European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2024/379

26.1.2024

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/379

tal-25 ta’ Jannar 2024

li jikkoreġi ċerti verżjonijiet lingwistiċi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 923/2012 li jistabbilixxi regoli komuni tal-ajru u dispożizzjonijiet operattivi dwar is-servizzi u l-proċeduri fin-navigazzjoni bl-ajru

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 43(1), 43(3) u 44(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Estonjan, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bl-Ispanjol, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bit-Taljan u bl-Ungeriż tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012 (2) fihom l-iżbalji fit-Taqsima 3, il-Kapitolu 2, il-punt SERA.3215(b)(2), tal-Anness, u fit-tabella li tikkonċerna l-Anness 2 tal-ICAO, ir-raba’ ringiela, it-tieni kolonna, tas-suppliment tal-Anness. Dawk l-iżbalji jbiddlu t-tifsira tad-dispożizzjonijiet.

(2)

Fil-verżjoni bil-lingwa Ġermaniża tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 923/2012, tħalliet barra sentenza fit-Taqsima 8, il-punt SERA.8012(b), tal-Anness. Dak l-iżball ibiddel it-tifsira tad-dispożizzjoni.

(3)

Għaldaqstant, jenħtieġ li l-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Estonjan, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bl-Ispanjol, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bit-Taljan u bl-Ungeriż tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 923/212 jiġu kkoreġuti kif xieraq. Il-verżjonijiet bil-lingwi l-oħra mhumiex affettwati.

(4)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Ajru Uniku, mogħtija qabel l-adozzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 923/2012, u l-opinjoni tal-kumitat stabbilit bl-Artikolu 127 tar-Regolament (UE) 2018/1139, mogħtija qabel l-adozzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/469 (3),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

(Ma japplikax għal-lingwa Maltija.)

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Jannar 2024.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1139/oj.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012 tas-26 ta’ Settembru 2012 li jistabbilixxi regoli komuni tal-ajru u dispożizzjonijiet operattivi dwar is-servizzi u l-proċeduri fin-navigazzjoni bl-ajru u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1035/2011 u r-Regolamenti (KE) Nru 1265/2007, (KE) Nru 1794/2006, (KE) Nru 730/2006, (KE) Nru 1033/2006 u (UE) Nru 255/2010 (ĠU L 281, 13.10.2012, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2012/923/oj).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/469 tal-14 ta’ Frar 2020 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 923/2012, ir-Regolament (UE) Nru 139/2014 u r-Regolament (UE) 2017/373 fir-rigward tar-rekwiżiti għas-servizzi ta’ ġestjoni tat-traffiku tal-ajru/tan-navigazzjoni tal-ajru, id-disinn tal-istrutturi tal-ispazju tal-ajru, il-kwalità tad-data u s-sikurezza tar-runways u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 73/2010 (ĠU L 104, 3.4.2020, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/469/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/379/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)