|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
|
2024/750 |
1.3.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/750
tad-29 ta’ Frar 2024
li jikkonċerna t-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tat-tawmatina bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 869/2012
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali, kif ukoll ir-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti u għat-tiġdid ta’ din l-awtorizzazzjoni. |
|
(2) |
It-tawmatina ġie awtorizzat għal 10 snin bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 869/2012 (2). |
|
(3) |
F’konformità mal-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tat-tawmatina bħala addittiv fl-għalf, bit-talba li l-addittiv fl-għalf jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi sensorjali” u fil-grupp funzjonali “komposti aromatizzanti”. L-applikazzjoni kienet tinkludi proposta biex jiġu emendati l-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni oriġinali. Din kienet tikkonsisti f’modifika tal-ispeċifikazzjonijiet għan-nitroġenu u għall-proteina fl-addittiv, sabiex jiġu allinjati mal-ispeċifikazzjonijiet għat-tawmatina meta jintuża bħala addittiv fl-ikel (mhux inqas minn 15,1 % ta’ nitroġenu (N) fuq bażi mnixxfa u mhux inqas minn 93 % ta’ proteina). Mal-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(4) |
Fl-opinjoni tagħha tal-11 ta’ Mejju 2023 (3), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li t-tawmatina jibqa’ sikur għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, għall-konsumaturi u għall-ambjent fil-kundizzjonijiet tal-użu awtorizzati bħalissa. B’mod partikolari, hija kkonkludiet li l-modifika proposta tal-ispeċifikazzjonijiet tal-addittiv ma tkun iżżid l-ebda periklu għal dawk li diġà ġew ivvalutati u ma titqiesx li għandha impatt fuq l-effikaċja tas-sustanza. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-esponiment tal-utenti għat-tawmatina permezz tan-nifs huwa probabbli u li, minħabba n-natura proteinaċja tiegħu, it-tawmatina jitqies bħala sensitizzatur respiratorju. Skont l-Awtorità, it-tawmatina mhuwiex irritant tal-ġilda jew tal-għajnejn. Fin-nuqqas ta’ data, l-Awtorità ma setgħetx tasal għall-konklużjoni dwar il-potenzjal tas-sensitizzazzjoni kutanja tat-tawmatina. |
|
(5) |
Il-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 qies li l-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet milħuqa fil-valutazzjoni mwettqa fir-rigward tal-metodu ta’ analiżi tat-tawmatina bħala addittiv fl-għalf fil-kuntest tal-awtorizzazzjoni preċedenti huma validi u applikabbli għall-applikazzjoni attwali. Għalhekk, f’konformità mal-Artikolu 5(4)(c) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 (4), mhuwiex meħtieġ rapport ta’ evalwazzjoni tal-Laboratorju ta’ Referenza. |
|
(6) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li t-tawmatina jissodisfa l-kundizzjonijiet, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-awtorizzazzjoni ta’ dak l-addittiv tiġġedded. Barra minn hekk, il-Kummissjoni jidhrilha li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa sabiex jiġu evitati effetti avversi fuq saħħet l-utenti tal-addittiv. Jenħtieġ li dawk il-miżuri protettivi jkunu mingħajr preġudizzju għal rekwiżiti oħra tas-sikurezza tal-ħaddiema skont id-dritt tal-Unjoni. |
|
(7) |
Jenħtieġ li jiġu previsti ċerti kundizzjonijiet għal kontroll aħjar. B’mod partikolari, jenħtieġ li jiġi indikat kontenut massimu rakkomandat fuq it-tikketta tal-addittiv. Meta dan il-kontenut jinqabeż, jenħtieġ li ċerta informazzjoni tiġi indikata fuq it-tikketta tal-premixxeli. |
|
(8) |
B’konsegwenza tat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tat-tawmatina bħala addittiv fl-għalf, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 869/2012 jitħassar. |
|
(9) |
Billi l-applikazzjoni immedjata tal-modifiki tal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni tat-tawmatina mhijiex meħtieġa minħabba raġunijiet ta’ sikurezza, jixraq li jiġi previst perjodu tranżitorju biex il-partijiet interessati jħejju rwieħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mit-tiġdid tal-awtorizzazzjoni. |
|
(10) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Tiġdid tal-awtorizzazzjoni
L-awtorizzazzjoni tal-addittiv speċifikat fl-Anness, li jappartjeni għall-kategorija ta’ addittivi “addittivi sensorjali” u tal-grupp funzjonali “komposti aromatizzanti”, hija mġedda soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Tħassir tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 869/2012
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 869/2012 jitħassar.
Artikolu 3
Miżuri tranżizzjonali
1. Is-sustanza speċifikata fl-Anness u l-premixxeli li fihom dik is-sustanza, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel il-21 ta’ Settembru 2024 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel il-21 ta’ Marzu 2024 jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet eżistenti.
2. L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li fihom is-sustanza speċifikata fl-Anness, li jiġu prodotti u ttikkettati il-21 ta’ Marzu 2025 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel il-21 ta’ Marzu 2024 jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet eżistenti jekk ikunu maħsubin għall-annimali li jipproduċu l-ikel.
3. L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li fihom is-sustanza speċifikata fl-Anness li jiġu prodotti u ttikkettati qabel il-21 ta’ Marzu 2026 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel il-21 ta’ Marzu 2024 jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet eżistenti jekk dawn ikunu maħsubin għall-annimali li ma jipproduċux l-ikel.
Artikolu 4
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Frar 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1831/oj?locale=mt.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 869/2012 tal-24 ta’ Settembru 2012 dwar l-awtorizzazzjoni tat-tawmatin bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (ĠU L 257, 25.9.2012, p. 7, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2012/869/oj?locale=mt).
(3) EFSA Journal 2023;21(6):8077.
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 tal-4 ta’ Marzu 2005 dwar regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dmirijiet u l-ħidmiet tal-Laboratorju ta’ Referenza Komunitarju fil-kuntest tal-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għall-użu ta’ addittivi fl-għalf tal-annimali (ĠU L 59, 5.3.2005, p. 8, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/378/ojj?locale=mt).
ANNESS
|
Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv fl-għalf |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||
|
mg ta’ sustanza attiva/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
||||||||||||||||||||||||
|
Kategorija: addittivi sensorjali. Grupp funzjonali: komposti aromatizzanti |
||||||||||||||||||||||||
|
2b957i |
Tawmatina |
Kompożizzjoni tal-addittiv Tawmatina Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Proteini tat-tawmatina I u tat-tawmatina II estratti mill-arilli tal-frott Thaumatococcus daniellii (Benth) Einecs: 258-822-2 Numru CAS: 53850-34-3 Speċifikazzjonijiet Formula Kimika: Polipeptid ta’ 207 amminoaċidi Piż molekulari: Tawmatina I: 22209, Tawmatina II: 22293 Assaġġ: mill-inqas 15,1 % nitroġenu fuq bażi mnixxfa ekwivalenti għal mhux inqas minn 93 % proteina Purità:
Metodu ta’ Analiżi (1) Identifikazzjoni tat-tawmatina fl-addittiv fl-għalf: Il-kontenut tan-nitroġenu fl-addittiv fl-ikel, il-metodu Kjeldahl (Il-monografija JECFA fuq it-Tawmatina. 2006. Monografija. ta’ Speċifikazzjoni tat-Tawmatina). |
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
— |
— |
— |
|
il-21 ta’ Marzu 2034 |
||||||||||||||||
(1) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/750/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)