|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/405 |
11.4.2024 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/405
tat-30 ta’ Jannar 2024
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 139/2014 fir-rigward tal-użu ta’ sinjali f’każ ta’ ħsara fil-komunikazzjoni bir-radju
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 39(1)(a) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 139/2014 (2) jistabbilixxi rekwiżiti u proċeduri amministrattivi b’rabta mal-ajrudromi, inkluż il-ġestjoni, l-operat, iċ-ċertifikazzjoni u s-sorveljanza tagħhom. |
|
(2) |
Ċerti żviluppi reċenti li saru mill-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (“ICAO”) għandhom jiġu riflessi fir-regoli tal-Unjoni. Uħud minn dawk l-aħħar żviluppi stabbiliti fl-Anness 2 “Regoli tal-Ajru” tal-Konvenzjoni ta’ Chicago huma relatati mas-sinjali li għandhom jintużaw, fil-kundizzjonijiet ta’ viżibbiltà kollha, f’każ ta’ ħsara fil-komunikazzjoni bir-radju bejn l-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru u l-vetturi jew il-persuni mexjin fiż-żona ta’ kontroll tal-ajrudromi. Huwa għalhekk meħtieġ li tiġi emendata l-parti ADR.OPS.B.031 — Komunikazzjonijiet fl-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 139/2014 skont dan. |
|
(3) |
Sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni bla xkiel tal-miżuri introdotti b’dan ir-Regolament filwaqt li jiġi żgurat li s-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili fl-Unjoni tinżamm f’livell għoli u uniformi, l-industrija u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jenħtieġ li jingħataw biżżejjed żmien biex jadattaw għall-miżuri introdotti b’dan ir-Regolament. Għalhekk, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ tiegħu. |
|
(4) |
L-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea assistiet lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 75(2), il-punti (b) u (c) u l-Artikolu 76(1) tar-Regolament (UE) 2018/1139 u ppreżentat l-Opinjoni relatata Nru 02/2023 (3) lill-Kummissjoni fit-18 ta’ Awwissu 2023, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 139/2014 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika minn tal-1 ta' Mejju 2025.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Jannar 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 139/2014 tat-12 ta’ Frar 2014 li jistabbilixxi rekwiżiti u proċeduri amministrattivi b’rabta mal-ajrudromi skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 44, 14.2.2014, p. 1).
ANNESS
Fil-punt ADR.OPS.B.031 tal-Anness IV mar-Regolament (UE) Nru 139/2014, jiżdiedu l-punti (c) u (d) li ġejjin:
|
“(c) |
Jekk jintużaw sinjali f’konformità mal-punt (b)(4), għandu jkollhom it-tifsira li ġejja:
|
|
(d) |
F’kundizzjonijiet ta’ emerġenza jew jekk is-sinjali fil-punt (c) ma jiġux osservati, għandu jintuża s-sinjal mogħti hawn taħt għar-runways jew għat-taxiways mgħammra b’sistema tad-dawl u għandu jkollu t-tifsira li ġejja:
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/405/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)