European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2024/579

12.2.2024

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/579

tad-9 ta’ Frar 2024

li jemenda l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-entrati għall-Istati Uniti fil-listi ta’ pajjiżi terzi awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 230(1) u 232(1) u (3) tiegħu.

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2016/429 jipprevedi li sabiex jidħlu fl-Unjoni, il-konsenji ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali jridu jkunu ġejjin minn pajjiż terz jew territorju, jew minn żona jew kompartiment tiegħu, elenkati f’konformità mal-Artikolu 230(1) ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 (2) jistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li l-konsenji ta’ ċerti speċijiet u kategoriji ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali, li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi jew territorji, jew minn żoni tagħhom, jew minn kompartimenti tagħhom fil-każ tal-annimali tal-akkwakultura, iridu jkunu konformi magħhom sabiex jidħlu fl-Unjoni.

(3)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 (3) jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom, li minnhom hu permess id-dħul fl-Unjoni tal-ispeċijiet u l-kategoriji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692. Dawk il-listi u ċerti regoli ġenerali li jikkonċernaw dawk il-listi huma stabbiliti fl-Annessi I sa XXII ta’ dak ir-Regolament.

(4)

B’mod aktar partikolari, l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jistabbilixxu l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom, li minnhom huwa awtorizzat id-dħul fl-Unjoni, rispettivament, ta’ konsenji tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa.

(5)

L-Istati Uniti nnotifikaw lill-Kummissjoni dwar tliet tifqigħat tal-HPAI fil-pollam fl-istati ta’ Indiana, Kansas u South Dakota, li ġew ikkonfermati bejn it-22 ta’ Jannar 2024 u l-25 ta’ Jannar 2024 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR).

(6)

Wara dawn it-tifqigħat riċenti tal-HPAI, l-awtorità veterinarja tal-Istati Uniti stabbiliet żoni ristretti ta’ mill-inqas 10 km madwar l-istabbilimenti affettwati u implimentat politika tal-qerda biex tikkontrolla l-preżenza tal-HPAI u tillimita t-tixrid ta’ dik il-marda.

(7)

L-Istati Uniti ssottomettew informazzjoni lill-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorju tagħhom u dwar il-miżuri li ħadu biex jipprevjenu aktar tixrid tal-HPAI.

(8)

Dik l-informazzjoni ġiet evalwata mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni jidhrilha li fid-dawl tas-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali fiż-żoni bir-restrizzjonijiet stabbiliti mill-awtorità veterinarja tal-Istati Uniti, id-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa minn dawk iż-żoni jenħtieġ li jiġi sospiż, biex jiġi protett l-istatus tas-saħħa tal-annimali tal-Unjoni.

(9)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jiġu emendati biex titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika kurrenti fir-rigward tal-HPAI fl-Istati Uniti.

(10)

Filwaqt li titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fl-Istati Uniti fir-rigward tal-HPAI, l-emendi li għandhom isiru tal-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 b’dan ir-Regolament jenħtieġ li jsiru effettivi b’urġenza.

(11)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ u applikabbiltà

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Frar 2024.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 379, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/692/oj).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/404/oj).


ANNESS

L-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati kif ġej:

(1)

l-Anness V huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-parti 1, it-Taqsima B, fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringieli li ġejjin għaż-żoni US-2.619, US-2-620 u US-2.621 jiżdiedu wara r-ringiela għaż-żona US-2.618:

US

L-Istati Uniti

US-2.619

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

22.1.2024

 

US-2.620

N, P1

 

25.1.2024

 

US-2.621

N, P1

 

23.1.2024”

 

(b)

fil-Parti 2, fl-entrata għall-Istati Uniti, id-deskrizzjonijiet li ġejjin taż-żoni US-2.619, US-2-620 u US-2.621 jiżdiedu wara d-deskrizzjoni taż-żona US-2.618:

“L-Istati Uniti

US-2.619

State of Kansas

Mitchell 09

Mitchell County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 98.2867624°W 39.3931939°N)

US-2.620

State of Indiana

Daviess 02

Daviess County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 87.0310067°W 38.8873553°N)

US-2.621

State of South Dakota

Edmunds 13

Edmunds County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 198.9313438°W 45.5352191°N)”

(2)

fl-Anness XIV, il-Parti 1, it-Taqsima B, fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringieli li ġejjin għaż-żoni US-2.619, US-2.620, u US-2.621 jiddaħħlu wara r-ringieli għaż-żona US-2.618:

US

L-Istati Uniti

US-2.619

POU, RAT

N, P1

 

22.1.2024

 

GBM

P1

 

22.1.2024

 

US-2.620

POU, RAT

N, P1

 

25.1.2024

 

GBM

P1

 

25.1.2024

 

US-2.621

POU, RAT

N, P1

 

23.1.2024

 

GBM

P1

 

23.1.2024”

 


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/579/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)