European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2024/499

8.2.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2024/499

tad-29 ta’ Jannar 2024

li taħtar erba’ membri u erba’ membri supplenti, proposti mir-Renju ta’ Spanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni

KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),

Wara li kkunsidra l-proposti tal-Gvern Spanjol,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 300(3) tat-Trattat, il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-korpi reġjonali u lokali, li jew ikollhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta.

(2)

Fit-3 ta’ Frar 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2020/144 (2), li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025. Fit-28 ta’ Ġunju 2022, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2022/1043 (3) li taħtar membru u żewġ membri supplenti proposti mir-Renju ta’ Spanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(3)

Konsegwentement għar-riżenji tas-Sur Abel Ramón CABALLERO ÁLVAREZ u s-Sur José María GARCÍA URBANO, u t-tmiem tal-mandat nazzjonali li abbażi tiegħu ġew proposti għall-ħatra s-Sur Jorge Antonio AZCÓN NAVARRO u s-Sur Julio MILLÁN MUÑOZ saru vakanti s-siġġijiet ta’ erba’ membri fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(4)

Konsegwentement għar-riżenji tas-Sur Manuel GARCÍA FÉLIX u tas-Sa Noelia María ARROYO HERNÁNDEZ, u t-tmiem tal-mandat nazzjonali li abbażi tiegħu ġew proposti għall-ħatra s-Sa Lidia MUÑOZ CÁCERES u s-Sur Óscar PUENTE SANTIAGO, saru vakanti s-siġġijiet ta’ erba’ membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(5)

Il-Gvern Spanjol ippropona lir-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi lokali li għandhom mandat elettorali ta’ awtorità lokali bħala membri fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025: Is-Sur Jaume COLLBONI CUADRADO, Alcalde de Barcelona (Mayor of Barcelona), is-Sa Carolina DARIAS SAN SEBASTIÁN, Alcaldesa de Las Palmas de Gran Canaria (Mayor of Las Palmas de Gran Canaria), is-Sa María José GARCÍA-PELAYO JURADO, Alcaldesa de Jerez de la Frontera (Mayor of Jerez de la Frontera), u s-Sur José Luis MARTÍNEZ ALMEIDA NAVASQÜÉS, Alcalde de Madrid (Mayor of Madrid).

(6)

Il-Gvern Spanjol ippropona lir-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi lokali li għandhom mandat elettorali ta’ awtorità lokali bħala membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025: Is-Sur Xavier GARCÍA ALBIOL, Alcalde de Badalona (Mayor of Badalona), is-Sa Gema IGUAL ORTIZ, Alcaldesa de Santander (Mayor of Santander), is-Sur Carlos MARTÍNEZ MÍNGUEZ, Alcalde de Soria (Mayor of Soria), u s-Sa Inés REY GARCÍA, Alcaldesa de A Coruña (Mayor of A Coruña),

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi lokali li għandhom mandat elettorali huma b’dan maħtura fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025:

(a)

bħala membri:

Is-Sur Jaume COLLBONI CUADRADO, Alcalde de Barcelona (Mayor of Barcelona),

Is-Sa Carolina DARIAS SAN SEBASTIÁN, Alcaldesa de Las Palmas de Gran Canaria (Mayor of Las Palmas de Gran Canaria),

Is-Sa María José GARCÍA-PELAYO JURADO, Alcaldesa de Jerez de la Frontera (Mayor of Jerez de la Frontera),

Is-Sur José Luis MARTÍNEZ ALMEIDA NAVASQÜÉS, Alcalde de Madrid (Mayor of Madrid),

kif ukoll

(b)

bħala membri supplenti:

Is-Sur Xavier GARCÍA ALBIOL, Alcalde de Badalona (Mayor of Badalona),

Is-Sa Gema IGUAL ORTIZ, Alcaldesa de Santander (Mayor of Santander),

Is-Sur Carlos MARTÍNEZ MÍNGUEZ, Alcalde de Soria (Mayor of Soria)

Is-Sa Inés REY GARCÍA, Alcaldesa de A Coruña (Mayor of A Coruña).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmula fi Brussell, id-29 ta’ Jannar 2024.

Għall-Kunsill

Il-President

H. LAHBIB


(1)   ĠU L 139, 27.5.2019, p. 13.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/144 tat-3 ta’ Frar 2020 li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025 (ĠU L 32, 4.2.2020, p. 16).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1043 tat-28 ta’ Ġunju 2022 li taħtar membru u żewġ membri supplenti, proposti mir-Renju ta’ Spanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU L 173, 30.6.2022, p. 71).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/499/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)