European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2024/789

8.3.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/789

tas-6 ta’ Marzu 2024

dwar il-konferma tal-parteċipazzjoni tal-Irlanda fir-Regolament (UE) 2023/2844 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-diġitalizzazzjoni tal-kooperazzjoni ġudizzjarja u l-aċċess għall-ġustizzja f’materji ċivili, kummerċjali u kriminali transfruntiera

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat il-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-qasam ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 4 u 4a(1) tiegħu,

Wara li kkunsidrat in-notifika mill-Irlanda dwar ix-xewqa tagħha li taċċetta u tkun marbuta bir-Regolament (UE) 2023/2844 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2023 dwar id-diġitalizzazzjoni tal-kooperazzjoni ġudizzjarja u l-aċċess għall-ġustizzja f’materji ċivili, kummerċjali u kriminali transfruntiera, u li jemenda ċerti atti fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja (1),

Billi:

(1)

Permezz ta’ ittra lill-Kummissjoni tal-11 ta’ Diċembru 2023, l-Irlanda nnotifikat ix-xewqa tagħha, skont l-Artikoli 4 u 4a(1) tal-Protokoll Nru 21, li taċċetta u tkun marbuta bir-Regolament (UE) 2023/2844.

(2)

Ix-xewqa tal-Irlanda li taċċetta u tkun marbuta bir-Regolament (UE) 2023/2844 tista’ tapplika biss fir-rigward tal-atti legali elenkati fl-Annessi I u II tar-Regolament (UE) 2023/2844 li fihom tipparteċipa l-Irlanda u li hija marbuta bihom. Ma tapplikax għall-atti legali elenkati fl-Annessi I u II tar-Regolament (UE) 2023/2844 li fihom l-Irlanda għażlet li ma tipparteċipax, jiġifieri d-Direttiva 2011/99/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), ir-Regolament (UE) Nru 650/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), id-Direttiva 2014/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), ir-Regolament (UE) 2018/1805 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1103 (6) u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1104 (7).

(3)

Ma hemm l-ebda kundizzjoni speċifika marbuta mal-parteċipazzjoni tal-Irlanda fir-Regolament (UE) 2023/2844, u mhumiex meħtieġa miżuri tranżitorji.

(4)

Jenħtieġ li l-parteċipazzjoni tal-Irlanda fir-Regolament (UE) 2023/2844 tiġi kkonfermata.

(5)

Sabiex l-Irlanda tkun tista’ tapplika r-Regolament (UE) 2023/2844 kemm jista’ jkun malajr, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum li jiġi wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-parteċipazzjoni tal-Irlanda fir-Regolament (UE) 2023/2844 hija kkonfermata.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Marzu 2024.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L, 2023/2844, 27.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2844/oj.

(2)  Id-Direttiva 2011/99/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar l-ordni Ewropea ta’ protezzjoni (ĠU L 338, 21.12.2011, p. 2, ELI:. http://data.europa.eu/eli/dir/2011/99/oj).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 650/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet u l-aċċettazzjoni u l-infurzar ta’ strumenti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u dwar il-ħolqien ta’ Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 107, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/650/oj).

(4)  Id-Direttiva 2014/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar l-Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropew f’materji kriminali (ĠU L 130, 1.5.2014, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2014/41/oj).

(5)  Ir-Regolament (UE) 2018/1805 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Novembru 2018 dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ ordnijiet ta’ ffriżar u ordnijiet ta’ konfiska (ĠU L 303, 28.11.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1805/oj).

(6)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1103 tal-24 ta’ Ġunju 2016 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet f’materji ta’ reġimi ta’ proprjetà matrimonjali (ĠU L 183, 8.7.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/1103/oj).

(7)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1104 tal-24 ta’ Ġunju 2016 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet f’materji tal-konsegwenzi patrimonjali ta’ sħubijiet reġistrati (ĠU L 183, 8.7.2016, p. 30, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/1104/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/789/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)