European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2024/724

14.3.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 323/2021

tal-10 ta’ Diċembru 2021

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2024/724]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘il-Ftehim dwar iż-ŻEE’), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/932 tad-9 ta’ Ġunju 2021 li jissospendi l-awtorizzazzjoni tal-lażaloċid A tas-sodju (Avatec 15 % cc) u tal-lażaloċid A tas-sodju (Avatec 150 G) bħala addittivi fl-għalf tat-tiġieġ tas-simna u tat-tiġieġ imrobbija għall-bajd (id-detentur tal-awtorizzazzjoni, Zoetis Belgium S.A.) (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/967 tas-16 ta’ Ġunju 2021 dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-kelat manganiż tal-analogu idrossilat tal-metjonina bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 350/2010 (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(3)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/968 tas-16 ta’ Ġunju 2021 dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-kelat taż-żingu tal-analogu idrossilat tal-metjonina bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 335/2010 (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(4)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/969 tas-16 ta’ Ġunju 2021 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-L-treonina prodotta permezz tal-Escherichia coli CGMCC 13325 bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(5)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/981 tas-17 ta’ Ġunju 2021 dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni tal-endo–1,4-beta-ksilanażi prodotta mill-Aspergillus niger CBS 109.713 u tal-endo–1,4-beta-glukanażi prodotta mill-Aspergillus niger DSM 18404 bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet tat-tjur tal-irziezet, l-għasafar ornamentali u l-qżieżqeż miftuma (id-detentur tal-awtorizzazzjoni: BASF SE), u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 271/2009 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1068/2011 (5) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(6)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/982 tas-17 ta’ Ġunju 2021 li jikkonċerna t-tiġdid tal-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ 6-fitażi prodotta mit-Trichoderma reesei CBS 122001 bħala addittiv tal-għalf għall-ħnieżer u għall-pollam (id-detentur tal-awtorizzazzjoni: Roal Oy), u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 277/2010, (UE) Nru 891/2010 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 886/2011 (6) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(7)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/967 iħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 350/2010 (7), li huwa inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE u li konsegwentement għandu jitħassar skont il-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(8)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/968 iħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 335/2010 (8), li huwa inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE u li konsegwentement għandu jitħassar skont il-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(9)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 2021/981 jirrevoka r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 271/2009 (9) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (KE) Nru 1068/2011 (10), li huma inkorporati fil-Ftehim dwar iż-ŻEE u konsegwentement għandhom jiġu revokati skont il-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(10)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/982 jirrevoka r-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 277/2010 (11) u (UE) Nru 891/2010 (12) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (KE) Nru 886/2011 (13), li huma inkorporati fil-Ftehim dwar iż-ŻEE u li konsegwentement għandhom jiġu revokati skont il-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(11)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar l-għalf. Il-leġiżlazzjoni li tirrigwarda l-għalf ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fil-prodotti agrikoli tibqa’ estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(12)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 411 (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/758):

“412.

32021 R 0932: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/932 tad-9 ta’ Ġunju 2021 li jissospendi l-awtorizzazzjoni tal-lażaloċid A tas-sodju (Avatec 15 % cc) u tal-lażaloċid A tas-sodju (Avatec 150 G) bħala addittivi fl-għalf tat-tiġieġ tas-simna u tat-tiġieġ imrobbija għall-bajd (id-detentur tal-awtorizzazzjoni, Zoetis Belgium S.A.) (ĠU L 204, 10.6.2021, p. 13).

413.

32021 R 0967: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/967 tas-16 ta’ Ġunju 2021 dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-kelat manganiż tal-analogu idrossilat tal-metjonina bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 350/2010 (ĠU L 214. 17.6.2021, p. 41).

414.

32021 R 0968: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/968 tas-16 ta’ Ġunju 2021 dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-kelat taż-żingu tal-analogu idrossilat tal-metjonina bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 335/2010 (ĠU L 214, 17.6.2021, p. 45).

415.

32021 R 0969: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/969 tas-16 ta’ Ġunju 2021 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-L-treonina prodott mill-Escherichia coli CGMCC 13325 bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (ĠU L 214, 17.6.2021, p. 49).

416.

32021 R 0981: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/981 tas-17 ta’ Ġunju 2021 dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni tal-endo–1,4-beta-ksilanażi prodotta mill-Aspergillus niger CBS 109.713 u tal-endo–1,4-beta-glukanażi prodotta mill-Aspergillus niger DSM 18404 bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet tat-tjur tal-irziezet, l-għasafar ornamentali u l-qżieżqeż miftuma (id-detentur tal-awtorizzazzjoni: BASF SE), u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 271/2009 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1068/2011 (ĠU L 216, 18.6.2021, p. 135).

417.

32021 R 0982: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/982 tas-17 ta’ Ġunju 2021 li jikkonċerna t-tiġdid tal-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ 6-fitażi prodotta mit-Trichoderma reesei CBS 122001 bħala addittiv tal-għalf għall-ħnieżer u għall-pollam (id-detentur tal-awtorizzazzjoni: Roal Oy), u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 277/2010, (UE) Nru 891/2010 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 886/2011 (ĠU L 216, 18.6.2021, p. 139).”

2.

Jitħassru t-testi tal-punt 1zzzzw (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 271/2009), tal-punt 1zzzzzj (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 335/2010), tal-punt 2a (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 277/2010), tal-punt 2e (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 350/2010), tal-punt 2l (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 891/2010), tal-punt 2zm (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni l-Kummissjoni (UE) Nru 886/2011) u tal-punt 2zq (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1068/2011).

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/932, (UE) 2021/967, (UE) 2021/968, (UE) 2021/969, (UE) 2021/981 u (UE) 2021/982 fil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-11 ta’ Diċembru 2021, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Diċembru 2021.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Rolf Einar FIFE


(1)   ĠU L 204, 10.6.2021, p. 13.

(2)   ĠU L 214, 17.6.2021, p. 41.

(3)   ĠU L 214, 17.6.2021, p. 45.

(4)   ĠU L 214, 17.6.2021, p. 49.

(5)   ĠU L 216, 18.6.2021, p. 135.

(6)   ĠU L 216, 18.6.2021, p. 139.

(7)   ĠU L 104, 24.4.2010, p. 34.

(8)   ĠU L 102, 23.4.2010, p. 22.

(9)   ĠU L 91, 3.4.2009, p. 5.

(10)   ĠU L 277, 22.10.2011, p. 11.

(11)   ĠU L 86, 1.4.2010, p. 13.

(12)   ĠU L 266, 9.10.2010, p. 4.

(13)   ĠU L 229, 6.9.2011, p. 5.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/724/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)