European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2024/421

30.1.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2024/421

tad-29 ta’ Jannar 2024

li temenda d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-31 ta’ Jannar 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/72/PESK (1) dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija.

(2)

Abbażi ta’ rieżami tad-Deċiżjoni 2011/72/PESK, jenħtieġ li l-miżuri restrittivi iġu estiżi sal-31 ta’ Jannar 2025 u, fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni, jenħtieġ li l-entrati għal tliet persuni jitħassru.

(3)

Jenħtieġ għalhekk li d-Deċiżjoni 2011/72/PESK tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2011/72/PESK hija emendata kif ġej:

(1)

l-Artikolu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 5

1.   Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta’ Jannar 2025.

2.   Din id-Deċiżjoni għandha tinżamm taħt rieżami kostanti. Tista’ tiġġedded jew tiġi emendata, skont il-każ, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma jkunux intlaħqu."

;

(2)

l-Anness huwa emendat skont l-Anness għal din id-Deċiżjoni

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Jannar 2024.

Għall-Kunsill

Il-President

H. LAHBIB


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/72/PESK tal-31 ta’ Jannar 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (ĠU L 28, 2.2.2011, p. 62).


ANNESS

Fit-taqsimiet A u B tal-Anness tad-Deċiżjoni 2011/72/PESK, jitħassru l-entrati għall-persuni li ġejjin:

14.   

Samira Bent Mohamed Ben Rhouma TRABELSI;

26.   

Dorsaf Bent Zine El Abidine Ben Haj Hamda BEN ALI;

27.   

Sirine (Cyrine) Bent Zine El Abidine Ben Haj Hamda BEN ALI.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/421/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)