|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
|
2024/490 |
13.2.2024 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/490
tad-29 ta’ Novembru 2023
li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2017/1926 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-forniment tas-servizzi ta’ informazzjoni dwar l-ivvjaġġar multimodali fl-UE kollha
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2010 dwar il-qafas għall-varar ta’ Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti fil-qasam tat-trasport bit-triq u għall-interkonnessjonijiet ma’ modi oħrajn ta’ trasport (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tagħha,
Billi:
|
(1) |
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Strateġija ta’ Mobbiltà Sostenibbli u Intelliġenti (2) tidentifika l-użu ta’ Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti (“STI”) bħala azzjoni ewlenija fil-kisba ta’ mobbiltà multimodali konnessa u awtomatizzata, u għalhekk tikkontribwixxi għat-trasformazzjoni tas-sistema Ewropea tat-trasport biex jintlaħaq l-objettiv ta’ mobbiltà effiċjenti, sikura, sostenibbli, intelliġenti u reżiljenti. L-istrateġija ħabbret reviżjoni tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1926 (3) biex tiġi inkluża l-aċċessibbiltà obbligatorja ta’ settijiet ta’ data dinamiċi, li hija meħtieġa biex jintlaħqu l-objettivi ta’ politika ta’ din l-istrateġija, kif ukoll valutazzjoni tal-ħtieġa ta’ azzjoni regolatorja dwar id-drittijiet u d-dmirijiet tal-fornituri ta’ servizzi diġitali multimodali. |
|
(2) |
Il-Patt Ekoloġiku Ewropew (4) jenfasizza r-rwol dejjem akbar tal-mobbiltà multimodali awtomatizzata u konnessa, flimkien ma’ sistemi intelliġenti ta’ ġestjoni tat-traffiku permessi mid-diġitalizzazzjoni, u l-objettiv li jiġu appoġġati servizzi ġodda sostenibbli tat-trasport u tal-mobbiltà li jistgħu jnaqqsu l-konġestjoni u t-tniġġis, speċjalment f’żoni urbani. Ir-Regolament Delegat (UE) 2017/1926 jappoġġa l-bidla lejn modi ta’ trasport aktar sostenibbli, inkluż l-użu ta’ modi attivi, bħall-mixi u s-sewqan tar-roti. Billi l-aċċessibbiltà ta’ settijiet ta’ data dinamiċi u ta’ settijiet ta’ data statiċi, storiċi u osservati ġodda ssir obbligatorja, kif propost mill-emendi għar-Regolament Delegat (UE) 2017/1926, is-servizzi ta’ informazzjoni dwar l-ivvjaġġar multimodali jistgħu jtejbu l-informazzjoni u s-servizz lill-passiġġier, jagħtu spinta lill-mobbiltà multimodali u jnaqqsu l-emissjonijiet, f’konformità mal-objettivi stabbiliti fil-Patt Ekoloġiku Ewropew. |
|
(3) |
L-istrateġija Ewropea għad-data (5) tiddeskrivi kif id-disponibbiltà ta’ aktar data hija essenzjali għall-indirizzar tal-isfidi relatati mas-soċjetà, mal-klima u mal-ambjent. L-istrateġija tenfasizza l-benefiċċji li se ġġib l-innovazzjoni xprunata mid-data għaċ-ċittadini u tipproponi l-ħolqien ta’ spazji tad-data komuni u interoperabbli fl-UE kollha f’setturi strateġiċi, inkluż spazju tad-data komuni Ewropew dwar il-mobbiltà. F’dak ir-rigward, ir-Regolament Delegat (UE) 2017/1926 jikkontribwixxi għaż-żieda fl-aċċessibbiltà u l-kondiviżjoni tad-data dwar l-informazzjoni dwar l-ivvjaġġar multimodali. Billi ssir obbligatorja l-aċċessibbiltà tas-settijiet ta’ data dinamiċi kif propost mill-emendi għar-Regolament Delegat (UE) 2017/1926, aktar data se ssir aċċessibbli u se tiġi kondiviża, f’konformità mal-objettivi tal-istrateġija Ewropea għad-data. |
|
(4) |
Għall-konsistenza u biex jiġu evitati d-duplikazzjonijiet mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/670 (6), jenħtieġ li jiżdiedu tipi speċifiċi ta’ data dwar il-parkeġġ mal-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2017/1926 u jenħtieġ li t-tipi ta’ data dwar l-istazzjonijiet tar-riforniment u tal-iċċarġjar jitneħħew mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2017/1926. Id-data dwar il-parkeġġ, bħall-post u d-disponibbiltà tal-postijiet tal-parkeġġ, fejn u kif wieħed għandu jħallas għall-parkeġġ, u l-informazzjoni dwar it-tariffi tal-parkeġġ, huma meqjusa importanti għall-iżvilupp ulterjuri ta’ servizzi affidabbli ta’ informazzjoni dwar l-ivvjaġġar, u jenħtieġ li jiġu magħmula aċċessibbli mid-detenturi tad-data, bħall-awtoritajiet tat-trasport, l-operaturi tat-trasport, il-maniġers tal-infrastruttura, il-fornituri ta’ servizzi tat-trasport fuq talba jew l-operaturi tal-parkeġġi. |
|
(5) |
Jenħtieġ li tiġi żgurata l-koerenza mar-regoli dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-passiġġieri, bħar-regoli stabbiliti bir-Regolamenti (KE) Nru 261/2004 (7), (UE) Nru 1177/2010 (8), (UE) Nru 181/2011 (9) u (UE) 2021/782 (10) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
|
(6) |
Il-miżuri previsti fir-Regolament Delegat (UE) 2017/1926 jenħtieġ li, fejn xieraq, iqisu l-Att futur dwar id-Data (11). |
|
(7) |
Id-data tkompli tipprovdi l-bażi kuntestwali għall-ġenerazzjoni ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar l-ivvjaġġar multimodali. Hekk kif il-varar tal-STI qiegħed jaċċellera madwar l-Unjoni, dan jeħtieġ appoġġ kontinwu fil-forma ta’ aċċess akbar u mingħajr xkiel għal tipi ta’ data eżistenti u ġodda rilevanti għall-forniment ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar l-ivvjaġġar multimodali. Għalhekk, id-data storika dwar l-ivvjaġġar u t-traffiku, b’mod partikolari biex jiġi kkalkolat id-dewmien medju, u d-data osservata dwar id-dewmien u l-kanċellazzjonijiet, kif ukoll l-informazzjoni dwar il-parkeġġ, huma importanti u jenħtieġ li jsiru aċċessibbli biex jittejbu s-servizzi ta’ informazzjoni dwar l-ivvjaġġar multimodali u jiġi ffaċilitat l-ivvjaġġar tal-passiġġieri. Fir-rigward tad-data storika u osservata dwar l-ivvjaġġar u t-traffiku, jenħtieġ li tiġi kondiviża biss data li hija rilevanti biex jittejbu s-servizzi ta’ informazzjoni dwar l-ivvjaġġar multimodali. Id-data osservata dwar id-dewmien u l-kanċellazzjonijiet, marbuta mar-regoli dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-passiġġieri, tista’ tippermetti wkoll lill-fornituri tas-servizzi jinfurmaw lill-passiġġieri dwar id-drittijiet tagħhom għal kumpens. F’dak il-kuntest, ir-raġuni għad-dewmien jew għall-kanċellazzjonijiet jenħtieġ li tiġi kondiviża wkoll mid-detenturi tad-data sabiex jivvalutaw id-dritt għal kumpens. Peress li l-għan tal-kondiviżjoni tad-data osservata huwa marbut mad-drittijiet tal-passiġġieri għal kumpens f’każ ta’ dewmien jew ta’ kanċellazzjoni, id-data dwar il-ħin tal-wasla jew il-ħin tat-tluq, jew it-tnejn li huma, u, meta jkun possibbli, ir-raġunijiet għad-dewmien jew għall-kanċellazzjonijiet biss jenħtieġ li jsiru aċċessibbli permezz tal-punt ta’ aċċess nazzjonali kif speċifikat fl-Artikolu 3, u mhux kwalunkwe data operazzjonali miġbura matul il-vjaġġ. Id-data jenħtieġ li tinħażen mid-detenturi tad-data għal perjodu ta’ żmien xieraq li jikkorrispondi għad-drittijiet tal-passiġġieri stabbiliti fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni msemmija fil-premessa 5. |
|
(8) |
Fir-rigward tal-iskambju ta’ data statika, storika, osservata u dinamika dwar l-ivvjaġġar u t-traffiku, id-detenturi tad-data jenħtieġ li jagħmlu dik id-data aċċessibbli permezz tal-punt ta’ aċċess nazzjonali kif speċifikat fl-Artikolu 3 billi jużaw l-istandards u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi msemmija fl-Artikoli 4 u 5. Dan jista’ jsir ukoll fi kwalunkwe standard ieħor, fejn id-detenturi tad-data jkunu jistgħu jagħtu prova li huwa kompatibbli bis-sħiħ mal-istandards ta’ referenza, u dment li l-informazzjoni kollha mitluba tkun magħmula disponibbli. Sabiex jagħtu prova tal-kompatibbiltà, id-detenturi tad-data jistgħu jużaw konvertituri jew validaturi. |
|
(9) |
Id-Direttiva (UE) 2019/1024 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) li tistabbilixxi regoli minimi għall-użu mill-ġdid ta’ informazzjoni tas-settur pubbliku madwar l-Unjoni hija mingħajr preġudizzju għal dan ir-Regolament Delegat. |
|
(10) |
Huwa importanti li tingħata spinta lit-trasport multimodali, sabiex jintlaħaq l-objettiv klimatiku ġenerali tal-Unjoni. Minħabba l-aċċessibbiltà mhux sodisfaċenti kurrenti tad-data dinamika multimodali, l-aċċessibbiltà tas-settijiet ta’ data dinamika hija għalhekk meqjusa neċessarja biex tappoġġa l-iżvilupp kontinwu tas-servizzi ta’ informazzjoni dwar l-ivvjaġġar multimodali fl-Unjoni kollha u għalhekk jenħtieġ li ssir obbligatorja. |
|
(11) |
Kwalunkwe pproċessar relatat mal-forniment u mal-użu mill-ġdid ta’ data personali jenħtieġ li jitwettaq f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u tal-Istati Membri dwar il-protezzjoni ta’ data personali u l-privatezza, b’mod partikolari, ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13) u d-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14), kif trasposti bid-dritt nazzjonali. Ma huwiex meħtieġ li d-data personali tiġi kondiviża permezz ta’ punti ta’ aċċess nazzjonali biex jintlaħqu l-objettivi ta’ dan ir-Regolament. Għalhekk, jenħtieġ li d-detenturi tad-data jieħdu miżuri tekniċi u organizzazzjonali xierqa biex jiżguraw li kwalunkwe data personali tiġi anonimizzata qabel ma tiġi pprovduta permezz ta’ punti ta’ aċċess nazzjonali. |
|
(12) |
L-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati tal-STI jenħtieġ li jikkooperaw sabiex jintlaħaq qbil dwar definizzjonijiet komuni tal-kwalità tad-data bil-għan li jintużaw indikaturi komuni għall-kwalità tad-data fil-katina kollha tal-valur tad-data dwar l-ivvjaġġar u t-traffiku, bħalma huma l-kompletezza, l-akkuratezza u l-aġġornament tad-data, kif ukoll il-verifiki tal-kwalità applikati, b’mod partikolari s-servizzi transfruntieri. Jenħtieġ li jiġu mħeġġa wkoll ikomplu jaħdmu biex jistabbilixxu l-metodi tal-kejl tal-kwalità assoċjati u l-monitoraġġ tat-tipi differenti ta’ data. L-Istati Membri jenħtieġ li jiġu mħeġġa jikkondividu ma’ xulxin l-għarfien, l-esperjenza u l-aħjar prattiki tagħhom fil-qasam tal-kwalità tad-data fil-proġetti ta’ koordinazzjoni li għaddejjin u futuri. |
|
(13) |
Is-servizzi ta’ informazzjoni dwar l-ivvjaġġar multimodali jenħtieġ li jkunu akkurati sabiex jipprovdu l-aħjar informazzjoni possibbli lill-utenti finali f’termini ta’ affidabbiltà u puntwalità. Sabiex tittejjeb il-kwalità tad-data, l-utenti tad-data u d-detenturi tad-data jenħtieġ li jiġu mħeġġa jikkooperaw biex jiżguraw li d-data hija akkurata kemm jista’ jkun, pereżempju billi jirrapportaw kwalunkwe ineżattezzi lid-detentur tad-data, li minnu toriġina d-data. |
|
(14) |
Sabiex jippermettu l-użu b’suċċess u kosteffiċjenti tal-punti ta’ aċċess nazzjonali u jippermettu lill-utenti tad-data jiskopru u jużaw is-settijiet ta’ data magħmula aċċessibbli permezz tal-punti ta’ aċċess nazzjonali kif speċifikat fl-Artikolu 3, l-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati tal-STI jenħtieġ li jikkooperaw biex jilħqu ftehim dwar ir-rekwiżiti tal-metadata, filwaqt li jitqiesu l-iskema tal-metadata napDCAT-AP u l-verżjonijiet sussegwenti. |
|
(15) |
L-Istati Membri jenħtieġ li jikkollaboraw biex jarmonizzaw l-approċċ tagħhom lejn il-valutazzjoni tal-konformità fil-proġetti ta’ koordinazzjoni li għaddejjin u futuri, li jgħinu fl-implimentazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2017/1926. |
|
(16) |
Sabiex tkun tista’ ssir it-tħejjija meħtieġa biex is-settijiet ta’ data dinamika kollha dwar l-ivvjaġġar u t-traffiku stabbiliti f’dan ir-Regolament ikunu aċċessibbli fil-formati meħtieġa permezz tal-punti ta’ aċċess nazzjonali kif speċifikat fl-Artikolu 3, jenħtieġ li l-perjodu ta’ żmien għall-forniment ta’ tali data jiġi aġġornat. Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġi stabbilit ukoll il-perjodu ta’ żmien għall-forniment tas-settijiet il-ġodda ta’ data statika, storika u osservata dwar l-ivvjaġġar u t-traffiku. |
|
(17) |
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15) u ta l-opinjoni tiegħu fil-25 ta’ Lulju 2023. |
|
(18) |
Għaldaqstant jenħtieġ li r-Regolament Delegat (UE) 2017/1926 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament Delegat (UE) 2017/1926
Ir-Regolament Delegat (UE) 2017/1926 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 1, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet neċessarji sabiex jiġi żgurat li s-servizzi ta’ informazzjoni dwar l-ivvjaġġar multimodali fl-UE kollha jkunu akkurati u disponibbli b’mod transfruntier għall-utenti finali.” |
|
(2) |
L-Artikolu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 2 Definizzjonijiet Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2010/40/UE u fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013. Għandhom japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin, fir-rigward tal-informazzjoni dwar l-ivvjaġġar u t-traffiku multimodali:
|
|
(3) |
L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:
|
|
(4) |
L-Artikoli 4, 5 u 6 huma sostitwiti b’dan li ġej: “Artikolu 4 L-aċċessibbiltà, l-iskambju u l-użu mill-ġdid tad-data statika, storika u osservata dwar l-ivvjaġġar u t-traffiku 1. Id-detenturi tad-data għandhom jipprovdu, permezz tal-punt ta’ aċċess nazzjonali stabbilit f’konformità mal-Artikolu 3, aċċess għad-data statika, storika u osservata dwar l-ivvjaġġar u t-traffiku elenkata fil-punt 1 tal-Anness, tal-modi u l-mezzi differenti tat-trasport billi jużaw:
2. Id-data statika, storika u osservata dwar l-ivvjaġġar u t-traffiku elenkata fil-punt 1 tal-Anness, li għaliha japplikaw in-NeTEx u d-DATEX II, għandha tiġi rrappreżentata permezz ta’ profili minimi tal-UE jew profili nazzjonali. 3. Id-detenturi tad-data għandhom jipprovdu data statika, storika u osservata dwar l-ivvjaġġar u t-traffiku permezz tal-punt ta’ aċċess nazzjonali stabbilit f’konformità mal-Artikolu 3 fil-formati meħtieġa f’konformità mal-iskeda ta’ żmien li ġejja:
4. L-APIs li jipprovdu aċċess għal data statika, storika u osservata dwar l-ivvjaġġar u t-traffiku elenkati fl-Anness permezz tal-punt ta’ aċċess nazzjonali stabbilit f’konformità mal-Artikolu 3 għandha tkun aċċessibbli għall-pubbliku għall-utenti tad-data, fejn rilevanti soġġett għal reġistrazzjoni. 5. L-utenti tad-data u d-detenturi tad-data għandhom jikkollaboraw sabiex jiżguraw li kwalunkwe ineżattezza relatata mad-data statika, storika u osservata dwar l-ivvjaġġar u t-traffiku tiġi nnotifikata mingħajr dewmien lid-detentur tad-data li minnu toriġina d-data. 6. Id-data pprovduta mid-detenturi tad-data permezz tal-punt ta’ aċċess nazzjonali ma għandhiex tinkludi data personali kif definita fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2016/679. Artikolu 5 L-aċċessibbiltà, l-iskambju u l-użu mill-ġdid tad-data dinamika dwar l-ivvjaġġar u t-traffiku 1. Id-detenturi tad-data għandhom jipprovdu, permezz tal-punt ta’ aċċess nazzjonali stabbilit f’konformità mal-Artikolu 3, aċċess għad-data dinamika dwar l-ivvjaġġar u t-traffiku elenkata fil-punti 2.1 u 2.2 tal-Anness, tal-modi u l-mezzi differenti tat-trasport billi jużaw:
2. Id-data dinamika dwar l-ivvjaġġar u t-traffiku msemmija fil-punti 2.1 u 2.2 tal-Anness, li għaliha huma applikabbli s-SIRI u d-DATEX II, għandha tiġi rrappreżentata permezz ta’ profili minimi tal-UE jew profili nazzjonali. 3. Id-detenturi tad-data għandhom jipprovdu data dinamika dwar l-ivvjaġġar u t-traffiku permezz tal-punt ta’ aċċess nazzjonali stabbilit f’konformità mal-Artikolu 3 fil-formati meħtieġa f’konformità mal-iskeda ta’ żmien li ġejja:
4. Kull Stat Membru jista’ jiddeċiedi li d-detenturi tad-data għandhom jipprovdu d-data dinamika dwar l-ivvjaġġar u t-traffiku ta’ modi differenti tat-trasport elenkati fil-punt 2.3 tal-Anness, fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru, permezz tal-punt ta’ aċċess nazzjonali stabbilit f’konformità mal-Artikolu 3. F’dak il-każ, id-detenturi tad-data għandhom jużaw SIRI CEN/TS 15531 u verżjonijiet sussegwenti, jew kwalunkwe format diġitali li jinqara mill-magni li jista’ jiġi ppruvat li huwa kompatibbli u interoperabbli bis-sħiħ ma’ dawk l-istandards u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, inkluż pereżempju permezz ta’ konvertituri u validaturi awtomatiċi. 5. L-APIs li jipprovdu aċċess għal data dinamika dwar l-ivvjaġġar u t-traffiku elenkati fl-Anness permezz tal-punt ta’ aċċess nazzjonali stabbilit f’konformità mal-Artikolu 3 għandhom ikunu aċċessibbli għall-pubbliku għall-utenti tad-data, fejn rilevanti soġġett għal reġistrazzjoni. 6. L-utenti tad-data u d-detenturi tad-data għandhom jikkollaboraw sabiex jiżguraw li kwalunkwe ineżattezza relatata mad-data dinamika dwar l-ivvjaġġar u t-traffiku tiġi nnotifikata mingħajr dewmien lid-detentur tad-data li minnu toriġina d-data. 7. Id-data pprovduta mid-detenturi tad-data permezz tal-punt ta’ aċċess nazzjonali ma għandhiex tinkludi data personali kif definita fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2016/679. Artikolu 6 Aġġornamenti tad-data 1. Is-servizzi ta’ informazzjoni dwar l-ivvjaġġar għandhom ikunu bbażati fuq l-aktar data statika, storika, osservata u dinamika reċenti aċċessibbli dwar l-ivvjaġġar u t-traffiku. 2. Meta jseħħu bidliet fid-data msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, id-detenturi tad-data għandhom jaġġornaw id-data statika, storika, osservata u dinamika rilevanti dwar l-ivvjaġġar u t-traffiku elenkata fl-Anness u jagħmluha aċċessibbli permezz tal-punt ta’ aċċess nazzjonali stabbilit f’konformità mal-Artikolu 3 f’perjodu ta’ żmien li jippermetti l-użu affidabbli u effettiv tad-data f’konformità mal-Artikolu 8. Meta l-bidliet ikunu magħrufa minn qabel, id-detenturi tad-data għandhom jipprovdu wkoll dawk l-aġġornamenti lill-utenti tad-data minn qabel. Dawn għandhom ukoll jikkoreġu tempestivament kull ineżattezza individwata minnhom fid-data tagħhom jew dik notifikata lilhom minn kwalunkwe utent tad-data jew utent finali.”; |
|
(5) |
fl-Artikolu 7, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Fuq talba, il-fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar l-ivvjaġġar għandhom jipprovdu lil fornitur ieħor ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar l-ivvjaġġar b’riżultati tat-tiftix tar-rotta bbażati fuq informazzjoni statika, storika, osservata u dinamika dwar l-ivvjaġġar u t-traffiku.” |
|
(6) |
fl-Artikolu 8, il-paragrafi 1 sa 4 huma sostitwiti b’dan li ġej: “1. Id-data dwar l-ivvjaġġar u t-traffiku elenkata fl-Anness u l-metadata korrispondenti, inkluża l-informazzjoni dwar il-kwalità tagħha, għandhom ikunu aċċessibbli għall-iskambju u l-użu mill-ġdid fl-Unjoni fuq bażi mhux diskriminatorja, permezz tal-punt ta’ aċċess nazzjonali stabbilit f’konformità mal-Artikolu 3 u f’perjodu ta’ żmien li jippermetti l-użu mill-ġdid affidabbli u effettiv tad-data. Tali data għandha tkun akkurata u aġġornata u bbażata fuq rekwiżiti minimi tal-kwalità tad-data. Għal dak il-għan, l-Istati Membri f’kooperazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti tal-STI, għandhom jilħqu ftehim dwar tali rekwiżiti minimi tal-kwalità tad-data. 2. Id-data msemmija fil-paragrafu 1 għandha tintuża mill-ġdid b’mod newtrali, mingħajr diskriminazzjoni jew preferenzi fil-konfront tad-detentur tad-data. Il-kriterji użati għall-klassifikazzjoni tal-għażliet ta’ vvjaġġar ta’ modi ta’ trasport differenti jew kombinamenti tagħhom, jew it-tnejn li huma, għandhom ikunu trasparenti u ma għandhom ikunu bbażati fuq l-ebda fattur direttament jew indirettament relatat mal-identità tal-utent tad-data jew tal-utent finali jew, jekk ikun il-każ, mal-kunsiderazzjoni kummerċjali relatata mal-użu mill-ġdid tad-data u għandhom jiġu applikati fuq bażi mhux diskriminatorja għall-utenti tad-data jew l-utenti finali kollha li jkunu qed jipparteċipaw. L-ewwel preżentazzjoni tal-itinerarju tal-vjaġġ ma għandhiex tqarraq lill-utent finali. 3. Meta d-data statika, storika, osservata u dinamika dwar l-ivvjaġġar u t-traffiku tintuża mill-ġdid, is-sors ta’ dik id-data għandu jiġi indikat, jekk id-detentur tad-data jirrikjedi hekk. Għandu jiġi indikat ukoll l-intervall ta’ aġġornament tad-data statika, storika, osservata u, fejn possibbli, dak tad-data dinamika. 4. It-termini u l-kundizzjonijiet għall-użu tad-data dwar it-traffiku u l-ivvjaġġar ipprovduti permezz tal-punt ta’ aċċess nazzjonali stabbilit f’konformità mal-Artikolu 3 jistgħu jiġu ddeterminati permezz ta’ ftehim ta’ liċenzja. Dawn il-kundizzjonijiet ma għandhomx jillimitaw mingħajr bżonn il-possibbiltajiet għall-użu mill-ġdid jew jintużaw biex jirrestrinġu l-kompetizzjoni. Il-ftehimiet għall-ħruġ ta’ liċenzji, kull meta jintużaw, għandhom fi kwalunkwe każ jimponu l-inqas restrizzjonijiet possibbli fuq l-użu mill-ġdid. Kwalunkwe kumpens finanzjarju għandu jkun raġonevoli u proporzjonat għall-kostijiet leġittimi li jirriżultaw mill-provvista u t-tixrid tad-data rilevanti dwar l-ivvjaġġar u t-traffiku.” |
|
(7) |
L-Artikolu 9 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 9 Valutazzjoni tal-konformità 1. L-Istati Membri għandhom jivvalutaw jekk id-detenturi tad-data u l-fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar l-ivvjaġġar jikkonformawx mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 3 sa 8. 2. Sabiex iwettqu l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jitolbu mingħand id-detenturi tad-data u l-fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar l-ivvjaġġar, id-dokumenti li ġejjin:
3. L-Istati Membri għandhom jiċċekkjaw, b’mod aleatorju, il-korrettezza tad-dikjarazzjonijiet imsemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 2.”; |
|
(8) |
fl-Artikolu 10, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni li ġejja bħala parti mir-rapporti ta’ progress previsti fl-Artikolu 17(3) tad-Direttiva 2010/40/UE:
|
|
(9) |
l-Anness huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Novembru 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni “Strateġija għal Mobbiltà Sostenibbli u Intelliġenti – inqiegħdu t-trasport Ewropew fit-triq it-tajba għall-futur” (COM(2020) 789 final, 9.12.2020).
(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1926 tal-31 ta’ Mejju 2017 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-forniment ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar l-ivvjaġġar multimodali fl-UE kollha (ĠU L 272, 21.10.2017, p. 1).
(4) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, “Il-Patt Ekoloġiku Ewropew” (COM(2019) 640 final, 11.12.2019).
(5) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni “Strateġija Ewropea għad-data ” (COM(2020) 66 final, 19.2.2020).
(6) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/670 tat-2 ta’ Frar 2022 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-forniment tas-servizzi ta’ informazzjoni dwar it-traffiku f’ħin reali fl-UE kollha (ĠU L 122, 25.4.2022, p. 1).
(7) Ir-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU L 46, 17.2.2004, p. 1).
(8) Ir-Regolament (UE) Nru 1177/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar id-drittijiet tal-passiġġieri meta jivvjaġġaw bil-baħar jew minn passaġġi fuq l-ilma interni u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 1).
(9) Ir-Regolament (UE) Nru 181/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 dwar id-drittijiet tal-passiġġieri fit-trasport bix-xarabank u bil-kowċ u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 1).
(10) Ir-Regolament (UE) 2021/782 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2021 dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji (ĠU L 172, 17.5.2021, p. 1).
(11) Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli armonizzati dwar l-aċċess ġust għad-data u l-użu tagħha (l-Att dwar id-Data) (COM(2022) 68 final).
(12) Id-Direttiva (UE) 2019/1024 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar id-data miftuħa u l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku (ĠU L 172, 26.6.2019, p. 56).
(13) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(14) Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37).
(15) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
ANNESS
“ANNESS
KATEGORIJI TAD-DATA
(kif imsemmija fl-Artikoli 2, 3, 4, 5, 6, 8 u 10)
Diviżjoni tal-modi tat-trasport u tal-mezzi tat-trasport u tas-servizzi inklużi, bħal
Trasport skedat bħal:
It-trasport bl-ajru, il-ferroviji, inklużi l-ferroviji b’veloċità għolja, il-ferroviji konvenzjonali, il-ferroviji ħfief, il-funikulari, il-kowċis għal distanza twila, it-trasport marittimu inkluż bil-lanċa, il-passaġġi fuq l-ilma interni, il-metro, it-tramm, ix-xarabank, it-trolley-bus.
Trasport fuq talba bħal:
Shuttle bus, shuttle ferry, servizzi ta’ dial-a-ride, taksi, car-sharing, car-pooling, kiri ta’ karozzi, ride-sharing, bike-sharing, kiri ta’ roti, e-scooter sharing.
Trasport personali bħal:
Karozza, mutur, rota, scooter, mixi.
1. TIPI TA’ DATA STATIKA, STORIKA U OSSERVATA DWAR L-IVVJAĠĠAR U T-TRAFFIKU
1.1. Livell ta’ servizz 1
|
(a) |
tiftix tal-post (l-oriġini/id-destinazzjoni):
|
|
(b) |
pjanijiet tal-vjaġġi: kalendarju operazzjonali, immappjar tat-tipi ta’ ġranet mad-dati tal-kalendarju; |
|
(c) |
tiftix tal-post (nodi ta’ aċċess) – għat-trasport skedat u għat-trasport fuq talba fejn rilevanti:
|
|
(d) |
komputazzjoni tal-pjan tal-vjaġġ – għat-trasport skedat u għat-trasport fuq talba fejn rilevanti:
|
|
(e) |
komputazzjoni tal-pjan tal-vjaġġ:
|
1.2. Livell ta’ servizz 2
|
(a) |
tiftix tal-post – għat-trasport fuq talba u għat-trasport personali:
|
|
(b) |
servizz ta’ informazzjoni:
|
|
(c) |
informazzjoni awżiljarja – għat-trasport skedat u għat-trasport fuq talba fejn rilevanti:
|
1.3. Livell ta’ servizz 3
|
(a) |
mistoqsijiet dettaljati rigward tariffi komuni standard u speċjali – għat-trasport skedat u għat-trasport fuq talba fejn rilevanti:
|
|
(b) |
servizz ta’ informazzjoni – għat-trasport fuq talba: kif jiġu bbukkjati servizzi tat-trasport li jirrispondu għad-domanda, inklużi l-kanali tal-bejgħ bl-imnut, il-metodi ta’ twettiq, il-metodi ta’ ħlas; |
|
(c) |
pjanijiet tal-vjaġġ:
|
|
(d) |
komputazzjoni tal-pjan tal-vjaġġ: ħinijiet stmati tal-ivvjaġġar skont it-tip ta’ ġurnata u l-faxxa tal-ħin u skont il-mod tat-trasport/il-kombinament ta’ modi tat-trasport. |
1.4. Livell ta’ servizz 4
|
(a) |
data storika dwar l-ivvjaġġar u t-traffiku dwar id-dewmien – għat-trasport skedat u għat-trasport fuq talba fejn rilevanti; |
|
(b) |
data osservata dwar id-dewmien u l-ħin tal-passaġġ – għat-trasport skedat:
|
|
(c) |
data osservata dwar il-kanċellazzjonijiet – għat-trasport skedat:
|
|
(d) |
informazzjoni dwar it-tariffi tal-parkeġġ. |
2. TIPI TA’ DATA DINAMIKA DWAR L-IVVJAĠĠAR U T-TRAFFIKU
2.1. Livell ta’ servizz 1
Ħinijiet tal-passaġġ, pjanijiet tal-vjaġġ u informazzjoni awżiljarja:
|
(i) |
tfixkil, bħal għeluq u/jew devjazzjonijiet tan-network, u meta possibbli r-raġunijiet għalihom; |
|
(ii) |
informazzjoni dwar l-istatus f’ħin reali, bħall-ħinijiet stmati tat-tluq u tal-wasla tas-servizzi, dewmien, kanċellazzjonijiet, monitoraġġ tal-konnessjonijiet garantiti; |
|
(iii) |
status tal-karatteristiċi tan-nodi ta’ aċċess (inkluża informazzjoni dinamika dwar il-pjattaforma, liftijiet/skali mobbli operazzjonali, postijiet ta’ dħul u ħruġ magħluqa) – għat-trasport skedat. |
2.2. Livell ta’ servizz 2
|
(a) |
servizz ta’ informazzjoni dwar it-tariffi tal-parkeġġ – għat-trasport fuq talba u t-trasport personali; |
|
(b) |
kontroll tad-disponibbiltà u l-post – għat-trasport fuq talba u t-trasport personali fejn rilevanti:
|
2.3. Livell ta’ servizz 3
Informazzjoni dwar l-okkupanza tal-vettura – għat-trasport skedat u għat-trasport fuq talba fejn rilevanti
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/490/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)