|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
|
2024/393 |
29.1.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/393
tas-26 ta’ Jannar 2024
li jemenda l-Annessi II, IV, IX u X tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-listi ta’ pajjiżi terzi jew territorji, jew żoni tagħhom, awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ ċerti ungulati u prodotti ġerminali tagħhom minn New Zealand, mill-Afrika t’Isfel u mir-Renju Unit, u li jikkoreġi l-Annessi V u XXII tiegħu fir-rigward tal-lista ta’ pajjiżi terzi jew territorji, jew żoni tagħhom, awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ pollam u prodotti ġerminali tagħhom u għat-tranżitu mir-Renju Unit ta’ konsenji li joriġinaw mill-Unjoni u li jirritornaw lejha
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 230(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2016/429 jistipula, inter alia, ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ annimali, ta’ prodotti ġerminali u ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali. Wieħed minn dawk ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali hu li dawk il-konsenji jridu jkunu ġejjin minn pajjiż terz jew territorju, jew żona jew kompartiment tiegħu, elenkat f’konformità mal-Artikolu 230(1) ta’ dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 (2) jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 rigward ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni tal-konsenji ta’ ċerti speċijiet u kategoriji ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali minn pajjiżi terzi jew mit-territorji, jew miż-żoni jew mill-kompartimenti tagħhom. Ir-Regolament Delegat (UE) 2020/692 jipprevedi li l-konsenji ta’ annimali, ta’ prodotti ġerminali u ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali li jidħlu fil-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu jistgħu jingħataw permess jidħlu fl-Unjoni biss jekk jiġu minn pajjiż terz jew mit-territorju, miż-żona jew mill-kompartiment tiegħu li jkun elenkat għall-ispeċijiet u għall-kategoriji ta’ annimali, ta’ prodotti ġerminali u ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali. |
|
(3) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 (3) jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi jew territorji, jew żoni jew kompartimenti tagħhom, li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni tal-konsenji ta’ dawk l-ispeċijiet u l-kategoriji ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali li jidħlu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692. Il-listi u ċerti regoli ġenerali li jikkonċernaw il-listi huma stabbiliti fl-Annessi I sa XXII ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni. |
|
(4) |
New Zealand issottomettiet lill-Kummissjoni l-informazzjoni li turi, f’konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692, li l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent tal-istat ta’ ħelsien mill-mard għat-territorju kollu tagħha mill-infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (is-serotipi 1-24) (“BTV”) stabbiliti fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/689 (4) huma ssodisfati. |
|
(5) |
L-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jistabbilixxi l-lista ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ ungulati, għajr annimali ekwini u ungulati maħsuba għal stabbilimenti konfinati. Għalhekk, jenħtieġ li l-entrata għal New Zealand fil-lista ta’ pajjiżi terzi jew territorji, jew żoni tagħhom, awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ ungulati, għajr annimali ekwini u ungulati maħsuba għal stabbilimenti kkonfinati, stabbilita fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 tiġi emendata biex tinkludi t-territorju kollu ta’ dak il-pajjiż terz bħala ħieles mill-BTV, billi tiddaħħal il-garanzija tas-saħħa tal-annimali “BTV” fir-ringieli għall-annimali bovini, ovini, kaprini, kamelidi u ċervidi u ungulati oħra fil-kolonna 7 tat-tabella f’dik il-Parti 1. |
|
(6) |
Barra minn hekk, ir-Renju Unit innotifika każ ikkonfermat ta’ BTV f’annimal bovin fil-Gran Brittanja. Għaldaqstant, ir-Renju Unit ma jistax jibqa’ jitqies mill-Unjoni bħala ħieles mill-BTV u għalhekk, il-garanzija tas-saħħa tal-annimali “BTV” jenħtieġ li titħassar mir-ringieli għall-annimali bovini, ovini, kaprini, kamelidi u ċervidi u ungulati oħra fl-entrati għaż-żoni GB-1 u GB-2 fir-Renju Unit fil-kolonna 7 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404. |
|
(7) |
L-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jistabbilixxi l-lista ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ annimali ekwini. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/698/KE (5) tistipula r-regoli għar-reġjonalizzazzjoni tal-Afrika t’Isfel fir-rigward tad-dħul temporanju u l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ żwiemel reġistrati minn dak il-pajjiż terz. Dik id-Deċiżjoni tħassret bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2609 (6) b’effett mill-14 ta’ Diċembru 2023. Għalhekk, jenħtieġ li r-referenza għad-Deċiżjoni 2008/698/KE titħassar mill-entrata għaż-żona ZA-1 fl-Afrika t’Isfel fil-kolonna 6 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404. |
|
(8) |
L-Annessi IX u X tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jistabbilixxu l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ prodotti ġerminali ta’ annimali bovini u ta’ annimali ovini u kaprini rispettivament. Peress li New Zealand issottomettiet l-informazzjoni lill-Kummissjoni li turi li l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard għall-BTV għat-territorju kollu tagħha huma ssodisfati, jenħtieġ li l-entrati għal dak il-pajjiż terz jiġu emendati biex jinkludu t-territorju kollu ta’ dak il-pajjiż terz bħala ħieles mill-BTV, billi tiddaħħal il-garanzija tas-saħħa tal-annimali “BTV” fil-kolonna 6 tat-tabelli fil-Parti 1 tal-Annessi IX u X tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404. Barra minn hekk, minħabba l-każ ikkonfermat tal-BTV f’annimal bovin fil-Gran Brittanja, jenħtieġ li l-garanzija tas-saħħa tal-annimali “BTV” titħassar mill-entrati għaż-żoni GB-1 u GB-2 fir-Renju Unit fil-kolonna 6 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness IX u mill-entrata għaż-żona GB-0 fir-Renju Unit fil-kolonna 6 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness X tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404. |
|
(9) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Annessi II, IV, IX u X tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jiġu emendati skont dan. |
|
(10) |
Barra minn hekk, l-Anness V tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jistabbilixxi l-lista ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ pollam u prodotti ġerminali tal-pollam. Ir-referenzi għall-kolonni għall-kundizzjonijiet speċifiċi u għall-garanziji tas-saħħa tal-annimali tat-tabella stabbilita fit-Taqsima B tal-Parti 1 jenħtieġ li jiġu kkoreġuti fit-titoli tal-Partijiet 3 u 4 ta’ dak l-Anness. |
|
(11) |
L-Anness XXII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 stabbilixxa, fost l-oħrajn, il-lista ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ ċerti speċijiet u kategoriji ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali, li joriġinaw fl-Unjoni u li jirritornaw lejha. Fit-tabella fil-Parti 1 ta’ dak l-Anness, fl-entrati għar-Renju Unit u għad-Dipendenzi tal-Kuruna tiegħu ta’ Guernsey, Isle of Man, u Jersey, huwa neċessarju li l-kontenut tal-kolonna 3 ta’ dik it-tabella jitmexxa għall-kolonna 4 tiegħu, kif introdott inizjalment bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/634 (7) u emendat b’mod skorrett bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1469 (8). |
|
(12) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Annessi V u XXII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jiġu emendati skont dan. |
|
(13) |
Filwaqt li titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fir-Renju Unit fir-rigward tal-BTV, l-emendi li jridu jsiru fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 b’dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħlu fis-seħħ malajr kemm jista’ jkun. |
|
(14) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404
L-Annessi II, IV, IX u X tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati f’konformità mal-Parti A tal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Korrezzjonijiet tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404
L-Annessi V u XXII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma kkoreġuti f’konformità mal-Parti B tal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Jannar 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 379, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/692/oj).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 tal- 24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/404/oj).
(4) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/689 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għas-sorveljanza, għall-programmi ta’ eradikazzjoni u għall-istat ta’ ħelsien mill-mard għal ċertu mard elenkat u emerġenti (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 211, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/689/oj).
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/698/KE tat-8 ta’ Awwissu 2008 dwar id-dħul temporanju u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ żwiemel reġistrati mill-Afrika ta’ Isfel (ĠU L 235, 2.9.2008, p. 16, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/698/oj).
(6) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2609 tat-22 ta’ Novembru 2023 li tħassar id-Deċiżjoni 2008/698/KE dwar id-dħul temporanju u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ żwiemel reġistrati mill-Afrika ta’ Isfel (ĠU L 2023/2609, 24.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2023/2609/oj).
(7) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/634 tal-15 ta’ April 2021 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-arranġamenti tranżitorji, l-entrati tar-Renju Unit u tad-Dipendenzi tal-Kuruna ta’ Guernsey, Isle of Man u Jersey u l-lista ta’ pajjiżi terzi awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ prodotti tal-ħalib meħtieġa li jgħaddu minn trattament speċifiku għall-mitigazzjoni tar-riskju kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer (ĠU L 132, 19.4.2021, p. 108, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/634/oj).
(8) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1469 tal-10 ta’ Settembru 2021 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2235 fir-rigward taż-żieda ta’ mudell ġdid ta’ ċertifikat għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali li joriġinaw fl-Unjoni, li jiġu mċaqalqa lejn pajjiż jew territorju terz u li jiġu mċaqalqa lura lejn l-Unjoni wara li jinħattu, jinħażnu u jitgħabbew mill-ġdid f’dak il-pajjiż jew territorju terz, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-lista ta’ pajjiżi terzi awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali li joriġinaw fl-Unjoni jew li jirritornaw lejha minn pajjiż terz jew territorju, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 fir-rigward tal-lista ta’ pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u ċerti oġġetti li joriġinaw mill-Unjoni u jirritornaw lejha minn pajjiż terz jew reġjun tiegħu (ĠU L 321, 13.9.2021, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/1469/oj).
ANNESS
PARTI A
L-Annessi II, IV, IX u X tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
fl-Anness II, il-Parti 1 hija emendata kif ġej:
|
|
(2) |
fl-Anness IV, fil-Parti 1, l-entrata għall-Afrika t’Isfel hija sostitwita b’dan li ġej:
|
|
(3) |
fl-Anness IX, il-Parti 1 hija emendata kif ġej:
|
|
(4) |
fl-Anness X, il-Parti 1 hija emendata kif ġej:
|
PARTI B
L-Annessi V u XXII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma kkoreġuti kif ġej:
|
(1) |
L-Anness V huwa kkoreġut kif ġej:
|
|
(2) |
fl-Anness XXII, fil-Parti 1, l-entrati għar-Renju Unit, għal Guernsey, għal Isle of Man u għal Jersey huma sostitwiti b’dan li ġej:
|
(*1) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 379, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/692/oj).”.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/393/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)