European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2024/439

31.1.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2024/439

tad-29 ta’ Jannar 2024

li taħtar membru supplenti, propost mir-Renju tad-Danimarka, fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Daniż,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 300(3) tat-Trattat, il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-korpi reġjonali u lokali, li jew ikollhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta.

(2)

Fit-18 ta’ Lulju 2022, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2022/1257 (2), li taħtar ħames membri u seba’ membri supplenti, proposti mir-Renju tad-Danimarka, fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(3)

Konsegwentement għar-riżenja tas-Sur Flemming KNUDSEN, sar vakanti s-siġġu ta’ membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(4)

Il-Gvern Daniż ippropona lis-Sur Henrik Gottlieb HANSEN, rappreżentant ta’ korp reġjonali li għandu mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali, Regionsrådsmedlem, Regionsrådet, Region Midtjylland (Kunsillier Reġjonali, Kunsill Reġjonali tad-Danimarka Ċentrali), bħala membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Henrik Gottlieb HANSEN, rappreżentant ta’ korp reġjonali li għandu mandat elettorali, Regionsrådsmedlem, Regionsrådet, Region Midtjylland (Kunsillier Reġjonali, Kunsill Reġjonali tad-Danimarka Ċentrali) huwa b’dan maħtur bħala membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Jannar 2024.

Għall-Kunsill

Il-President

H. LAHBIB


(1)   ĠU L 139, 27.5.2019, p. 13.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1257 tat-18 ta’ Lulju 2022 li taħtar ħames membri u seba’ membri supplenti, proposti mir-Renju tad-Danimarka, fil-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU L 191, 20.7.2022, p. 63).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/439/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)