|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
|
2024/797 |
21.3.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 177/2023
tal-5 ta’ Lulju 2023
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2024/797]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘il-Ftehim dwar iż-ŻEE’), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2236 tal-20 ta’ Ġunju 2022 li jemenda l-Annessi I, II, IV u V tar-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tekniċi għal vetturi prodotti f’serje illimitata, vetturi prodotti f’serje żgħira, vetturi kompletament awtomatizzati prodotti f’serje żgħira u vetturi bi skop speċjali, u fir-rigward tal-aġġornament tas-software (1), kif rettifikat permezz tal-ĠU L 304, 24.11.2022, p. 103, għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(2) |
Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 51 (ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu I tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:
|
“— |
32022 R 2236: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2236 tal-20 ta’ Ġunju 2022 (ĠU L 296, 16.11.2022, p. 1), kif rettifikat permezz tal-ĠU L 304, 24.11.2022, p. 103.” |
Artikolu 2
It-test tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2236, kif rettifikat permezz tal-ĠU L 304, 24.11.2022, p. 103, bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta’ Lulju 2023, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 49/2022 tat-18 ta’ Marzu 2022 (2), skont liema data tkun l-iżjed tard.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Lulju 2023.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Pascal SCHAFHAUSER
(1) ĠU L 296, 16.11.2022, p. 1.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/797/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)