|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
|
2024/701 |
14.3.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 350/2021
tal-10 ta’ Diċembru 2021
li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2024/701]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘il-Ftehim dwar iż-ŻEE’), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/930 tal-1 ta’ Marzu 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw in-natura, is-severità u t-tul ta’ żmien tat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku kif issir referenza fl-Artikolu 181(1)(b), u l-Artikolu 182(1)(b), ta’ dak ir-Regolament (1), għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(2) |
Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 14azw (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/598) tal-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:
|
“14azx. |
32021 R 0930: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/930 tal-1 ta’ Marzu 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw in-natura, is-severità u t-tul ta’ żmien tat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku kif issir referenza fl-Artikolu 181(1)(b), u l-Artikolu 182(1)(b), ta’ dak ir-Regolament (ĠU L 204, 10.6.2021, p. 1).” |
Artikolu 2
It-test tar-Regolament Delegat (UE) 2021/930 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-11 ta’ Diċembru 2021, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Diċembru 2021.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Rolf Einar FIFE
(1) ĠU L 204, 10.6.2021, p. 1.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/701/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)