reżistenti għall-korrużjoni li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta’ ċertu azzar reżistenti għall-korrużjoni b’modifiki żgħar (ĠU L 410, 7.12.2020, p. 67).

(5)   ĠU C 197, 16.5.2022, p. 4.

(6)  Avviż ta’ bidu ta’ rieżami ta’ skadenza tal-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ ċertu azzar reżistenti għall-korrużjoni li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU C 48, 8.2.2023, p. 32).

(7)  Nota għall-fajl t23.000939 tas-17 ta’ Frar 2023.

(8)  Il-kwestjonarji għall-produtturi tal-Unjoni, għall-produtturi esportaturi, għall-importaturi u għall-utenti kienu disponibbli fuq https://tron.trade.ec.europa.eu/investigations/case-view?caseId=2653.

(9)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2068 tas-26 ta’ Ottubru 2022 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar irrumblati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Federazzjoni Russa wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 277, 27.10.2022, p. 149); ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/191 tas-16 ta’ Frar 2022 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq ċerti elementi tal-irbit tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 36, 17.2.2022, p. 1); ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/95 tal-24 ta’ Jannar 2022 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti fittings ta’ tubi u pajpijiet, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, kif estiż għall-importazzjonijiet ta’ ċerti fittings ta’ tubi u pajpijiet, tal-ħadid jew tal-azzar ikkonsenjati mit-Tajwan, mill-Indoneżja, mis-Sri Lanka u mill-Filippini, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw minn dawn il-pajjiżi kif ukoll jekk le, wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 16, 25.1.2022, p. 36); ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2239 tal-15 ta’ Diċembru 2021 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti torrijiet tar-riħ tal-azzar fuq skala utilitarja li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 450, 16.12.2021, p. 59); ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/635 tas-16 ta’ April 2021 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi wweldjati tal-ħadid jew tal-azzar bil-karbonju li joriġinaw mill-Belarussja, mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mir-Russja wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 132, 19.4.2021, p. 145).

(10)  Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2068 il-premessa 80; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/191 il-premessa 208, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/95 il-premessa 59, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2239 il-premessi 67-74, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/635 il-premessi 149-150.

(11)  Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2068 il-premessa 64; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/191 il-premessa 192, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/95 il-premessa 46, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2239 il-premessi 67–74, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/635 il-premessi 115–118.

(12)  Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2068 il-premessa 66; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/191 il-premessi 193–4, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/95 il-premessa 47, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2239 il-premessi 67–74, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/635 il-premessi 119-122. Filwaqt li d-dritt għall-ħatra u għat-tneħħija ta’ persunal ewlieni tal-maniġment fl-SOEs mill-awtoritajiet rilevanti tal-Istat, kif previst fil-leġiżlazzjoni Ċiniża, jista’ jitqies li jirrifletti d-drittijiet ta’ sjieda korrispondenti, iċ-ċelloli tas-CCP fl-intrapriżi, kemm dawk tal-Istat kif ukoll dawk privati, jirrappreżentaw kanal importanti ieħor li permezz tiegħu l-Istat jista’ jinterferixxi fid-deċiżjonijiet kummerċjali. Skont il-liġi tal-kumpaniji tar-RPĊ, f’kull kumpanija għandha tiġi stabbilita organizzazzjoni tas-CCP (li jkollha mill-anqas tliet membri tas-CCP kif speċifikat fil-Kostituzzjoni tas-CCP) u l-kumpanija għandha tipprovdi l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-attivitajiet tal-organizzazzjoni tal-partit. Fil-passat, jidher li dan ir-rekwiżit mhux dejjem ġie segwit jew infurzat b’mod strett. Madankollu, mill-inqas mill-2016, is-CCP saħħaħ l-affermazzjonijiet tiegħu li jikkontrolla d-deċiżjonijiet tan-negozju fl-SOEs bħala kwistjoni ta’ prinċipju politiku. Huwa rrappurtat ukoll li s-CCP jeżerċita pressjoni fuq kumpaniji privati biex ipoġġu l-“patrijottiżmu” l-ewwel u jsegwu d-dixxiplina tal-partit. Fl-2017, ġie rrappurtat li ċ-ċelloli tal-partit kienu jeżistu f’70 % ta’ madwar 1,86 miljun kumpanija ta’ proprjetà privata, bi pressjoni dejjem tikber biex l-organizzazzjonijiet tas-CCP ikollhom l-aħħar kelma dwar id-deċiżjonijiet tan-negozju fi ħdan il-kumpaniji rispettivi tagħhom. Dawn ir-regoli għandhom applikazzjoni ġenerali fl-ekonomija Ċiniża kollha, fost is-setturi kollha, inkluż għall-produtturi tal-prodott taħt rieżami u għall-fornituri tal-inputs tagħhom.

(13)  Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2068 il-premessa 68; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/191 il-premessi 195-201, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/95 il-premessi 48-52, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2239 il-premessi 67-74, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/635 il-premessi 123-129.

(14)  Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2068 il-premessa 74; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/191 il-premessa 202, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/95 il-premessa 53, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2239 il-premessi 67-74, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/635 il-premessi 130-133.

(15)  Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2068 il-premessa 75; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/191 il-premessa 203, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/95 il-premessa 54, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2239 il-premessi 67-74, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/635 il-premessi 134-135.

(16)  Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2068 il-premessa 76; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/191 il-premessa 204, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/95 il-premessa 55, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2239 il-premessi 67-74, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/635 il-premessi 136-145.

(17)  Id-Dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni SWD(2017) 483 final/2, 20. 12. 2017, disponibbli fuq: https://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2017/december/tradoc_156474.pdf

(18)  L-OECD, State-owned Firms behind China’s Corporate Debt, Economics Department Working Papers no. 1536, Frar 2019.

https://www.oecdilibrary.org/docserver/7c66570een.pdf?expires=1634897777&id=id&accname=guest&checksum=3095BC87BC68666578D757C403B87307

(19)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/969 tat-8 ta’ Ġunju 2017 li jimponi dazji kumpensatorji definittivi fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/649 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 146, 9.6.2017, p. 17).

(20)  Ara: http://wap.sasac.gov.cn/n2588045/n27271785/n27271792/c14159097/content.html (aċċessat fit-13 ta’ Settembru 2023).

(21)  Ara: www.cqgt.cn (aċċessat fit-13 ta’ Settembru 2023).

(22)  Ara: https://www.magang.com.cn/ (aċċessat fit-13 ta’ Settembru 2023).

(23)  Ara: https://www.qixin.com/company/ab02483a-5ed7-49fe-b6e6-8ea39dc4dc80 (aċċessat fit-13 ta’ Settembru 2023).

(24)  Ara: http://www.ansteel.cn/about/company_profile/ (aċċessat fit-13 ta’ Settembru 2023).

(25)  Ara: https://www.qcc.com/firm/d620835aaae14e62fdc965fd41a51d8d.html (aċċessat fit-13 ta’ Settembru 2023).

(26)  Ara: https://www.gov.cn/zhengce/zhengceku/2022-02/08/content_5672513.htm (aċċessat fit-13 ta’ Settembru 2023).

(27)  Ara t-Taqsima IV, is-Sottotaqsima 3 tal-14-il FYP dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tal-Materja Prima

(28)  Ara t-Taqsima II, is-Sottotaqsima 1 tal-14-il FYP dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tar-Ruttam tal-Metall

(29)  Ara: https://www.miit.gov.cn/zwgk/zcwj/wjfb/tz/art/2023/art_2a4233d696984ab59610e7498e333920.html (aċċessat fit-13 ta’ Settembru 2023).

(30)  Ara l-Pjan ta’ Azzjoni ta’ 3 Snin tal-Provinċja ta’ Hebei dwar l-Iżvilupp tar-Raggruppament fil-Katina tal-Industrija tal-Azzar, il-Kapitolu I, it-Taqsima 3; disponibbli fuq: https://huanbao.bjx.com.cn/news/20200717/1089773.shtml (aċċessat fit-13 ta’ Settembru 2023).

(31)  Ara l-Pjan ta’ Implimentazzjoni ta’ Henan għat-Trasformazzjoni u l-Aġġornament tal-Industrija tal-Azzar matul l-14-il FYP, il-Kapitolu II, it-Taqsima 3; disponibbli fuq: https://huanbao.bjx.com.cn/news/20211210/1192881.shtml (aċċessat fit-13 ta’ Settembru 2023).

(32)  Il-Pjan ta’ Ħidma tal-Provinċja ta’ Jiangsu għat-Trasformazzjoni u għall-Aġġornament tas-Settur tal-Azzar u l-Ottimizzazzjoni tat-Tqassim għall-2019-2025; disponibbli fuq: http://www.jiangsu.gov.cn/art/2019/5/5/art_46144_8322422.html (aċċessat fit-13 ta’ Settembru 2023).

(33)  L-14-il FYP tal-Provinċja ta’ Shandong dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tal-Azzar; disponibbli fuq: http://gxt.shandong.gov.cn/art/2021/11/18/art_15681_10296246.html (aċċessat fit-13 ta’ Settembru 2023).

(34)  Il-Pjan ta’ Azzjoni għat-Trasformazzjoni u għall-Aġġornament tal-Industrija tal-Azzar għall-2020 tal-Provinċja ta’ Shanxi; disponibbli fuq: http://gxt.shanxi.gov.cn/zfxxgk/zfxxgkml/cl/202110/t20211018_2708031.shtml (aċċessat fit-13 ta’ Settembru 2023).

(35)  L-14-il FYP tal-Muniċipalità ta’ Liaoning Dalian dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tal-Manifattura: “Sal-2025, il-valur tal-output industrijali ta’ materjali ġodda se jilħaq 15-il miljun yuan, u l-livell ta’ tagħmir u l-kapaċità ta’ garanzija tal-materjali ewlenin huwa ovvjament imtejjeb.”; disponibbli fuq: https://www.dl.gov.cn/art/2021/12/20/art_854_1995411.html (aċċessat fil-5 ta’ Diċembru 2022).

(36)  Il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Provinċja ta’ Zhejiang biex Jitrawwem Żvilupp ta’ Kwalità Għolja tal-Industrija tal-Azzar: “Jitrawmu fużjonijiet u riorganizzazzjoni tal-intrapriżi, jitħaffef il-proċess tal-konċentrazzjoni, jitnaqqas l-għadd ta’ intrapriżi ta’ tidwib tal-azzar għal madwar 10 intrapriżi”; disponibbli fuq: https://www.dl.gov.cn/art/2021/12/20/art_854_1995411.html (aċċessat fil-5 ta’ Diċembru 2022).

(37)  Ara: https://www.baoganggf.com/ggry (aċċessat fit-13 ta’ Settembru 2023).

(38)  Ara: https://www.shougang.com.cn/sgweb/html/gsld.html (aċċessat fit-13 ta’ Settembru 2023).

(39)  Ir-Rapport, il-Parti III, il-Kapitolu 14, p. 346 ff.

(40)  Ara l-14-il Pjan ta’ 5 Snin tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali Nazzjonali u l-Objettivi fit-Tul għall-2035, il-Parti III, l-Artikolu VIII, disponibbli fuq: https://cset.georgetown.edu/publication/china-14th-five-year-plan/ (aċċessat fit-13 ta’ Settembru 2023).

(41)  Ara b’mod partikolari t-Taqsimiet I u II tal-14-il FYP dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tal-Materja Prima.

(42)  Ara: https://www.miit.gov.cn/zwgk/zcwj/wjfb/tz/art/2023/art_2a4233d696984ab59610e7498e333920.html (aċċessat fit-13 ta’ Settembru 2023).

(43)  Ara l-14-il FYP dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tal-Materja Prima, p. 22.

(44)  Ara l-Pjan ta’ Azzjoni għall-2022 dwar il-Ħadid u l-Azzar 1 + 3 tal-Muniċipalità Hebei Tangshan, il-Kapitolu 4, it-Taqsima 2; disponibbli fuq: http://www.chinaisa.org.cn/gxportal/xfgl/portal/content.html?articleId=e2bb5519aa49b566863081d57aea9dfdd59e1a4f482bb7acd243e3ae7657c70b&columnId=3683d857cc4577e4cb75f76522b7b82cda039ef70be46ee37f9385ed3198f68a (aċċessat fit-13 ta’ Settembru 2023)

(45)  Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/635, il-premessi 134-135 u r- Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/508 tas-7 ta’ April 2020 li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pjanċi u kojls tal-azzar inossidabbli llaminati bis-sħana li joriġinaw mill-Indoneżja, mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mit-Tajwan, (ĠU L 110, 8.4.2020, p. 3), il-premessi 143-144.

(46)  World Bank Open Data — Upper Middle Income, https://data.worldbank.org/income-level/upper-middle-income.

(47)  Jekk ma jkun hemm l-ebda produzzjoni tal-prodott taħt rieżami f’xi pajjiż li jkollu livell simili ta’ żvilupp, tista’ titqies il-produzzjoni ta’ prodott fl-istess kategorija ġenerali u/jew settur tal-prodott taħt rieżami.

(48)  https://www.doingbusiness.org/content/dam/doingBusiness/country/m/mexico/MEX.pdf

(49)  Disponibbli fuq https://connect.ihsmarkit.com/gta/home

(50)  https://www.cre.gob.mx/IPGN/ (aċċessat l-aħħar fl-24 ta’ Mejju 2023).

(51)  https://www.globalpetrolprices.com/Mexico/electricity_prices/

(52)  https://ilostat.ilo.org/topics/wages/

(53)  Talba għal rieżami ta’ skadenza, it-taqsima 4.2.2.1 p. 31.

(54)  Talba għal rieżami ta’ skadenza t-taqsima 4.2.2.1 p. 32.

(55)  https://investors.ternium.com/English/ternium/financial-information/default.aspx

(56)  Talba għal rieżami, it-taqsima 4.2.2.2 p. 33, l-anness 8.

(57)  https://connect.ihsmarkit.com/gta/data-extracts/

(58)  https://www.cre.gob.mx/IPGN/

(59)  https://www.globalpetrolprices.com/Mexico/electricity_prices/

(60)  Ir-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 33). L-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku jikkunsidra li l-prezzijiet domestiċi f’dawk il-pajjiżi ma jistgħux jintużaw għall-iskop li jiġi ddeterminat il-valur normali.

(61)  https://www.doingbusiness.org/content/dam/doingBusiness/country/m/mexico/MEX.pdf

(62)  Ibid.

(63)  https://ilostat.ilo.org/resources/concepts-and-definitions/description-wages-and-working-time-statistics/

(64)  https://www.globalpetrolprices.com/Mexico/electricity_prices/ (aċċessat l-aħħar fl-24 ta’ Mejju 2023).

(65)  https://www.cre.gob.mx/IPGN/ (aċċessat l-aħħar fl-24 ta’ Mejju 2023).

(66)  https://s2.q4cdn.com/156255844/files/doc_news/archive/AGSM/2023/Annual-Report-2022.pdf - pg.46

(67)  https://www.doingbusiness.org/content/dam/doingBusiness/country/c/china/CHN.pdf

(68)  https://stats.oecd.org/OECDStat_Metadata/ShowMetadata.ashx?Dataset=CIF_FOB_ITIC&ShowOnWeb=true&Lang=en

(69)  Talba għal rieżami, it-taqsima 4.1.3, p. 14.

(70)  Talba għal rieżami, it-taqsima 5.3.1, p. 38.

(71)  CEIC Date hija informazzjoni dwar il-kumpaniji tal-intelligence tas-suq li tinsab hawnhekk: https://www.ceicdata.com/en/china/steel-production

(72)  Ibid. pg. 39 https://asia.nikkei.com/Spotlight/Caixin/China-s-steel-industry-at-a-crossroads-as-long-winter-looms

(73)  Ara, pereżempju, il-kaxxa 2 fir-Rapport ta’ progress tal-GFSEC imħejji mill-faċilitatur tal-OECD datat l-20 ta’ Diċembru 2022 disponibbli fuq https://www.steelforum.org/gfsec-2022-progress-report.pdf.

(74)  Preżentazzjoni “Latest developments in steelmaking capacity” mill-94 sessjoni tal-Kumitat tal-Azzar tal-OECD, Pariġi, il-25 ta’ Settembru 2023, disponibbli fuq https://www.oecd.org/industry/ind/94th_Steel_Committee_Global_Steelmaking_Capacity.pdf.

(75)  Talba għal rieżami, il-premessa (149), p. 40.

(76)  Talba għal rieżami, p. 40.

(77)  Talba għal rieżami, il-premessa (149), p. 40.

(78)  Talba għal rieżami, il-premessa (148), p. 39.

(79)  Stqarrija għall-istampa “Worldsteel Short Range Outlook October 2023”, datata s-17.10.2023 u disponibbli fuq https://worldsteel.org/wp-content/uploads/worldsteel-Short-Range-Outlook-October-2023.pdf.

(80)  Talba għal rieżami, il-premessa (153), p. 41.

(81)  Talba għal rieżami, il-premessa (154), p. 42.

(82)  https://connect.ihsmarkit.com/gta/data-extracts/

(83)  Talba għal rieżami, it-taqsima 4.1.2, p. 12.

(84)  https://stats.oecd.org/OECDStat_Metadata/ShowMetadata.ashx?Dataset=CIF_FOB_ITIC&ShowOnWeb=true&Lang=en

(85)  https://www.doingbusiness.org/content/dam/doingBusiness/country/c/china/CHN.pdf

(86)  Talba għal rieżami, p. 5.

(87)  https://www.globaltradealert.org/data_extraction it-13 ta’ Diċembru 2023. Numru tal-fajl: t23.006663.

(88)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1156.

(89)  Notifika ta’ bidu ta’ proċediment antidumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ ċertu azzar reżistenti għall-korrużjoni li joriġinaw mir-Russja u t-Turkija (ĠU C 245, 24.6.2021, p. 21).

(90)  Id-dazji anti-dumping ivarjaw bejn 10,3 % u 37,4 % għar-Russja u bejn 2,4 u 11 % għat-Turkija skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1395 tal-11 ta’ Awwissu 2022 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu azzar reżistenti għall-korrużjoni li joriġinaw mir-Russja u t-Turkija (ĠU L 211, 12.8.2022, p. 127).

(91)  Ara l-istqarrijiet għall-istampa tal-2020 “Jidħol fis-seħħ il-ftehim kummerċjali bejn l-UE u l-Vjetnam” disponibbli fuq https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_20_1412 u “EU trade agreement to benefit Vietnam steel industry” disponibbli fuq https://eurometal.net/eu-trade-agreement-to-benefit-vietnam-steel-industry/#:~:text=EU%20trade%20agreement%20to%20benefit%20Vietnam%20steel%20industry.,tariffs%20on%20Vietnam%E2%80%99s%20industrial%20products%20over%20seven%20years.

(92)  Ara l-istqarrija għall-istampa “EU extends quotas for another year, includes Vietnam in HDG quota” datata l-1.6.2022 disponibbli fuq https://www.steelorbis.com/steel-news/latest-news/eu-extends-quotas-for-another-year-includes-vietnam-in-hdg-quota-1246393.htm

(93)  Għad-dettalji, ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1395.

(94)  Fl-2021, Liberty Liège-Dudelange waqgħet u kienet qiegħda tiġi llikwidata minħabba djun pendenti. Qiegħda tiġi kkunsidrata offerta ta’ akkwiżizzjoni.

(95)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1156.

(96)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1395.

(97)  Għad-dettalji, ara l-premessa 6.1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1395.

(98)  Talba għal rieżami, il-punt 3 (paġna 5).

(99)  Talba għal rieżami, il-graff 7 u l-punt 169 (paġna 47).

(100)  Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ, id-Direttorat G, Rue de la Loi 170, Wetstraat 170, 1040 Bruxelles/Brussel, BELGIQUE/BELGIË.

(101)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).

(102)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/159 tal-31 ta’ Jannar 2019 li jimponi miżuri definittivi ta’ salvagwardja kontra l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar (ĠU L 31, 1.2.2019, p. 27).

(103)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1029 tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/159 biex jestendi l-miżura ta’ salvagwardja fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar (ĠU L 225 I, 25.6.2021, p. 1).


ANNESS

PRODUTTURI ESPORTATURI LI KKOPERAW, MHUX INKLUŻI FIL-KAMPJUN

Maanshan Iron & Steel Co., Ltd

Maanshan, Anhui

C312

Angang Steel Company Limited

Anshan, Liaoning

C313

TKAS Auto Steel Company Ltd

Dalian, Liaoning

C314

JiangYin ZongCheng Steel CO., Ltd

Jiangyin, Jiangsu

C315

Bengang Steel Plates Co., Ltd

Benxi, Liaoning

C316

BX STEEL POSCO Cold Rolled Sheet Co., Ltd

Benxi, Liaoning

C317

Wuhan Iron & Steel Co., Ltd

Wuhan, Hubei

C318

Shandong Kerui Steel Plate Co., Ltd

Binzhou, Shandong

C319

Inner Mongolia Baotou Steel Union Co. Ltd

Baotou, Inner Mongolia

C320

Hunan Valin Liangang Steel Sheet Co., Ltd

Loudi, Hunan

C321

Shandong Huifu Color Steel Co., Ltd

Linyi, Shadong

C322

Fujian Kaijing Greentech Material Co., Ltd

Longhai, Fujian

C323

Baoshan Iron & Steel Co., Ltd

Shanghai

C324

Baosteel Zhanjiang Iron & Steel Co., Ltd

Zhanjiang, Guandong

C325

Yieh Phui (China) Technomaterial Co.

Changshu, Jiangsu

C326

Rizhao Baohua New Materials Co., Ltd

Rizhao, Shandong

C327

Jiangsu Gangzheng Steel Sheet Science and Technology Co., Ltd

Nantong, Jiangsu

C328


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/819/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)