|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
|
2024/784 |
29.2.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (EU) 2024/784
tas-26 ta’ Frar 2024
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti tal-Vetturi tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-proposti għal modifiki tar-Regolamenti tan-NU Nru 10, 13, 37, 45, 46, 48, 53, 54, 55, 79, 106, 107, 128, 130, 140, 148, 149, 150, 158 u 167, u dwar proposta għal regolament ġdid tan-NU dwar sistema ta’ assistenza fil-kontroll għas-sewwieq (DCAS)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE (1), l-Unjoni aderiet mal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) li jikkonċerna l-adozzjoni tal-preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw f’vetturi bir-roti u l-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija fuq il-bażi ta’ dawn il-preskrizzjonijiet (“il-Ftehim Rivedut tal-1958”). Il-Ftehim Rivedut tal-1958 daħal fis-seħħ fl-24 ta’ Marzu 1998. |
|
(2) |
Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/125/KE (2), l-Unjoni aderiet mal-Ftehim li jistabbilixxi regolamenti tekniċi globali għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw f’vetturi bir-roti (“il-Ftehim Parallel”). Il-Ftehim Parallel daħal fis-seħħ fil-15 ta’ Frar 2000. |
|
(3) |
Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jistabbilixxi dispożizzjonijiet amministrattivi u rekwiżiti tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip u t-tqegħid fis-suq tal-vetturi, sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati ġodda kollha. Dak ir-Regolament jinkorpora r-regolamenti li ġew adottati skont il-Ftehim Rivedut tal-1958 (“ir-regolamenti tan-NU”) fis-sistema tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE, bħala rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip jew bħala alternattivi għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. |
|
(4) |
Skont l-Artikolu 1 tal-Ftehim Rivedut tal-1958 u l-Artikolu 6 tal-Ftehim Parallel, il-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti tal-Vetturi tan-NU/KEE (WP.29) jista’ jadotta proposti għal modifiki għar-regolamenti tan-NU, għar-regolamenti tekniċi globali tan-NU (“GTRs tan-NU”) u għar-riżoluzzjonijiet tan-NU, kif ukoll proposti għal regolamenti tan-NU, GTRs tan-NU u riżoluzzjonijiet tan-NU ġodda dwar l-approvazzjoni tal-vetturi. Barra minn hekk, skont dawk id-dispożizzjonijiet, WP.29 jista’ jadotta proposti għal awtorizzazzjonijiet biex jiġu żviluppati emendi għall-GTRs tan-NU jew biex jiġu żviluppati GTRs ġodda tan-NU, u jista’ jadotta proposti għall-estensjoni tal-mandati għall-GTRs tan-NU. |
|
(5) |
Mill-5 sat-8 ta’ Marzu 2024, matul il-192 sessjoni tiegħu, id-WP.29 jista’ jadotta proposti għal modifiki tar-Regolamenti tan-NU Nru 10, 13, 37, 45, 46, 48, 53, 54, 55, 79, 106, 107, 128, 130, 140, 148, 149, 150, 158 u 167, u proposta għal regolament ġdid tan-NU dwar is-sistema ta’ assistenza fil-kontroll għas-sewwieq (DCAS). |
|
(6) |
Ir-regolamenti tan-NU ser ikunu vinkolanti għall-Unjoni u ser jinfluwenzaw b’mod deċiżiv il-kontenut tal-liġi tal-Unjoni fil-qasam tal-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi. Għalhekk, huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fid-WP.29 dwar l-adozzjoni ta’ dawk il-proposti. |
|
(7) |
Sabiex jirriflettu l-esperjenza u l-iżviluppi tekniċi, hemm bżonn li r-rekwiżiti għal ċerti aspetti jew għal karatteristiċi koperti mir-Regolamenti tan-NU Nru 10, 13, 37, 45, 46, 48, 53, 54, 55, 79, 106, 107, 128, 130, 140, 148, 149, 150, 158 u 167 jiġu emendati jew supplimentati. |
|
(8) |
Sabiex ikun jista’ jsir progress tekniku u sabiex tittejjeb is-sikurezza, jeħtieġ li jiġi adottat regolament ġdid tan-NU dwar is-sistema ta’ assistenza fil-kontroll għas-sewwieq (DCAS). |
|
(9) |
Dawk il-proposti huma f’konformità mal-politika tas-suq intern tal-UE dwar l-industrija tal-karozzi fir-rigward tas-sikurezza, l-awtomatizzazzjoni u l-emissjonijiet, kif ukoll il-politiki tagħha dwar it-trasport, il-klima u l-enerġija, u għandhom impatt pożittiv ħafna fuq il-kompetittività tal-industrija tal-karozzi tal-UE u fuq il-kummerċ internazzjonali. |
|
(10) |
Fid-dawl ta’ dawk il-benefiċċji, huwa ssuġġerit li ssir votazzjoni favur dawk il-proposti, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-192 sessjoni tal-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti tal-Vetturi tan-NU/KEE li ser issir mill-5 sat-8 ta’ Marzu 2024 għandha tkun li tivvota favur il-proposti elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Frar 2024.
Għall-Kunsill
Il-President
D. CLARINVAL
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE tas-27 ta’ Novembru 1997 bil-għan tal-adeżjoni tal-Komunità Ewropea mal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa li jikkonċerna l-adozzjoni tal-preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet liema jistgħu jkunu ffittjati u/jew ikunu użati ma’ vetturi bir-roti u l-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija fuq il-bażi ta’ dawn il-preskrizzjonijiet (“Ftehim Rivedut tal-1958”) (ĠU L 346, 17.12.1997, p. 78).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/125/KE tal-31 ta’ Jannar 2000 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar li jistabbilixxi regolamenti tekniċi globali għall-vetturi bir-roti, apparat u partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw f’vetturi bir-roti (“Ftehim Parallel”) (ĠU L 35, 10.2.2000, p. 12).
(3) Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE (ĠU L 151, 14.6.2018, p. 1).
ANNESS
|
Nru tar-Regolament |
Titlu tal-punt fl-aġenda |
Referenza tad-dokument (1) |
|
10 |
Proposta għas-Suppliment 3 tas-serje 06 ta’ emendi għar-Regolament tan-NU Nru 10 (Kompatibbiltà elettromanjetika) (ECE/TRANS/WP.29/GRE/89, il-paragrafu 37, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRE/2023/26) |
ECE/TRANS/WP.29/2024/16 |
|
13 |
Proposta għas-Suppliment 21 tas-serje ta’ emendi 11 għar-Regolament tan-NU Nru 13 (Ibbrejkjar tal-vetturi tqal) (ECE/TRANS/WP.29/GRVA/17, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2023/24) |
ECE/TRANS/WP.29/2024/4 |
|
13 |
Proposta għas-Suppliment 3 tas-serje ta’ emendi 12 għar-Regolament tan-NU Nru 13 (Ibbrejkjar tal-vetturi tqal) (ECE/TRANS/WP.29/GRVA/17, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2023/24) |
ECE/TRANS/WP.29/2024/5 |
|
13 |
Proposta għas-Suppliment 1 tas-serje ta’ emendi 13 għar-Regolament tan-NU Nru 13 (Ibbrejkjar tal-vetturi tqal) (ECE/TRANS/WP.29/GRVA/17, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2023/24) |
ECE/TRANS/WP.29/2024/6 |
|
37 |
Proposta għas-Suppliment 49 tas-serje ta’ emendi 03 għar-Regolament tan-NU Nru 37 (Lampi inkandexxenti) (ECE/TRANS/WP.29/GRE/89, il-paragrafu 14, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRE/2023/24 d-dokument informali GRE-89-20) |
ECE/TRANS/WP.29/2024/17 |
|
45 |
Proposta għas-Suppliment 13 tas-serje oriġinali ta’ emendi għar-Regolament tan-NU Nru 45 (Tagħmir li jnaddaf il-fanali ta’ quddiem) (ECE/TRANS/WP.29/GRE/89, il-paragrafu 38, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRE/2023/22) |
ECE/TRANS/WP.29/2024/18 |
|
46 |
Proposta għas-Suppliment 1 tas-serje ta’ emendi 05 għar-Regolament tan-NU Nru 46 (Apparati għall-viżjoni indiretta) (ECE/TRANS/WP.29/GRSG/105, il-paragrafu 9, abbażi ta’ GRSG-126-25-Rev.1, kif riprodott mill-Anness III tar-rapport) |
ECE/TRANS/WP.29/2024/11 |
|
46 |
Proposta għas-serje ta’ emendi 06 għar-Regolament tan-NU Nru 46 (Apparati għall-viżjoni indiretta) (ECE/TRANS/WP.29/GRSG/105, il-paragrafu 9, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSG/2023/23, kif emendat bl-Anness III tar-rapport) |
ECE/TRANS/WP.29/2024/14 |
|
48 |
Proposta għas-Suppliment 20 tas-serje ta’ emendi 06 għar-Regolament tan-NU Nru 48 (Installazzjoni ta’ apparati għat-tidwil u tas-sinjalar bid-dawl) (ECE/TRANS/WP.29/GRE/89, il-paragrafi 8 u 15, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRE/2023/13 u ECE/TRANS/WP.29/GRE/2023/19) |
ECE/TRANS/WP.29/2024/19 |
|
48 |
Proposta għas-Suppliment 7 tas-serje 07 ta’ emendi għar-Regolament tan-NU Nru 48 (Installazzjoni ta’ apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl) (ECE/TRANS/WP.29/GRE/89, il-paragrafi 8 u 15, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRE/2023/13 u ECE/TRANS/WP.29/GRE/2023/19) |
ECE/TRANS/WP.29/2024/20 |
|
48 |
Proposta għas-Suppliment 5 tas-serje 08 ta’ emendi għar-Regolament tan-NU Nru 48 (Installazzjoni ta’ apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl) (ECE/TRANS/WP.29/GRE/89, il-paragrafi 8, 15 u 16, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRE/2023/13 u ECE/TRANS/WP.29/GRE/2023/19 ECE/TRANS/WP.29/GRE/2023/20) |
ECE/TRANS/WP.29/2024/21 |
|
48 |
Proposta għal serje 09 ġdida ta’ emendi għar-Regolament tan-NU Nru 48 (Installazzjoni ta’ apparati għat-tidwil u tas-sinjalar bid-dawl) (ECE/TRANS/WP.29/GRE/89, il-paragrafu 21, abbażi ta’ GRE-89-02-Rev.3, ECE/TRANS/WP.29/GRE/2020/08/Rev.3, Anness II ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRE/88, ECE/TRANS/WP.29/GRE/2023/13, ECE/TRANS/WP.29/GRE/2023/19, ECE/TRANS/WP.29/GRE/2023/20, GRE-88-16-Rev.3, GRE-88-18, GRE-88-24, GRE-88-27, GRE-89-04 u GRE-89-18) |
ECE/TRANS/WP.29/2024/28 |
|
53 |
Proposta għas-Suppliment 5 tas-serje 03 ta’ emendi għar-Regolament tan-NU Nru 53 (Installazzjoni ta’ apparat għat-tidwil u tas-sinjalar bid-dawl għall-vetturi L3) (ECE/TRANS/WP.29/GRE/89, il-paragrafu 29, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRE/2023/17 u GRE-89-28) |
ECE/TRANS/WP.29/2024/29 |
|
53 |
Proposta għas-Suppliment 1 tas-serje 04 ta’ emendi għar-Regolament tan-NU Nru53 (Installazzjoni ta’ apparat għat-tidwil u tas-sinjalar bid-dawl għall-vetturi L3) (ECE/TRANS/WP.29/GRE/89, il-paragrafu 29, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRE/2023/17 u GRE-89-28) |
ECE/TRANS/WP.29/2024/30 |
|
54 |
Proposta għas-Suppliment 27 tar-Regolament tan-NU Nru 54 (Tajers għal vetturi kummerċjali u l-karrijiet tagħhom) (ECE/TRANS/WP.29/GRBP/76, il-paragrafu 18, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRBP/2023/18) |
ECE/TRANS/WP.29/2024/2 |
|
55 |
Proposta għas-serje ta’ emendi 03 għar-Regolament tan-NU Nru 55 (Akkoppjamenti mekkaniċi) (ECE/TRANS/WP.29/GRSG/105, il-paragrafu 17, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSG/2023/18 kif emendat bl-Anness VI tar-rapport) |
ECE/TRANS/WP.29/2024/15 u ECE/TRANS/WP.29/2024/15/Corr.1 |
|
79 |
Proposta għas-Suppliment 10 tas-serje 03 ta’ emendi għar-Regolament Nru 79 tan-NU (Tagħmir tal-istering) (ECE/TRANS/WP.29/GRVA/17, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2023/27 u d-dokument informali GRVA-18-15) |
ECE/TRANS/WP.29/2024/7 u ECE/TRANS/WP.29/2024/35 |
|
79 |
Proposta għas-Suppliment 5 tas-serje 04 ta’ emendi għar-Regolament Nru 79 tan-NU (Tagħmir tal-istering) (ECE/TRANS/WP.29/GRVA/17, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2023/26 u d-dokument informali GRVA-18-15) |
ECE/TRANS/WP.29/2024/8 u ECE/TRANS/WP.29/2024/36 |
|
106 |
Proposta għas-Suppliment 21 tar-Regolament tan-NU Nru 106 (Tajers għal vetturi agrikoli u l-karrijiet tagħhom) (ECE/TRANS/WP.29/GRBP/76, il-paragrafu 19, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRBP/2023/9) |
ECE/TRANS/WP.29/2024/3 |
|
107 |
Proposta għar-Rettifika 2 tas-Serje ta’ emendi 06 għar-Regolament tan-NU Nru 107 (Vetturi M2 u M3) (ECE/TRANS/WP.29/GRSG/105, il-paragrafu 6, abbażi ta’ GRSG-126-36 kif riprodott mill-Anness II tar-rapport) |
ECE/TRANS/WP.29/2024/31 |
|
128 |
Proposta għas-Suppliment 12 tas-serje 00 ta’ emendi għar-Regolament tan-NU Nru 128 (Sorsi tad-dawl LED) (ECE/TRANS/WP.29/GRE/89, il-paragrafu 14, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRE/2023/25) |
ECE/TRANS/WP.29/2024/22 |
|
130 |
Proposta għas-serje 01 ta’ emendi għar-Regolament tan-NU Nru 130 (Sistema ta’ twissija ta’ ħruġ mill-korsija (LDWS)) (ECE/TRANS/WP.29/GRVA/17, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2023/25, kif emendat waqt is-sessjoni (kif rifless fir-rapport)) |
ECE/TRANS/WP.29/2024/10 |
|
140 |
Proposta għas-Suppliment 6 tat-test oriġinali tar-Regolament tan-NU Nru 140 (Sistemi ta’ kontroll elettroniku tal-istabbiltà (ESC)) ECE/TRANS/WP.29/GRVA/17, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2023/23) |
ECE/TRANS/WP.29/2024/9 |
|
148 |
Proposta għas-Suppliment 2 għas-serje 01 ta’ emendi għar-Regolament tan-NU Nru 148 (Apparati għas-sinjalar bid-dawl) (ECE/TRANS/WP.29/GRSP/89, il-paragrafi 9 u 16, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRE/2023/14 u ECE/TRANS/WP.29/GRE/2023/20) |
ECE/TRANS/WP.29/2024/23 |
|
149 |
Proposta għas-Suppliment 8 tas-serje ta’ emendi 00 għar-Regolament tan-NU Nru 149 (Apparati għat-tidwil tat-triq) (ECE/TRANS/WP.29/GRE/89, il-paragrafu 10, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRE/2023/15) |
ECE/TRANS/WP.29/2024/24 |
|
149 |
Proposta għas-Suppliment 3 għas-serje 01 ta’ emendi għar-Regolament tan-NU Nru 149 (Apparati għat-tidwil tat-triq) (ECE/TRANS/WP.29/GRSP/89, il-paragrafi 10, 29, 30 u 31, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRE/2023/15 u ECE/TRANS/WP.29/GRE/2023/18 ECE/TRANS/WP.29/GRE/2023/23, GRE-89-28) |
ECE/TRANS/WP.29/2024/25 |
|
150 |
Proposta għas-Suppliment 6 tas-serje ta’ emendi 00 għar-Regolament tan-NU Nru 150 (Apparati retroriflettivi) (ECE/TRANS/WP.29/GRE/89, il-paragrafu 9, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRE/2023/16) |
ECE/TRANS/WP.29/2024/26 |
|
150 |
Proposta għas-Suppliment 2 għas-serje 01 ta’ emendi għar-Regolament tan-NU Nru 150 (Apparati retroriflettivi) (ECE/TRANS/WP.29/GRSP/89, il-paragrafi 9 u 32, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRE/2023/16 u ECE/TRANS/WP.29/GRE/2023/21) |
ECE/TRANS/WP.29/2024/27 |
|
158 |
Proposta għas-Suppliment 3 għall-verżjoni oriġinali tar-Regolament tan-NU Nru 158 (Moviment tar-rivers) (ECE/TRANS/WP.29/GRSG/105, il-paragrafu 10, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSG/2023/20, mhux emendat) |
ECE/TRANS/WP.29/2024/12 |
|
167 |
Proposta għas-Suppliment 1 għall-verżjoni oriġinali tar-Regolament tan-NU Nru 167 (Viżjoni diretta tal-utenti vulnerabbli tat-triq) (ECE/TRANS/WP.29/GRSG/105, il-paragrafu 13, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSG/2023/21, kif emendat bl-Anness IV tar-rapport) |
ECE/TRANS/WP.29/2024/13 |
|
Regolament ġdid |
Proposta għal Regolament ġdid tan-NU dwar is-Sistema ta’ Assistenza fil-Kontroll għas-Sewwieq (DCAS) (ECE/TRANS/WP.29/GRVA/18, abbażi tad-dokument informali GRVA-18-07/Rev.2) |
ECE/TRANS/WP.29/2024/37 |
|
Mixxellanji |
Titlu tal-punt fl-aġenda |
Referenza tad-dokument |
|
Dokument qafas |
Proposta għal emendi għall-Anness tad-Dokument Qafas dwar il-Karozzi Awtomatizzati |
ECE/TRANS/WP.29/2024/33 |
|
Awtorizzazzjoni |
Proposta għal talba għal awtorizzazzjoni għall-emendar tal-GTRs tan-NU Nru 6, 7 u 14 biex titneħħa r-referenza għal magna tal-punt H tridimensjonali (ECE/TRANS/WP.29/GRSP/74, abbażi ta’ GRSP-74-37) |
ECE/TRANS/WP.29/2024/32 |
(1) Id-dokumenti kollha msemmija fit-tabella huma disponibbli fuq:(WP.29) Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti tal-Vetturi (il-192 sessjoni) | NU/KEE.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/784/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)