European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2024/793

7.3.2024

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/793

tas-6 ta’ Marzu 2024

li jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2180 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/607 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu ċitriku li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina kif estiż għall-importazzjonijiet tal-aċidu ċitriku kkonsenjati mill-Malażja, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw mill-Malażja kif ukoll jekk le, wara rieżami ta’ esportatur ġdid skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikoli 11(4) u 14(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Permezz tar-Regolament (KE) Nru 1193/2008, (2) il-Kunsill impona dazji anti-dumping fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu ċitriku mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“ir-RPĊ”, “iċ-Ċina” jew “il-pajjiż ikkonċernat”) (“il-miżuri oriġinali”). Il-miżuri kellhom l-għamla ta’ dazju ad valorem li jvarja minn 6,6 % sa 42,7 %.

(2)

Permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/82 (3), il-Kummissjoni estendiet il-miżuri anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu ċitriku li joriġinaw fir-RPĊ għall-ħames snin b’segwitu għal rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (4) u rrevediet il-miżuri b’segwitu għal rieżami interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009.

(3)

Permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/607 (5), il-Kummissjoni estendiet il-miżuri anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu ċitriku li joriġinaw fir-RPĊ kif estiżi għall-importazzjonijiet tal-aċidu ċitriku kkonsenjati mill-Malażja, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw mill-Malażja kif ukoll jekk le, għall-ħames snin b’segwitu għal rieżami ta’ skadenza.

(4)

Fil-31 ta’ Jannar 2023, permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/185 (6) (“ir-Regolament ta’ Tnedija”), il-Kummissjoni nediet rieżami ta’ “esportatur ġdid” fir-rigward tal-produttur esportatur Seven Star Lemon Technology co., Ltd (“Seven Star”) f’konformità mal-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku. Skont l-Artikolu 1 ta’ dak ir-Regolament, Sever Star kien ġie assenjat il-kodiċi addizzjonali TARIC A023.

(5)

Barra minn hekk, skont l-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Tnedija, l-awtoritajiet doganali ngħataw ordnijiet biex jieħdu l-passi meħtieġa sabiex jirreġistraw, mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament ta’ Tnedija, l-importazzjonijiet definiti fl-Artikolu 1 tal-istess Regolament. Skont l-Artikolu 5 tar-Regolament ta’ Tnedija, daħal fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Ladarba r-Regolament ta’ Tnedija ġie ppubblikat fit-30 ta’ Jannar 2023, l-importazzjonijiet rilevanti kellhom jiġu rreġistrati sal-31 ta’ Jannar 2023.

(6)

Permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2180 (7), il-Kummissjoni kkonkludiet ir-rieżami ta’ “esportatur ġdid” ta’ hawn fuq u żiedet lil Seven Star mal-lista tal-kumpaniji b’rati ta’ dazju individwali. Skont l-Artikolu 1 ta’ dak ir-Regolament, il-kodiċi addizzjonali TARIC A032 ġie attribwit b’mod żbaljat lil Seven Star. Il-kodiċi addizzjonali TARIC it-tajjeb jenħtieġ li jkun A023.

(7)

L-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2180 ta struzzjonijiet lill-awtoritajiet doganali biex iwaqqfu l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina fir-RPĊ prodott minn Seven Star u biex jimponu retroattivament ir-rata tad-dazju anti-dumping. L-Artikolu 2 indika b’mod żbaljat li l-applikazzjoni retroattiva tad-dazju jenħtieġ li tibda tgħodd mit-30 ta’ Jannar 2023. Id-data t-tajba għall-applikazzjoni retroattiva tad-dazju anti-dumping jenħtieġ li tkun il-31 ta’ Jannar 2023.

(8)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni ddeċidiet li tikkoreġi l-Artikolu 1 u l-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2180 sabiex tirrettifika l-iżbalji msemmija fil-premessi (6) u (7). Din il-korrezzjoni jenħtieġ li ssir effettiva mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2180, jiġifieri t-18 ta’ Ottubru 2023.

(9)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   It-tabella fl-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2180 hija sostitwita b’dan li ġej:

“Kumpanija

Dazju anti-dumping

Kodiċi addizzjonali TARIC

Seven Star Lemon Technology co., Ltd

31,5  %

A023”

2.   L-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2180 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“L-awtoritajiet doganali huma b’dan ordnati li jwaqqfu r-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mir-RPĊ prodott minn Seven Star Lemon Technology co., Ltd. u li jimponu retroattivament ir-rata tad-dazju anti-dumping indikata fl-Artikolu 1 mill-31 ta’ Jannar 2023.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mit-18 ta’ Ottubru 2023.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Marzu 2024.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1193/2008 tal-1 ta’ Diċembru 2008 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazji provviżorji imposti fuq l-importazzjonijiet ta’ aċidu ċitriku li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 323, 3.12.2008, p. 1).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/82 tal-21 ta’ Jannar 2015 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ aċidu ċitriku li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 u ta’ rieżamijiet interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 15, 22.1.2015, p. 8).

(4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51).

(5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/607 tal-14 ta’ April 2021 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu ċitriku li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina kif estiż għall-importazzjonijiet tal-aċidu ċitriku kkonsenjati mill-Malażja, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw mill-Malażja kif ukoll jekk le, wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 129, 15.4.2021, p. 73).

(6)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/185 tas-27 ta’ Jannar 2023 li jniedi rieżami ta’ “esportatur ġdid” tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/607 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ aċidu ċitriku li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għal produttur esportatur Ċiniż wieħed, li jħassar id-dazju fir-rigward tal-importazzjonijiet minn dak il-produttur esportatur u li jagħmel dawn l-importazzjonijiet soġġetti għar-reġistrazzjoni (ĠU L 26, 30.1.2023, p. 11).

(7)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2180 tas-16 ta’ Ottubru 2023 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/607 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu ċitriku li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina kif estiż għall-importazzjonijiet tal-aċidu ċitriku kkonsenjati mill-Malażja, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw mill-Malażja kif ukoll jekk le, wara rieżami ta’ esportatur ġdid skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L, 2023/2180, 17.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2180/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/793/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)