![]() |
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
2024/632 |
20.2.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2024/632
tad-19 ta’ Frar 2024
li tniedi l-operazzjoni ta’ sigurtà marittima tal-Unjoni Ewropea biex tiġi ssalvagwardata l-libertà ta’ navigazzjoni b’rabta mal-kriżi tal-Baħar l-Aħmar (EUNAVFOR ASPIDES)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/583 tat-8 ta’ Frar 2024 dwar operazzjoni ta’ sigurtà marittima tal-Unjoni Ewropea biex tiġi ssalvagwardata l-libertà ta’ navigazzjoni b’rabta mal-kriżi tal-Baħar l-Aħmar (EUNAVFOR ASPIDES) (1),
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fit-8 ta’ Frar 2024, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2024/583 dwar operazzjoni ta’ sigurtà marittima tal-Unjoni Ewropea biex tiġi ssalvagwardata l-libertà ta’ navigazzjoni b’rabta mal-kriżi tal-Baħar l-Aħmar (EUNAVFOR ASPIDES). |
(2) |
Fl-14 ta’ Frar 2024, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà qabel li jenħtieġ li jiġi approvat il-Pjan Operazzjonali (OPLAN), inkluż ir-Regoli tal-Ingaġġ għal EUNAVFOR ASPIDES. |
(3) |
Wara r-rakkomandazzjoni tal-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE, EUNAVFOR ASPIDES jenħtieġ li titnieda fid-19 ta’ Frar 2024, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-OPLAN, inkluż ir-Regoli tal-Ingaġġ, għal EUNAVFOR ASPIDES huwa b’dan approvat.
Artikolu 2
L-EUNAVFOR ASPIDES għandha titnieda fid-19 ta’ Frar 2024.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Frar 2024.
Għall-Kunsill
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
(1) ĠU L, 2024/583, 12.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/583/oj.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/632/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)