Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
2024/380 |
22.1.2024 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2024/380
tat-22 ta’ Jannar 2024
li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK tal-31 ta’ Mejju 2013 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 30(1) tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fil-31 ta’ Mejju 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK. |
(2) |
Il-Kunsill jibqa’ mħasseb ħafna dwar is-sitwazzjoni fis-Sirja. Wara aktar minn deċennju, il-kunflitt fis-Sirja għadu ’l bogħod milli jintemm u għadu sors ta’ tbatija u instabbiltà. |
(3) |
Il-Kunsill jinnota li r-reġim Sirjan qed ikompli jsegwi l-politika ta’ repressjoni tiegħu u jqis li hu meħtieġ li jżomm u jiżgura l-effettività tal-miżuri restrittivi stabbiliti, billi jkompli jiżviluppahom waqt li jżomm l-approċċ immirat u differenzjat tagħhom u jqis il-kundizzjonijiet umanitarji tal-popolazzjoni Sirjana. Il-Kunsill iqis li ċerti kategoriji ta’ persuni u entitajiet huma ta’ rilevanza partikolari għall-effettività ta’ dawn il-miżuri restrittivi, minħabba l-kuntest speċifiku dominanti fis-Sirja. |
(4) |
Minħabba l-gravità tas-sitwazzjoni, il-Kunsill iqis li jenħtieġ li jiżdiedu sitt individwi u ħames entitajiet mal-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2013/255/PESK. |
(5) |
Għalhekk id-Deċiżjoni 2013/255/PESK jenħtieġ li tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness I tad-Deċiżjoni 2013/255/PESK huwa emendat kif jinsab fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Jannar 2024.
Għall-Kunsill
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
ANNESS
L-Anness I tad-Deċiżjoni 2013/255/PESK huwa emendat kif ġej:
(1) |
l-entrati li ġejjin jiżdiedu mal-lista li tinsab fit-taqsima ‘A. Persuni’ taħt l-Anness I tad-Deċiżjoni 2013/255/PESK:
|
(2) |
l-entrati li ġejjin jiżdiedu mal-lista li tinsab fit-taqsima ‘B. Entitajiet’ tal-Anness I tad-Deċiżjoni 2013/255/PESK:
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/380/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)