REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/404
tat-30 ta’ Jannar 2024
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 923/2012 fir-rigward tal-aġġornamenti tad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-ICAO, it-tlestija tal-proċedura f’każ ta’ falliment fil-komunikazzjoni bir-radju u t-tneħħija tas-suppliment tal-Anness ta’ dak ir-Regolament
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 43(1) l-ittra (a) u l-Artikolu 44(1) l-ittra (a) tiegħu,
Billi:
(1)
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012 (2) jistabbilixxi r-regoli komuni tal-ajru u d-dispożizzjonijiet operattivi dwar is-servizzi u l-proċeduri fin-navigazzjoni bl-ajru li huma applikabbli għat-traffiku tal-ajru ġenerali (l-hekk imsejħa “regoli tal-ajru”).
(2)
Ċerti żviluppi reċenti li saru mill-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (“ICAO”) għandhom jiġu riflessi fir-regoli tal-Unjoni. B’mod partikolari, il-partijiet rilevanti tal-emenda 45 tal-ICAO għall-Anness 2, l-emendi minn 77 sa 79 għall-Anness 3, l-emenda 92 għall-Anness 10 Volum II, l-emenda 52 għall-Anness 11 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago, l-emendi 7 A u 7B, 8 u 9 għad-Dok 4444 (PANS-ATM) u l-emendi għad-Dok 7030 (Proċeduri Supplimentari Reġjonali, Reġjun Ewropew (EUR)) jenħtieġ li jiġu riflessi fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 923/2012. Għaldaqstant, jenħtieġ li jiġu emendati ċerti definizzjonijiet relatati mal-kundizzjonijiet meteoroloġiċi, ċerti dispożizzjonijiet relatati mas-servizz tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru, bħal awtorizzazzjonijiet relatati mar-Regoli speċjali tat-Titjir Viżwali (VFR), azzjonijiet li għandhom jittieħdu f’każ ta’ devjazzjoni mill-pjan tat-titjira attwali, rapporti mqassra tal-pożizzjoni, trażmissjoni tar-rapport tat-temp, u ċerti rekwiżiti tar-radjutelefonija u tal-frażjoloġija, bħall-indikazzjoni tal-kategorija tat-turbolenza tat-tranja, l-użu ta’ sistemi ta’ kollegament tad-data f’komunikazzjonijiet għall-evitar tat-temp, l-approvazzjoni ta’ rotot tat-Tluq u l-Wasla Standard bl-Istrumenti. Barra minn hekk, jeħtieġ li tiġi stabbilita proċedura komprensiva dwar il-fallimenti tal-komunikazzjoni bir-radju.
(3)
Kull meta l-emendi għar-Regolament (UE) Nru 923/2012 jaffettwaw il-konformità mal-Istandards u l-prattiki Rakkomandati tal-ICAO, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw formalment lill-ICAO dwar l-emendi sussegwenti għad-differenzi nnotifikati qabel jew dwar kwalunkwe differenza ġdida maħluqa mill-emendi għal dan ir-Regolament f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill rilevanti li tistabbilixxi l-kriterji u l-proċedura biex tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan l-ICAO fir-rigward tal-adozzjoni ta’ standards internazzjonali u prattiki rakkomandati, jew l-emendi għalihom, u n-notifika tad-differenzi fir-rigward tal-istandards internazzjonali adottati. Barra minn hekk, meta jitqiesu l-obbligi l-ġodda tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (“l-Aġenzija”) introdotti bl-Artikolu 90(4) tar-Regolament (UE) 2018/1139 biex tipprovdi informazzjoni dwar il-konformità ta’ dan u ta’ atti delegati ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu mal-istandards internazzjonali u l-prattiki rakkomandati, is-Suppliment tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 923/2012 ma għadux meħtieġ.
(4)
Għalhekk, jenħtieġ li l-Artikolu 5 u s-suppliment tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 923/2012 jitħassru u jenħtieġ li l-Artikolu 6 jiġi emendat skont dan.
(5)
Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 139/2014 (3) fir-rigward tas-sinjali li għandhom jintużaw, fil-kundizzjonijiet kollha ta’ viżibbiltà, f’każ ta’ falliment fil-komunikazzjoni bir-radju bejn l-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru u l-vetturi jew il-persuni mexjin fiż-żona ta’ mmanuvrar tal-ajrudromi, l-Appendiċi 1 dwar is-Sinjali tar-Regolament (UE) Nru 923/2012 jenħtieġ li jiġi emendat biex jinkludi d-dispożizzjonijiet rilevanti mir-Regolament (UE) Nru 139/2014.
(6)
L-Appendiċi 6 tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 923/2012 fih għadd ta’ żbalji minuri ta’ abbozzar u klerikali. Għalhekk, l-Appendiċi 6 jeħtieġ li jiġi emendat sabiex dawk l-iżbalji jiġu kkoreġuti.
(7)
Għaldaqstant, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 923/2012 jenħtieġ jiġi emendat skont dan.
(8)
Sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni bla xkiel tal-miżuri introdotti b’dan ir-Regolament filwaqt li jinżamm livell għoli u uniformi ta’ sikurezza tal-avjazzjoni ċivili fl-Unjoni, l-industrija u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jenħtieġ li jingħataw biżżejjed żmien biex jadattaw għall-miżuri introdotti minn dan ir-Regolament, b’mod partikolari dawk relatati mal-qafas il-ġdid għall-proċedura ta’ falliment tal-komunikazzjoni bir-radju u għall-proċeduri u l-frażjoloġija tat-Tluq u l-Wasla Standard bl-Istrumenti. F’dik il-perspettiva, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ tiegħu.
(9)
Sabiex tiġi żgurata l-korrettezza tal-pjanijiet tat-titjira ddepożitati f’konformita mal-Appendiċi 6 tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 923/2012, jenħtieġ li l-korrezzjonijiet introdotti b’dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni japplikaw mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu.
(10)
L-Aġenzija assistiet lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 75(2), il-punti (b) u (c) u l-Artikolu 76(1) tar-Regolament (UE) 2018/1139 u ppreżentat l-Opinjoni relatata Nru 02/2023 lill-Kummissjoni fit-18 ta’ Awwissu 2023.
(11)
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għall-applikazzjoni ta’ regoli komuni tas-sikurezza fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili stabbiliti bl-Artikolu 127 tar-Regolament (UE) 2018/1139,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 923/2012 huwa emendat kif ġej:
(1)
l-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
(a)
il-punt 21 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“21.
‘AIRMET’ tfisser informazzjoni maħruġa minn uffiċċju ta’ osservazzjoni meteoroloġika rigward l-okkorrenza jew l-okkorrenza mistennija ta’ fenomeni speċifikati tat-temp en route li jistgħu jaffettwaw is-sikurezza ta’ operazzjonijiet ta’ livell baxx tal-inġenji tal-ajru u tal-iżvilupp ta’ dawk il-fenomeni fil-ħin u fl-ispazju, u li ma kinitx diġà inkluża fit-tbassir maħruġ għal titjiriet ta’ livell baxx fir-reġjun ta’ informazzjoni dwar it-titjir ikkonċernat jew subżona tiegħu;”;
(b)
il-punt 89a huwa sostitwit b’dan li ġej:
“89a
‘operazzjonijiet ta’ avviċinament bl-istrumenti’ tfisser avviċinament u nżul bl-użu ta’ strumenti għal gwida fin-navigazzjoni bbażati fuq proċedura ta’ avviċinament bl-istrumenti. Hemm żewġ metodi għat-twettiq ta’ operazzjonijiet ta’ avviċinament bl-istrumenti:
(a)
operazzjoni ta’ avviċinament bl-istrumenti bidimensjonali (2D), bl-użu ta’ gwida għan-navigazzjoni laterali biss; u
(b)
operazzjoni ta’ avviċinament bl-istrumenti tridimensjonali (3D), bl-użu ta’ gwida għan-navigazzjoni kemm laterali kif ukoll vertikali;”;
(c)
il-punt 119 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“119.
‘SIGMET’ tfisser informazzjoni maħruġa minn uffiċċju ta’ osservazzjoni meteoroloġika rigward l-okkorrenza jew l-okkorrenza mistennija ta’ fenomeni speċifikati tat-temp fir-rotta u ta’ fenomeni oħra fl-atmosfera li jistgħu jaffettwaw is-sikurezza ta’ operazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru u dwar l-iżvilupp ta’ dawk il-fenomeni fil-ħin u l-ispazju;”;
(d)
jiżdiedu l-punti 148, 149, 150 u 151 li ġejjin:
“148.
‘uffiċċju ta’ osservazzjoni meteoroloġika (MWO)’ tfisser uffiċċju li jissorvelja l-kundizzjonijiet meteoroloġiċi li jaffettwaw l-operazzjonijiet ta’ titjir u jipprovdi informazzjoni dwar l-okkorrenza jew l-okkorrenza mistennija ta’ fenomeni tat-temp speċifikati fir-rotta u ta’ fenomeni oħra fl-atmosfera li jistgħu jaffettwaw is-sikurezza tal-operazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru fi ħdan l-erja ta’ responsabbiltà tiegħu;
149.
‘rapport dwar il-kundizzjoni tar-runway (RCR)’ tfisser rapport komprensiv standardizzat relatat mal-kundizzjonijiet tas-superfiċje tar-runway u l-effett tagħhom fuq il-prestazzjoni tal-inżul u t-tluq tal-ajruplan, deskritti permezz tal-kodiċi tal-kundizzjonijiet tar-runway;
150.
‘marda li tittieħed’ tfisser marda infettiva ikkawżata minn aġent kontaġġuż li tiġi trażmessa minn persuna għal persuna permezz ta’ kuntatt dirett ma’ individwu infettat jew permezz ta’ mezz indirett bħal esponiment għal vettur, annimal, materjal ieħor, prodott jew ambjent, jew skambju ta’ fluwidu, li huwa kkontaminat bl-aġent kontaġġuż;
151.
‘saħħa pubblika’ tfisser l-elementi kollha relatati mas-saħħa, jiġifieri l-istatus tas-saħħa, inklużi l-morbożità u d-diżabilità, il-fatturi determinanti li jaffettwaw dak l-istatus tas-saħħa, il-bżonnijiet ta’ kura tas-saħħa, ir-riżorsi allokati għall-kura tas-saħħa, l-għoti tal-kura tas-saħħa u l-aċċess universali għaliha kif ukoll in-nefqa fuq il-kura tas-saħħa u l-finanzjament tagħha, u l-kaġunijiet tal-mortalità;”;
(2)
L-Artikolu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Artikolu 3
Konformità
L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-konformità mar-regoli u mad-dispożizzjonijiet komuni stabbiliti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta’ flessibbiltà li jinsabu fl-Artikolu 71 tar-Regolament (UE) 2018/1139 u għas-salvagwardji li jinsabu fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 549/2004.”;
(3)
L-Artikolu 5 jitħassar;
(4)
L-Artikolu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, bl-appoġġ tal-Eurocontrol u tal-EASA, proċess permanenti:
(a)
sabiex jiġi żgurat li kwalunkwe emenda adottata taħt il-qafas tal-Konvenzjoni ta’ Chicago li tkun ta’ rilevanza fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament tiġi mmonitorjata u analizzata; u
(b)
fejn ikun meħtieġ, jiġu żviluppati proposti għal emendi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.”;
(5)
l-Anness huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika minn 1 ta' Mejju 2025, ħlief għall-punt (22) tal-Anness li għandu japplika fid-data tad-dħul fis-seħħ.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
(2) ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012 tas-26 ta’ Settembru 2012 li jistabbilixxi regoli komuni tal-ajru u dispożizzjonijiet operattivi dwar is-servizzi u l-proċeduri fin-navigazzjoni bl-ajru u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1035/2011 u r-Regolamenti (KE) Nru 1265/2007, (KE) Nru 1794/2006, (KE) Nru 730/2006, (KE) Nru 1033/2006 u (UE) Nru 255/2010 (ĠU L 281, 13.10.2012, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 139/2014 tat-12 ta’ Frar 2014 li jistabbilixxi rekwiżiti u proċeduri amministrattivi b’rabta mal-ajrudromi skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 44, 14.2.2014, p. 1).
ANNESS
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 923/2012 huwa emendat kif ġej:
(1)
jiddaħħal il-punt SERA.3212 li ġej:
“SERA.3212
Inċertezza dwar il-pożizzjoni fuq iż-żona ta’ mmanuvrar fl-ajrudromi fejn jiġu pprovduti s-servizzi tat-traffiku tal-ajru
(a)
Ħlief kif previst fil-punt (b), bdot li jkollu dubju dwar il-pożizzjoni tal-inġenju tal-ajru fir-rigward taż-żona ta’ mmanuvrar għandu minnufih:
(1)
iwaqqaf l-inġenju tal-ajru; u
(2)
fl-istess waqt jinnotifika lill-unità xierqa tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru dwar iċ-ċirkostanzi, (inkluża l-aħħar pożizzjoni magħrufa).
(b)
Meta bdot ikollu dubju dwar il-pożizzjoni tal-inġenju tal-ajru fir-rigward taż-żona ta’ mmanuvrar, iżda jagħraf li l-inġenju tal-ajru jkun fuq runway, il-bdot għandu minnufih:
(1)
jinnotifika lill-unità xierqa tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru dwar iċ-ċirkostanzi (inkluża l-aħħar pożizzjoni magħrufa);
(2)
jekk ikun jista’ jsib taxiway adattata fil-qrib, joħroġ mir-runway malajr kemm jista’ jkun, sakemm ma jingħatax struzzjonijiet mod ieħor mill-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru; u mbagħad,
(3)
iwaqqaf l-inġenju tal-ajru.
(c)
Sewwieq ta’ vettura li jkollu dubju dwar il-pożizzjoni tal-vettura fir-rigward taż-żona ta’ mmanuvrar għandu minnufih:
(1)
jinnotifika lill-unità xierqa tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru dwar iċ-ċirkostanzi (inkluża l-aħħar pożizzjoni magħrufa);
(2)
fl-istess waqt, sakemm ma jkunx ingħata struzzjonijiet mod ieħor mill-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru, jitlaq miż-żona tal-inżul, it-taxiway, jew parti oħra miż-żona ta’ mmanuvrar, għal distanza sikura kemm jista’ jkun malajr; u mbagħad,
(3)
iwaqqaf il-vettura.”;
(2)
fil-punt SERA.5005, il-frażi introduttorja tal-punt (b) hija sostitwita b’dan li ġej:
“Bl-eċċezzjoni ta’ fejn tinkiseb awtorizzazzjoni minn unità ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru, it-titjiriet VFR ma għandhomx jinqatgħu mill-art jew jillandjaw f’ajrudrom fi ħdan iż-żona ta’ kontroll jew jidħlu fiż-żona ta’ traffiku tal-ajrudrom jew f’ċirkwit tat-traffiku tal-ajrudrom meta l-kundizzjonijiet meteoroloġiċi rrappurtati f’dak l-ajrudrom ikunu taħt il-valuri minimi li ġejjin:”;
(3)
il-punt SERA.5010 huwa emendat kif ġej:
(a)
il-frażi introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:
“Titjiriet VFR speċjali jistgħu jiġu awtorizzati biex joperaw f’żona ta’ kontroll, soġġett għal awtorizzazzjoni tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru (ATC clearance). Ħlief meta minflok jingħata permess mill-awtorità kompetenti għall-ħelikopters f’każijiet speċjali bħal, iżda mingħajr ma jkunu limitati għal, operazzjonijiet tal-pulizija, mediċi, tat-tfittxija u salvataġġ u titjiriet għat-tifi tan-nar, għandhom japplikaw il-kundizzjonijiet addizzjonali li ġejjin:”;
(b)
il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:
“(c)
unità tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru ma għandhiex toħroġ awtorizzazzjoni VFR speċjali lil inġenju tal-ajru biex jitla’ jew jinżel f’ajrudrom f’żona ta’ kontroll, jew jidħol fiċ-ċirkwit tat-traffiku tal-ajrudrom fi ħdan żona kontrollata, meta l-kundizzjonijiet meteoroloġiċi rappurtati f’dak l-ajrudrom huma taħt il-livelli minimi li ġejjin:
(1)
il-viżibbiltà tal-art hija anqas minn 1 500 m jew, għall-ħelikopters, anqas minn 800 m;
(2)
il-livell massimu huwa inqas minn 180 m (600 pied).”;
(4)
il-punt SERA.8015 huwa emendat kif ġej:
(a)
il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:
“(b)
Operazzjoni soġġetta għal awtorizzazzjoni:
(1)
Awtorizzazzjoni ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru għandha tikiseb qabel ma tiġi operata titjira kkontrollata, jew parti minn titjira bħala titjira kkontrollata. Tali awtorizzazzjoni għandha tintalab permezz tal-preżentazzjoni ta’ pjan tat-titjira lil unità ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru.
(2)
Meta pjan tat-titjira jispeċifika li l-parti inizjali ta’ titjira mhux se tkun ikkontrollata, u li l-parti sussegwenti tat-titjira se tkun soġġetta għas-servizz ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru, l-ekwipaġġ tat-titjira għandu jikseb l-awtorizzazzjoni miċ-ċentru tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru xieraq qabel ma jidħol fiż-żona fejn tkun se tinbeda t-titjira kkontrollata.
(3)
Meta pjan tat-titjira jispeċifika li l-parti inizjali ta’ titjira tkun soġġetta għas-servizz ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru, u li l-parti sussegwenti ma tkunx ikkontrollata, l-inġenju tal-ajru għandu normalment ikun awtorizzat sal-punt li fih tintemm it-titjira kkontrollata.
(4)
Il-bdot fil-kmand ta’ inġenju tal-ajru għandu jinforma lill-unità ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru jekk awtorizzazzjoni ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru ma tkunx sodisfaċenti. F’każijiet bħal dawn, l-unità tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru toħroġ awtorizzazzjoni emendata, jekk dan ikun prattikabbli.
(5)
Kull meta inġenju tal-ajru jkun talab awtorizzazzjoni li tinvolvi prijorità, għandu jiġi ppreżentat rapport li jispjega l-ħtieġa għal tali prijorità, jekk dan jintalab mill-unità ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru xierqa.
(6)
Awtorizzazzjoni mill-ġdid potenzjali waqt it-titjir. Jekk qabel it-tluq, ikun antiċipat li, abbażi tal-awtonomija tal-fjuwil u soġġett għal awtorizzazzjoni mill-ġdid waqt it-titjir, tista’ tittieħed deċiżjoni li l-inġenju tal-ajru jipproċedi lejn ajrudrom ta’ destinazzjoni riveduta, l-unitajiet ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru xierqa għandhom jiġu nnotifikati b’dan permezz tal-inserzjoni fil-pjan tat-titjira ta’ informazzjoni dwar ir-rotta riveduta (fejn tkun magħrufa) u d-destinazzjoni riveduta.
(7)
Inġenju tal-ajru operat f’ajrudrom ikkontrollat ma għandux jinstaq fuq iż-żona ta’ mmanuvrar mingħajr awtorizzazzjoni mit-torri ta’ kontroll tal-ajrudrom u għandu jikkonforma ma’ kwalunkwe istruzzjoni mogħtija minn dik l-unità.
(8)
Matul il-vetturar jew l-assenjar ta’ rotot diretti mhux inklużi fil-pjan tat-titjira, li jieħu titjira skont l-IFR barra mir-rotta ATS jew il-proċedura bl-istrumenti ppubblikata, kontrollur tat-traffiku tal-ajru li jipprovdi servizz ta’ sorveljenza tal-ATS għandu joħroġ awtorizzazzjonijiet b’tali mod li l-qtugħ stipulat mill-ostakoli jkun jeżisti f’kull ħin sakemm l-inġenju tal-ajru jilħaq il-punt li fih il-bdot jerġa’ jidħol fir-rotta tal-pjan tat-titjira jew jidħol f’rotta ATS jew fi proċedura bl-istrumenti ppubblikata.”;
(b)
il-punti (d)(3) u (d)(4) huma sostitwiti b’dan li ġej:
“(3)
ir-rotta tat-titjira:
(i)
għandhom jingħataw dettalji dwar ir-rotta tat-titjira f’kull awtorizzazzjoni meta dan ikun meqjus neċessarju;
(ii)
il-frażi ‘cleared flight plannned route’ (awtorizzat permezz tar-rotta ppjanata tat-titjira) ma għandhiex tintuża meta tingħata awtorizzazzjoni mill-ġdid;
(4)
il-livell jew il-livelli tat-titjira għar-rotta kollha jew għal parti minnha u l-bidliet fil-livelli jekk dan ikun meħtieġ;”;
(c)
jiżdiedu l-punti (e)(5) u (e)(6) li ġejjin:
“(5)
Is-sewwieqa tal-vettura li joperawha jew li għandhom l-ħsieb li joperawha fiż-żona ta’ kontroll għandhom jirrepetu, lill-kontrollur tat-traffiku tal-ajru, il-partijiet tal-struzzjonijiet relatati mas-sikurezza li jiġu trażmessi bil-vuċi, eż. struzzjonijiet biex wieħed jidħol, iżomm lura, jaqsam u jopera fuq kwalunkwe runway jew taxiway operazzjonali.
(6)
Il-kontrollur għandu jisma’ r-ripetizzjoni biex jaċċerta ruħu li l-istruzzjoni tkun ġiet ikkonfermata b’mod korrett mis-sewwieq tal-vettura u għandu jieħu azzjoni immedjata biex jikkoreġi kwalunkwe diskrepanza li tiġi żvelata bir-repetizzjoni.”;
(5)
il-punt SERA.8020 huwa emendat kif ġej:
(a)
il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:
“(b)
Devjazzjonijiet mill-pjan tat-titjira attwali. Fil-każ li titjira kkontrollata b’mod involontarju tiddevja mill-pjan kurrenti tat-titjira tagħha, għandha tittieħed l-azzjoni li ġejja:
(1)
Devjazzjoni mit-trajettorja: jekk l-inġenju tal-ajru ma jkunx fuq it-trajettorja tiegħu, minnufih għandha tittieħed azzjoni sabiex l-orjentazzjoni tal-inġenju tal-ajru tiġi aġġustata ħalli dan jerġa’ lura fit-trajettorja tiegħu malli dan ikun prattikabbli.
(2)
Devjazzjoni mill-kontroll tat-traffiku tal-ajru assenjat numru Mach/veloċità tal-ajru indikata: l-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru xierqa għandha tiġi infurmata minnufih.
(3)
Devjazzjoni min-numru Mach/veloċità tal-ajru reali: jekk in-numru sostnut tal-Mach/il-veloċità tal-ajru reali f’livell ta’ tajran b’veloċità kostanti jvarja bi ± Mach 0,02 jew aktar, jew b’veloċità fl-ajru reali ta’ bejn wieħed u ieħor 19 km/h (10 kt) jew aktar mill-pjan tat-titjira attwali, l-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru xierqa għandha tiġi infurmata b’dan.
(4)
Bidla fl-istima tal-ħin: ħlief meta l-ADS-C jiġi attivat u jista’ jsir servizz fuqu fl-ispazju tal-ajru fejn jiġu pprovduti s-servizzi ADS-C, jekk l-istima tal-ħin għall-punt ta’ rapportar applikabbli li jmiss, il-konfini tar-reġjun ta’ informazzjoni dwar it-titjir jew l-ajrudrom tad-destinazzjoni, skont liema jiġi l-ewwel, jinbidlu b’aktar minn 2 minuti minn dak notifikat qabel lis-servizzi tat-traffiku tal-ajru, jew tali perjodu ta’ żmien ieħor kif preskritt mill-awtorità kompetenti, l-ekwipaġġ tat-titjira għandu jinnotifika lill-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru xierqa mill-aktar fis possibbli.
(5)
Barra minn hekk, meta jkun hemm stabbilit ftehim ta’ ADS-C, l-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru għandha tiġi informata awtomatikament permezz ta’ kollegament tad-data kull meta jsiru bidliet li jmorru lil hinn mill-valuri ta’ limitu stipulati mill-kuntratt tal-avveniment ta’ ADS-C.”;
(b)
jiżdied il-punt (c)(3) li ġej:
“(3)
Bidla fin-numru Mach/veloċità tal-ajru reali: l-identifikazzjoni tal-inġenju tal-ajru; in-numru Mach mitlub/il-veloċità tal-ajru reali.”;
(6)
il-punt SERA.8025 huwa emendat kif ġej:
(a)
jitħassar il-punt (a)(3);
(b)
jiżdiedu l-punti (b) u (c) li ġejjin:
“(b)
B’kunsiderazzjoni xierqa għar-rekwiżiti f’SERA.14065 għall-bidla fil-komunikazzjonijiet, ir-rapport tal-pożizzjoni għandu jkun fih l-elementi li ġejjin:
(1)
l-identifikazzjoni tal-inġenju tal-ajru;
(2)
il-pożizzjoni;
(3)
il-ħin;
(4)
il-veloċità, jekk assenjata mill-kontroll tat-traffiku tal-ajru; kif ukoll
(5)
elementi oħra skont l-istruzzjonijiet tal-ATC.
(c)
L-elementi deskritti fil-punt (b) għandhom jiġu rrapportati kif deskritt fil-punt 2 tal-Punt A tal-Appendiċi 5.”;
(7)
fil-punt SERA.8035, il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:
“(b)
Jekk nuqqas ta’ komunikazzjoni jipprekludi l-konformità mal-punt (a), għandhom jiġu segwiti l-proċeduri dwar ħsarat fil-komunikazzjoni, kif speċifikat f’SERA.14083.”;
(8)
il-punt SERA.9010 huwa emendat kif ġej:
(a)
il-punt (b)(8) huwa sostitwit b’dan li ġej:
“(8)
il-kundizzjonijiet tas-superfiċje tar-runway;”;
(b)
il-punt (c)(8) huwa sostitwit b’dan li ġej:
“(8)
il-kundizzjonijiet tas-superfiċje tar-runway;”;
(c)
il-punt (d)(7) huwa sostitwit b’dan li ġej:
“(7)
il-kundizzjonijiet tas-superfiċje tar-runway(s) li għandha tintuża/għandhom jintużaw għall-qtugħ mill-art;”;
(9)
il-punt SERA.12020 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“SERA.12020
Skambju ta’ rapporti dwar l-ajru
(a)
L-unitajiet tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru għandhom jittrażmettu, malli jkun prattikabbli, rapporti dwar l-ajru speċjali u mhux ta’ rutina lil:
(1)
inġenji tal-ajru oħrajn ikkonċernati;
(2)
l-uffiċċju tal-għassa meteoroloġika (MWO) assoċjat f’konformità mal-punt 3 tal-Punt A tal-Appendiċi 5; kif ukoll
(3)
lil unitajiet tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru kkonċernati oħrajn.
(b)
Meta jirċievu rapporti speċjali dwar l-ajru permezz ta’ komunikazzjonijiet bil-vuċi dwar azzjoni tal-ibbrejkjar li ma tikkorrispondix mar-rapport dwar il-kundizzjoni tar-runway, l-unitajiet tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru għandhom jibagħtuhom mingħajr dewmien lill-operatur tal-ajrudrom xieraq.
(c)
It-trażmissjonijiet lill-inġenji tal-ajru għandhom jiġu ripetuti b’ċerta frekwenza u għandhom jitkomplew għal perjodu ta’ ħin li għandu jiġi ddeterminat mill-unità kkonċernata tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru.”;
(10)
it-titolu tat-Taqsima 13 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“
TAQSIMA 13
Transponder SSR u trażmettituri ADS-B
”;
(11)
il-punt SERA.13015 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“SERA.13015
Issettjar tas-sistema abbord ta’ identifikazzjoni tal-inġenju tal-ajru
(a)
Inġenju tal-ajru mgħammar bi trażmettitur Mode S jew ADS-B li jkollu karatteristika ta’ identifikazzjoni tal-inġenju tal-ajru għandu jittrażmetti l-identifikazzjoni tal-inġenju tal-ajru kif speċifikat fil-pjan tat-titjira jew, meta ma jkun ġie ppreżentat l-ebda pjan tat-titjira, ir-reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru, sakemm l-operatur tal-inġenju tal-ajru ma jkollux approvazzjoni mill-awtorità kompetenti biex juża għajr ir-reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru bħala identifikazzjoni tal-inġenju tal-ajru għal titjiriet mingħajr pjan tat-titjira.
(b)
Kull meta jiġi osservat fuq id-displej tas-sitwazzjoni li l-identifikazzjoni tal-inġenju tal-ajru trażmessa minn inġenju tal-ajru mgħammar bil-Modalità S jew trażmettitur bil-Modalità S jew ADS-B hija differenti minn dik mistennija mill-inġenju tal-ajru, il-bdot għandu jkun mitlub jikkonferma u, jekk meħtieġ, jerġa’ jdaħħal l-identifikazzjoni korretta tal-inġenju tal-ajru.
(c)
Jekk, wara konferma mill-bdot li l-identifikazzjoni korretta tal-inġenju tal-ajru tkun ġiet issettjata fuq il-karatteristika tal-identifikazzjoni tal-Modalità S jew trażmettitur ADS-B, id-diskrepanza tkompli teżisti, l-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru għandha tieħu l-azzjonijiet li ġejjin:
(1)
tinforma l-bdot bid-diskrepanza persistenti;
(2)
fejn possibbli, tikkoreġi t-tikketta li turi l-identifikazzjoni tal-inġenju tal-ajru fuq id-displej tas-sitwazzjoni; kif ukoll
(3)
tinnotifika l-pożizzjoni ta’ kontroll li jmiss u lil kull unità oħra kkonċernata li tuża l-Modalità S jew ADS-B għal skopijiet ta’ identifikazzjoni li l-identifikazzjoni tal-inġenju tal-ajru trażmessa mill-inġenju tal-ajru hija żbaljata.”;
(12)
fil-punt SERA.14035, il-punt (a)(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:
“(1)
In-numri kollha użati fit-trażmissjoni ta’ sinjal tas-sejħa ta’ inġenju tal-ajru, l-orjentazzjonijiet, id-direzzjoni u l-veloċità tar-riħ, u r-runway għandhom ikunu trażmessi billi kull ċifra tiġi ppronunzjata separatament.
(i)
Il-livelli ta’ titjir għandhom jiġu trażmessi billi kull ċifra tiġi ppronunzjata separatament, ħlief għall-każ tal-livelli ta’ titjir f’mijiet sħaħ.
(ii)
Il-konfigurazzjoni tal-altimetru għandha tiġi trażmessa billi kull ċifra tiġi ppronunzjata separatament, ħlief għall-każ ta’ konfigurazzjoni ta’ 1 000 hPa li għandha tkun trażmessa bħala ‘ONE THOUSAND’ (elf).
(iii)
In-numri kollha użati fit-trażmissjoni tal-kodiċijiet tat-transponder għandhom jiġu trażmessi billi kull ċifra tiġi ppronunzjata separatament ħlief li, meta l-kodiċijiet tat-transponder ikun fihom eluf sħaħ biss, l-informazzjoni għandha tiġi trażmessa billi ċ-ċifra fin-numru ta’ eluf tiġi ppronunzjata segwita mill-kelma ‘THOUSAND’ (elf).”;
(13)
fil-punt SERA.14045, jiżdied il-punt (c) li ġej:
“(c)
L-espressjoni ‘TAKE-OFF’ għandha tintuża biss fir-radjutelefonija meta inġenju tal-ajru jkun awtorizzat għall-qtugħ mill-art jew meta tiġi kkanċellata awtorizzazzjoni għall-qtugħ mill-art.”;
(14)
il-punt SERA.14065 huwa emendat kif ġej:
(a)
il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
“(a)
Sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor mill-ANSP responsabbli għall-provvista ta’ servizzi u approvat mill-awtorità kompetenti, is-sejħa inizjali lill-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru wara bidla fil-kanal tal-komunikazzjoni bil-vuċi mill-ajru għall-art għandu jkun fiha l-elementi li ġejjin:
(1)
id-deżinjazzjoni tal-unità tal-ATS li qiegħda tirċievi s-sejħa;
(2)
is-sinjal tas-sejħa, segwit immedjatament mill-kelma ‘Heavy’ jew ‘Super’ li tikkorrispondi, kif xieraq, għall-kategorija tat-turbolenza tat-tranja tal-inġenju tal-ajru;
(3)
il-livell, inkluż il-livelli ta’ fejn għaddej u dawk awtorizzati, jekk ma jinżammx il-livell awtorizzat;
(4)
il-veloċità, jekk assenjata mill-kontroll tat-traffiku tal-ajru; kif ukoll
(5)
elementi addizzjonali, kif meħtieġ mill-ANSP responsabbli għall-provvista ta’ servizzi u approvat mill-awtorità kompetenti.”;
(b)
il-punt (c)(2) huwa sostitwit b’dan li ġej:
“(2)
is-sinjal tas-sejħa, segwit immedjatament mill-kelma ‘Heavy’ jew ‘Super’ li tikkorrispondi, kif xieraq, għall-kategorija tat-turbolenza tat-tranja tal-inġenju tal-ajru;”;
(15)
jiddaħħal il-punt SERA.14083 li ġej:
“SERA.14083
Proċeduri f’każ ta’ falliment tal-komunikazzjoni bir-radju
(a)
Meta inġenju tal-ajru ma jkunx jista’ jikkonforma ma’ SERA.8035, il-punt (a), l-ekwipaġġ tat-titjira għandu jipprova jistabbilixxi kuntatt fuq il-kanal preċedenti użat u, jekk ma jirnexxix, fuq kanal ieħor xieraq għar-rotta. Jekk dawn it-tentattivi ma jirnexxux, l-ekwipaġġ tat-titjira għandu jipprova jistabbilixxi komunikazzjoni ma’:
unitajiet tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru oħrajn; jew
(3)
inġenji tal-ajru oħrajn,
bl-użu tal-mezzi kollha disponibbli, inklużi, fost l-oħrajn, il-kollegament tad-data, il-vuċi bis-satellita u t-telefowns ċellulari u, meta jirnexxu, jinfurmaw li ma setax jiġi stabbilit kuntatt fuq il-kanal assenjat.
(b)
Meta komunikazzjoni mistennija minn inġenju tal-ajru ma tkunx waslet f’perjodu ta’ żmien b’tali mod li jkun hemm suspett ta’ falliment tal-komunikazzjoni, jew meta tintalab minn unitajiet oħra tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru, il-kontrollur tat-traffiku tal-ajru għandu jċempel lill-inġenju tal-ajru fuq il-frekwenzi li fuqhom huwa maħsub li qed jismal-inġenju tal-ajru, u:
(1)
meta jipprovdi servizz ta’ sorveljanza, il-kontrollur tat-traffiku tal-ajru għandu normalment jiddetermina jekk ir-riċevitur tal-inġenju tal-ajru jkunx qed jiffunzjona jew le, u jekk jirnexxi, ikompli jipprovdi servizz ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru bl-użu ta’ bidliet fit-trażmissjoni bil-kodiċi SSR/ADS-B jew trażmissjonijiet IDENT biex jikseb rikonoxximent tal-awtorizzazzjonijiet maħruġa lill-inġenju tal-ajru;
(2)
jekk dan ma jirnexxix, l-unità ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru għandha:
(i)
titlob lil unitajiet tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru oħrajn biex jagħtu għajnuna billi jsejħu l-inġenju tal-ajru u biex jerġgħu jibgħatu l-messaġġi ta’ komunikazzjoni bir-rilej, jekk ikun meħtieġ;
(ii)
titlob inġenji tal-ajru fuq ir-rotta biex jippruvaw jistabbilixxu komunikazzjoni mal-inġenju tal-ajru u biex jerġgħu jibgħatu l-messaġġi ta’ komunikazzjoni bir-rilej, jekk meħtieġ;
(iii)
tibda n-notifika lill-operatur tal-inġenju tal-ajru, malajr kemm jista’ jkun, dwar kwalunkwe falliment tal-komunikazzjoni mill-ajru għall-art;
(3)
jekk it-tentattivi deskritti fil-punti (2)(i) u (2)(ii) ifallu, it-trażmissjoni għamja tal-awtorizzazzjonijiet tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru ma għandhiex issir lill-inġenju tal-ajru, ħlief fuq talba speċifika tal-oriġinatur. Messaġġi oħra jenħtieġ li jiġu trażmessi permezz ta’ trażmissjoni għamja fuq il-frekwenzi li fuqhom l-inġenju tal-ajru huwa maħsub li qed jisma’.
“(c)
Meta inġenju tal-ajru ma jkunx jista’ jikkonforma mal-punt SERA.8035(a) u t-tentattivi deskritti fil-punt (a) ta’ SERA.14083 biex jiġu stabbiliti l-komunikazzjonijiet ma jirnexxux, għandhom jiġu applikati l-proċeduri ta’ falliment tal-komunikazzjoni bir-radju deskritti hawn taħt:
(1)
L-inġenju tal-ajru, meta jifforma parti mit-traffiku tal-ajrudrom f’ajrudrom ikkontrollat, għandu jżomm għassa għall-istruzzjonijiet li jistgħu jinħarġu b’sinjali viżwali.
(2)
L-inġenju tal-ajru għandu jissettja t-transponder fuq il-Kodiċi tal-Modalità A 7600 u/jew jissettja t-trażmettitur ADS-B biex jindika t-telf tal-komunikazzjonijiet mill-ajru għall-art u jikkonforma mal-proċeduri deskritti fil-punti (3), (4), (5) u (6), kif xieraq.
(3)
Titjira VFR għandha tkompli tittajjar f’kundizzjonijiet meteoroloġiċi viżwali, tinżel fl-eqreb ajrudrom xieraq, u tirrapporta l-wasla tagħha bl-iktar mezz veloċi lill-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru xierqa.
(4)
Ħlief kif previst fil-punt (5), titjira skont l-IFR għandha:
(i)
iżżomm l-aħħar veloċità u livell assenjati, jew altitudni minima tat-titjira jekk tkun ogħla, għal perjodu ta’ 20 minuta wara:
(A)
in-nuqqas tal-inġenju tal-ajru li jagħmel rapport meħtieġ; jew
(B)
il-ħin li t-transponder jiġi ssettjat għal 7600 u/jew il-modalità xierqa ta’ emerġenza u/jew ta’ urġenza ADS-B tiġi trażmessa jekk jiġi pprovdut is-servizz ta’ sorveljanza,
u minn hemm ’il quddiem jaġġusta l-livell u l-veloċità f’konformità mal-pjan tat-titjira ddepożitat kif emendat permezz ta’ messaġġi ta’ dewmien u modifika għall-pjan tat-titjira ddepożitat;
(ii)
meta jkun vettorjat jew ikun ġie dirett mill-ATC biex jipproċedi bl-offset bl-użu tan-navigazzjoni tal-erja (RNAV):
(A)
b’limitu speċifikat, ikompli sa dak il-limitu, imbagħad jerġa’ tingħaqad mal-aħħar rotta riċevuta u rikonoxxuta, filwaqt li jqis l-altitudni minima tat-titjira applikabbli; jew
(B)
mingħajr limitu speċifikat, jerġa’ jingħaqad mal-aħħar rotta riċevuta u rikonoxxuta mhux aktar tard mill-punt sinifikanti li jmiss, filwaqt li titqies l-altitudni minima tat-titjira applikabbli;
(iii)
jipproċedi skont l-aħħar awtorizzazzjoni tar-rotta riċevuta u rikonoxxuta għall-għajnuna xierqa għan-navigazzjoni deżinjata jew għall-koordinati li jservu l-ajrudrom tad-destinazzjoni u, meta jkun meħtieġ biex tiġi żgurata l-konformità mal-punt (iv) ta’ hawn taħt, ikompli b’din l-għajnuna jew dawn l-koordinati sal-bidu tal-inżul;
(iv)
jibda l-inżul mill-għajnuna għan-navigazzjoni jew mill-koordinati speċifikati fil-punt (iii) fil-ħin mistenni tal-avviċinament, jew qrib kemm jista’ jkun, li jkun wasal u ġie rikonoxxut l-aħħar; jew, jekk ma jkun ġie riċevut u rikonoxxut l-ebda ħin mistenni ta’ avviċinament, fil-ħin stmat tal-wasla, jew kemm jista’ jkun qrib tiegħu;
(v)
jikkompletaw proċedura ta’ avviċinament bl-istrumenti kif speċifikat għall-għajnuna jew għall-koordinati deżinjati għan-navigazzjoni; kif ukoll
(vi)
jillandja, jekk possibbli, fi żmien 30 minuta wara l-ħin stmat tal-wasla speċifikat fil-punt (iv) jew l-aħħar ħin tal-avviċinament mistenni rikonoxxut, skont liema minnhom jiġi l-aħħar.
(5)
Titjira skont l-IFR li ssegwi rotta standard tat-tluq bl-istrumenti jew rotta standard tal-wasla bl-istrumenti għandha tikkonforma mal-proċeduri għal falliment fil-komunikazzjoni bir-radju speċifikati fuq iċ-Ċart tat-Tluq Standard — Strument (SID) jew it-Tabella Standard tal-Wasla — Strument (STAR), meta pprovduta.
(6)
Jekk titjira skont l-IFR tiltaqa’ ma’ kundizzjonijiet meteoroloġiċi viżwali u l-bdot fil-kmand jiddeċiedi li jkompli jtir f’kundizzjonijiet meteoroloġiċi viżwali, il-bdot għandu jistabbilixxi l-Kodiċi tal-Modalità A 7601, jinżel fl-eqreb ajrudrom xieraq, u jirrapporta l-wasla bl-iktar mezz veloċi lill-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru xierqa.
(d)
Il-forniment ta’ servizz ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru għal titjiriet li joperaw fl-ispazju tal-ajru kkonċernat għandu jkun ibbażat fuq il-premessa li inġenju tal-ajru li jkun qed jesperjenza nuqqas ta’ komunikazzjoni jikkonforma mal-punt (c).
(e)
Malli jkun magħruf li inġenju tal-ajru li jopera fiż-żona ta’ responsabbiltà tiegħu jkun qed jesperjenza falliment apparenti fil-komunikazzjoni bir-radju, unità tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru għandha tgħaddi l-informazzjoni dwar in-nuqqas tal-komunikazzjoni bir-radju lill-unitajiet tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru kollha kkonċernati tul ir-rotta tat-titjira. Iċ-ċentru ta’ kontroll tal-erja li fl-erja tiegħu jinsab l-ajrudrom tad-destinazzjoni għandu jieħu passi biex jikseb informazzjoni dwar l-ajrudrom(i) alternattiv(i) u informazzjoni rilevanti oħra speċifikata fil-pjan tat-titjira ddepożitat, jekk tali informazzjoni ma tkunx disponibbli.
(f)
Meta unità tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru tirċievi informazzjoni li inġenju tal-ajru, wara li jkun esperjenza falliment fil-komunikazzjoni, ikun stabbilixxa mill-ġdid il-komunikazzjoni jew ikun illandja, dik l-unità għandha tinforma lill-unità ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru li l-inġenju tal-ajru kien qed jopera fiż-żona tagħha meta seħħ il-falliment, u lil unitajiet oħra tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru kkonċernati matul ir-rotta tat-titjira, filwaqt li tagħti l-informazzjoni meħtieġa għall-kontinwazzjoni tal-kontroll jekk l-inġenju tal-ajru jkompli t-titjira tiegħu.
(g)
Is-sinjali użati f’każ ta’ ħsara fil-komunikazzjoni għandhom ikunu f’konformità mal-Appendiċi 1.”;
(16)
il-punt SERA.14087 jitħassar;
(17)
il-punt SERA.14090 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“SERA.14090
Proċeduri speċifiċi tal-komunikazzjoni
(a)
Moviment tal-vetturi
Il-frażijoloġiji għall-moviment tal-vetturi fuq iż-żona ta’ mmanuvrar għandhom ikunu l-istess bħal dawk użati għall-moviment ta’ inġenju tal-ajru, ħlief għal istruzzjonijiet ta’ taxiing, f’liema każ il-kelma ‘PROCEED’ għandha tissostitixxi l-kelma ‘TAXI’ fil-komunikazzjoni mal-vetturi.
(b)
Servizz ta’ konsulenza tat-traffiku tal-ajru
Is-servizz ta’ konsulenza tat-traffiku tal-ajru ma jagħtix ‘clearances’ iżda biss ‘advisory information’ u għandu juża l-kelma ‘advise’ jew ‘suggest’ meta jipproponi azzjoni lil inġenju tal-ajru.
“(c)
Indikazzjoni tal-kategoriji tat-turbolenza tat-tranja ‘heavy’ u ‘super’
Fil-kuntatt inizjali tar-radjutelefonija bejn tali inġenji tal-ajru u unitajiet tal-ATS il-kelma ‘heavy’ jew ‘super’ li tikkorrispondi, kif xieraq, għall-kategorija tat-turbolenza tat-tranja tal-inġenju tal-ajru, għandha tiġi inkluża immedjatament wara s-sinjal tas-sejħa tal-inġenju tal-ajru.
(d)
Proċeduri relatati ma’ devjazzjoni minħabba t-temp
(1)
Meta tkun meħtieġa devjazzjoni minħabba t-temp, il-bdot għandu jibda komunikazzjonijiet mal-ATC permezz tal-vuċi jew CPDLC. Rispons rapidu jista’ jinkiseb permezz ta’:
(i)
stqarrija ‘WEATHER DEVIATION REQUIRED’ biex jindika li l-prijorità hija mixtieqa fuq il-frekwenza u għar-rispons tal-ATC; jew
(ii)
talba għal devjazzjoni minħabba t-temp bl-użu ta’ downlink laterali tas-CPDLC.
(2)
Meta meħtieġ, il-bdot għandu jibda komunikazzjonijiet bl-użu tas-sejħa ta’ urġenza ‘PAN PAN’ (preferibbilment ippronunzjata tliet darbiet) jew billi juża messaġġ ta’ downlink urġenti CPDLC.
(3)
Il-bdot għandu jinnotifika lill-kontrollur tat-traffiku tal-ajru u jitlob awtorizzazzjoni biex jiddevja mil-linja stabbilita jew mir-rotta tal-ATS, filwaqt li javża meta jkun possibbli, dwar il-firxa tad-devjazzjoni mitluba. L-ekwipaġġ tat-titjira juża kwalunkwe mezz li jkun xieraq (jiġifieri l-vuċi u/jew is-CPDLC) biex jikkomunika waqt devjazzjoni minħabba t-temp.
(4)
Il-bdot għandu jinforma lill-kontrollur tat-traffiku tal-ajru meta d-devjazzjoni minħabba t-temp ma tkunx għadha meħtieġa, jew meta tkun tlestiet devjazzjoni minħabba t-temp u l-inġenju tal-ajru jkun reġa’ lura għar-rotta awtorizzata tiegħu.
(e)
Approvazzjonijiet fuq it-tluq bl-istrumenti standard u l-wasla bl-istrumenti standard
L-approvazzjonijiet fuq SID u/jew STAR għandhom jindikaw mingħajr ambigwità r-restrizzjonijiet, fejn applikabbli.”;
(18)
jiżdied il-punt SERA.14100 li ġej:
“SERA.14100
Notifika ta’ mard li jittieħed suspettat jew riskju ieħor għas-saħħa pubblika abbord inġenju tal-ajru
(a)
L-ekwipaġġ tat-titjira ta’ inġenju tal-ajru waqt ir-rotta għandu, malli jidentifika każ(ijiet) suspettat(i) ta’ mard li jittieħed, jew riskju ieħor għas-saħħa pubblika, abbord l-inġenju tal-ajru, jinnotifika minnufih lill-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru li magħha l-bdot ikun qed jikkomunika, l-informazzjoni elenkata hawn taħt:
(1)
l-identifikazzjoni tal-inġenju tal-ajru;
(2)
l-ajrudrom tat-tluq;
(3)
l-ajrudrom tad-destinazzjoni;
(4)
il-ħin stmat tal-wasla;
(5)
l-għadd ta’ persuni abbord;
(6)
l-għadd ta’ każijiet suspettati abbord; kif ukoll
(7)
in-natura tar-riskju għas-saħħa pubblika, jekk tkun magħrufa.
(b)
L-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru, malli tirċievi informazzjoni mingħand bdot dwar każ(ijiet) suspettat(i) ta’ mard li jittieħed, jew riskju ieħor għas-saħħa pubblika, abbord l-inġenju tal-ajru, għandha tibgħat messaġġ malajr kemm jista’ jkun lill-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru li sservi d-destinazzjoni/it-tluq, sakemm ma jkunux jeżistu proċeduri biex tiġi nnotifikata l-awtorità xierqa maħtura mill-Istat u l-operatur tal-inġenju tal-ajru jew ir-rappreżentant maħtur tiegħu.
“(c)
Meta rapport ta’ każ(ijiet) suspettat(i) ta’ mard li jittieħed,jew riskju ieħor għas-saħħa pubblika, abbord inġenju tal-ajru jiġi riċevut minn unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru li sservi d-destinazzjoni/it-tluq, minn unità oħra tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru jew minn inġenju tal-ajru jew operatur tal-inġenji tal-ajru, l-unità kkonċernata għandha tibgħat messaġġ malajr kemm jista’ jkun lill-awtorità tas-saħħa pubblika jew lill-awtorità xierqa maħtura mill-Istat kif ukoll lill-operatur tal-inġenji tal-ajru jew ir-rappreżentant maħtur tiegħu, u lill-operatur tal-ajrudrom.”;
(19)
L-Appendiċi 1 huwa emendat kif ġej:
(a)
il-punt 1.2.1(a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
“(a)
sinjal magħmul bir-radjutelegrafija jew bi kwalunkwe metodu ta’ sinjalazzjoni ieħor li jikkonsisti fil-grupp SOS (… — — — … bil-Kodiċi Morse)”;
(b)
il-punt 3.1 huwa emendat kif ġej:
(1)
l-intestatura tal-punt 3.1.1. hija sostitwita b’dan li ġej:
“3.1.1.
Struzzjonijiet għall-inġenji tal-ajru”;
(2)
wara t-Tabella AP 1-1, l-illustrazzjoni A1-1 hija sostitwita b’dan li ġej:
“
Illustrazzjoni A1-1”
(3)
jiżdied il-punt 3.1.3 li ġej:
“3.1.3.
Struzzjonijiet għal vetturi tal-art jew persuni mexjin fit-triq
(a)
Meta l-komunikazzjonijiet minn sistema ta’ sinjali viżwali jitqiesu adegwati, jew fil-każ ta’ ħsara fil-komunikazzjoni bir-radju, is-sinjali mogħtija hawn taħt għandu jkollhom it-tifsira indikata fit-tabella ta’ hawn taħt.
Sinjal tad-dawl mill-kontroll tal-ajrudrom
Tifsira
Teptip aħdar
Permess biex taqsam l-erja tal-inżul jew tavvanza għal fuq it-taxiway
Aħmar kostanti
Ieqaf
Teptip aħmar
Iċċaqlaq mill-erja tal-inżul jew tat-taxiway u oqgħod attent għal inġenji tal-ajru oħra
Teptip abjad
Itlaq miż-żona ta’ kontroll f’konformità mal-istruzzjonijiet lokali
(b)
F’kundizzjonijiet ta’ emerġenza jew jekk is-sinjali fil-punt (a) ma jiġux osservati, għandu jintuża s-sinjal mogħti hawn taħt għar-runways jew għat-taxiways mgħammra b’sistema tad-dawl u għandu jkollu t-tifsira indikata fit-tabella ta’ hawn taħt.
Sinjal tad-dawl mill-kontroll tal-ajrudrom
Tifsira
Dawl iteptep tar-runway jew tat-taxiway
Itlaq mir-runway u osserva t-torri għas-sinjal tad-dawl”;
(20)
fl-Appendiċi 2, il-punt 5.3.1 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“5.3.1.
L-operatur għandu jinnotifika lill-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru xierqa immedjatament malli jsir magħruf li t-titjira ppjanata ta’ ballun tal-arja ħieles u mingħajr ekwipaġġ medju jew tqil, innotifikata qabel f’konformità mal-Paragrafu 5.1, tkun ġiet ikkanċellata.”;
(21)
il-punt A tal-Appendiċi 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“A. STRUZZJONIJIET GĦAR-RAPPURTAR
MODEL AIREP SPECIAL
ITEM
PARAMETER
TRANSMIT IN TELEPHONY kif jixraq
–
Id-deżinjatur tat-tip ta’ messaġġ
—
rapport speċjali dwar l-ajru
[AIREP] SPECIAL
Taqsima 1
1
Identifikazzjoni tal-inġenji tal-ajru
(identifikazzjoni tal-inġenju tal-ajru)
2
Pożizzjoni
POSITION (latitudni u lonġitudni)
OVER (punt sinifikanti)
ABEAM (punt sinifikanti)
(punt sinifikanti) (bering) (distanza)
3
Żmien
(ħin)
4
Livell
FLIGHT LEVEL (numru) jew (numru) METRES jew FEET
DESCENDING TO FLIGHT LEVEL (numru) jew (numru) METRES jew FEET
CLIMBING TO FLIGHT LEVEL (numru) jew (numru) METRES jew FEET
5
Il-pożizzjoni li jmiss u l-ħin stmat matul
(pożizzjoni) (ħin)
6
Punt sinifikanti li jirriżulta
(pożizzjoni) NEXT
Taqsima 2
7
Ħin stmat tal-wasla
(ajrudrom) (ħin)
8
Enduranza
ENDURANCE (sigħat u minuti)
Taqsima 3
9
Fenomenu li ltaqa’ miegħu jew li ġie osservat li wassal għal rapport speċjali dwar l-ajru:
—
Turbolenza moderata
TURBULENCE MODERATE
—
Turbolenza severa
TURBULENCE SEVERE
—
Silġ moderat
ICING MODERATE
—
Silġ sever
ICING SEVERE
—
Mewġa qawwija orografika
MOUNTAIN WAVE SEVERE
—
Maltempati bir-ragħad mingħajr silġ
THUNDERSTORMS
—
Maltempati bir-ragħad bis-silġ
THUNDERSTORMS WITH HAIL
—
Maltempata severa tat-trab/ramel
DUSTSTORM jew SANDSTORM HEAVY
—
Sħaba ta’ rmied vulkaniku
VOLCANIC ASH CLOUD
—
Attività vulkanika ta’ qabel l-iżbroff jew żbroff ta’ vulkan
PRE-ERUPTION VOLCANIC ACTIVITY jew VOLCANIC ERUPTION
Azzjoni tal-ibbrejkjar fuq ir-runway
—
Tajba
GOOD
—
Minn tajba sa medja
GOOD TO MEDIUM
—
Medja
MEDIUM
—
Minn medja sa ħażina
MEDIUM TO POOR
—
Ħażina
POOR
—
Anqas minn ħażina
LESS THAN POOR
1. KONTENUT TAR-RAPPORTI MILL-AJRU
1.1.
Rapporti dwar il-pożizzjoni u rapporti speċjali dwar l-ajru
1.1.1.
It-Taqsima 1 tal-mudell stabbilit fil-punt A hija obbligatorja għal rapporti dwar il-pożizzjoni u għal rapporti speċjali dwar l-ajru, għalkemm il-Punti 5 u 6 tagħha jistgħu jitħallew barra. It-Taqsima 2 għandha tiżdied, kollha kemm hi jew parti minnha, biss meta dan ikun mitlub mill-operatur jew mir-rappreżentant deżinjat tiegħu, jew meta jitqies meħtieġ mill-bdot fil-kmand. It-Taqsima 3 għandha tiddaħħal fir-rapporti speċjali dwar l-ajru.
1.1.2.
Il-kundizzjonijiet li jwasslu għall-ħruġ ta’ rapport speċjali dwar l-ajru għandhom jiġu magħżula mil-lista ppreżentata fil-punt SERA.12005(a).
1.1.3.
Fil-każ ta’ rapporti speċjali dwar l-ajru li fihom informazzjoni dwar attività vulkanika, rapport ta’ wara t-titjira għandu jsir bl-użu tal-formola dwar ir-rapportar dwar l-attività vulkanika (Mudell VAR) stabbilita fil-punt B. L-elementi kollha osservati għandhom jiġu rreġistrati u indikati rispettivament fl-ispazji xierqa fil-formola Mudell VAR.
1.1.4.
Ir-rapporti speċjali dwar l-ajru għandhom jinħarġu malajr kemm jista’ hekk kif ikun prattikabbli wara li jkun ġie osservat fenomenu li jitlob rapport speċjali dwar l-ajru.
2. STRUZZJONIJIET IDDETTALJATI GĦAR-RAPPURTAR
2,1.
Il-punti ta’ rapport mill-ajru għandhom jiġu rrappurtati fl-ordni li fih huma elenkati fil-mudell tal-formola AIREP SPECIAL.
—
MESSAGE TYPE DESIGNATOR. Irrapporta ‘SPECIAL’ għal rapport speċjali dwar l-ajru.
POSITION. Irrapporta l-pożizzjoni f’latitudni (gradi bħala 2 numri jew gradi u minuti bħala 4 ċifri, segwiti minn ‘North’ (Tramuntana) jew ‘South’ (Nofsinhar) u lonġitudni (gradi bħala 3 numri jew gradi u minuti bħala 5 ċifri segwiti minn ‘East’ (Lvant) jew ‘West’ (Punent), jew bħala punt sinifikanti identifikat b’deżinjatur kodifikat (2 sa 5 karattri) jew bħala punt sinifikanti segwit b’direzzjoni manjetika (3 ċifri) u d-distanza f’mili nawtiċi mill-punt. Ippreċedi l-punt sinifikanti b’‘ABEAM’ (travers), jekk applikabbli.
Entrata 3 —
TIME. Irrapporta f’sigħat u minuti UTC (4 ċifri) sakemm ma jkunx preskritt ir-rappurtar tal-ħin f’minuti wara s-siegħa (2 ċifri) fuq il-bażi ta’ ftehimiet reġjonali tan-navigazzjoni tal-ajru. Il-ħin irrappurtat għandu jkun il-ħin reali tal-inġenju tal-ajru fil-pożizzjoni u mhux il-ħin tal-oriġini jew tat-trażmissjoni tar-rapport. Il-ħin għandu dejjem jiġi rrappurtat f’sigħat u minuti UTC meta jinħareġ rapport speċjali dwar l-ajru.
Entrata 4 —
FLIGHT LEVEL OR ALTITUDE. Irrapporta l-livell tat-titjira bi 3 ċifri meta fuq konfigurazzjoni ta’ altimetru tal-pressjoni standard. Irrapporta l-altitudni f’metri segwit minn ‘METRES’ jew f’piedi segwita minn ‘FEET’ meta fuq QNH. Irrapporta ‘CLIMBING’ (segwit mil-livell) meta jkun tiela’ jew ‘DESCENDING’ (segwit mil-livell) meta jkun nieżel għal livell ġdid wara li jgħaddi l-punt sinifikanti.
Element 5 —
NEXT POSITION AND ESTIMATED TIME OVER. Irrapporta l-punt ta’ rappurtar li jmiss u l-ħin stmat fuq it-tali punt ta’ rappurtar, jew irrapporta l-pożizzjoni stmata li se tintlaħaq siegħa aktar tard, skont il-proċeduri ta’ rappurtar tal-proċeduri fis-seħħ. Uża l-konvenzjonijiet tad-data speċifikati fil-Punt 2 għall-pożizzjoni. Irrapporta l-ħin stmat fuq din il-pożizzjoni. Irrapporta l-ħin f’sigħat u minuti UTC (4 ċifri) sakemm ma jkunx stipulat ir-rappurtar tal-ħin f’minuti wara s-siegħa (2 ċifri) mill-ftehimiet reġjonali tan-navigazzjoni tal-ajru.
Entrata 6 —
ENSUING SIGNIFICANT POINT. Irrapporta l-punt sinifikanti li jirriżulta wara ‘next position and estimated time over’.
Taqsima 2
Entrata 7 —
ESTIMATED TIME OF ARRIVAL. Irrapporta l-isem tal-ajrudrom tal-ewwel inżul previst, segwit mill-ħin stmat tal-wasla f’dan l-ajrudrom f’sigħat u minuti UTC (4 ċifri).
Entrata 8 —
ENDURANCE. Irrapporta ‘ENDURANCE’ segwita minn kemm idum il-fjuwil f’sigħat u minuti (4 ċifri).
Taqsima 3
Entrata 9 —
PHENOMENON PROMPTING A SPECIAL AIR-REPORT. Irrapporta wieħed mill-fenomeni esperjenzati jew osservati li ġejjin:
—
Turbolenza moderata bħala ‘TURBULENCE MODERATE’
Turbolenza severa bħala ‘TURBULENCE SEVERE’
Japplikaw l-ispeċifikazzjonijiet li ġejjin:
—
Moderata — Kundizzjonijiet li fihom jistgħu jseħħu bidliet moderati fl-attitudni u/jew l-altitudni tal-inġenju tal-ajru iżda l-inġenju tal-ajru jibqa’ f’kontroll pożittiv f’kull ħin. Normalment, varjazzjonijiet żgħar fil-veloċità fl-ajru. Bidliet fir-rilevazzjonijiet tal-aċċelerometru ta’ 0,5 g sa 1,0 g fiċ-ċentru tal-gravità tal-inġenju tal-ajru. Diffikultà biex wieħed jimxi. L-okkupanti jħossu tensjoni kontra ċ-ċinturini tas-sigurtà. Oġġetti li mhumiex marbutin jibdew jiċċaqalqu.
—
Severa — Kundizzjonijiet li fihom iseħħu bidliet f’daqqa fl-attitudni u/jew fl-altitudni tal-inġenju tal-ajru; l-inġenju tal-ajru jista’ ma jkunx taħt kontroll għal perjodi qosra. Normalment, varjazzjonijiet kbar fil-veloċità tal-arja. Bidliet fil-qari tal-aċċelerometru akbar minn 1,0 g fiċ-ċentru tal-gravità tal-inġenju tal-ajru. L-okkupanti huma mbuttati b’mod vjolenti kontra ċ-ċinturini tas-sigurtà. Oġġetti li mhumiex marbutin jiġu mitfugħin ’l hemm u ’l hawn.
—
Silġ moderat bħala ‘ICING MODERATE’
Silġ sever bħala ‘ICING SEVERE’
L-ispeċifikazzjonijiet li ġejjin japplikaw:
—
Moderati — Kundizzjonijiet li fihom il-bidla fil-orjentazzjoni u/jew fl-altitudni tista’ tkun mixtieqa.
—
Severi — Kundizzjonijiet li fihom il-bidla immedjata tal-orjentazzjoni u/jew tal-altitudni hija meqjusa essenzjali.
—
Mewġa orografika severa bħala ‘MOUNTAIN WAVE SEVERE’
L-ispeċifikazzjonijiet li ġejjin japplikaw:
—
Severi — Kundizzjonijiet li fihom il-kurrent dixxendenti li jakkumpanjahom huwa 3,0 m/s (600 pied/min) jew iżjed u/jew ikun hemm turbolenza severa.
—
Maltempata bir-ragħad mingħajr silġ bħala ‘THUNDERSTORM’
Maltempata bir-ragħad bis-silġ bħala ‘THUNDERSTORM WITH HAIL’
L-ispeċifikazzjonijiet li ġejjin japplikaw:
Irrapporta biss dawk il-maltempati bir-ragħad li huma:
—
oskurati biċ-ċpar; jew
—
inkorporati fis-sħab; jew
—
mifruxa; jew
—
jifformaw squall line.
—
Maltempata tat-trab jew maltempata tar-ramel severa bħala ‘DUSTSTORM HEAVY’ jew ‘SANDSTORM HEAVY’
—
Sħab ta’ rmied vulkaniku bħala ‘VOLCANIC ASH CLOUD’
—
Attività vulkanika ta’ qabel l-iżbroff jew żbroff vulkaniku bħala ‘PRE-ERUPTION VOLCANIC ACTIVITY’ jew ‘VOLCANIC ERUPTION’
L-ispeċifikazzjonijiet li ġejjin japplikaw:
‘Attività vulkanika ta’ qabel żbroff’ f’dan il-kuntest tfisser attività vulkanika mhux normali u/jew li qiegħda tiżdied li tista’ tkun sinjal ta’ żbroff vulkaniku.
—
Azzjoni tajba ta’ bbrejkjar bħala ‘BRAKING ACTION GOOD’
—
Azzjoni ta’ bbrejkjar minn tajba sa medja bħala ‘BRAKING ACTION GOOD TO MEDIUM’
—
Azzjoni medja tal-ibbrejkjar bħala ‘BRAKING ACTION MEDIUM’
—
Azzjoni tal-ibbrejkjar minn medja sa ħażina bħala ‘BRAKING ACTION MEDIUM TO POOR’
—
Azzjoni ħażina ta’ bbrejkjar bħala ‘BRAKING ACTION POOR’
—
Azzjoni inqas minn ħażina tal-ibbrejkjar bħala ‘BRAKING ACTION LESS THAN POOR’
L-ispeċifikazzjonijiet li ġejjin japplikaw:
Tajba — Id-deċellerazzjoni tal-ibbrejkjar hija normali għall-isforz ta’ bbrejkjar tar-roti applikat, u l-kontroll direzzjonali huwa normali.
Minn tajba għal medja — Id-deċellerazzjoni tal-ibbrejkjar jew kontroll direzzjonali huwa bejn tajjeb u medju.
Medja — Id-deċellerazzjoni tal-ibbrejkjar titnaqqas b’mod notevoli għall-isforz ta’ bbrejkjar tar-roti applikat, jew il-kontroll direzzjonali jitnaqqas b’mod notevoli.
Medja għal ħażina — Id-deċellerazzjoni tal-ibbrejkjar jew il-kontroll direzzjonali huma bejn medji u ħżiena.
Ħażina — Id-deċellerazzjoni tal-ibbrejkjar hija nieqsa b’mod sinifikanti għall-isforz ta’ bbrejkjar tar-roti applikat, jew il-kontroll direzzjonali jitnaqqas b’mod sinifikanti.
Inqas minn ħażina — Id-deċellerazzjoni tal-ibbrejkjar hija minima sa ineżistenti għall-isforz ta’ bbrejkjar tar-roti applikat, jew il-kontroll direzzjonali huwa inċert.
2.2.
L-informazzjoni rreġistrata fuq il-formola għar-rappurtar ta’ attività vulkanika (il-Mudell VAR) mhijiex għat-trażmissjoni bl-RTF iżda, mal-wasla f’ajrudrom, għandha tiġi kkunsinjata mingħajr dewmien mill-operatur jew minn membru tal-ekwipaġġ tat-titjira lill-uffiċċju meteoroloġiku tal-ajrudrom. Jekk uffiċċju bħal dan ma jkunx aċċessibbli faċilment, il-formola kompluta għandha tiġi kkunsinjata f’konformità mal-arranġamenti lokali miftiehma bejn l-MET u l-fornituri tal-ATS u l-operatur tal-inġenju tal-ajru.
3. TRAŻMISSJONI TA’ INFORMAZZJONI METEOROLOĠIKA RIĊEVUTA PERMEZZ TA’ KOMUNIKAZZJONIJIET BIL-VUĊI
Meta jirċievu rapporti speċjali dwar l-ajru, l-unitajiet tal-ATS għandhom jittrażmettu dawn ir-rapporti dwar l-ajru mingħajr dewmien lill-uffiċċju tal-għassa meteoroloġika (MWO) assoċjat. Sabiex jiżguraw l-assimilazzjoni tar-rapporti dwar l-ajru f’sistemi awtomatizzati bbażati fuq l-art, l-elementi ta’ rapporti bħal dawn għandhom jiġu trażmessi bl-użu tal-konvenzjonijiet tad-data speċifikati hawn taħt u fl-ordni stipulat.
—
ADDRESSEE. Irreġistra l-istazzjon li qiegħed jiġi msejjaħ u, meta dan ikun neċessarju, komunikazzjoni bir-rilej meħtieġa.
—
MESSAGE TYPE DESIGNATOR. Irreġistra ‘ARS’ għal rapport speċjali dwar l-ajru.
—
AIRCRAFT IDENTIFICATION. Irreġistra l-identifikazzjoni tal-inġenju tal-ajru bl-użu tal-konvenzjoni tad-data speċifikata fil-Punt 7 tal-pjan tat-titjira, mingħajr spazju bejn id-deżinjatur tal-operatur u r-reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru jew l-identifikazzjoni tat-titjira, jekk użata.
Taqsima 1
Entrata 0 —
POSITION. Irreġistra l-pożizzjoni f’latitudni (gradi bħala 2 numri jew gradi u minuti bħala 4 ċifri, segwiti mingħajr spazju, minn N jew S) u lonġitudni (gradi bħala 3 ċifri jew gradi u minuti bħala 5 ċifri, segwiti mingħajr spazju minn E jew W), jew bħala punt sinifikanti identifikat b’deżinjatur kodifikat (2 sa 5 karattri) jew bħala punt sinifikanti segwit b’direzzjoni manjetika (3 ċifri) u d-distanza f’mili nawtiċi (3 ċifri) mill-punt. Ippreċedi l-punt sinifikanti b’‘ABEAM’ (travers), jekk applikabbli.
Entrata 1 —
TIME. Irreġistra l-ħin f’sigħat u minuti UTC (4 ċifri).
Entrata 2 —
FLIGHT LEVEL OR ALTITUDE. Irreġistra ‘F’ segwita minn 3 ċifri (eż. ‘F310’) meta l-livell tat-titjir jiġi rrappurtat. Irreġistra l-altitudni f’metri segwita minn ‘M’ jew f’piedi segwita minn ‘FT’ meta tiġi rrappurtata altitudni. Irreġistra ‘ASC’ (livell) meta jkun tiela’ jew ‘DES’ (livell) meta jkun nieżel.
Taqsima 3
Entrata 9 —
PHENOMENON PROMPTING A SPECIAL AIR-REPORT. Irreġistra l-fenomenu rappurtat kif ġej:
—
turbolenza moderata bħala ‘TURB MOD’,
—
turbolenza severa bħala ‘TURB SEV’,
—
silġ moderat bħala ‘ICE MOD’,
—
silġ sever bħala ‘ICE SEV’,
—
mewġa orografika severa bħala ‘MTW SEV’,
—
maltempata bir-ragħad mingħajr silġ bħala ‘TS’,
—
maltempata bir-ragħad bis-silġ bħala ‘TSGR’,
—
maltempata tar-ramel severa bħala ‘HVY SS’,
—
maltempata tat-trab severa bħala ‘HVY DS’,
—
sħaba ta’ rmied vulkaniku bħala ‘VA CLD’,
—
attività vulkanika ta’ qabel żbroff jew żbroff vulkaniku bħala ‘VA’,
—
silġ bħala ‘GR’,
—
sħab cumulonimbus bħala ‘CB’.
TIME TRANSMITTED. Irreġistra biss meta tiġi trażmessa t-Taqsima 3.
4. DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI RELATATI MAR-RAPPORTAR TA’ RIĦ QAWWI TRASVERSALI U TA’ RMIED VULKANIKU
4,1. Rappurtar ta’ riħ qawwi trasversali
4.1.1.
Meta jiġu rappurtati l-osservazzjonijiet tal-inġenju tal-ajru ta’ riħ qawwi trasversali li jiltaqa’ miegħu tul il-fażijiet tat-tlugħ u tal-avviċinament tat-titjira, għandu jiġi inkluż it-tip ta’ inġenju tal-ajru.
4.1.2.
Fejn ikunu ġew irrappurtati jew imbassra kundizzjonijiet ta’ riħ qawwi trasversali fil-fażijiet ta’ tlugħ jew ta’ avviċinament tat-titjira imma l-inġenju tal-ajru ma jkunx iltaqa’ magħhom, il-bdot fil-kmand għandu jinforma b’dan lill-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru xierqa malli jkun prattikabbli sakemm il-bdot fil-kmand ma jkunx jaf li l-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru xierqa diġà ġiet informata b’dan minn inġenju tal-ajru preċedenti.
4,2. Rappurtar wara titjira ta’ attività vulkanika
4.2.1.
Mal-wasla ta’ titjira f’ajrudrom, ir-rapport komplut ta’ attività vulkanika għandu jiġi kkunsinjat mill-operatur tal-inġenju tal-ajru jew minn membru tal-ekwipaġġ ta’ titjira, mingħajr dewmien, lill-uffiċċju meteoroloġiku tal-ajrudrom, jew jekk it-tali uffiċċju mhuwiex aċċessibbli faċilment, il-formola kompluta għandha tiġi ttrattata f’konformità mal-arranġamenti lokali miftiehma bejn l-MET u l-fornituri tal-ATS u l-operatur tal-inġenju tal-ajru.
4.2.2.
Ir-rapport komplut ta’ attività vulkanika riċevut minn uffiċċju meteoroloġiku tal-ajrudrom għandu jiġi trażmess mingħajr dewmien lill-uffiċċju tal-għassa meteoroloġika responsabbli għall-għoti tal-għassa meteoroloġika għar-reġjun tal-informazzjoni tat-titjira li fiha kienet osservata l-attività vulkanika.”;
Irrispetta b’mod strett il-formati preskritti u l-mod kif tiġi speċifikata d-data.
Ibda billi tikteb id-data fl-ewwel spazju pprovdut. Meta jkun disponibbli spazju żejjed, ħalli l-ispazji li ma tużax vojta.
Ikteb il-ħinijiet kollha tal-arloġġ f’erba’ ċifri UTC.
Ikteb il-ħinijiet kollha stmati li għaddew f’erba’ ċifri (sigħat u minuti).
Il-parti skura li tippreċedi l-punt 3 — għandha timtela’ mis-servizzi tal-ATS u tal-COM, sakemm ir-responsabbiltà għat-tħejjija tal-messaġġi tal-pjan tat-titjira ma tkunx ġiet delegata.
2.2. Struzzjonijiet biex tiddaħħal id-data tal-ATS
Imla l-punti 7 sa 18 u, meta jkun meħtieġ mill-awtorità kompetenti jew inkella meta jitqies neċessarju għal xi raġuni oħra, imla l-punt 19 kif indikat hawn taħt.
Entrata 7: IDENTIFIKAZZJONI TAL-INĠENJU TAL-AJRU
(MASSIMU TA’ 7 KARATTRI)
IKTEB waħda mill-identifikazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru li ġejjin, mingħajr ma taqbeż is-seba’ karattri alfanumeriċi u mingħajr singijiet jew simboli:
(a)
id-deżinjatur tal-ICAO għall-operatur tal-inġenju tal-ajru, segwit mill-identifikazzjoni tat-titjira (eż. KLM511, NGA213, JTR25) waqt ir-radjutelefonija is-sinjal tas-sejħa li għandu jintuża mill-inġenju tal-ajru jikkonsisti mid-deżinjatur tat-telefonija tal-ICAO għall-operatur segwit mill-identifikazzjoni tat-titjira (eż. KLM511, NIGERIA 213, JESTER 25); jew
(b)
in-nazzjonalità jew il-marka komuni u l-marka tar-reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru (eż. EIAKO, 4XBCD, N2567GA), meta:
(1)
waqt ir-radjutelefonija, is-sinjal tas-sejħa li għandu jintuża mill-inġenju tal-ajru jikkonsisti biss minn din l-identifikazzjoni (eż. CGAJS), jew huwa ippreċedut mid-deżinjatur tat-telefonija tal-ICAO għall-operatur tal-inġenju tal-ajru (eż. BLIZZARD CGAJS);
(2)
l-inġenju tal-ajru mhuwiex mgħammar bir-radju.
Entrata 8: REGOLI TAT-TITJIR U TIP TA’ TITJIRA (KARATTRU WIEĦED JEW TNEJN)
Regoli tat-titjir
IKTEB waħda mill-ittri li ġejjin biex tindika l-kategorija tar-regoli tat-titjira li l-bdot beħsiebu jikkonforma magħha:
I
–
jekk huwa maħsub li t-titjira kollha tkun operata skont l-IFR; jew
V
–
jekk huwa maħsub li t-titjira kollha tkun operata skont il-VFR; jew
Y
–
jekk it-titjira hija inizjalment operata skont il-IFR, segwita minn bidla sussegwenti waħda jew aktar fir-regoli tat-titjira; jew
Z
–
jekk it-titjira hija inizjalment operata skont il-VFR, segwita minn bidla sussegwenti waħda jew aktar fir-regoli tat-titjira.
Speċifika fil-Punt 15 il-punt jew il-punti li huwa ppjanat li ssirilhom bidla fir-regoli tat-titjira.
Tip ta’ titjira
IKTEB waħda mill-ittri li ġejjin biex tindika t-tip ta’ titjira meta jkun meħtieġ hekk mill-awtorità kompetenti:
S
–
jekk servizz tal-ajru skedat;
N
–
jekk operazzjoni tat-trasport bl-ajru mhux skedata;
G
–
jekk avjazzjoni ġenerali;
M
–
jekk militari;
X
–
jekk xi kategorija oħra li mhix definita hawn fuq.
Speċifika l-istatus tat-titjira wara l-indikatur STS fil-Punt 18, jew meta meħtieġ biex tindika raġunijiet oħra għal immaniġġjar speċifiku mill-ATS, indika r-raġuni wara l-indikatur RMK fil-Punt 18.
Entrata 9: IN-NUMRU U T-TIP TAL-INĠENJU TAL-AJRU U L-KATEGORIJA TAT-TURBOLENZA TAT-TRANJA
Numru tal-inġenju tal-ajru (karattru 1 jew 2)
IKTEB in-numru tal-inġenju tal-ajru, jekk hemm aktar minn wieħed.
Tip ta’ inġenju tal-ajru (2 sa 4 karattri)
IKTEB
id-deżinjatur xieraq kif speċifikat fid-Dok 8643, Aircraft Type Designators,
JEW,
jekk ma kien assenjat l-ebda deżinjatur ta’ dan it-tip, jew f’każ ta’ titjiriet ta’ formazzjoni li jinkludu aktar minn tip wieħed, IKTEB ZZZZ, u SPEĊIFIKA fil-punt 18 (in-numri u) it-tip(i) tal-inġenji tal-ajru ppreċeduti minn TYP/.
DAĦĦAL linja djagonali segwita minn waħda mill-ittri li ġejjin biex tindika l-kategorija tat-turbolenza tat-tranja tal-inġenju tal-ajru:
J
–
SUPER, biex tindika tip ta’ inġenju tal-ajru speċifikat bħala tali fid-Dok 8643 tal-ICAO, Aircraft Type Designators, l-aħħar edizzjoni;
H
–
HEAVY, biex tindika tip ta’ inġenju tal-ajru b’massa massima ċċertifikata waqt il-qtugħ mill-art ta’ 136 000 kg jew aktar, bl-eċċezzjoni tat-tipi ta’ inġenji tal-ajru elenkati fid-Dok 8643 tal-ICAO fil-kategorija SUPER (J);
M
–
MEDIUM, biex tindika tip ta’ inġenju tal-ajru b’massa massima ċċertifikata waqt il-qtugħ mill-art ta’ inqas minn 136 000 kg iżda ta’ aktar minn 7 000 kg;
L
–
LIGHT, biex tindika tip ta’ inġenju tal-ajru b’massa massima ċċertifikata waqt il-qtugħ mill-art ta’ inqas minn 7 000 kg jew inqas.
Entrata 10: TAGĦMIR U KAPAĊITAJIET
Il-kapaċitajiet jinkludu l-elementi li ġejjin:
(a)
il-preżenza ta’ tagħmir rilevanti abbord l-inġenju tal-ajru li jista’ jsir servizz fuqu;
(b)
tagħmir u kapaċitajiet proporzjonati mal-kwalifiki tal-ekwipaġġ tat-titjira; kif ukoll
(c)
meta applikabbli, awtorizzazzjoni mill-awtorità kompetenti.
Tagħmir u kapaċitajiet ta’ komunikazzjoni bir-radju, ta’ navigazzjoni u ta’ għajnuna għall-avviċinament
IKTEB ittra waħda kif ġej:
N
–
jekk ma jinġarr l-ebda tagħmir għall-komunikazzjoni, in-navigazzjoni u l-għajnuna għall-avviċinament fir-rotta tat-titjira, jew it-tagħmir ma jistax isir servizz fuqu; jew
S
–
jekk jinġarr it-tagħmir għall-komunikazzjoni, in-navigazzjoni u l-għajnuna għall-avviċinament fir-rotta tat-titjira u t-tagħmir jista’ jsir servizz fuqu; u/jew
IKTEB waħda jew aktar mill-ittri li ġejjin biex tindika t-tagħmir għall-komunikazzjoni, in-navigazzjoni u l-għajnuna għall-avviċinament li jista’ jsir servizz fuqu u l-kapaċitajiet disponibbli:
A
Sistema ta’ llandjar bil-GBAS
J7
CPDLC FANS 1/A SATCOM (Iridium)
B
LPV (APV bis-SBAS)
K
MLS
C
Loran C
L
ILS
D
DME
M1
ATC SATVOICE (INMARSAT)
E1
FMC WPR ACARS
M2
ATC SATVOICE (MTSAT)
E2
D-FIS ACARS
M3
ATC SATVOICE (Iridium)
E3
F
PDC ACARS
ADF
O
VOR
G
GNSS. Jekk ikun ippjanat li porzjon mit-titjira jitwettaq skont l-IFR, dan jirreferi għar-riċevituri tal-GNSS li jikkonformaw mal-Volum I tal-Anness 10 tal-ICAO
P1
CPDLC RCP 400
P2
CPDLC RCP240
P3
SATVOICE RCP 400
H
HF RTF
P4-P9
Riżervat għall-RCP
I
Navigazzjoni Inerzjali
R
Approvat mill-PBN
J1
CPDLC ATN VDL Modalità 2
T
TACAN
J2
CPDLC FANS 1/A HFDL
U
UHF RTF
J3
CPDLC FANS 1/A VDL Modalità A
V
VHF RTF
J4
CPDLC FANS 1/A VDL Modalità 2
W
Approvat mill-RVSM
J5
CPDLC FANS 1/A SATCOM (INMARSAT)
X
Approvat mill-MNPS
J6
CPDLC FANS 1/A
SATCOM (MTSAT)
Y
VHF b’kapaċità ta’ spazjar bejn il-kanali ta’ 8.33 kHz
Z
Tagħmir ieħor li jinġarr jew kapaċitajiet oħra
Kwalunkwe karattru alfanumeriku li mhuwiex indikat hawn fuq huwa riżervat.
Tagħmir u kapaċitajiet ta’ sorveljanza
IKTEB
N jekk ma jinġarr l-ebda tagħmir ta’ sorveljanza fir-rotta tat-titjira, jew it-tagħmir ma jkunx jista’ jsir servizz fuqu;
JEW
IKTEB
wieħed jew aktar mid-deskritturi li ġejjin, sa massimu ta’ 20 karattru, biex tiddeskrivi t-tagħmir ta’ sorveljanza li jista’ jsir servizz fuqu u/jew il-kapaċitajiet abbord:
Modalitajiet A u C tal-SSR
A
–
Transponder — Modalità A (4 ċifri — 4 096 kodiċi)
C
–
Transponder — Modalità A (4 ċifri — 4 096 kodiċi) u Modalità C
SSR Modalità S
E
–
Transponder — Modalità S, li jinkludi l-identifikazzjoni tal-inġenji tal-ajru, l-altitudni tal-pressjoni u l-kapaċità tat-tip extended squitter (ADS-B)
H
–
Transponder — Modalità S, li jinkludi l-identifikazzjoni tal-inġenji tal-ajru, l-altitudni tal-pressjoni u l-kapaċità ta’ sorveljanza msaħħa
I
–
Transponder — Modalità S, li jinkludi l-identifikazzjoni tal-inġenji tal-ajru, imma bla ebda kapaċità ta’ altitudni tal-pressjoni
L
–
Transponder — Modalità S, li jinkludi l-identifikazzjoni tal-inġenji tal-ajru, l-altitudni tal-pressjoni, il-kapaċità tat-tip ‘extended squitter’ (ADS-B) u tas-sorveljanza msaħħa
P
–
Transponder — Modalità S, li jinkludi l-altitudni tal-pressjoni, iżda mhux il-kapaċità tal-identifikazzjoni tal-inġenji tal-ajru
S
–
Transponder — Modalità S, li jinkludi kemm l-altitudni tal-pressjoni kif ukoll il-kapaċità tal-identifikazzjoni tal-inġenji tal-ajru
X
–
Transponder — Modalità S, li la jinkludi l-identifikazzjoni tal-inġenji tal-ajru, u lanqas il-kapaċità tal-altitudni tal-pressjoni
ADS-B
B1
–
ADS-B b’kapaċità ta’ ADS-B ‘out’ iddedikata ta’ 1 090 MHz
B2
–
ADS-B b’kapaċità ta’ ADS-B ‘out’ u ‘in’ iddedikata ta’ 1 090 MHz
U1
–
il-kapaċità ta’ ADS-B ‘out’ bl-użu tal-UAT
U2
–
il-kapaċità ta’ ADS-B ‘out’ u ‘in’ bl-użu tal-UAT
V1
–
il-kapaċità ta’ ADS-B ‘out’ bl-użu tal-VDL Modalità 4
V2
–
il-kapaċità ta’ ADS-B ‘out’ u ‘in’ bl-użu tal-VDL Modalità 4
ADS-C
D1
–
ADS-C b’kapaċitajiet ta’ FANS 1/A
G1
–
ADS-C b’kapaċitajiet ta’ ATN
Karattri alfanumeriċi li mhumiex indikati hawn fuq huma riżervati.
Entrata 13: L-AJRUDROM TAT-TLUQ U L-ĦIN TAT-TLUQ (8 KARATTRI)
jekk ma jkun ġie assenjat l-ebda indikatur tal-lokalità,
IKTEB ZZZZ u SPEĊIFIKA, fil-Entrata18:
—
l-isem u l-post tal-ajrudrom ippreċedut minn DEP/; jew
—
l-ewwel punt tar-rotta jew is-sinjal markatur tar-radju ppreċedut minn DEP/..., jekk l-inġenju tal-ajru ma jkunx telaq minn ajrudrom;
JEW,
jekk il-pjan tat-titjira jiġi riċevut minn inġenju tal-ajru waqt titjira,
IKTEB
AFIL, u SPEĊIFIKA, fil-Punt 18, l-indikatur tal-pożizzjoni b’erba’ ittri tal-ICAO tal-unità tal-ATS li permezz tagħha tista’ tinkiseb data supplimentari dwar il-pjan tat-titjira, ippreċedut minn DEP/.
IMBAGĦAD, MINGĦAJR SPAZJU,
IKTEB
għal pjan tat-titjira sottomess qabel it-tluq, il-ħin stmat barra mill-blokk (EOBT),
JEW
għal pjan tat-titjira riċevut minn inġenju tal-ajru waqt titjira, il-ħin attwali jew stmat matul l-ewwel punt tar-rotta li għaliha japplika l-pjan tat-titjira.
Entrata 15: ROTTA
IKTEB
l-ewwel veloċità tal-cruising bħal fil-punt (a) u l-ewwel livell tal-cruising bħal fil-punt (b) mingħajr spazju bejniethom.
IMBAGĦAD,
segwi l-vleġġa u IKTEB id-deskrizzjoni tar-rotta bħal fil-punt (c).
(a)
Veloċità tal-cruising (massimu ta’ ħames karattri)
IKTEB
il-veloċità fl-ajru Reali għall-ewwel porzjon jew għall-porzjon kollu tal-cruising tat-titjira, f’termini ta’:
Kilometri fis-siegħa, espressi bħala K segwiti minn erba’ ċifri (eż. K0830), jew
Knots, espressi bħala N segwiti minn erba’ ċifri (eż. N0485), jew
In-numru Mach Reali, meta jkun preskritt b’tali mod mill-awtorità kompetenti, sal-eqreb ċenteżmu ta’ unità Mach, espress bħala M segwit minn 3 ċifri (eż. M082).
(b)
Livell tal-cruising (massimu ta’ 5 karattri)
IKTEB
il-livell tal-cruising ippjanat għall-ewwel parti mir-rotta jew ir-rotta sħiħa tat-titjira, f’termini ta’:
Livell tat-titjira, espress bħala F, segwit minn 3 ċifri (eż. F085; F330), jew
Livell metriku standard f’għaxriet ta’ metri, meta jkun preskritt b’tali mod mill-awtorità kompetenti espress bħala S segwit minn 4 ċifri (eż. S1130), jew
Altitudni f’mijiet ta’ piedi, espressa bħala A segwita minn 3 ċifri (eż. A045; A100), jew
Altitudni f’għaxriet ta’ metri, espressa bħala M segwita minn 4 ċifri (eż, M0840), jew
għat-titjiriet VFR mhux ikkontrollati, l-ittri VFR.
(c)
Rotta (li tinkludi l-bidliet fil-livell tal-veloċità u/jew fir-regoli tat-titjira)
Titjiriet tul ir-rotot tal-ATS iddeżinjati
IKTEB,
jekk l-ajrudrom tat-tluq ikun jinsab fuq ir-rotta tal-ATS jew ikun konness magħha, id-deżinjatur tal-ewwel rotta tal-ATS,
JEW,
jekk l-ajrudrom tat-tluq ma jkunx jinsab fuq ir-rotta tal-ATS jew ma jkunx konness magħha, l-ittri DCT segwiti mill-punt li jgħaqqad l-ewwel rotta tal-ATS, segwit mid-deżinjatur tar-rotta tal-ATS.
IMBAGĦAD
IKTEB
kull punt li fih huwa ppjanat li tinbeda bidla fil-veloċità u/jew fil-livell, jew bidla fir-rotta tal-ATS, u/jew hija ppjanata bidla fir-regoli tat-titjir,
SEGWIT F’KULL KAŻ
mid-deżinjatur tas-segment tar-rotta tal-ATS li jmiss, anki jekk ikun l-istess bħal dak preċedenti,
JEW
minn DCT, jekk it-titjira sal-punt li jmiss tkun barra r-rotta ddeżinjata, sakemm iż-żewġ punti ma jkunux iddefiniti mill-koordinati ġeografiċi.
Titjiriet barra r-rotot tal-ATS iddeżinjati
IKTEB
il-punti li normalment ma jkunx hemm aktar minn 30 minuta ta’ titjir jew 370 km (200 NM) bejniethom, li jinkludu kull punt li fih tkun ippjanata bidla fil-veloċità jew fil-livell, bidla fit-trajettorja, jew bidla fir-regoli tat-titjira,
JEW,
meta meħtieġ mill-awtorita(jiet) kompetenti,
IDDEFINIXXI
t-trajettorja ta’ titjiriet li joperaw fil-biċċa l-kbira fid-direzzjoni bejn il-Lvant u l-Punent bejn 70°N u 70°S b’referenza għal punti sinifikanti ffurmati mill-intersezzjonijiet ta’ nofs gradi jew gradi sħaħ ta’ latitudni bil-meridjani spazjati f’intervalli ta’ lonġitudni ta’ 10 gradi. Għal titjiriet li joperaw f’żoni barra dawk il-latitudnijiet, it-trajettorji għandhom ikunu definiti minn punti sinifikanti ffurmati mill-intersezzjoni ta’ paralleli ta’ latitudni ma’ meridjani normalment spazjati f’lonġitudni ta’ 20 grad. Id-distanza bejn il-punti sinifikanti kemm jista’ jkun ma għandhiex tkun aktar minn ħin ta’ titjir ta’ siegħa. Għandhom jiġu stabbiliti punti sinifikanti addizzjonali kif ikun meħtieġ.
Għal titjiriet li joperaw b’mod predominanti f’direzzjoni bejn it-Tramuntana u Nofsinhar, iddefinixxi t-trajettorji billi tagħmel referenza għall-punti sinifikanti ffurmati mill-intersezzjoni ta’ gradi sħaħ ta’ lonġitudni ma’ paralleli speċifikati li huma spazjati f’latitudni ta’ ħames gradi.
IKTEB
id-DCT bejn il-punti suċċessivi sakemm iż-żewġ punti ma jkunux iddefiniti mill-koordinati ġeografiċi jew bil-bering u d-distanza.
UŻA BISS il-konvenzjonijiet fil-punti (1) sa (5) hawn taħt u IFRED kull subentrata bi spazju.
(1)
Rotta ATS (minn 2 sa 7 karattri)
id-deżinjatur ikkodifikat assenjat għar-rotta jew għas-segment tar-rotta inkluż, fejn xieraq, id-deżinjatur ikkodifikat assenjat għar-rotta tat-tluq jew tal-wasla standard (eż. BCN1, Bl, R14, UB10, KODAP2 A).
(2)
Punt sinifikanti (minn 2 sa 11-il karattru)
Id-deżinjatur kodifikat (minn 2 sa 5 karattri) assenjat lill-punt (eż. LN, MAY, HADDY),
jew, jekk ma jkun ġie assenjat l-ebda deżinjatur kodifikat, uża wieħed minn dawn il-metodi li ġejjin:
—
Gradi biss (7 karattri):
żewġ ċifri li jiddeskrivu l-latitudni fi gradi, segwiti minn ‘N’ (Tramuntana) jew ‘S’ (Nofsinhar), segwiti minn tliet ċifri li jiddeskrivu l-lonġitudni fi gradi, segwiti minn ‘E’ (Lvant) jew ‘W’ (Punent). Ikkomponi l-għadd korrett taċ-ċifri, meta meħtieġ, billi ddaħħal iż-żerijiet, eż. 46N078 W.
—
Gradi u minuti (11-il karattru):
erba’ ċifri li jiddeskrivu l-latitudni fi gradi u għaxriet u unitajiet ta’ minuti segwiti minn ‘N’ (Tramuntana) jew ‘S’ (Nofsinhar), segwiti minn ħames ċifri li jiddeskrivu l-lonġitudni fi gradi u għaxriet u unitajiet ta’ minuti, segwiti minn ‘E’ (Lvant) jew ‘W’ (Punent). Ikkomponi l-għadd korrett taċ-ċifri, meta meħtieġ, billi ddaħħal iż-żerijiet, eż. 4620N07805 W.
—
Bering u distanza minn punt ta’ referenza:
L-identifikazzjoni tal-punt ta’ referenza, segwit mill-bering mill-punt fil-forma ta’ tliet ċifri li jjagħtu l-gradi manjetiċi, segwiti mid-distanza mill-punt fil-forma ta’ tliet ċifri li jesprimu l-mili nawtiċi. F’żoni ta’ latitudni għolja fejn jiġi ddeterminat mill-awtorità kompetenti li r-referenza għal gradi manjetiċi mhijiex prattika, jistgħu jintużaw gradi reali. Ikkomponi l-għadd korrett taċ-ċifri, meta meħtieġ, billi ddaħħal iż-żerijiet — eż. punt manjetiku ta’ 180° f’distanza ta’ 40 NM minn VOR ‘DUB’ jenħtieġ li jiġi espress bħala DUB180040.
(3)
Bidla fil-veloċità jew fil-livell (massimu ta’ 21 karattru)
Il-punt li fih huwa ppjanat li tinbeda bidla fil-veloċità (5 % TAS jew 0,01 Mach jew aktar) jew bidla fil-livell, espressa eżattament bħal fil-punt (2) hawn fuq, segwita minn linja djagonali u kemm il-veloċità tal-cruising kif ukoll il-livell tal-cruising, espressi eżattament bħal fil-punti (a) u (b) hawn fuq, mingħajr spazju bejniethom, anki meta tinbidel biss waħda minn dawn il-kwantitajiet.
Eżempji:
LN/N0284A045
MAY/N0305Fl80
HADDY/N0420F330
4602N07805 W/N0500F350
46N078 W/M082F330
DUB180040/N0350M0840
(4)
Bidla fir-regoli tat-titjira (massimu ta’ 3 karattri)
Il-punt li fih hija ppjanata l-bidla fir-regoli tat-titjira, espress eżattament bħal fil-punt (2) jew (3) hawn fuq kif jixraq, segwit minn spazju u waħda minn dawn l-abbrevjazzjonjiet li ġejjin:
VFR jekk minn IFR għal VFR
IFR jekk minn VFR għal IFR
Eżempji:
LN VFR
LN/N0284A050 IFR
(5)
It-tlugħ sal-cruising (massimu ta’ 28 karattru)
L-ittra C segwita minn linja djagonali; IMBAGĦAD il-punt li fih huwa ppjanat li jibda t-tlugħ sal-cruising, espress eżattament bħal f’(2) hawn fuq, segwit minn linja djagonali; IMBAGĦAD il-veloċità li għandha tinżamm matul it-tlugħ sal-cruising, espressa eżattament bħal f’(a) hawn fuq, segwita miż-żewġ livelli li jiddefinixxu s-saff li għandu jkun okkupat matul it-tlugħ sal-cruising, b’kull livell espress eżattament bħal f’(b) hawn fuq, jew il-livell li ’l fuq minnu huwa ppjanat it-tlugħ sal-cruising segwit mill-ittri PLUS, mingħajr spazju bejniethom.
Eżempji:
C/48N050 W/M082F290F350
C/48N050 W/M082F290PLUS
C/52N050 W/M220F580F620
Entrata 16: AJRUDROM TAD-DESTINAZZJONI U L-ĦIN TOTALI STMAT LI GĦADDA, AJRUDROM(I) ALTERNATTIV(I) TAD-DESTINAZZJONI
Ajrudrom tad-destinazzjoni u l-ħin totali li għadda (tmien karattri)
jekk ma jkun ġie assenjat l-ebda indikatur tal-lokalità,
IKTEB ZZZZ u SPEĊIFIKA, fil-Punt 18 l-isem u l-post tal-ajrudrom, ippreċedut minn DEST/.
IMBAGĦAD MINGĦAJR SPAZJU
IKTEB
il-ħin totali stmat li għadda.
Ajrudrom alternattiv tad-destinazzjoni
IKTEB
l-indikatur(i) tal-pożizzjoni b’erba’ ittri tal-ICAO ta’ mhux aktar minn żewġ ajrudromi alternattivi tad-destinazzjoni, kif speċifikat fid-Dok 7910, Location Indicators, mifrudin bi spazju,
JEW,
jekk ma jkun ġie assenjat l-ebda indikatur tal-pożizzjoni għall-ajrudromi alternattivi tad-destinazzjoni,
IKTEB
ZZZZ u SPEĊIFIKA, fil-Punt 18 l-isem u l-post tal-ajrudrom(i) alternattiv(i) tad-destinazzjoni, ippreċeduti minn ALTN/.
Entrata 18: INFORMAZZJONI OĦRA
Is-singijiet jew il-linji djagonali jenħtieġ li jintużaw biss kif preskritt hawn taħt.
IKTEB
0 (żero) jekk ma hemmx aktar informazzjoni,
JEW,
kwalunkwe informazzjoni oħra meħtieġa fis-sekwenza murija hawn taħt, fil-forma tal-indikatur xieraq magħżul minn dawk definiti hawn taħt segwiti minn linja djagonali u l-informazzjoni li għandha tiġi rreġistrata:
STS/
Raġuni għall-immaniġġjar speċjali mill-ATS, eż. missjoni ta’ tiftix u salvataġġ, kif ġej:
ALTRV:
għal titjira operata f’konformità mal-prenotazzjoni tal-altitudni;
ATFMX:
għal titjira approvata mill-awtorità kompetenti għal eżenzjoni mill-miżuri tal-ATFM;
FFR:
tifi tan-nar;
FLTCK:
kontroll tat-titjira biex tiġi kkalibrata l-għajnuna fin-navigazzjoni;
HAZMAT:
għal titjira li ġġorr materjal perikoluż;
HEAD:
titjira bi status ta’ Kap ta’ Stat;
HOSP:
għal titjira medika ddikjarata mill-awtoritajiet mediċi;
HUM:
għal titjira li qed topera f’missjoni umanitarja;
MARSA:
għal titjira li għaliha entità militari tassumi r-responsabbiltà għas-separazzjoni tal-inġenji tal-ajru militari;
MEDEVAC:
għal evakwazzjoni f’emerġenza medika u kritika għall-ħajja;
NONRVSM:
għal titjira mhux kapaċi tal-RVSM li jkollha l-intenzjoni li topera fl-ispazju tal-ajru tal-RVSM;
SAR:
għal titjira involuta f’missjoni ta’ tiftix u salvataġġ; kif ukoll
STATE:
għal titjira li tinvolvi servizzi militari, doganali, jew tal-pulizija.
Raġunijiet oħra għall-immaniġġjar speċjali mill-ATS għandhom jiġu indikati taħt id-deżinjatur ‘RMK/’.
PBN/
Indikazzjoni tal-kapaċitajiet ta’ RNAV u/jew ta’ RNP. Inkludi kemm jista’ jkun mid-deskritturi ta’ hawn taħt, skont kif japplikaw għat-titjira, sa massimu ta’ tmien entrati, jiġifieri total ta’ mhux aktar minn 16-il karattru.
SPEĊIFIKAZZJONIJIET TAL-RNAV
A1
RNAV 10 (RNP 10)
C1
RNAV 2 is-sensuri kollha permessi
C2
RNAV 2 GNSS
B1
RNAV 5 is-sensuri kollha permessi
C3
RNAV 2 DME/DME
B2
RNAV 5 GNSS
C4
RNAV 2 DME/DME/IRU
B3
RNAV 5 DME/DME
B4
RNAV 5 VOR/DME
D1
RNAV 1 is-sensuri kollha permessi
B5
RNAV 5 INS jew IRS
D2
RNAV 1 GNSS
B6
RNAV 5 LORANC
D3
RNAV 1 DME/DME
D4
RNAV 1 DME/DME/IRU
SPEĊIFIKAZZJONIJIET TAL-RNP
L1
RNP 4
S1
RNP APCH
S2
RNP APCH b’BARO-VNAV
O1
RNP bażiku 1 is-sensuri kollha permessi
O2
RNP bażiku 1 GNSS
T1
RNP AR APCH b’RF (jeħtieġ awtorizzazzjoni speċjali)
O3
RNP bażiku 1 DME/DME
T2
RNP AR APCH mingħajr RF (jeħtieġ awtorizzazzjoni speċjali)
O4
RNP bażiku 1 DME/DME/IRU
Kombinamenti ta’ karattri alfanumeriċi mhux indikati hawn fuq huma riżervati.
NAV/
Data sinifikanti relatata mat-tagħmir ta’ navigazzjoni, għajr dik speċifikata fil-PBN/, kif meħtieġ mill-awtorità kompetenti.
Indika l-awmentazzjoni tal-GNSS taħt dan l-indikatur, bi spazju bejn żewġ metodi jew aktar ta’ awmentazzjoni, eż. NAV/GBAS SBAS.
Indika l-EURPRNAV jekk l-inġenju tal-ajru P-RNAV approvat jiddependi biss fuq VOR/DME għad-determinazzjoni tal-pożizzjoni.
COM/
Indika t-tagħmir u l-kapaċitajiet ta’ komunikazzjoni mhux speċifikati fil-Punt 10 a).
DAT/
Indika t-tagħmir u l-kapaċitajiet tal-komunikazzjoni tad-data mhux speċifikati fil-Punt 10 a) jew ‘CPDLCX’ biex tindika eżenzjoni mogħtija mir-rekwiżit biex ikun mgħammar b’CPDLC-ATN-B1.
SUR/
Indika t-tagħmir u l-kapaċitajiet ta’ sorveljanza mhux speċifikati fil-Punt 10 b). Indika kemm hemm speċifikazzjoni(jiet) RSP applikabbli għat-titjira, bl-użu ta’ deżinjatur(i) mingħajr spazju. L-ispeċifikazzjonijiet multipli tal-RSP huma mifrudin bi spazju. Pereżempju: RSP180 RSP400.
Ikteb EUADSBX, EUEHSX, EUELSX, jew kombinament tagħhom, biex tindika l-eżenzjonijiet mogħtija għar-rekwiżit għal tagħmir bi transponders SSR Mode S jew bi trażmettituri ADS-B.
DEP/
Isem u post tal-ajrudrom tat-tluq, jekk jiddaħħlu ‘ZZZZ’ fil-Punt 13, jew l-unità tal-ATS li permezz tagħha tista’ tinkiseb id-data supplimentari tal-pjan tat-titjira, jekk jiddaħħal AFIL fil-Punt 13. Għall-ajrudromi mhux elenkati fil-Pubblikazzjoni tal-Informazzjoni Ajrunawtika rilevanti, indika l-post kif ġej:
B’erba’ ċifri li jiddeskrivu l-latitudni fi gradi u għaxriet u unitajiet ta’ minuti segwiti minn ‘N’ (Tramuntana) jew ‘S’ (Nofsinhar), segwiti minn ħames ċifri li jiddeskrivu l-lonġitudni fi gradi u l-għaxriet u l-unitajiet ta’ minuti, segwiti minn ‘E’ (Lvant) jew ‘W’ (Punent). Ikkoreġi l-għadd taċ-ċifri, meta meħtieġ, billi ddaħħal iż-żerijiet, eż. 4620N07805 W (11-il karattru).
JEW,
Il-bering u d-distanza mill-eqreb punt sinifikanti, kif ġej:
L-identifikazzjoni tal-punt sinifikanti segwita mill-pożizzjoni mill-punt fil-forma ta’ tliet ċifri li jagħtu l-gradi manjetiċi, segwita mid-distanza mill-punt fil-forma ta’ tliet ċifri li jesprimu NM. F’żoni ta’ latitudni għolja fejn jiġi ddeterminat mill-awtorità kompetenti li r-referenza għal gradi manjetiċi mhijiex prattika, jistgħu jintużaw gradi reali. Ikkoreġi l-għadd taċ-ċifri, meta meħtieġ, billi ddaħħal iż-żerijiet, eż. punt manjetiku ta’ 180° f’distanza ta’ 40 NM minn VOR ‘DUB’ jenħtieġ li jiġi espress bħala DUB180040.
JEW,
L-ewwel punt tar-rotta (isem jew LAT/LONĠ) jew is-sinjal markatur tar-radju, jekk l-inġenju tal-ajru ma jkunx telaq minn ajrudrom.
DEST/
Isem u post tal-ajrudrom tad-destinazzjoni, jekk jinkitbu ZZZZ fil-Punt 16. Għall-ajrudromi mhux elenkati fil-Pubblikazzjoni tal-Informazzjoni Ajrunawtika rilevanti, indika l-post f’LAT/LONĠ jew il-pożizzjoni u d-distanza mill-eqreb punt sinifikanti, kif deskritt fid-DEP/hawn fuq.
DOF/
Id-data tat-tluq tat-titjira f’format ta’ sitt ċifri (SSXXJJ, fejn SS huma ekwivalenti għas-sena, XX huma ekwivalenti għax-xahar, u JJ huma ekwivalenti għall-jum).
REG/
In-nazzjonalità jew il-marka komuni u l-marka ta’ reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru, jekk differenti mill-identifikazzjoni tal-inġenju tal-ajru fil-Punt 7.
EET/
Deżinjaturi tal-punti sinifikanti jew tal-konfini tal-FIR u l-ħinijiet stmati akkumolati li għaddew mill-qtugħ mill-art sa dawn il-punti jew il-konfini tal-FIR, meta jkun preskritt hekk abbażi ta’ ftehimiet reġjonali tan-navigazzjoni bl-ajru, jew mill-awtorità kompetenti.
Tip(i) ta’ inġenji tal-ajru, preċedut(i) jekk ikun hemm bżonn mingħajr spazju bin-numru/i tal-inġenji tal-ajru u mifrudin bi spazju wieħed, jekk jiddaħħlu ZZZZ fil-Punt 9.
Pereżempju:
TYP/2F15 5F5 3B2
CODE/
Indirizz tal-inġenju tal-ajru (espress fil-forma ta’ kodiċi alfanumerika ta’ sitt karattri eżadeċimali) meta jkun meħtieġ mill-awtorità kompetenti. Pereżempju: ‘F00001’ huwa l-aktar indirizz baxx tal-inġenju tal-ajru li jinsab fi blokka speċifika amministrata mill-ICAO.
DLE/
Dewmien jew stennija en-route, daħħal il-punt(i) sinifikanti tul ir-rotta meta jkun ippjanat li jsir id-dewmien, segwit mit-tul ta’ dewmien billi tuża erba’ ċifri li jindikaw is-sigħat u l-minuti (ssmm).
Pereżempju:
DLE/MDG0030
OPR/
Id-desinjatur ICAO jew l-isem l-operatur tal-inġenju tal-ajru, jekk differenti mill-identifikazzjoni tal-inġenju tal-ajru fil-Punt 7.
ORGN/
L-indirizz tal-AFTN bi tmien ittri tal-oriġinatur jew dettalji ta’ kuntatt xierqa oħra, f’każijiet meta l-oriġinatur tal-pjan tat-titjira ma jkunx jista’ jiġi identifikat fil-pront, kif meħtieġ mill-awtorità kompetenti.
PER/
Data dwar il-prestazzjoni tal-inġenju tal-ajru, indikata b’ittra waħda kif speċifikat mill-Proċeduri għas-Servizzi tan-Navigazzjoni tal-Ajru — Operazzjonijiet tal-Inġenji tal-Ajru (PANS-OPS, Dok 8168), il-Volum I — Proċeduri tat-titjira, jekk ikun preskritt b’tali mod mill-awtorità kompetenti.
ALTN/
Isem l-ajrudrom(i) alternattiv(i) tad-destinazzjoni, jekk jinkiteb ZZZZ fil-Punt 16. Għall-ajrudromi mhux elenkati fil-Pubblikazzjoni tal-Informazzjoni Ajrunawtika rilevanti, indika l-post f’LAT/LONĠ jew il-pożizzjoni u d-distanza mill-eqreb punt sinifikanti, kif deskritt fid-DEP/hawn fuq.
RALT/
Indikatur b’erba’ ittri tal-ICAO għal alternattiva/i fir-rotta, kif speċifikat fid-Dok 7910, Location Indicators, jew l-isem/ismijiet tal-ajrudrom(i) alternattivi tul ir-rotta, jekk ma jiġi allokat l-ebda indikatur. Għall-ajrudromi mhux elenkati fil-Pubblikazzjoni tal-Informazzjoni Ajrunawtika rilevanti, indika l-post f’LAT/LONĠ jew il-pożizzjoni u d-distanza mill-eqreb punt sinifikanti, kif deskritt fid-DEP/hawn fuq.
TALT/
Indikatur(i) b’erba’ ittri tal-ICAO għal qtugħ mill-art alternattiv, kif speċifikat fid-Dok 7910, Location Indicators, jew l-isem tal-ajrudrom alternattiv għall-qtugħ mill-art, jekk ma jiġi allokat l-ebda indikatur. Għall-ajrudromi mhux elenkati fil-Pubblikazzjoni tal-Informazzjoni Ajrunawtika rilevanti, indika l-post f’LAT/LONĠ jew il-pożizzjoni u d-distanza mill-eqreb punt sinifikanti, kif deskritt fid-DEP/hawn fuq.
RIF/
Id-dettalji tar-rotta għall-ajrudromi tad-destinazzjoni reveduti, segwiti mill-indikatur tal-pożizzjoni b’erba’ ittri tal-ICAO tal-ajrudrom. Ir-rotta riveduta hija soġġetta għal awtorizzazzjoni mill-ġdid waqt it-titjira.
Eżempji:
RIF/DTA HEC KLAX
RIF/ESP G94 CLA YPPH
RVR/
rekwiżit minimu tal-medda viżwali tar-runway għat-titjira, espress fi 3 ċifri.
RFP/
indikazzjoni tan-numru tal-pjanijiet tat-titjira ta’ sostituzzjoni sottomessi fil-format ‘Q’ segwita minn ċifra waħda li tindika l-iterazzjoni tas-sostituzzjoni.
Eżempji:
RFP/Q2.
RMK/
Kwalunkwe rimarki oħra b’lingwaġġ sempliċi meħtieġa mill-awtorità kompetenti jew meqjusa neċessarji.
Entrata 19: INFORMAZZJONI SUPPLIMENTARI
Enduranza
Wara E/
IKTEB fi grupp ta’ 4 ċifri l-awtonomija tal-fjuwil f’sigħat u minuti.
Persuni abbord
Wara P/
IKTEB l-għadd totali ta’ persuni (passiġġieri u ekwipaġġ) abbord, meta meħtieġ mill-awtorità kompetenti. IKTEB TBN (li għandu jiġi nnotifikat) jekk l-għadd totali ta’ persuni ma jkunx magħruf fil-mument tas-sottomissjoni.
It-tagħmir ta’ emerġenza u ta’ sopravivenza
R/
(RADJU) INGASSA U jekk l-UHF mhijiex disponibbli fil-frekwenza ta’ 243,0 MHz.
INGASSA V jekk il-VHF mhijiex disponibbli fil-frekwenza ta’ 121,5 MHz.
INGASSA E jekk it-trażmettitur lokalizzatur tal-emerġenza (ELT) mhuwiex disponibbli.
S/(TAGĦMIR TA’ SOPRAVIVENZA)
INGASSA l-indikaturi kollha jekk it-tagħmir tas-sopravivenza ma jinġarrx.
INGASSA P jekk it-tagħmir tas-sopravivenza polari ma jinġarrx.
INGASSA D jekk it-tagħmir tas-sopravivenza fid-deżert ma jinġarrx.
NGASSA M jekk it-tagħmir tas-sopravivenza marittima ma jinġarrx.
INGASSA J jekk it-tagħmir tas-sopravivenza fil-ġungla ma jinġarrx.
J/(ĠKIEKET)
INGASSA l-indikaturi kollha jekk il-ġkieket tas-salvataġġ ma jinġarrux.
INGASSA L jekk il-ġkieket tas-salvataġġ mhumiex mgħammra bid-dwal.
INGASSA F jekk il-ġkieket tas-salvataġġ mhumiex mgħammra bil-fluworexxeina.
INGASSA U jew V jew it-tnejn bħal f’R/hawn fuq biex tindika l-kapaċità tar-radju fil-ġkieket, jekk applikabbli.
D/(DINGIS)
(NUMRU)
INGASSA l-indikaturi D u C jekk ma jinġarr l-ebda dingi; jew
IKTEB l-għadd ta’ dingis li jinġarru; kif ukoll
(KAPAĊITÀ) — IKTEB il-kapaċità totali, f’persuni, tad-dingis kollha li jinġarru; kif ukoll
(KOPERTURA) — INGASSA l-indikatur C jekk id-dingis mhumiex koperti; kif ukoll
(KULUR) — IKTEB il-kulur tad-dingis jekk dawn jinġarru.
A/(KULUR U MARKI TAL-INĠENJU TAL-AJRU)
IKTEB il-kulur tal-inġenju tal-ajru u l-marki sinifikanti.
N/(RIMARKI)
INGASSA l-indikatur N jekk ma jkunx hemm rimarki, jew INDIKA kwalunkwe tagħmir ieħor ta’ sopravivenza li jinġarr u kwalunkwe rimarki oħra dwar it-tagħmir ta’ sopravivenza.
C/(BDOT)
IKTEB isem il-bdot fil-kmand.
2.3. Ippreżentata minn
IKTEB
isem l-unità, l-aġenzija jew il-persuna li qed tippreżenta l-pjan tat-titjira.