|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
|
2024/666 |
14.3.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 348/2021
tal-10 ta’ Diċembru 2021
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) u l-Anness IV (Enerġija) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2024/666]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘il-Ftehim dwar iż-ŻEE’), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/340 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jemenda r-Regolamenti Delegati (UE) 2019/2013, (UE) 2019/2014, (UE) 2019/2015, (UE) 2019/2016, (UE) 2019/2017 u (UE) 2019/2018 fir-rigward tar-rekwiżiti tat-tikkettar tal-enerġija tal-unitajiet tal-wiri elettroniċi, tal-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u tal-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi, tas-sorsi tad-dawl, tal-apparat refriġeranti, tal-magni tal-ħasil tal-platti domestiċi u ta’ apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(2) |
Jenħieġ għalhekk, li l-Annessi II u IV tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġu emendati skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Dan li ġej jiżdied fil-punt 4v (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2013), fil-punt 4w (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2014), fil-punt 4x (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2015), fil-punt 4y (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2016), fil-punt 4z (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2017) u fil-punt 4za (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2018) tal-Kapitolu IV tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:
“, kif emendat bi:
|
— |
32021 R 0340: Ir-Regolament Delega tal-Kummissjoni (UE) 2021/340 tas-17 ta’ Diċembru 2020 (ĠU L 68, 26.2.2021, p. 62).” |
Artikolu 2
Dan li ġej jiżdied fil-punt 11v (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2013), fil-punt 11w (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2014), fil-punt 11x (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2015), fil-punt 11y (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2016), fil-punt 11z (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2017) u fil-punt 11za (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2018) tal-Anness IV tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:
“, kif emendat bi:
|
— |
32021 R 0340: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/340 tas-17 ta’ Diċembru 2020 (ĠU L 68, 26.2.2021, p. 62). (2) |
Artikolu 3
It-test tar-Regolament Delegat (UE) 2021/340 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-11 ta’ Diċembru 2021, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Diċembru 2021.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Rolf Einar FIFE
(1) ĠU L 68, 26.2.2021, p. 62.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/666/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)