|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
|
2024/591 |
21.2.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/591
tal-20 ta’ Frar 2024
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2389 dwar l-istabbiliment ta’ rati ta’ frekwenza għall-verifiki tal-identità u għall-verifiki fiżiċi fuq il-kunsinni ta’ pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra li jidħlu fl-Unjoni
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (ir-Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (1), u b’mod partikolari il-punti (a) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 54(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2389 (2) jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni uniformi tar-rati ta’ frekwenza għall-verifiki tal-identità u għall-verifiki fiżiċi fuq il-kunsinni ta’ pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra msemmija fl-Artikolu 47(1), il-punt (c), tar-Regolament (UE) 2017/625 li jidħlu fl-Unjoni. L-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2389 jistabbilixxi l-lista tal-pjanti, tal-prodotti mill-pjanti u ta’ oġġetti oħra li huma soġġetti għall-verifiki tal-identità u għall-verifiki fiżiċi b’rati ta’ frekwenza speċifiċi. |
|
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 6(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2389, ir-rati ta’ frekwenza stabbiliti fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni għandhom jiġu modifikati fir-rigward tal-kriterji stabbiliti fil-punti (i), (ii), (iv), (v) u (vi) tal-Artikolu 54(3)(a), tar-Regolament (UE) 2017/625, il-kriterji stabbiliti fl-Anness II, u, fejn xieraq, fir-rigward tal-informazzjoni stabbilita fl-Anness III ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni. F’konformità mal-Artikolu 6(2), ir-rati ta’ frekwenza għall-verifiki tal-identità u għall-verifiki fiżiċi għall-pjanti, għall-prodotti mill-pjanti u għal oġġetti oħra, jew għall-kategoriji tagħhom, għandhom jiġu rieżaminati mill-inqas darba fis-sena, sabiex titqies l-informazzjoni l-ġdida miġbura permezz tal-IMSOC jew ipprovduta mill-Istati Membri, u modifikata skont dan. |
|
(3) |
Il-Kummissjoni stabbiliet grupp ta’ ħidma ta’ esperti li eżamina s-sitwazzjoni tal-importazzjonijiet fl-2022 u fl-2023 ta’ pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra msemmija fl-Artikolu 47(1), il-punt (c), tar-Regolament (UE) 2017/625. Abbażi tal-kriterji msemmija fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2389, il-grupp ta’ ħidma indika r-rati minimi ta’ frekwenza tal-kontrolli tal-identità u tal-kontrolli fiżiċi li qies xierqa għal ċerti pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra minn pajjiżi terzi partikolari ta’ oriġini. |
|
(4) |
Intuża metodu bbażat fuq ir-riskju u fuq l-istatistika li jqis serje ta’ varjabbli, li jinkludu: l-indiċi ta’ mobbiltà stmat tal-pesti tal-kwarantina fl-Unjoni fl-aktar stadju mobbli li fih jistgħu jiżviluppaw fuq il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra rilevanti, jew il-kategoriji tagħhom; l-għadd ta’ kunsinni ta’ pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra, jew kategoriji tagħhom, li fuqhom twettqu l-verifiki tal-identità u l-verifiki fiżiċi matul is-sena ta’ qabel; l-għadd totali, u d-dettalji ta’, nuqqasijiet ta’ konformità minħabba l-preżenza ta’ pesti tal-kwarantina fl-Unjoni relatati ma’ kunsinni importati skont dan ir-Regolament; l-għadd totali ta’ kunsinni tal-oġġetti kkonċernati nnotifikati għal raġunijiet oħra għajr il-preżenza tal-pesti tal-kwarantina fl-Unjoni u d-dettalji tagħhom; u kwalunkwe fattur ieħor rilevanti għad-determinazzjoni tar-riskju fitosanitarju assoċjat mal-kummerċ ikkonċernat. |
|
(5) |
B’mod partikolari, u prinċipalment minħabba għadd aktar baxx ta’ interċettazzjonijiet ta’ kunsinni affettwati minn pesti tal-kwarantina fl-Unjoni, ir-rati ta’ frekwenza minimi tal-verifiki tal-identità u l-verifiki fiżiċi jenħtieġ li jitnaqqsu għall-fjuri maqtugħin Dianthus mit-Turkija, Rosa mill-Kolombja, frott tal-Persea americana mill-pajjiżi terzi kollha, Prunus u Pyrus minn pajjiżi terzi Ewropej, Prunus persica mill-Afrika t’Isfel u Vaccinium mill-Peru. |
|
(6) |
Barra minn hekk, sabiex jiġi żgurat li jitwettaq għadd minimu ta’ verifiki tal-identità u verifiki fiżiċi fil-każijiet kollha minkejja għadd aktar baxx ta’ kunsinni importati għall-frott tal-Passiflora li joriġina fil-Kenja u Vaccinium mill-Arġentina, ir-rati ta’ frekwenza minimi rispettivi tal-kontrolli tal-identità u tal-kontrolli fiżiċi jenħtieġ li jiżdiedu. |
|
(7) |
Ir-rati ta’ frekwenza minimi tal-verifiki tal-identità u l-verifiki fiżiċi jenħtieġ li jiżdiedu minħabba interċettazzjonijiet ta’ kunsinni affettwati minn pesti tal-kwarantina fl-Unjoni għall-fjuri maqtugħin Rosa mill-Kenja u Rosa mill-Etjopja, frott Citrus mill-Eġittu, għeruq u tuberi Curcuma longa u Zingiber officinale mill-Peru, u għeruq u tuberi Curcuma longa mit-Tajlandja. |
|
(8) |
Għal raġunijiet ta’ ċarezza legali, il-linji kollha fl-Anness I fejn bħalissa hija prevista rata ta’ frekwenza minima ta’ 100 % jenħtieġ li jitħassru minħabba li din hija r-rata standard għall-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u l-oġġetti l-oħra kollha stabbilita fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2389. |
|
(9) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li r-rati ta’ frekwenza għall-verifiki tal-identità u dawk fiżiċi stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2389 jenħtieġ li jiġu modifikati. |
|
(10) |
Għal raġunijiet ta’ ċarezza, jixraq li l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2389 jiġi sostitwit. |
|
(11) |
Biex jingħata biżżejjed żmien lill-awtoritajiet kompetenti jadattaw għar-rekwiżiti l-ġodda, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika mill-1 ta’ Mejju 2024. |
|
(12) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament jikkonformaw mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2389
L-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2389 huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ u data tal-applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Mejju 2024.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Frar 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2389 tas-7 ta’ Diċembru 2022 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni uniformi tar-rati ta’ frekwenza għall-verifiki tal-identità u għall-verifiki fiżiċi fuq il-kunsinni ta’ pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra li jidħlu fl-Unjoni (ĠU L 316, 8.12.2022, p. 42).
ANNESS
L-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2389 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“ANNESS I
Rati ta’ frekwenza tal-verifiki tal-identità u tal-verifiki fiżiċi tal-kunsinni ta’ ċerti pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra, jew kategoriji tagħhom, kif imsemmi fl-Artikolu 4(3)
|
Pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra, jew kategorija tagħhom |
Pajjiż tal-oriġini |
Rata ta’ frekwenza minima tal-verifiki tal-identità u tal-verifiki fiżiċi (%) |
|
FJURI MAQTUGĦIN |
||
|
Aster |
Iż-Żimbabwe |
75 |
|
Dianthus |
Il-Kolombja |
3 |
|
Dianthus |
L-Ekwador |
15 |
|
Dianthus |
Il-Kenja |
5 |
|
Dianthus |
It-Turkija |
25 |
|
Gypsophila |
L-Ekwador |
5 |
|
Gypsophila |
Il-Kenja |
10 |
|
Phoenix |
Il-Costa Rica |
50 |
|
Rosa |
Il-Kolombja |
3 |
|
Rosa |
L-Ekwador |
1 |
|
Rosa |
L-Etjopja |
25 |
|
Rosa |
Il-Kenja |
25 |
|
Rosa |
Iż-Żambja |
50 |
|
FROTT |
||
|
Actinidia |
Il-pajjiżi terzi kollha |
10 |
|
Carica papaya |
Il-pajjiżi terzi kollha |
10 |
|
Fragaria |
Il-pajjiżi terzi kollha |
5 |
|
Persea americana |
Il-pajjiżi terzi kollha |
1 |
|
Rubus |
Il-pajjiżi terzi kollha |
5 |
|
Vitis |
Il-pajjiżi terzi kollha |
1 |
|
Malus |
Pajjiżi terzi Ewropej (1) |
15 |
|
Prunus |
5 |
|
|
Pyrus |
Pajjiżi terzi Ewropej (1) |
50 |
|
Vaccinium |
Pajjiżi terzi Ewropej (1) |
50 |
|
Citrus |
L-Eġittu |
75 |
|
Citrus |
Iżrael |
35 |
|
Citrus |
Il-Messiku |
25 |
|
Citrus |
Il-Marokk |
3 |
|
Citrus |
Il-Perù |
10 |
|
Citrus |
It-Turkija |
7 |
|
Citrus |
L-Istati Uniti tal-Amerka |
50 |
|
Malus |
L-Arġentina |
35 |
|
Malus |
Iċ-Ċilì |
5 |
|
Malus |
New Zealand |
10 |
|
Malus |
L-Afrika t’Isfel |
15 |
|
Mangifera |
Il-Brażil |
75 |
|
Passiflora |
Il-Kolombja |
5 |
|
Passiflora |
Réunion |
10 |
|
Passiflora |
L-Afrika t’Isfel |
75 |
|
Passiflora |
Il-Vjetnam |
15 |
|
Prunus |
Iċ-Ċilì |
10 |
|
Prunus |
L-Afrika t’Isfel |
10 |
|
Prunus |
It-Turkija |
35 |
|
Pyrus |
L-Arġentina |
25 |
|
Pyrus |
Iċ-Ċilì |
15 |
|
Pyrus |
L-Afrika t’Isfel |
10 |
|
Vaccinium |
L-Arġentina |
50 |
|
Vaccinium |
Iċ-Ċilì |
10 |
|
Vaccinium |
Il-Perù |
5 |
|
ĦXEJJEX |
||
|
Solanum lycopersicum |
Il-Gżejjer Kanarji |
25 |
|
Solanum lycopersicum |
Il-Marokk |
1 |
|
Ħxejjex tal-għeruq u t-tuberi, għajr it-tuberi tas-Solanum tuberosum L. (3) (4) |
Il-pajjiżi terzi kollha (5) |
5 |
|
Curcuma longa |
It-Tajlandja |
25 |
|
MAKKINARJU UŻAT |
||
|
Makkinarju u vetturi li jkunu tħaddmu għal skopijiet agrikoli jew tal-forestrija |
Il-pajjiżi terzi kollha |
10 |
(1) L-Albanija, Andorra, l-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Belarussja, il-Bożnija-Ħerzegovina, il-Gżejjer Kanarji, il-Gżejjer Faeroe, il-Georgia, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, il-Moldova, Monaco, il-Montenegro, il-Maċedonja ta’ Fuq, in-Norveġja, ir-Russja (il-partijiet li ġejjin biss: id-Distrett Federali Ċentrali (Tsentralny federalny okrug), id-Distrett Federali tal-Majjistral (Severo-Zapadny federalny okrug), id-Distrett Federali tan-Nofsinhar (Yuzhny federalny okrug), id-Distrett Federali Kawkasu tat-Tramuntana (Severo-Kavkazsky federalny okrug) u d-Distrett Federali tal-Volga (Privolzhsky federalny okrug)), San Marino, is-Serbja, it-Turkija, l-Ukrajna u r-Renju Unit.
(2) Għajr it-Turkija.
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 tat-28 ta’ Novembru 2019 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-miżuri protettivi kontra l-pesti tal-pjanti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 690/2008 u jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2019, l-Anness VII, il-punt 12 (ĠU L 319, 10.12.2019, p. 103).
(4) Bl-esklużjoni ta’ Curcuma longa u Zingiber officinale mill-Perù, u Curcuma longa mit-Tajlandja.
(5) Għajr il-Kamerun.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/591/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)