European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2024/582

13.2.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2024/582

tal-21 ta’ Novembru 2023

li tawtorizza l-ftuħ ta’ negozjati mar-Repubblika tal-Kolombja għal Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 209, flimkien mal-Artikolu 218(3) u (4) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi jenħtieġ li jinfetħu negozjati bil-ħsieb li jiġi konkluż Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni mar-Repubblika tal-Kolombja,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (“ir-Rappreżentant Għoli”) huma b’dan awtorizzati li jiftħu negozjatigħal Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni mar-Repubblika tal-Kolombja .

2.   In-negozjati għandhom jitwettqu abbażi tad-direttivi ta’ negozjati tal-Kunsill stipulati fl-addendum għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-Kummissjoni hija b’dan nominata bħala l-kap tat-tim tan-negozjati tal-Unjoni.

Artikolu 3

In-negozjati għandhom jitmexxew f’konsultazzjoni mal-Grupp ta’ Ħidma dwar l-Amerka Latina u l-Karibew.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Kummissjoni u lir-Rappreżentant Għoli.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Novembru 2023.

Għall-Kunsill

Il-President

P. CANCELA RODRÍGUEZ


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/582/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)