|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
|
2024/665 |
14.3.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 349/2021
tal-10 ta’ Diċembru 2021
li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2024/665]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘il-Ftehim dwar iż-ŻEE’), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/598 tal-14 ta’ Diċembru 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għall-assenjazzjoni tal-ponderazzjonijiet tar-riskju għal skoperturi fuq għoti ta’ self speċjalizzat (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(2) |
Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 14azv (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/453) tal-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:
|
“14azw. |
32021 R 0598: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/598 tal-14 ta’ Diċembru 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għall-assenjazzjoni tal-ponderazzjonijiet tar-riskju għal skoperturi fuq għoti ta’ self speċjalizzat (ĠU L 127, 14.4.2021, p.1).” |
Artikolu 2
It-test tar-Regolament Delegat (UE) 2021/598 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-11 ta’ Diċembru 2021, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Diċembru 2021.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Rolf Einar FIFE
(1) ĠU L 127, 14.4.2021, p. 1.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/665/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)