European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2024/387

22.1.2024

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/387

tad-19 ta’ Jannar 2024

li jemenda l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-entrati għall-Kanada, għar-Renju Unit u għall-Istati Uniti fil-listi ta’ pajjiżi terzi awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 230(1) u 232(1) u (3) tiegħu.

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2016/429 jipprevedi li sabiex jidħlu fl-Unjoni, il-konsenji ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali jridu jkunu ġejjin minn pajjiż terz jew territorju, jew minn żona jew kompartiment tiegħu, elenkati f’konformità mal-Artikolu 230(1) ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 (2) jistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li l-konsenji ta’ ċerti speċijiet u kategoriji ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali, li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi jew territorji, jew minn żoni tagħhom, jew minn kompartimenti tagħhom fil-każ tal-annimali tal-akkwakultura, iridu jkunu konformi magħhom sabiex jidħlu fl-Unjoni.

(3)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 (3) jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom, li minnhom hu permess id-dħul fl-Unjoni tal-ispeċijiet u l-kategoriji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692. Dawk il-listi u ċerti regoli ġenerali li jikkonċernaw dawk il-listi huma stabbiliti fl-Annessi I sa XXII ta’ dak ir-Regolament.

(4)

B’mod aktar partikolari, l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jistabbilixxu l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom, li minnhom huwa awtorizzat id-dħul fl-Unjoni, rispettivament, ta’ konsenji tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa.

(5)

Il-Kanada nnotifikat lill-Kummissjoni dwar tifqigħa tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja (HPAI) fil-pollam fil-provinċja ta’ Quebec, li ġiet ikkonfermata fit-3 ta’ Jannar 2024 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR).

(6)

L-Istati Uniti nnotifikaw lill-Kummissjoni dwar tmien tifqigħat tal-HPAI fil-pollam fl-istati ta’ California (3), Kansas (3), Missouri (1), u Wisconsin (1), li ġew ikkonfermati bejn it-28 ta’ Diċembru 2023 u l-10 ta’ Jannar 2024 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR).

(7)

Wara dawn it-tifqigħat reċenti tal-HPAI, l-awtoritajiet veterinarji tal-Kanada u tal-Istati Uniti stabbilew żoni ristretti ta’ mill-inqas 10 km madwar l-istabbilimenti affettwati u implimentaw politika ta’ qerda biex jikkontrollaw il-preżenza tal-HPAI u jillimitaw it-tixrid ta’ dik il-marda.

(8)

Il-Kanada u l-Istati Uniti ssottomettew informazzjoni lill-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorji tagħhom u dwar il-miżuri meħuda biex jevitaw aktar tixrid tal-HPAI.

(9)

Dik l-informazzjoni ġiet evalwata mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni tqis li, fid-dawl tas-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali fiż-żoni bir-restrizzjonijiet stabbiliti mill-awtoritajiet veterinarji tal-Kanada u tal-Istati Uniti, jenħtieġ li d-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa minn dawk iż-żoni jiġi sospiż sabiex jitħares l-istatus tas-saħħa tal-annimali fl-Unjoni.

(10)

Barra minn hekk, il-Kanada u r-Renju Unit ipprovdew informazzjoni aġġornata lill-Kummissjoni b’rabta mas-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorji tagħhom fir-rigward tal-HPAI li wasslet għas-sospensjoni tad-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti prodotti, kif stabbilit fl-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404.

(11)

Il-Kanada ssottomettiet informazzjoni aġġornata dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika b’rabta ma’ 10 tifqigħat tal-HPAI fil-provinċji ta’ Alberta (4), British Colombia (2), Manitoba (1), Quebec (1), u Saskatchewan (2), li ġew ikkonfermati bejn l-1 ta’ Novembru 2023 u l-5 ta’ Diċembru 2023 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR).

(12)

Ir-Renju Unit issottometta informazzjoni aġġornata dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika b’rabta ma’ tifqigħa tal-HPAI fil-pollam fil-Gżejjer Orkney, l-Iskozja, li ġiet ikkonfermata fit-22 ta’ Novembru 2023.

(13)

Il-Kanada u r-Renju Unit issottomettew ukoll informazzjoni dwar il-miżuri li ħadu biex jevitaw aktar tixrid tal-HPAI. B’mod partikolari, wara t-tifqigħat tal-HPAI, dawn implimentaw politika ta’ qerda sabiex jikkontrollaw u jillimitaw it-tixrid ta’ dik il-marda, kif ukoll lestew ir-rekwiżit tat-tindif u tad-diżinfezzjoni wara l-implimentazzjoni tal-politika ta’ qerda fl-istabbiliment tal-pollam infettat fit-territorji tagħhom.

(14)

Il-Kummissjoni evalwat l-informazzjoni sottomessa mill-Kanada u mir-Renju Unit, u tqis li pprovdew garanziji xierqa li s-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali li wasslet għas-sospensjoni tad-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti prodotti fl-Unjoni miż-żoni kkonċernati f’dawk il-pajjiżi terzi, kif stabbilit fl-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404, ma għadhiex ta’ theddida għas-saħħa tal-annimali jew għas-saħħa pubblika fl-Unjoni u li, għaldaqstant, jenħtieġ li jiġi awtorizzat mill-ġdid id-dħul fl-Unjoni ta’ dawk il-konsenji miż-żoni kkonċernati tal-Kanada u tar-Renju Unit li minnhom kien ġie sospiż id-dħul fl-Unjoni.

(15)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jiġu emendati biex titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fir-rigward tal-HPAI fil-Kanada u fir-Renju Unit.

(16)

Filwaqt li titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fil-Kanada u fl-Istati Uniti fir-rigward tal-HPAI, u sabiex jiġi evitat tfixkil bla bżonn fil-kummerċ mal-Kanada u mar-Renju Unit, jenħtieġ li l-emendi li għandhom isiru fl-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 permezz ta’ dan ir-Regolament isiru effettivi bħala kwistjoni ta’ urġenza.

(17)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ u applikabbiltà

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Jannar 2024.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 379, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/692/oj).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 tal- 24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/404/oj).


ANNESS

L-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness V huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-Parti 1, it-Taqsima B hija emendata kif ġej:

(i)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringiela għaż-żona CA-2.205 hija sostitwita b’dan li ġej:

CA

Il-Kanada

CA-2.205

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

1.11.2023

12.1.2024”;

(ii)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringieli għaż-żoni CA-2.207 sa CA-2.210 huma sostitwiti b’dan li ġej:

CA

Il-Kanada

CA-2.207

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

4.11.2023

12.1.2024

CA-2.208

N, P1

 

4.11.2023

12.1.2024

CA-2.209

N, P1

 

6.11.2023

12.1.2024

CA-2.210

N, P1

 

7.11.2023

12.1.2024”;

(iii)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringieli għaż-żoni CA-2.215 u CA-2.216 huma sostitwiti b’dan li ġej:

CA

Il-Kanada

CA-2.215

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

9.11.2023

12.1.2024

CA-2.216

N, P1

 

15.11.2023

12.1.2024”;

(iv)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringiela għaż-żona CA-2.222 hija sostitwita b’dan li ġej:

CA

Il-Kanada

CA-2.222

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

24.11.2023

12.1.2024”;

(v)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringiela għaż-żona CA-2.224 hija sostitwita b’dan li ġej:

CA

Il-Kanada

CA-2.224

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

27.11.2023

12.1.2024”;

(vi)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringiela għaż-żona CA-2.226 hija sostitwita b’dan li ġej:

CA

Il-Kanada

CA-2.226

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

5.12.2023

12.1.2024”;

(vii)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringiela li ġejja għaż-żona CA-2.229 tiżdied wara r-ringiela għaż-żona CA-2.228:

CA

Il-Kanada

CA-2.229

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

3.1.2024”;

 

(viii)

fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringiela għaż-żona GB-2.327 hija sostitwita b’dan li ġej:

GB

Ir-Renju Unit

GB-2.327

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

22.11.2023

27.12.2023”;

(ix)

fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringieli li ġejjin għaż-żoni US-2.607 sa US-2.614 jiżdiedu wara r-ringiela għaż-żona US-2.606:

US

L-Istati Uniti

US-2.607

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

28.12.2023

 

US-2.608

N, P1

 

3.1.2024

 

US-2.609

N, P1

 

3.1.2024

 

US-2.610

N, P1

 

3.1.2024

 

US-2.611

N, P1

 

5.1.2024

 

US-2.612

N, P1

 

4.1.2024

 

US-2.613

N, P1

 

10.1.2024

 

US-2.614

N, P1

 

10.1.2024”;

 

(b)

il-Parti 2 hija emendata kif ġej:

(i)

fl-entrata għall-Kanada, id-deskrizzjoni li ġejja taż-żona CA-2.229 tiżdied wara r-ringiela għaż-żona CA-2.228:

“Il-Kanada

CA-2.229

Quebec- Latitude 45.73, Longitude -75.06

The municipalities involved are:

3km PZ: St-André-Avellin

10km SZ: Lochaber, Notre-Dame-de-Bonsecours, Notre-Dame-de-la-Paix, Papineauville, Plaisance, Ripon, Saint-Sixte, and St-André-Avellin”;

(ii)

fl-entrata għall-Istati Uniti, id-deskrizzjonijiet li ġejjin taż-żoni US-2.607 sa US-2.614 jiżdiedu wara d-deskrizzjoni taż-żona US-2.606:

“L-Istati Uniti

US-2.607

State of Missouri

Audrain 01

Audrain County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 92.2741212°W 39.3645575°N)

US-2.608

State of California

Merced 08

Merced County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 120.8441855°W 37.4820235°N)

US-2.609

State of California

Sonoma 12

Sonoma County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 122.7405913°W 38.3529386°N)

US-2.610

State of California

Merced 09

Merced County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 120.8449531°W 37.4265541°N)

US-2.611

State of Wisconsin

Washburn 01

Washburn County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 91.9933817°W 45.8778434°N)

US-2.612

State of Kansas

Rice 04

Rice County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 98.3742750°W 38.4698459°N)

US-2.613

State of Kansas

Mitchell 05

Mitchell County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 98.4796205°W 39.4308983°N)

US-2.614

State of Kansas

Mitchell 06

Mitchell County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 98.4739033°W 39.4332684°N)”;

(2)

fl-Anness XIV, fil-Parti 1, it-Taqsima B hija emendata kif ġej:

(a)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringieli għaż-żona CA-2.205 huma sostitwiti b’dan li ġej:

CA

Il-Kanada

CA-2.205

POU, RAT

N, P1

 

1.11.2023

12.1.2024

GBM

P1

 

1.11.2023

12.1.2024”;

(b)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringieli għaż-żoni CA-2.207 sa US-2.210 huma sostitwiti b’dan li ġej:

CA

Il-Kanada

CA-2.207

POU, RAT

N, P1

 

4.11.2023

12.1.2024

GBM

P1

 

4.11.2023

12.1.2024

CA-2.208

POU, RAT

N, P1

 

4.11.2023

12.1.2024

GBM

P1

 

4.11.2023

12.1.2024

CA-2.209

POU, RAT

N, P1

 

6.11.2023

12.1.2024

GBM

P1

 

6.11.2023

12.1.2024

CA-2.210

POU, RAT

N, P1

 

7.11.2023

12.1.2024

GBM

P1

 

7.11.2023

12.1.2024”;

(c)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringieli għaż-żoni CA-2.215 u CA-2.216 huma sostitwiti b’dan li ġej:

CA

Il-Kanada

CA-2.215

POU, RAT

N, P1

 

9.11.2023

12.1.2024

GBM

P1

 

9.11.2023

12.1.2024

CA-2.216

POU, RAT

N, P1

 

15.11.2023

12.1.2024

GBM

P1

 

15.11.2023

12.1.2024”;

(d)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringieli għaż-żona CA-2.222 huma sostitwiti b’dan li ġej:

CA

Il-Kanada

CA-2.222

POU, RAT

N, P1

 

24.11.2023

12.1.2024

GBM

P1

 

24.11.2023

12.1.2024”;

(e)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringieli għaż-żona CA-2.224 huma sostitwiti b’dan li ġej:

CA

Il-Kanada

CA-2.224

POU, RAT

N, P1

 

27.11.2023

12.1.2024

GBM

P1

 

27.11.2023

12.1.2024”;

(f)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringieli għaż-żona CA-2.226 huma sostitwiti b’dan li ġej:

CA

Il-Kanada

CA-2.226

POU, RAT

N, P1

 

5.12.2023

12.1.2024

GBM

P1

 

5.12.2023

12.1.2024”;

(g)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringieli li ġejjin għaż-żona CA-2.229 jiżdiedu wara r-ringiela għaż-żona CA-2.228:

CA

Il-Kanada

CA-2.229

POU, RAT

N, P1

 

3.1.2024

 

GBM

P1

 

3.1.2024”;

 

(h)

fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringieli għaż-żona GB-2.327 huma sostitwiti b’dan li ġej:

GB

Ir-Renju Unit

GB-2.327

POU, RAT

N, P1

 

22.11.2023

27.12.2023

GBM

P1

 

22.11.2023

27.12.2023”;

(i)

fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringieli li ġejjin għaż-żoni US-2.607 sa US-2.614 jiżdiedu wara r-ringieli għaż-żona US-2.606:

US

L-Istati Uniti

US-2.607

POU, RAT

N, P1

 

28.12.2023

 

GBM

P1

 

28.12.2023

 

US-2.608

POU, RAT

N, P1

 

3.1.2024

 

GBM

P1

 

3.1.2024

 

US-2.609

POU, RAT

N, P1

 

3.1.2024

 

GBM

P1

 

3.1.2024

 

US-2.610

POU, RAT

N, P1

 

3.1.2024

 

GBM

P1

 

3.1.2024

 

US-2.611

POU, RAT

N, P1

 

5.1.2024

 

GBM

P1

 

5.1.2024

 

US-2.612

POU, RAT

N, P1

 

4.1.2024

 

GBM

P1

 

4.1.2024

 

US-2.613

POU, RAT

N, P1

 

10.1.2024

 

GBM

P1

 

10.1.2024

 

US-2.614

POU, RAT

N, P1

 

10.1.2024

 

GBM

P1

 

10.1.2024”.

 


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/387/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)