|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
|
2024/763 |
1.3.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/763
tad-29 ta’ Frar 2024
dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-preparati tal-Lactiplantibacillus plantarum NCIMB 30083 u tal-Lactiplantibacillus plantarum NCIMB 30084 bħala addittivi fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 308/2013
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti u għat-tiġdid ta’ din l-awtorizzazzjoni. |
|
(2) |
Il-preparati tal-Lactiplantibacillus plantarum NCIMB 30083 (li qabel kien identifikat b’mod tassonomiku bħala Lactobacillus plantarum NCIMB 30083) u tal-Lactiplantibacillus plantarum NCIMB 30084 (li qabel kien identifikat b’mod tassonomiku bħala Lactobacillus plantarum NCIMB 30084) ġew awtorizzati għal perjodu ta’ 10 snin bħala addittivi fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 308/2013 (2). |
|
(3) |
F’konformità mal-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqu applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-preparati tal-Lactiplantibacillus plantarum NCIMB 30083 u tal-Lactiplantibacillus plantarum NCIMB 30084 bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, bit-talba li l-addittivi jiġu kklassifikati fil-kategorija tal-addittivi “addittivi sensorjali” u fil-grupp funzjonali “addittivi tas-silaġġ”. Flimkien ma’ dawk l-applikazzjonijiet intbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(4) |
Fl-opinjonijiet tagħha tal-4 ta’ Lulju 2023 (3), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li l-preparati tal-Lactiplantibacillus plantarum NCIMB 30083 u tal-Lactiplantibacillus plantarum NCIMB 30084 għadhom sikuri għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, għall-konsumaturi u għall-ambjent fil-kundizzjonijiet tal-użu li bħalissa huma awtorizzati. Ikkonkludiet ukoll li l-addittivi jenħtieġ li jitqiesu bħala sensitizzaturi respiratorji u li ma setgħet tinsilet l-ebda konklużjoni dwar is-sensitizzazzjoni tal-ġilda u dwar il-potenzjal tal-irritazzjoni tal-ġilda u tal-għajnejn tal-addittivi. Hija indikat ukoll li ma hemmx bżonn li tiġi vvalutata l-effikaċja tal-addittivi peress li l-applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni ma jinkludux proposta biex jiġu emendati jew issupplimentati l-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni oriġinali li jkollhom impatt fuq l-effikaċja tal-addittivi. |
|
(5) |
Il-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 qies li l-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet milħuqa fil-valutazzjonijiet imwettqa fir-rigward tal-metodu ta’ analiżi tal-preparati tal-Lactiplantibacillus plantarum NCIMB 30083 u tal-Lactiplantibacillus plantarum NCIMB 30084 bħala addittivi fl-għalf fil-kuntest tal-awtorizzazzjoni preċedenti huma validi u applikabbli għall-applikazzjoni attwali. Għalhekk, f’konformità mal-Artikolu 5(4)(c) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 (4), mhuwiex meħtieġa rapporti ta’ evalwazzjoni tal-Laboratorju ta’ Referenza. |
|
(6) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni jidhrilha li l-preparati tal-Lactiplantibacillus plantarum NCIMB 30083 u tal-Lactiplantibacillus plantarum NCIMB 30084 jissodisfaw il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-awtorizzazzjoni ta’ dawk l-addittivi tiġġedded. Barra minn hekk, il-Kummissjoni jidhrilha li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa sabiex jiġu evitati effetti avversi fuq saħħet l-utenti tal-addittivi. Jenħtieġ li dawk il-miżuri protettivi jkunu mingħajr preġudizzju għal rekwiżiti oħra tas-sikurezza tal-ħaddiema skont id-dritt tal-Unjoni. |
|
(7) |
B’konsegwenza tat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-preparati tal-Lactiplantibacillus plantarum NCIMB 30083 u tal-Lactiplantibacillus plantarum NCIMB 30084 bħala addittivi fl-għalf, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 308/2013 jitħassar. |
|
(8) |
Billi l-applikazzjoni immedjata tal-modifiki tal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni tal-preparati tal-Lactiplantibacillus plantarum NCIMB 30083 u tal-Lactiplantibacillus plantarum NCIMB 30084 mhijiex meħtieġa minħabba raġunijiet ta’ sikurezza, jixraq li jitħalla perjodu ta’ tranżizzjoni biex il-partijiet interessati jħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mit-tiġdid tal-awtorizzazzjoni. |
|
(9) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Tiġdid tal-awtorizzazzjoni
L-awtorizzazzjoni tal-preparazzjonijiet speċifikati fl-Anness, li jaqgħu fil-kategorija tal-addittivi “addittivi teknoloġiċi” u l-grupp funzjonali “addittiv tas-silaġġ”, hija mġedda soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Tħassir tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 308/2013
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 308/2013 jitħassar.
Artikolu 3
Miżuri tranżizzjonali
Il-preparati speċifikati fl-Anness u l-għalf li fih minnhom, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel il-21 ta’ Marzu 2025 f’konformità mar-regoli li kienu japplikaw qabel il-21 ta’ Marzu 2024 jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet eżistenti.
Artikolu 4
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Frar 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1831/oj?locale=mt.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 308/2013 tat- 3 ta’ April 2013 dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni tal-Lactobacillus plantarum NCIMB 30083 u tal-preparazzjoni tal- Lactobacillus plantarum NCIMB 30084 bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċi tal-annimali kollha (ĠU L 94, 4.4.2013, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/308/oj?locale=mt).
(3) EFSA Journal 2023;21(8):8154.
EFSA Journal 2023;21(7):8167.
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 tal-4 ta’ Marzu 2005 dwar regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dmirijiet u l-ħidmiet tal-Laboratorju ta’ Referenza Komunitarju fil-kuntest tal-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għall-użu ta’ addittivi fl-għalf tal-annimali (ĠU L 59, 5.3.2005, p. 8, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/378/ojj?locale=mt).
ANNESS
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||||||
|
CFU/kg ta’ materjal frisk |
||||||||||||||||
|
Kategorija: addittivi teknoloġiċi. Grupp funzjonali: addittivi tas-silaġġ |
||||||||||||||||
|
1k20736 |
Lactiplantibacillus plantarum NCIMB 30083 |
Kompożizzjoni tal-addittiv Preparat tal-Lactiplantibacillus plantarum NCIMB 30083 li jkun fih minimu ta’ 5 × 1010 CFU/g ta’ addittiv Forma solida |
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
— |
|
— |
|
Il-21 ta’ Marzu 2034. |
||||||||
|
Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Ċelloli vijabbli tal-Lactiplantibacillus plantarum NCIMB 30083 |
||||||||||||||||
|
Metodu Analitiku (1) Enumerazzjoni fl-addittiv fl-għalf tal- Lactiplantibacillus plantarum NCIMB 30083:
Identifikazzjoni tal-Lactiplantibacillus plantarum NCIMB 30083:
|
||||||||||||||||
|
1k20737 |
Lactiplantibacillus plantarum NCIMB 30084 |
Kompożizzjoni tal-addittiv Preparat tal-Lactiplantibacillus plantarum NCIMB 30084 li jkun fih minimu ta’ 5 × 1010 CFU/g ta’ addittiv Forma solida |
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
— |
|
— |
|
Il-21 ta’ Marzu 2034 |
||||||||
|
Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Ċelloli vijabbli tal-Lactiplantibacillus plantarum NCIMB 30084 |
||||||||||||||||
|
Metodu Analitiku (1) Enumerazzjoni fl-addittiv fl-għalf tal-Lactiplantibacillus plantarum NCIMB 30084:
Identifikazzjoni tal-Lactiplantibacillus plantarum NCIMB 30084:
|
||||||||||||||||
(1) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en.
(2) Foraġġ faċli li jiġi insilat: > 3 % ta’ karboidrati li jinħallu fil-materjal frisk; foraġġ moderatament diffiċli li jiġi insilat: 1,5-3,0 % ta’ karboidrati li jinħallu fil-materjal frisk f’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 429/2008 tal-25 ta’ April 2008 dwar regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-preparazzjoni u l-preżentazzjoni ta’ applikazzjonijiet u l-valutazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi fl-għalf (ĠU L 133, 22.5.2008, p. 1).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/763/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)