|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
|
2024/765 |
29.2.2024 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE, Euratom) 2024/765
tad-29 ta’ Frar 2024
li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 312 tiegħu,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Filwaqt li jaġixxi skont proċedura leġiżlattiva speċjali,
Billi:
|
(1) |
Il-Kummissjoni ppreżentat rieżami tal-funzjonament tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) għas-snin mill-2021 sal-2027 stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 (2) wara l-ewwel snin ta’ implimentazzjoni tiegħu, inkluż valutazzjoni tas-sostenibbiltà tal-limiti massimi tan-nefqa |
|
(2) |
Minn Diċembru 2020 s’issa, l-Unjoni ffaċċjat sensiela ta’ sfidi mingħajr preċedent u li ma kinux mistennija. L-Unjoni aġixxiet malajr u użat il-mezzi kollha għad-dispożizzjoni tagħha, iżda l-flessibbiltà baġitarja limitata inkorporata fil-QFP għas-snin 2021–2027 hija kważi eżawrita, u dan inaqqas il-kapaċità tal-baġit tal-Unjoni li jindirizza anke l-aktar sfidi urġenti. |
|
(3) |
Fl-ewwel snin tal-implimentazzjoni tal-QFP intużaw b’mod estensiv strumenti speċjali biex jiġu indirizzati diversi sfidi. Tippersisti l-ħtieġa li tittieħed aktar azzjoni, filwaqt li l-bilanċi baġitarji biex jiġu kkonfrontati sitwazzjonijiet bħal dawn matul il-bqija tal-perjodu tal-QFP huma limitati ferm. |
|
(4) |
Jenħtieġ li l-baġit tal-Unjoni jippermetti lill-Unjoni tipprovdi r-risponsi politiċi meħtieġa għall-isfidi emerġenti u tissodisfa l-obbligi legali li ma jistgħux jiġu akkomodati fil-limiti massimi eżistenti u lanqas b’marġini tal-flessibbiltà eżawrit. Għalhekk, il-limiti massimi tan-nefqa f’approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-Intestaturi 1, 2, 3, 4, 5 u 6 jenħtieġ li jiġu modifikati għas-snin 2024, 2025, 2026 u 2027. B’riżultat ta’ dan, filwaqt li l-limiti massimi tan-nefqa fl-approprjazzjonijiet ta’ pagament jistgħu jinżammu fil-livelli attwali tagħhom, jenħtieġ li l-limitu massimu f’approprjazzjonijiet ta’ pagament għall-Istrument ta’ Marġni Uniku għall-2026 jiġi aġġustat biex jiġi evitat ir-riskju ta’ xogħol b’lura. Barra minn hekk, l-ammont totali ta’ allokazzjonijiet addizzjonali skont l-aġġustament speċifiku għall-programm previst fl-Artikolu 5 kif ukoll it-tabella relatata fl-Anness II tar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093 jenħtieġ li jiġu mmodifikati. |
|
(5) |
Jenħtieġ li jiġu mmodifikati wkoll l-ammonti għar-Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit u l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni. |
|
(6) |
Il-gwerra illegali ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna ġabet il-gwerra lura fit-territorju Ewropew. L-Unjoni ser tkompli tappoġġa lill-Ukrajna sakemm ikun hemm bżonn u ser tgħinha bis-sħiħ fil-perkors Ewropew tagħha. Għal dak l-għan, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw ir-Regolament (UE) 2024 /792 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) bħala r-rispons tal-Unjoni biex tappoġġa l-istabbiltà makrofinanzjarja, ir-rikostruzzjoni u l-modernizzazzjoni tal-Ukrajna, filwaqt li tappoġġa l-isforz tar-riforma tal-Ukrajna bħala parti mit-triq tal-adeżjoni tagħha mal-Unjoni (il-“Faċilità għall-Ukrajna”). |
|
(7) |
Minħabba l-inċertezzi marbuta mal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja, jenħtieġ li l-Faċilità għall-Ukrajna tkun strument flessibbli biex tipprovdi l-forma u l-livell adegwati ta’ appoġġ sal-2027. Jenħtieġ li l-appoġġ taħt il-Faċilità għall-Ukrajna jiġi pprovdut fil-forma ta’ self, appoġġ mhux ripagabbli u proviżjonament għal garanziji baġitarji. |
|
(8) |
Għall-parti tal-appoġġ tal-Faċilità għall-Ukrajna pprovdut fil-forma ta’ self, huwa xieraq li l-garanzija tal-baġit eżistenti tal-Unjoni tiġi estiża sal-2027 biex tkopri l-assistenza finanzjarja li ssir disponibbli għall-Ukrajna. B’konsegwenza ta’ dan, jenħtieġ li jkun possibbli li jiġu mobilizzati l-approprjazzjonijiet meħtieġa fil-baġit tal-Unjoni lil hinn mil-limiti massimi tal-QFP għall-assistenza finanzjarja lill-Ukrajna disponibbli sa tmiem l-2027. Minbarra li tkopri l-għajnuna finanzjarja fuq terminu qasir lill-Ukrajna kif diġà previst fir-Regolament (UE) 2022/2463 , jenħtieġ li l-garanzija tal-baġit tal-Unjoni tkopri l-assistenza finanzjarja lill-Ukrajna għal ammont sa massimu ta’ EUR 33 biljun kif speċifikat fir-Regolament (UE) 2024/792. |
|
(9) |
Għall-parti tal-appoġġ tal-Faċilità għall-Ukrajna pprovdut fil-forma ta’ appoġġ mhux ripagabbli u proviżjonament ta’ garanziji baġitarji, jenħtieġ li l-approprjazzjonijiet jiġu pprovduti permezz ta’ strument tematiku speċjali ġdid ir-"Riżerva għall-Ukrajna". Jenħtieġ li l-approprjazzjonijiet ta’ impenn u l-approprjazzjonijiet ta’ pagament korrispondenti jiġu mobilizzati kull sena fil-qafas tal-proċedura baġitarja stabbilita fl-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), lil hinn mil-limiti massimi tal-QFP. Għall-iżvilupp ordnat tan-nefqa li għandha tiġi pprogrammata skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) 2024/792 u b’mod partikolari fid-dawl tal-ammonti li għandhom jiġu stabbiliti fil-Pjan għall-Ukrajna, huwa xieraq li jiġu stabbiliti l-ammonti massimi globali u annwali li jistgħu jkunu disponibbli għar-Riżerva għall-Ukrajna matul il-perjodu mill-2024 sal-2027. Sabiex jiġu żgurati l-implimentazzjoni sħiħa u flessibbiltà bejn is-snin, f’konformità mal-ammont globali, jenħtieġ li jkun possibbli li jintuża fis-snin ta’ wara sal-2027 il-porzjon mhux użat tal-ammont annwali f’sena partikolari, flimkien mal-ammont annwali massimu għas-sena rilevanti. |
|
(10) |
Mill-2022 ’il quddiem, l-Unjoni u l-biċċa l-kbira tal-ekonomiji ewlenin raw żieda qawwija fir-rati tal-imgħax għall-emittenti kollha tal-bonds, inkluż l-Unjoni. B’riżultat ta’ dan, il-kostijiet għall-finanzjament tas-self tal-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru NextGenerationEU (“EURI”) li jridu jiġġarrbu mill-baġit tal-Unjoni skont l-Artikolu 5(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 (4) huma mistennija jaqbżu l-istimi inizjalment ipprogrammati taħt il-limiti massimi tal-QFP fiż-żmien tal-adozzjoni tiegħu f’Diċembru 2020, li kienu ta’ EUR 2 332 miljun fl-2025 (fi prezzijiet tal-2018), EUR 3 196 miljun fl-2026 (fi prezzijiet tal-2018) u EUR 4 168 miljun fl-2027 (fi prezzijiet tal-2018) rispettivament. |
|
(11) |
Minħabba l-inċertezza marbuta mal-evoluzzjoni futura tar-rati tal-imgħax f’ċirkostanzi tas-suq li dejjem qed jevolvu, kif ukoll il-ħtiġijiet ta’ self globali għall-finanzjament tal-programmi attwali tal-Unjoni li huma ffinanzjati mill-EURI, huwa xieraq li, bħala parti mid-dispożizzjonijiet meħtieġa biex il-proċedura baġitarja annwali taħdem mingħajr xkiel u biex jiġi żgurat li l-mezzi finanzjarji jkunu disponibbli sabiex l-Unjoni tkun tista’ tissodisfa l-obbligi legali tagħha, jiġi stabbilit strument eċċezzjonali u temporanju, limitat għad-durata tal-QFP attwali, biex jiġu koperti l-kostijiet tal-finanzjament għal self tal-EURI li jaqbżu l-ammonti inizjalment ipprogrammati. Jenħtieġ li jinħoloq strument speċjali tematiku ġdid — “Strument tal-EURI” — li jkollu l-għan uniku li jkopri l-qbiż tal-kostijiet li jkunu pendenti. Jenħtieġ li dan l-istrument ikun eċċezzjonali u ma jistax iservi bħala preċedent għal arranġamenti futuri għall-MMFs ta’ wara l-2027, b’mod partikolari biex jiġu koperti l-kostijiet tal-pagamenti tal-imgħax tal-fondi mislufa fuq is-swieq għall-finanzjament tal-EURI. |
|
(12) |
Jenħtieġ li l-Istrument tal-EURI jiġi mobilizzat mill-awtorità baġitarja matul il-proċedura baġitarja annwali, f’każ ta’ neċessità biss. Mingħajr preġudizzju għall-prerogattivi tal-awtorita’ baġitarja, jenħtieġ li jiġi mobilizzat wara li jkunu ġew studjati possibbiltajiet oħra ta’ finanzjament, inkluż permezz ta’ spazju maħluq mill-implimentazzjoni baġitarja tal-programmi u l-prijoritizzazzjoni mill-ġdid kif ukoll strumenti speċjali mhux tematiċi, biex tiġi koperta parti sostanzjali tal-ammonti meħtieġa li jaqbżu l-ammonti inizjalment miktubin fil-linja baġitarja eżistenti tal-EURI tal-Intestatura 2b, sa fejn ikun possibbli, bil-ħsieb li jiġi mobilizzat ammont ekwivalenti għal madwar 50 % tal-kostijiet żejda marbuta mal-pagamenti tal-imgħax tal-EURI bħala parametru referenzjarju. Dan ser isir f’konformità mar-regoli settorjali applikabbli u ma’ obbligi legali oħra u b’kont meħud tal-prijoritajiet, l-ibbaġitjar prudenti u l-ġestjoni finanzjarja tajba, li b’mod partikolari jeħtieġu marġini ta’ sigurtà xierqa għal nefqa mhux prevista. Pakketti nazzjonali tal-Istati Membri li ġew impenjati legalment, b’mod partikolari dawk taħt il-Politika Agrikola Komuni u l-politika ta’ koeżjoni, mhux ser jiġu affettwati. Jenħtieġ li l-approprjazzjonijiet ta’ impenn u l-approprjazzjonijiet ta’ pagament korrispondenti tal-Istrument tal-EURI fil-baġit tal-Unjoni jkunu disponibbli lil hinn mil-limiti massimi tal-QFP. Skont l-Istrument tal-EURI, jenħtieġ li l-ewwel jintuża ammont ekwivalenti għad-diżimpenji ta’ approprjazzjonijiet, minbarra d-dħul assenjat estern, li jkunu saru mill-bidu tal-QFP. Jenħtieġ li l-ammonti tad-diżimpenji li jkunu reġgħu saru disponibbli f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti eżistenti ma jiġux ikkunsidrati. Jenħtieġ li l-ammont disponibbli ta’ diżimpenji għall-Istrument tal-EURI jiġi kkalkulat kull sena bħala parti mill-aġġustament tekniku għall-QFP, filwaqt li jiġu ppreżentati b’mod ċar id-disponibbiltajiet globali u l-ammonti li jkunu diġà ġew ikkunsidrati fil-mobilizzazzjonijiet preċedenti tal-Istrument tal-EURI. Fis-sitwazzjoni mhux mistennija fejn qbiż ikun għadu pendenti, l-ammont addizzjonali meħtieġ biex il-kostijiet jiġu ffinanzjati kompletament jenħtieġ li jiġi mobilizzat taħt l-Istrument EURI bħala garanzija ta’ kontinġenza bħala l-aħħar alternattiva. Jekk, b’mod eċċezzjonali, Stat Membru wieħed jew aktar iqisu li jkun hemm tħassib serju bil-mobilizzazzjoni ta’ din il-garanzija ta’ kontinġenza, huma jistgħu jitolbu lill-President tal-Kunsill Ewropew biex jirreferi l-kwistjoni lill-Kunsill Ewropew li jkun imiss. Bħala regola, jenħtieġ li dan il-proċess ma jdumx aktar minn xahar u jenħtieġ li jkun jirrispetta l-prerogattivi tal-istituzzjonijiet kif stabbiliti fit-Trattati. |
|
(13) |
Fid-dawl tad-diżastri naturali li seħħew fl-Istati Membri u f’pajjiżi involuti fin-negozjati għall-adeżjoni mal-Unjoni, u tad-diżastri naturali u l-kriżijiet umanitarji f’pajjiżi terzi u sabiex jiġi żgurat finanzjament adegwat għat-tnejn li huma, jenħtieġ li r-Riżerva ta’ Solidarjetà u Għajnuna ta’ Emerġenza tissaħħaħ u tinqasam f’żewġ strumenti separati: ir-“Riżerva ta’ Solidarjetà Ewropea” biex jingħata appoġġ lill-pajjiżi u lir-reġjuni milqutin taħt il-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 (5) u r-“Riżerva ta’ Għajnuna f’Emerġenza” biex jingħataw rinforzi baġitarji lill-programmi rilevanti tal-Unjoni b’reazzjoni għall-kriżijiet u l-emerġenzi fl-Unjoni u lil hinn minnha. |
|
(14) |
Jenħtieġ li l-Istrument ta’ Flessibbiltà jissaħħaħ sabiex tinżamm biżżejjed kapaċità biex l-Unjoni tirreaġixxi għal ċirkostanzi mhux previsti sal-2027. L-ammonti li jkunu skadew mir-Riżerva ta’ Solidarjetà Ewropea u mir-Riżerva ta’ Għajnuna f’Emerġenza jenħtieġ li jkunu disponibbli għall-Istrument ta’ Flessibbiltà mill-2024. |
|
(15) |
Fid-dawl ta’ dawn l-avvenimenti mhux mistennija u l-isfidi l-ġodda, huwa meħtieġ li jiġi rivedut il-QFP u għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093 jiġi emendat skont dan. |
|
(16) |
L-emendi għar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093 huma mingħajr preġudizzju għall-obbligu li jiġu rispettati l-limiti massimi tar-riżorsi proprji stabbiliti fl-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2020/2053. |
|
(17) |
Fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ b’urġenza fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jenħtieġ li japplika, b’effett retroattiv, mill-1 ta’ Jannar 2024, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
fl-Artikolu 4(1), jiżdiedu l-punti li ġejjin:
|
|
(3) |
fl-Artikolu 5(1), it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “L-ammont totali ta’ allokazzjonijiet addizzjonali għall-perjodu 2022 sa 2027 għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament rispettivament għandu jkun ta’ EUR 10 155 miljun (fi prezzijiet tal-2018). Għal kull waħda mis-snin mill-2022 sal-2026, l-ammont annwali ta’ allokazzjonijiet addizzjonali għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament rispettivament għandu jkun mill-inqas EUR 1 500 miljun (fi prezzijiet tal-2018) u ma għandux jaqbeż EUR 2 000 miljun (fi prezzijiet tal-2018).”; |
|
(4) |
l-Artikoli 8 u 9 huma sostitwiti b’dan li ġej: “Artikolu 8 Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni 1. Il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, li l-objettivi u l-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu huma stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/691 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2), ma għandux jaqbeż ammont annwali massimu ta’ EUR 30 miljun (fi prezzijiet tal-2018). 2. L-approprjazzjonijiet għall-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandhom jiddaħħlu fil-baġit ġenerali tal-Unjoni bħala dispożizzjoni. Artikolu 9 Riżerva ta’ Solidarjetà u Għajnuna ta’ Emerġenza 1. Ir-Riżerva ta’ Solidarjetà u Għajnuna ta’ Emerġenza għandha tkun magħmula minn żewġ strumenti li jistgħu jintużaw biex jiffinanzjaw, rispettivament:
2. Ir-Riżerva ta’ Solidarjetà Ewropea ma għandhiex taqbeż ammont annwali massimu ta’ EUR 1 016 miljun (fi prezzijiet tal-2018). Kwalunkwe porzjon tal-ammont annwali mhux użat fis-sena n jista’ jintuża sas-sena n+1. Il-porzjon tal-ammont annwali li jirriżulta mis-sena preċedenti għandu jintuża l-ewwel. Kwalunkwe porzjon tal-ammont annwali mis-sena n li ma jintużax fis-sena n+1 għandu jiskadi. Fl-1 ta’ Ottubru ta’ kull sena, mill-inqas kwart tal-ammont annwali tar-Riżerva ta’ Solidarjetà Ewropea għandu jibqa’ disponibbli biex jiġu koperti l-ħtiġijiet li jinqalgħu sal-aħħar tas-sena. F’każijiet eċċezzjonali u jekk ir-riżorsi finanzjarji li jifdal disponibbli ma jkunux biżżejjed biex jiġu koperti l-ammonti meqjusa bħala neċessarji fis-sena meta jkun seħħ diżastru kif imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni tista’ tipproponi li d-differenza tiġi ffinanzjata permezz tal-ammonti annwali msemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu disponibbli fis-sena ta’ wara, sa ammont massimu ta’ EUR 400 miljun (fi prezzijiet tal-2018). 3. Ir-Riżerva ta’ Għajnuna f’Emerġenza ma għandhiex taqbeż ammont annwali massimu ta’ EUR 508 miljun (fi prezzijiet tal-2018). Kwalunkwe porzjon tal-ammont annwali mhux użat fis-sena n jista’ jintuża sas-sena n+1. Il-porzjon tal-ammont annwali li jirriżulta mis-sena preċedenti għandu jintuża l-ewwel. Kwalunkwe porzjon tal-ammont annwali mis-sena n li ma jintużax fis-sena n+1 għandu jiskadi. 4. L-approprjazzjonijiet għar-Riżerva ta’ Solidarjetà Ewropea u għar-Riżerva ta’ Għajnuna f’Emerġenza għandhom jiddaħħlu fil-baġit ġenerali tal-Unjoni bħala dispożizzjonijiet. (*2) Ir-Regolament (UE) 2021/691 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati (FEG) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 (ĠU L 153, 3.5.2021, p. 48)." (*3) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta’ Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3).”;" |
|
(5) |
fl-Artikolu 10, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. Ir-Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit ma għandhiex taqbeż ammont ta’ EUR 4 491 miljun (fi prezzijiet tal-2018).” |
|
(6) |
jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin: “Artikolu 10a Strument tal-EURI 1. Mill-2025, l-Istrument tal-EURI jista’ jintuża biex tiġi ffinanzjata, għal sena partikolari, parti mill-kostijiet tal-imgħax u l-pagamenti tal-kupuni dovuti fir-rigward tal-fondi mislufa fuq is-swieq kapitali f’konformità mal-Artikolu 5(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 (*4). L-Istrument tal-EURI jista’ jiġi mobilizzat biss f’sena partikolari, sal-punt speċifikat fil-paragrafi li ġejjin, l-ammont ta’ dawn il-kostijiet li jaqbeż l-ammonti li ġejjin (fi prezzijiet tal-2018):
2. L-Istrument tal-EURI jista’ jiġi mobilizzat mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fil-qafas tal-proċedura baġitarja prevista fl-Artikolu 314 TFUE, biss wara li jkunu fittxew mezzi oħra ta’ finanzjament, bil-ħsieb li jkopru parti sostanzjali tal-ammonti li jaqbżu l-ammonti msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, f’konformità mar-regoli settorjali applikabbli u obbligi legali oħra, filwaqt li jitqiesu l-prijoritajiet u l-ibbaġitjar prudenti u l-ġestjoni finanzjarja tajba. L-approprjazzjonijiet għall-Istrument tal-EURI għandhom ikunu disponibbli lil hinn mil-limiti massimi tal-QFP. 3. L-Istrument tal-EURI għandu jkun magħmul minn dan li ġej:
Artikolu 10b Riżerva għall-Ukrajna 1. Ir-Riżerva għall-Ukrajna tista’ tiġi mobilizzata għall-iskop uniku li tiġi ffinanzjata n-nefqa taħt ir-Regolament (UE) 2024/792. 2. Ir-Riżerva għall-Ukrajna ma għandhiex taqbeż l-ammont ta’ EUR 17 000 miljun fi prezzijiet attwali għall-perjodu mill-2024 sal-2027. 3. L-ammont annwali mobilizzat taħt ir-Riżerva għall-Ukrajna f’sena partikolari ma għandux jaqbeż EUR 5 000 miljun fi prezzijiet attwali. Mingħajr preġudizzju għall-ammont globali stabbilit fil-paragrafu 2, il-porzjon mhux użat tal-ammont annwali f’sena partikolari jista’ jintuża fis-snin ta’ wara, sal-2027. 4. Ir-Riżerva għall-Ukrajna tista’ tiġi mobilizzata mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fil-qafas tal-proċedura baġitarja prevista fl-Artikolu 314 TFUE. (*4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 tal-14 ta’ Diċembru 2020 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea u li tħassar id-Deċiżjoni 2014/335/UE, Euratom (ĠU L 424, 15.12.2020, p. 1).”;" |
|
(7) |
Fl-Artikolu 11, il-paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “3a. L-ammont massimu għall-aġġustament annwali msemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu għas-sena 2026, miżjud bl-ammont imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(2), għandu jiġi aġġustat bl-ammont ekwivalenti għall-porzjon mhux użat tal-ammont massimu għas-sena 2025.” |
|
(8) |
L-Artikolu 12 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 12 Strument ta’ Flessibbiltà 1. L-Istrument ta’ Flessibbiltà jista’ jintuża biex tiġi ffinanzjata, għal sena finanzjarja partikolari, nefqa speċifika mhux prevista f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u approprjazzjonijiet ta’ pagament li jikkorrispondu magħhom li ma jistgħux jiġu ffinanzjati fil-limiti massimi disponibbli għal intestatura waħda oħra jew aktar. Il-limitu massimu għall-ammont annwali disponibbli għall-Istrument ta’ Flessibbiltà fis-snin 2021 sa 2023 għandu jkun ta’ EUR 915-il miljun (fi prezzijiet tal-2018). Il-limitu massimu għall-ammont annwali disponibbli għall-Istrument ta’ Flessibbiltà fis-snin 2024 sa 2027 għandu jkun ta’ EUR 1 346 miljun (fi prezzijiet tal-2018). Kull sena, l-ammont annwali disponibbli għall-Istrument ta’ Flessibbiltà għandu jiżdied b’ammont ekwivalenti għall-porzjonijiet tal-ammonti annwali għar-Riżerva ta’ Solidarjetà Ewropea u r-Riżerva ta’ Għajnuna f’Emerġenza li jkunu skadew fis-sena preċedenti f’konformità mal-Artikolu 9. 2. Il-porzjon mhux użat tal-ammont annwali tal-Istrument ta’ Flessibbiltà jista’ jintuża sas-sena n+2. Kwalunkwe porzjon tal-ammont annwali li jirriżulta mis-snin preċedenti għandu jintuża l-ewwel, skont l-età tiegħu. Kwalunkwe porzjon tal-ammont annwali mis-sena n li ma jintużax sas-sena n+2 għandu jiskadi ”; |
|
(9) |
L-Annessi I u II huma sostitwiti bit-test stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2024.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Frar 2024.
Għall-Kunsill
Il-President
H. LAHBIB
(1) Approvazzjoni tas-27 ta’ Frar 2024 (għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta' Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sa 2027 (ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 11).
(3) Ir-Regolament (UE) 2024/792 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ Frar 2024 dwar l-istabbiliment tal-Faċilità għall-Ukrajna (ĠU L, 2024/792, 29.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/792/oj).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 tal-14 ta' Diċembru 2020 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea u li tħassar id-Deċiżjoni 2014/335/UE, Euratom (ĠU L 424, 15.12.2020, p. 1).
(5) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta' Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3).
ANNESS
“ANNESS I
QAFAS FINANZJARJU PLURIENNALI (UE-27)
|
(EUR miljun — prezzijiet tal-2018) |
||||||||||
|
APPROPRJAZZJONIJIET TA’ IMPENN |
2021 |
2022 |
2023 |
2024 |
2025 |
2026 |
2027 |
Total 2021-2027 |
||
|
19 712 |
20 211 |
19 678 |
19 178 |
18 173 |
18 120 |
17 565 |
132 637 |
||
|
5 996 |
62 642 |
63 525 |
65 079 |
65 184 |
56 675 |
58 680 |
377 781 |
||
|
1 666 |
56 673 |
57 005 |
57 436 |
57 772 |
48 302 |
48 937 |
327 791 |
||
|
4 330 |
5 969 |
6 520 |
7 643 |
7 412 |
8 373 |
9 743 |
49 990 |
||
|
53 562 |
52 626 |
51 893 |
51 013 |
49 914 |
48 734 |
47 960 |
355 702 |
||
|
li minnhom: Nefqa relatata mas-suq u pagamenti diretti |
38 040 |
37 544 |
36 857 |
36 054 |
35 283 |
34 602 |
33 886 |
252 266 |
||
|
1 687 |
3 104 |
3 454 |
3 569 |
4 083 |
4 145 |
4 701 |
24 743 |
||
|
1 598 |
1 750 |
1 762 |
2 112 |
2 277 |
2 398 |
2 576 |
14 473 |
||
|
15 309 |
15 522 |
14 789 |
14 500 |
14 192 |
13 326 |
13 447 |
101 085 |
||
|
10 021 |
10 215 |
10 342 |
10 454 |
10 554 |
10 673 |
10 843 |
73 102 |
||
|
li minnhom: Nefqa amministrattiva tal-istituzzjonijiet |
7 742 |
7 878 |
7 945 |
7 997 |
8 025 |
8 077 |
8 188 |
55 852 |
||
|
TOTAL TAL-APPROPRJAZZJONIJIET TA’ IMPENN |
107 885 |
166 070 |
165 443 |
165 905 |
164 377 |
154 071 |
155 772 |
1 079 523 |
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
TOTAL TAL-APPROPRJAZZJONIJIET TA’ PAGAMENT |
154 065 |
153 850 |
152 682 |
151 436 |
151 175 |
151 175 |
151 175 |
1 065 558 |
||
ANNESS II
AĠĠUSTAMENT SPEĊIFIKU GĦALL-PROGRAMM — LISTA TA’ PROGRAMMI, KOEFFIĊJENT TAD-DISTRIBUZZJONI U ALLOKAZZJONI ADDIZZJONALI TOTALI TA’ APPROPRJAZZJONIJIET TA’ IMPENN
|
(f’EUR miljuni — prezzijiet tal-2018) |
|||||
|
|
Koeffiċjent tad-distribuzzjoni |
Allokazzjoni addizzjonali totali ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn skont l-Artikolu 5 |
|||
|
|
2022-2024 |
2025-2027 |
|
||
|
36,36 % |
41,79 % |
4 000 |
||
|
Orizzont Ewropa |
27,27 % |
31,34 % |
3 000 |
||
|
Fond InvestEU |
9,09 % |
10,45 % |
1 000 |
||
|
54,55 % |
47,76 % |
5 155 |
||
|
Programm l-UE għas-Saħħa |
26,37 % |
15,37 % |
2 055 |
||
|
Erasmus+ |
15,46 % |
17,77 % |
1 700 |
||
|
Ewropa Kreattiva |
5,45 % |
6,26 % |
600 |
||
|
Drittijiet u Valuri |
7,27 % |
8,36 % |
800 |
||
|
9,09 % |
10,45 % |
1 000 |
||
|
Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri |
9,09 % |
10,45 % |
1 000 |
||
|
TOTAL |
100,00 % |
100,00 % |
10 155 |
||
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/765/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)