![]() |
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
2024/365 |
23.4.2024 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/365
tat-23 ta’ Jannar 2024
li tistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2020/2184 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-metodoloġiji għall-ittestjar u l-aċċettazzjoni tas-sustanzi inizjali, tal-kompożizzjonijiet u tal-kostitwenti li jridu jiġu inklużi fil-listi pożittivi Ewropej
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva (UE) 2020/2184 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(2), il-punt (a), tagħha,
Billi:
(1) |
Jenħtieġ li jiġu stabbiliti metodoloġiji għall-ittestjar u l-aċċettazzjoni għall-valutazzjoni tal-użu sikur tas-sustanzi inizjali, tal-kompożizzjonijiet u tal-kostitwenti. |
(2) |
L-inklużjoni jew it-tneħħija ta’ entrata f’lista pożittiva Ewropea jenħtieġ li jkunu bbażati fuq l-identifikazzjoni tas-sustanza inizjali, tal-kompożizzjoni jew tal-kostitwent organiku tas-siment u l-identifikazzjoni tal-użu maħsub tagħhom. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti l-proprjetajiet fiżikokimiċi tas-sustanza inizjali, tal-kompożizzjoni jew tal-kostitwent organiku tas-siment meħtieġa għat-twettiq tal-ittestjar tal-migrazzjoni. Is-sustanza inizjali, il-kompożizzjoni jew il-kostitwent organiku tas-siment jenħtieġ li jiġu ttestjati għall-migrazzjoni. |
(3) |
L-inklużjoni jew it-tneħħija ta’ entrata f’lista pożittiva Ewropea jenħtieġ li jkunu bbażati fuq l-identifikazzjoni tal-ispeċijiet kimiċi li huma rilevanti għall-metodoloġija tal-aċċettazzjoni, jew il-valutazzjoni tar-riskji, minħabba li jista’ jkollhom impatt fuq l-użu sikur ta’ materjal jew prodott, bħal impurità, il-kostitwent ta’ sustanza inizjali jew prodott ta’ degradazzjoni. Dawn l-ispeċijiet kimiċi rilevanti jenħtieġ li jiġu determinati fuq il-bażi tal-informazzjoni dwar l-identifikazzjoni tas-sustanza inizjali, tal-kompożizzjoni jew tal-kostitwent u fuq il-bażi tal-użu maħsub tagħhom kif ukoll ir-riżultati tal-ittestjar tal-migrazzjoni. Il-proprjetajiet tossikoloġiċi ta’ dawn l-ispeċijiet kimiċi rilevanti jenħtieġ li jiġu identifikati wkoll. |
(4) |
Għal raġunijiet ta’ proporzjonalità u effiċjenza, l-ittestjar għall-proprjetajiet fiżikokimiċi u l-proprjetajiet tossikoloġiċi kif ukoll il-valutazzjoni tar-riskji jenħtieġ li jkunu aktar limitati jekk tkun diġà twettqet valutazzjoni simili fil-livell tal-Unjoni f’perjodu ta’ żmien raġonevoli jew jekk is-sustanza jkollha klassifikazzjoni stretta fil-Parti 3 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jew l-applikant jipproponi tali klassifikazzjoni. Għal raġunijiet ta’ proporzjonalità, ir-rekwiżiti tal-ittestjar għall-proprjetajiet tossikoloġiċi jenħtieġ li jkunu aktar stretti meta jkun hemm esponiment għoli għal ċerta sustanza permezz tal-migrazzjoni. |
(5) |
Sabiex jiġi rispettat il-prinċipju ta’ prekawzjoni u sabiex jiġi kopert il-potenzjal għal esponiment sinifikanti fuq perjodu twil ta’ żmien, jenħtieġ li l-metodoloġija ta’ aċċettazzjoni tkun ibbażata fuq valutazzjoni tar-riskji tal-agħar każ ta’ kull speċi kimika rilevanti. Jenħtieġ li l-valutazzjoni tar-riskji tqis il-migrazzjoni, inkluż ir-rilaxx, fl-agħar kondizzjonijiet prevedibbli ta’ użu. B’mod partikolari, il-valutazzjoni tar-riskji jenħtieġ li tqis l-esponiment fit-tul mistenni għall-materjali jew għall-prodotti f’kuntatt mal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem u, fil-każ ta’ kompożizzjonijiet metalliċi, id-differenzi fil-proprjetajiet, bħall-kompożizzjoni u l-korrużività, tal-ilma kollu fl-Unjoni maħsub għall-konsum mill-bniedem. |
(6) |
L-operaturi ekonomiċi u l-awtoritajiet rilevanti jenħtieġ li jingħataw biżżejjed żmien biex jadattaw il-metodoloġiji nazzjonali tagħhom għall-metodoloġiji stabbiliti f’din id-Deċiżjoni. Għalhekk, jenħtieġ li l-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni tiġi differita. |
(7) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 22(1) tad-Direttiva (UE) 2020/2184. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“speċijiet miżjuda b’mod mhux intenzjonat” tfisser waħda minn dawn li ġejjin:
|
(2) |
“nanoforma” tfisser forma ta’ sustanza naturali jew manifatturata li fiha partikoli, fi stat maħlul jew bħala aggregat jew agglomerat u fejn, għal 50 % jew aktar tal-partikoli fid-distribuzzjoni dimensjonali numerika, dimensjoni esterna waħda jew aktar tkun fil-firxa tad-daqs ta’ bejn 1 nm u 100 nm, inklużi wkoll b’deroga l-fullereni, il-fjokki tal-grafen u n-nanotubi tal-karbonju b’ħajt wieħed b’dimensjoni esterna waħda jew aktar ta’ inqas minn 1 nm. Għall-fini ta’ din id-definizzjoni:
|
(3) |
“migrazzjoni” tfisser it-trasferiment ta’ sustanzi minn materjal għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem. |
Artikolu 2
Ittestjar u aċċettazzjoni ta’ sustanzi inizjali, kompożizzjonijiet u kostitwenti
1. Il-metodoloġiji msemmija fl-Artikolu 11(2), il-punt (a), tad-Direttiva (UE) 2020/2184 għandhom japplikaw għal dawn li ġejjin:
(a) |
sustanza inizjali għall-materjali organiċi; |
(b) |
kostitwent organiku ta’ materjali tas-siment; |
(c) |
kompożizzjoni ta’ materjali metalliċi; |
(d) |
kompożizzjoni tal-enamel, taċ-ċeramika u materjali inorganiċi oħrajn. |
2. Fejn polimeru jkun maħsub għall-użu f’materjal organiku jew materjal tas-siment, il-metodoloġiji tal-ittestjar u l-aċċettazzjoni għandhom jiġu applikati lill-monomeru, lill-prepolimeru jew lill-polimeru f’konformità mar-regoli stabbiliti fil-punti v sa viii tal-Anness I u l-punti iii u iv tal-Anness III tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/367 (3).
Artikolu 3
Metodoloġija tal-ittestjar
1. Is-sustanzi inizjali, il-kompożizzjonijiet u l-kostitwenti organiċi tas-siment għandhom jiġu identifikati f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness I.
2. L-użu maħsub tas-sustanzi inizjali, tal-kompożizzjonijiet, tal-kostitwenti kif ukoll tal-materjali u tal-prodotti għandu jiġi speċifikat f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II.
3. Il-proprjetajiet fiżikokimiċi tal-ispeċijiet kimiċi rilevanti għandhom jiġu determinati f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness III.
4. Il-migrazzjoni għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem għandha tiġi determinata f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness IV.
5. L-ispeċijiet kimiċi rilevanti għandhom jiġu identifikati f’konformità mat-Taqsima 3 tal-Anness IV.
6. Il-proprjetajiet tossikoloġiċi tal-ispeċijiet kimiċi rilevanti msemmija fil-paragrafu 5 għandhom jiġu determinati f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness V.
Artikolu 4
Metodoloġija ta’ aċċettazzjoni fil-listi pożittivi Ewropej
1. Is-sustanzi inizjali, il-kompożizzjonijiet u l-kostitwenti għandhom jiġu aċċettati f’konformità mal-Anness VI fuq il-bażi ta’ valutazzjoni tar-riskji mqajma mill-ispeċijiet kimiċi rilevanti identifikati għas-sustanza inizjali, għall-kompożizzjoni jew għall-kostitwent organiku tas-siment korrispondenti.
2. Is-sustanzi inizjali u l-kostitwenti organiċi tas-siment li jkollhom funzjoni bijoċidali u li jkunu soġġetti għar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) għanhom jiġu aċċettati biss jekk jappartjenu għall-prodotti tat-tip 6 (preservattivi għall-prodotti matul il-ħżin) kif stabbilit fl-Anness V ta’ dak ir-Regolament.
Artikolu 5
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandha tapplika mill-31 ta’ Diċembru 2026.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Jannar 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 435, 23.12.2020, p. 1.
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).
(3) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/367 tat-23 ta’ Jannar 2024 li tistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2020/2184 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi tistabbilixxi l-listi pożittivi Ewropej ta’ sustanzi inizjali, kompożizzjonijiet u kostitwenti awtorizzati għall-użu fil-manifattura ta’ materjali jew prodotti li jiġu f’kuntatt mal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (ĠU L, 2024/367, 23.04.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/367/oj).
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 167 27.6.2012, p. 1).
ANNESS I
IDENTIFIKAZZJONI TAS-SUSTANZI INIZJALI, TAL-KOMPOŻIZZJONIJIET U TAL-KOSTITWENTI
Għandha tiġi ġġenerata biżżejjed informazzjoni sabiex ikunu jistgħu jsiru l-identifikazzjoni tas-sustanzi inizjali, tal-kompożizzjonijiet u tal-kostitwenti u l-karatterizzazzjoni tan-nanoforom, inkluża l-informazzjoni stabbilita fit-Tabella. Jekk ma jkunx teknikament possibbli jew jekk ma jidhirx li jkun xjentifikament meħtieġ li tingħata informazzjoni dwar wieħed jew aktar mill-punti msemmija fit-tabella, ir-raġunijiet għandhom jiġu ddikjarati b’mod ċar.
Tabella
Informazzjoni u ttestjar standard fir-rigward tal-identifikazzjoni ta’ sustanza inizjali, kompożizzjoni jew kostitwent
|
|
Sustanza inizjali għall-materjali organiċi/kostitwenti organiċi tas-siment |
Kompożizzjoni tal-materjali metalliċi |
Kompożizzjoni tal-enamel, taċ-ċeramika, jew ta’ materjali inorganiċi oħrajn |
||||
|
Informazzjoni u ttestjar standard |
|
||||||
1.1. |
Isem jew kwalunkwe identifikatur ieħor: |
|
||||||
1.1.1. |
|
L-isem fin-nomenklatura tal-Unjoni Internazzjonali tal-Kimika Pura u Applikata (IUPAC) u/jew ismijiet kimiċi internazzjonali oħrajn, jekk disponibbli. |
|
|
||||
1.1.2. |
|
Ismijiet oħrajn (eż., l-isem tas-soltu, l-isem kummerċjali, abbrevjazzjoni) (jekk disponibbli). |
||||||
1.1.3. |
|
L-Inventarju Ewropew tas-Sustanzi Kimiċi Kummerċjali Eżistenti (Einecs), il-Lista Ewropea tas-Sustanzi Kimiċi Notifikati (Elincs) jew in-numru Mhux Aktar Polimeru (NLP), jew in-numru assenjat mill-ECHA skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006, jekk disponibbli. |
L-Inventarju Ewropew tas-Sustanzi Kimiċi Kummerċjali Eżistenti (Einecs), il-Lista Ewropea tas-Sustanzi Kimiċi Notifikati (Elincs) jew in-numru assenjat mill-Aġenzija skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006, jekk disponibbli. |
|||||
1.1.4. |
|
L-isem tal-Chemical Abstracts Service (CAS) u n-numru CAS, jekk disponibbli. |
|
|||||
1.1.5. |
|
In-numru tal-Lista Pożittiva tal-Unjoni Ewropea, jekk disponibbli. |
In-numru tal-Lista Pożittiva tal-Unjoni Ewropea, jekk disponibbli. |
In-numru tal-Lista Pożittiva tal-Unjoni Ewropea, jekk disponibbli. |
||||
1.1.6. |
|
|
Deżinjazzjoni:
|
L-isem tal-kategorija ta’ materjali u l-isem tal-enamel, taċ-ċeramika jew ta’ kompożizzjoni inorganika oħra. |
||||
1.1.7. |
|
|
L-identità tal-kategorija eżistenti tal-kompożizzjonijiet metalliċi li l-kompożizzjoni tappartjeni għaliha. |
|
||||
1.1.8. |
|
|
L-identità u d-deżinjazzjoni ta’ kategorija l-ġdida ta’ kompożizzjonijiet metalliċi li l-kompożizzjoni tappartjeni għaliha. |
|
||||
1.1.9. |
|
|
L-identità tal-kostitwenti tal-metall tal-kategorija l-ġdida ta’ kompożizzjonijiet metalliċi u l-firxiet ta’ konċentrazzjoni korrispondenti (% w/w minimu u massimu). |
|
||||
1.1.10. |
|
|
L-identità tal-impuritajiet tal-metall tal-kategorija l-ġdida ta’ kompożizzjonijiet metalliċi preżenti f’konċentrazzjoni ogħla minn 0,02 % w/w fil-kompożizzjoni u l-perċentwal massimu korrispondenti skont il-massa (% w/w). |
|
||||
1.1.11. |
|
|
L-identità tal-kostitwenti tal-metall tal-materjal ta’ referenza għall-kategorija l-ġdida ta’ kompożizzjonijiet metalliċi u l-firxiet ta’ konċentrazzjoni korrispondenti (% w/w minimu u massimu). |
|
||||
1.1.12. |
|
|
L-identità tal-impuritajiet tal-metall tal-materjal ta’ referenza għall-kategorija l-ġdida ta’ kompożizzjonijiet metalliċi li huma preżenti f’konċentrazzjoni ogħla minn 0,02 % w/w fil-kompożizzjoni u l-firxiet tal-konċentrazzjoni korrispondenti tagħhom (minimi u massimi, % w/w). |
|
||||
1.2. |
Informazzjoni relatata mal-formula molekulari u strutturali jew mal-istruttura tal-kristall: |
|
||||||
1.2.1. |
|
Il-formula molekulari u l-formula strutturali (inkluż l-Identifikatur Internazzjonali tas-Sustanzi Kimiċi IUPAC (InChI), in-notazzjoni tas-Simplified Molecular Input Line Entry System (SMILES) u rappreżentazzjoni oħra, jekk disponibbli). |
Deskrizzjoni tal-istrutturi tal-kristall, inklużi l-kompożizzjonijiet kristallini, jekk disponibbli. |
Deskrizzjoni tal-istrutturi tal-kristall, inklużi l-kompożizzjonijiet kristallini, jekk disponibbli. |
||||
1.2.2. |
|
Informazzjoni dwar l-attività ottika u l-proporzjon tipiku tal-(isterjo)isomeri, jekk disponibbli. |
|
|
||||
1.2.3. |
|
Il-piż molekulari jew il-firxa tal-piż molekulari, jekk disponibbli. |
|
|
||||
1.3. |
Karatterizzazzjoni kimika. Meta tkopri nanoforma, din in-nanoforma għandha tiġi kkaratterizzata skont il-punt 1.4: |
|
||||||
1.3.1. |
|
Il-grad ta’ purità (%), jiġifieri l-konċentrazzjoni tipika u l-firxa tal-konċentrazzjoni (f’perċentwal, minimu u massimu) tal-kostitwenti tas-sustanza. |
|
|
||||
1.3.2. |
|
L-ismijiet (in-numri EC, CAS, u identifikaturi oħrajn, jekk disponibbli) tal-kostitwenti tas-sustanzi preżenti f’konċentrazzjoni ogħla minn 0,02 % w/w fil-formulazzjoni u f’konċentrazzjoni ≥ 0,1 % w/w fis-sustanza (filwaqt li titqies l-informazzjoni sottomessa skont il-punti 1.1.1, 1.1.2 u 1.1.3 hawn fuq u l-punt 2.4.1 tat-Tabella 1 tal-Anness II). Għal kull wieħed minn dawn, konċentrazzjoni tipika u firxa tal-konċentrazzjoni (% w/w minimu u massimu). |
L-ismijiet (u identifikaturi oħrajn, eż. in-numri EC, CAS) tal-kostitwenti tal-kompożizzjoni, jiġifieri, l-elementi fi kwalunkwe forma (eż., marbuta jew mhux marbuta) u l-firxiet ta’ konċentrazzjoni korrispondenti (% w/w minimu u massimu). |
L-ismijiet (u identifikaturi oħrajn, eż. in-numri EC, CAS) tal-kostitwenti tal-kompożizzjoni, jiġifieri, l-elementi fi kwalunkwe forma (eż., marbuta jew mhux marbuta) u l-firxiet ta’ konċentrazzjoni korrispondenti (% w/w minimu u massimu). |
||||
1.3.3. |
|
L-ismijiet (u identifikaturi oħrajn, eż. in-numri EC, CAS) ta’ impuritajiet preżenti f’konċentrazzjoni ogħla minn 0,02 % w/w fil-formulazzjoni tal-materjal finali u f’konċentrazzjoni ≥ 0,1 % w/w fis-sustanza (filwaqt li titqies l-informazzjoni sottomessa skont il-punti 2.4.1. u 2.4.2. tat-Tabella 1 tal-Anness II). Għal kull wieħed minn dawn, konċentrazzjoni tipika u firxa tal-konċentrazzjoni (% w/w minimu u massimu). |
L-ismijiet (u identifikaturi oħrajn, eż. in-numri EC, CAS) ta’ impuritajiet preżenti f’konċentrazzjoni ogħla minn 0,02 % w/w fil-kompożizzjoni u l-perċentwal massimu korrispondenti skont il-piż (% w/w). |
|
||||
1.3.4. |
|
Id-data analitika kwalitattiva u kwantitattiva kollha meħtieġa speċifika għall-identifikazzjoni tas-sustanza, bħal ultravjola, infra-aħmar, riżonanza manjetika nukleari, spettru tal-massa, data kromatografika, titrimetrika, tal-analiżi elementali u/jew tad-diffrazzjoni. |
Id-data analitika kwalitattiva u kwantitattiva kollha meħtieġa speċifika għall-identifikazzjoni tal-kompożizzjoni u tal-kostitwenti tal-kompożizzjoni, bħal data tal-analiżi elementali, tal-Ispettrometrija tal-Massa bi Plażma Akkoppjata Induttivament, tal-Ispettrometrija tal-Assorbiment Atomiku, tal-Kromatografija tal-Joni, titrimetrika u/jew tad-diffrazzjoni (eż. Fluworexxenza tar-Raġġi-X (XRF) jew Diffrazzjoni tat-Trab tar-Raġġi-X (XRD). |
|||||
1.3.5. |
|
Deskrizzjoni tal-metodi analitiċi jew tar-referenzi bibljografiċi xierqa li huma meħtieġa għall-identifikazzjoni tas-sustanza inizjali, tal-kostitwent organiku tas-siment (inklużi l-identifikazzjoni u l-kwantifikazzjoni ta’ impuritajiet u kostitwenti tas-sustanzi), tal-kostitwent tal-kompożizzjoni metallika, u tal-enamel, taċ-ċeramika, jew ta’ kostitwent ieħor tal-kompożizzjoni inorganika. Id-deskrizzjoni għandha tikkonsisti fil-protokolli sperimentali segwiti u l-interpretazzjoni rilevanti tar-riżultati rrapportati taħt il-punti minn 1.3.1 sa 1.3.4. Din l-informazzjoni għandha tkun biżżejjed biex tippermetti li l-metodi jiġu riprodotti. |
||||||
1.4. |
Karatterizzazzjoni ta’ nanoforma: |
|
||||||
1.4.1. |
|
L-ismijiet jew identifikaturi oħrajn tan-nanoforma tas-sustanza inizjali jew tal-kostitwent organiku tas-siment, jekk applikabbli. |
|
|
||||
1.4.2. |
|
Distribuzzjoni tad-daqs tal-partikoli abbażi tan-numru b’indikazzjoni tal-frazzjoni tan-numru ta’ partikoli tan-nanoforom fil-medda tad-daqs 1 nm – 100 nm. |
|
|
||||
1.4.3. |
|
Deskrizzjoni tal-funzjonalizzazzjoni jew tat-trattament tas-superfiċe u identifikazzjoni ta’ kull aġent, inklużi l-isem IUPAC u n-numru EC jew CAS. |
|
|
||||
1.4.4. |
|
Forma, proporzjon tal-aspett u karatterizzazzjoni morfoloġika oħra: kristallinità, informazzjoni dwar l-istruttura tal-immuntar, inkluż eż. strutturi bħal qxur jew strutturi vojta, jekk disponibbli. |
|
|
||||
1.4.5. |
|
Erja tas-superfiċe (erja tas-superfiċe speċifika skont il-volum, erja tas-superfiċe speċifika skont il-massa, jew it-tnejn). |
|
|
||||
1.4.6. |
|
Deskrizzjoni tal-metodi analitiċi jew ir-referenzi bibljografiċi xierqa għall-elementi ta’ informazzjoni fil-punt 1.4. Din l-informazzjoni għandha tkun biżżejjed biex tippermetti li l-metodi jiġu riprodotti. |
|
|
||||
1.5. |
Informazzjoni addizzjonali meħtieġa għas-sustanzi inizjali u l-kostitwenti organiċi tas-siment li huma (a) polimeri jew (b) prepolimeri: |
|
||||||
1.5.1. |
|
L-isem (u identifikaturi oħrajn, eż. in-numri EC, CAS) ta’ monomeri u sustanzi reattivi oħrajn li minnhom tiġi prodotta s-sustanza. |
|
|
||||
1.5.2. |
|
Deskrizzjoni tal-proċess tal-manifattura (inkluża informazzjoni dwar l-użu ta’ monomeri u sustanzi reattivi, kif ukoll il-proporzjon tagħhom). |
|
|
||||
1.5.3. |
|
Addittivi għall-(pre)polimeru. |
|
|
||||
1.5.4. |
|
Informazzjoni dwar l-istruttura tal-(pre)polimeru. |
|
|
||||
1.5.5. |
|
Distribuzzjoni tal-massa molekulari; ir-rapport tat-test tad-distribuzzjoni tal-massa molekulari huwa meħtieġ. |
|
|
||||
1.5.6. |
|
Massa molekulari skont il-medja tal-għadd. |
|
|
||||
1.5.7. |
|
Medda tal-massa molekulari (minima u massima). |
|
|
||||
1.5.8. |
|
Identitajiet tal-kostitwenti tas-sustanzi b’piż molekulari < 1000 Da u l-perċentwal tagħhom skont il-piż (% w/w). |
|
|
||||
1.5.9. |
|
Monomeri residwi u l-konċentrazzjonijiet tagħhom (%). |
|
|
||||
1.5.10. |
|
Viskożità |
|
|
||||
1.5.11. |
|
Indiċi tal-fluss tat-tidwib |
|
|
ANNESS II
UŻU MAĦSUB
Għandha tiġi ġġenerata biżżejjed informazzjoni dwar l-użu maħsub ta’ sustanzi inizjali, kompożizzjonijiet, kostitwenti, kif ukoll ta’ materjali u prodotti finali, inkluża l-informazzjoni stabbilita fit-Tabella 1.
Tabella 1
Informazzjoni u ttestjar standard fir-rigward tal-użu maħsub
|
|
Sustanza inizjali għall-materjali organiċi/kostitwenti organiċi tas-siment |
Kompożizzjoni tal-materjali metalliċi |
Kompożizzjoni tal-enamel, taċ-ċeramika, jew ta’ materjali inorganiċi oħrajn |
||||||||||
|
Informazzjoni u ttestjar standard |
|
|
|
||||||||||
2. |
Użu: |
|
||||||||||||
2.1. |
Tip, kategorija u subkategorija tal-materjal: |
Identifikazzjoni tat-tip ta’ materjal, tal-kategorija ta’ materjal u tas-subkategorija ta’ materjal. |
||||||||||||
2.2. |
Identità u użu tal-materjal finali u tal-prodott: |
|
||||||||||||
2.2.1. |
|
Speċifikazzjoni tal-prodott/komponent. Definizzjoni tal-oqsma tal-użi: installazzjonijiet domestiċi vs mhux domestiċi. |
||||||||||||
2.2.2. |
|
Gruppi ta’ prodotti rilevanti għall-materjali organiċi jew għall-materjali tas-siment (ara t-Tabella 5 tal-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/368 (1). |
Gruppi ta’ prodotti rilevanti għall-kompożizzjonijiet metalliċi (ara t-Tabella 2 ta’ dan l-Anness). |
Gruppi ta’ prodotti rilevanti għall-enamel, għaċ-ċeramika jew għal materjali inorganiċi oħrajn (ara t-Tabella 5 tal-Anness IV tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/368. |
||||||||||
2.2.3. |
|
L-użu tal-ilma kiesaħ (≤ 25 °C)/sħun (25 - 65 °C) jew jaħraq (≥ 65 °C). |
L-użu tal-ilma kiesaħ (≤ 25 °C)/sħun (25 - 65 °C) jew jaħraq (≥ 65 °C). |
L-użu tal-ilma kiesaħ (≤ 25 °C)/sħun (25 - 65 °C) jew jaħraq (≥ 65 °C). |
||||||||||
2.3. |
Funzjoni teknika: |
Speċifikazzjoni tal-funzjoni teknika. |
|
|
||||||||||
2.4. |
Kundizzjonijiet tal-użu tas-sustanza inizjali, tal-kompożizzjoni jew tal-kostitwent organiku tas-siment; tal-materjal finali; u tal-prodott: |
|
||||||||||||
2.4.1. |
|
Għas-sustanzi inizjali għall-materjali organiċi: Dożaġġ massimu tas-sustanza inizjali fil-formulazzjoni biex jiġi prodott il-materjal finali. |
|
|||||||||||
2.4.2. |
|
Għall-kostitwenti organiċi ta’ materjali tas-siment:
|
|
|||||||||||
2.4.3. |
|
Ir-restrizzjonijiet proposti jew kundizzjonijiet oħrajn tal-użu għall-inklużjoni tas-sustanza inizjali, tal-kompożizzjoni jew tal-kostitwent fil-lista pożittiva Ewropea. |
||||||||||||
2.5. |
Informazzjoni dwar l-ipproċessar u l-istruttura interna tal-materjal, tal-materjal finali u tal-prodott: |
|
||||||||||||
2.5.1. |
|
Informazzjoni dwar l-ipproċessar tal-materjal, tal-materjal finali u tal-prodott, inkluż it-trattament tal-materjal, tal-materjal finali jew tal-prodott qabel l-użu. |
||||||||||||
2.5.2. |
|
It-temperaturi tal-ipproċessar tal-materjal finali. |
|
It-temperaturi tal-ipproċessar tal-materjal finali. |
||||||||||
2.5.3. |
|
Informazzjoni dwar l-istruttura interna tal-materjal finali. |
||||||||||||
2.6. |
Valutazzjonijiet u awtorizzazzjonijiet fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni: |
|
||||||||||||
2.6.1. |
|
Id-dettalji ta’ kwalunkwe awtorizzazzjoni, valutazzjoni tar-riskju u regolament rilevanti ieħor fil-livell nazzjonali jew tal-Unjoni Ewropea għall-użu fil-materjali finali jew f’materjali li jiġu f’kuntatt mal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem. |
||||||||||||
2.6.2. |
|
Id-dettalji ta’ kwalunkwe awtorizzazzjoni, valutazzjoni tar-riskju u regolament rilevanti ieħor fil-livell nazzjonali jew tal-Unjoni Ewropea għall-użu fil-materjali finali jew f’materjali li jiġu f’kuntatt mal-ikel. |
||||||||||||
2.7. |
Awtorizzazzjoni tal-UE ta’ sustanzi attivi bijoċidali: |
|
||||||||||||
2.7.1. |
|
L-istatus ta’ approvazzjoni/valutazzjoni tas-sustanza inizjali jew tal-kostitwent organiku tas-siment skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012. |
|
|||||||||||
2.7.2. |
|
Tip ta’ prodott rilevanti għas-sustanza inizjali jew għall-kostitwent organiku tas-siment skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012. |
|
|||||||||||
2.7.3. |
|
Id-data tal-bidu tal-approvazzjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012. |
|
|||||||||||
2.7.4. |
|
Id-data tat-tmiem tal-approvazzjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012. |
|
|||||||||||
3. |
Identifikazzjoni ta’ speċijiet miżjuda b’mod mhux intenzjonat għajr l-impuritajiet: |
|
||||||||||||
3.1. |
|
Evalwazzjoni dwar il-preżenza ta’ speċijiet miżjuda b’mod mhux intenzjonat minbarra impuritajiet u kostitwenti tas-sustanzi li jemigraw mill-materjal, filwaqt li jitqiesu mill-inqas dawn li ġejjin:
|
|
|||||||||||
3.2. |
|
Reazzjonijiet tas-sustanza inizjali jew tal-kostitwent organiku tas-siment li jseħħu matul l-ipproċessar tal-materjal u tal-materjal finali u l-prodotti ta’ reazzjoni jew ta’ degradazzjoni fformati (filwaqt li titqies ukoll l-istabbiltà termali kif muri minn test obbligatorju tal-istabbiltà termali tas-sustanza) |
|
|||||||||||
3.3. |
|
Reazzjonijiet tas-sustanza inizjali jew tal-kostitwent organiku tas-siment li jseħħu matul l-użu tal-materjal finali f’kuntatt mal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem u l-prodotti ta’ reazzjoni jew ta’ degradazzjoni fformati (filwaqt li titqies ukoll l-idroliżi kif muri minn studju obbligatorju tal-idroliżi tas-sustanza). |
|
|||||||||||
3.4. |
L-identifikazzjoni ta’ sustanzi oħrajn li jistgħu jemigraw fl-ilma tax-xorb meta jintużaw sustanzi inizjali u kostitwenti organiċi tas-siment li huma monomeri jew sustanzi reattivi oħrajn: |
|
||||||||||||
3.4.1. |
|
Evalwazzjoni tal-preżenza ta’ kwalunkwe parti polimerizzata taħt 1000 Da li hija rilevanti għall-użu tas-sustanza inizjali jew tal-kostitwent organiku tas-siment. |
|
|||||||||||
3.4.2. |
|
Deskrizzjoni tal-proċess li jwassal għall-formazzjoni tal-parti polimerizzata taħt 1000 Da. |
|
|||||||||||
3.4.3. |
|
Distribuzzjoni tal-piż molekulari għall-parti polimerizzata taħt 1000 Da; rapport tat-test tad-distribuzzjoni tal-piż molekulari huwa meħtieġ. |
|
|||||||||||
3.4.4. |
|
Piż molekulari skont il-medja tal-għadd tal-parti polimerizzata taħt 1000 Da. |
|
|||||||||||
3.4.5. |
|
Medda tal-massa molekulari (minima u massima) tal-parti polimerizzata taħt 1000 Da. |
|
|||||||||||
3.4.6. |
|
Il-parti polimerizzata residwa taħt 1000 Da u l-konċentrazzjoni tagħha (%). |
|
|||||||||||
3.5. |
|
Isem (u identifikaturi oħrajn, eż. in-numri EC, CAS) ta’ speċijiet miżjuda b’mod mhux intenzjonat identifikati taħt il-punti 3.1.–3,4. |
|
Tabella 2
Gruppi ta’ prodotti għall-kompożizzjonijiet metalliċi
Grupp ta’ prodotti |
Eżempji ta’ prodotti jew komponenti metalliċi |
Superfiċe ta’ kuntatt preżunta “a” |
||||
A |
Pajpijiet. |
100 % |
||||
B |
Fittings, anċillari f’installazzjonijiet tal-bini. |
10 % |
||||
C |
|
1 % |
||||
D |
Komponenti ta’ fittings u anċillari fil-mejns tal-ilma u fix-xogħlijiet ta’ trattament tal-ilma kif deskritti għas-subkategorija 2 tal-grupp ta’ prodotti C hawn fuq. |
< 0,1 % |
(1) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/368 tat-23 ta’ Jannar 2024 li tistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2020/2184 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-proċeduri u l-metodi għall-ittestjar u l-aċċettazzjoni ta’ materjali finali kif użati fi prodotti li jiġu f’kuntatt mal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (ĠU L, 2024/368, 23.04.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/368/oj).
ANNESS III
PROPRJETAJIET FIŻIKOKIMIĊI
Taqsima 1. L-ebda rekwiżit ta’ informazzjoni jew ittestjar standard
Ma għandhom ikunu meħtieġa l-ebda informazzjoni jew ittestjar standard għas-sustanzi inizjali u għall-kostitwenti organiċi tas-siment fejn tiġi ssodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
valur parametriku għas-sustanza inizjali jew għall-kostitwent organiku tas-siment huwa stabbilit taħt l-Anness I tad-Direttiva (UE) 2020/2184; |
(b) |
Valur tal-Konċentrazzjoni Massima Tollerabbli fil-vit (MTCtap) għas-sustanza inizjali jew għall-kostitwent organiku tas-siment huwa stabbilit fl-Anness korrispondenti tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/367 (1) wara deċiżjoni mill-Kummissjoni dwar applikazzjoni għal sustanza inizjali, kompożizzjoni jew kostitwent organiku tas-siment li tkun ġiet sottomessa lill-ECHA skont l-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/369 (2) u l-applikant jissottometti mill-inqas informazzjoni ġdida jew aġġornata disponibbli mid-data tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni; |
(c) |
limitu ta’ migrazzjoni speċifika huwa stabbilit fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 10/2011 (3) għal inqas minn 15-il sena qabel is-sottomissjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/369. |
Taqsima 2. Informazzjoni jew ittestjar standard meħtieġa
2.1. |
L-ittestjar skont din it-Taqsima għandu jitwettaq f’konformità mal-prinċipji ta’ prattika tajba tal-laboratorju previsti fid-Direttiva 2004/10/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) jew ma’ standards internazzjonali oħrajn rikonoxxuti bħala ekwivalenti għad-Direttiva 2004/10/KE mill-Kummissjoni jew mill-ECHA. |
2.2. |
L-ittestjar skont din it-Taqsima għandu jitwettaq f’konformità mal-metodu ta’ ttestjar kif iddeterminat u speċifikat mill-ECHA u ppubblikat fuq is-sit web tagħha, filwaqt li jitqiesu b’mod partikolari r-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 2.5. |
2.3. |
Il-Kolonna 1 tat-Tabella 1 tistabbilixxi l-informazzjoni u l-ittestjar standard meħtieġa għal sustanza inizjali jew kostitwent organiku tas-siment.
Il-Kolonna 1 tat-Tabella 1, il-punti 4.7. u 4.8. jistabbilixxu l-informazzjoni u l-ittestjar standard meħtieġa għall-ispeċijiet kimiċi rilevanti għajr sustanza inizjali jew kostitwent organiku tas-siment. Il-Kolonna 1 tat-Tabella 1, il-punti 4.1.3., 4.2. u 4.4. jistabbilixxu l-informazzjoni u l-ittestjar standard meħtieġa għal kompożizzjoni metallika, tal-enamel, taċ-ċeramika jew kompożizzjoni inorganika oħra. Il-Kolonna 2 tat-Tabella 1 tistabbilixxi regoli speċifiċi li skonthom l-informazzjoni u l-ittestjar standard tal-Kolonna 1 jistgħu jitħallew barra, jiġu sostitwiti b’informazzjoni oħra, jew jiġu adattati b’xi mod ieħor. |
2.4. |
Barra minn hekk, għandha tiġi identifikata u kkunsidrata kwalunkwe informazzjoni fiżikokimika rilevanti oħra. |
2.5. |
Meta metodu ta’ ttestjar joffri flessibbiltà fid-determinazzjoni jew fl-għażla tad-disinn tal-istudju, inkluż billi ma jipprojbixxix ċerti speċifikazzjonijiet, id-disinn tal-istudju magħżul għandu jiżgura li d-data ġġenerata tkun adegwata għall-ittestjar tal-migrazzjoni u għall-valutazzjoni tar-riskju. |
2.6. |
Ir-regoli ġenerali għall-adattamenti stabbiliti fit-Taqsimiet 1 u 2 tal-Anness XI tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (5) għandhom japplikaw mutatis mutandis.
Tabella 1 Informazzjoni u ttestjar standard, u regoli speċifiċi għall-adattament ta’ tali informazzjoni u ttestjar, fir-rigward tal-proprjetajiet fiżikokimiċi
|
(1) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/367 tat-23 ta’ Jannar 2024 li tistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2020/2184 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi tistabbilixxi l-listi pożittivi Ewropej ta’ sustanzi inizjali, kompożizzjonijiet u kostitwenti awtorizzati għall-użu fil-manifattura ta’ materjali jew prodotti li jiġu f’kuntatt mal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (ĠU L, 2024/367, 23.04.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/367/oj).
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/369 tat-23 ta’ Jannar 2024 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2020/2184 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi l-proċedura rigward l-inklużjoni fil-listi pożittivi Ewropej ta’ sustanzi inizjali, kompożizzjonijiet u kostitwenti, jew it-tneħħija minnhom (ĠU L, 2024/369, 23.04.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/369/oj).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 10/2011 tal-14 ta’ Jannar 2011 dwar il-materjali u l-oġġetti tal-plastik maħsuba li jiġu f’kuntatt mal-ikel (ĠU L 12, 15.1.2011, p. 1).
(4) Id-Direttiva 2004/10/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu mal-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ prattika tajba tal-laboratorju u l-verifikazzjoni tal-applikazzjonijiet tagħhom għal provi fuq sustanzi kimiċi (ĠU L 50, 20.2.2004, p. 44).
(5) Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni, kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1–850).
ANNESS IV
MIGRAZZJONI U KONFERMA TAL-ISPEĊIJIET KIMIĊI RILEVANTI
Taqsima 1. Rekwiżiti ġenerali, informazzjoni u ttestjar standard għad-determinazzjoni tal-migrazzjoni
1.1. |
Kwalunkwe ttestjar skont din it-Taqsima għandu jitwettaq f’konformità mal-prinċipji ta’ prattika tajba tal-laboratorju previsti fl-istandard EN ISO/IEC 17025 jew fi standards internazzjonali oħrajn rikonoxxuti bħala ekwivalenti mill-Kummissjoni jew mill-ECHA. |
1.2. |
Kwalunkwe ttestjar jew immudellar għandu jsegwi l-metodu ta’ ttestjar xieraq iddeterminat mill-ECHA u ppubblikat fuq is-sit web tagħha jew identifikat hawn taħt. Tali ttestjar jew immudellar għandu jsegwi wkoll l-ispeċifikazzjonijiet iddeterminati mill-ECHA u ppubblikati fuq is-sit web tagħha biex jiżguraw konklużjoni adegwata u affidabbli dwar il-migrazzjoni, filwaqt li jitqies ir-rekwiżit għad-determinazzjoni tal-migrazzjoni abbażi tal-agħar kundizzjonijiet ta’ użu prevedibbli. |
1.3. |
Kwalunkwe ttestjar jew immudellar skont din it-Taqsima għandu jitwettaq abbażi tal-użu maħsub għas-sustanza inizjali, il-kompożizzjoni jew il-kostitwent u l-kampjun għat-test għandu jkun rappreżentattiv tal-agħar kundizzjonijiet ta’ użu prevedibbli. |
1.4. |
Għandha tiġi ġġenerata biżżejjed informazzjoni dwar id-determinazzjoni tal-migrazzjoni tas-sustanzi kollha li ġejjin, li tinkludi mill-inqas l-informazzjoni stabbilita fit-Tabella 1:
|
1.5. |
Fil-każ ta’ sustanzi inizjali li huma metalli jew ligi li mhumiex inklużi fil-lista pożittiva Ewropea tal-kompożizzjonijiet bħala materjali metalliċi, l-ilmijiet ta’ migrazzjoni li jirriżultaw mill-ittestjar ta’ kampjun rappreżentattiv għat-test tal-materjal finali għandhom jiġu analizzati f’konformità mar-regoli stabbiliti fil-punt tat-Taqsima 1.4(b). |
1.6. |
Kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra dwar il-migrazzjoni li tkun disponibbli għandha tiġi identifikata u kkunsidrata.
Tabella 1 Informazzjoni u ttestjar standard fir-rigward tal-migrazzjoni
|
Taqsima 2. Regoli ġenerali għall-adattament tal-informazzjoni u l-ittestjar fir-rigward tal-migrazzjoni
2.1. |
Tbassir tal-migrazzjoni fil-materjali organiċi bl-użu ta’ mmudellar matematiku f’konformità mal-istandard tal-ittestjar tal-migrazzjoni stabbilit fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/368 jista’ jissostitwixxi l-ittestjar għal sustanzi kif speċifikat fl-Anness IV, it-Taqsima 1.4. użati f’materjali organiku fejn, abbażi ta’ spjegazzjoni xjentifika, tiġi ssodisfata kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
2.2. |
L-ittestjar fiżiku ta’ kompożizzjoni metallika jista’ jitneħħa jekk il-migrazzjoni tagħha x’aktarx tkun simili, bħala riżultat ta’ similaritajiet ta’ kompożizzjoni u strutturali, għal kompożizzjoni metallika oħra u jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
Fil-każijiet kollha, għandha tiġi pprovduta dokumentazzjoni adegwata u affidabbli tal-metodu applikat. Tali dokumentazzjoni għandha tinkludi spjegazzjoni għaliex il-migrazzjoni tal-kompożizzjoni metallika tista’ tiġi ddeterminata abbażi tal-informazzjoni dwar il-kompożizzjoni metallika simili u l-informazzjoni ta’ sostenn biex tiġi ġġustifikata xjentifikament tali spjegazzjoni. |
Taqsima 3. Kriterji għall-identifikazzjoni tal-ispeċijiet kimiċi rilevanti
L-ispeċijiet kimiċi rilevanti huma dawk koperti mir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness V sabiex jintwera li s-sustanza inizjali, il-kompożizzjoni jew il-kostitwent jissodisfaw il-kriterji ta’ aċċettazzjoni stabbiliti fl-Anness VI. L-ispeċijiet kimiċi rilevanti jinkludu dawn li ġejjin:
(a) |
sustanzi inizjali u kostitwenti organiċi tas-siment li jiffunzjonaw bħala monomeru jew sustanza reattiva oħra ta’ polimeru ewlieni fil-materjal; |
(b) |
sustanzi inizjali, kostitwenti organiċi tas-siment, kostitwenti tas-sustanzi u speċijiet miżjuda b’mod mhux intenzjonat li joriġinaw mis-sustanza inizjali jew mill-kostitwent organiku tas-siment li juru wieħed mill-perikli għas-saħħa tal-bniedem imsemmija fit-Taqsima 1.1. tal-Anness VI irrispettivament mil-livelli ta’ migrazzjoni tagħhom; |
(c) |
sustanzi inizjali, kostitwenti organiċi tas-siment, kosititwenti tas-sustanzi u speċijiet miżjuda b’mod mhux intenzjonat li joriġinaw minn sustanza inizjali jew kostitwent organiku tas-siment li ma jaqgħux taħt il-punt (a) jew (b) u li ġew ittestjati f’konformità mat-Tabella 1 u nstabu li jemigraw fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem b’konċentrazzjoni fil-vit (Ctap) li taqbeż il-0,1 μg/l; |
(d) |
kostitwenti tal-kompożizzjonijiet metalliċi jew impuritajiet, li jkunu ġew ittestjati f’konformità mat-Tabella 1; |
(e) |
enamel, ċeramika jew kostitwenti ta’ kompożizzjonijiet inorganiċi oħra jew impuritajiet ta’ enamel, ċeramika jew kompożizzjoni inorganika oħra li jkunu ġew ittestjati f’konformità mat-Tabella 1. |
ANNESS V
PROPRJETAJIET TOSSIKOLOĠIĊI
Taqsima 1. L-ebda informazzjoni jew ittestjar standard
1.1. |
Ma huma meħtieġa l-ebda informazzjoni jew ittestjar standard għal speċi kimika rilevanti fejn tiġi ssodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
1.2. |
Ma huma meħtieġa l-ebda informazzjoni jew ittestjar standard għal speċi kimika rilevanti, sa fejn ikun stabbilit limitu ta’ migrazzjoni speċifika skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 10/2011 għal inqas minn 15-il sena mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni skont l-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/369. |
Taqsima 2. Informazzjoni jew ittestjar standard meħtieġa
Parti 1. Regoli ġenerali u speċifiċi
1.1. |
L-ittestjar skont din it-Taqsima għandu jitwettaq f’konformità mal-prinċipji ta’ prattika tajba tal-laboratorju previsti fid-Direttiva 2004/10/KE jew standards internazzjonali oħra rikonoxxuti bħala ekwivalenti mill-Kummissjoni jew mill-ECHA u mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2010/63/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), jekk applikabbli. |
1.2. |
Kwalunkwe applikant għandu jiżgura li l-ittestjar fuq annimali vertebrati jitwettaq biss meta ma jkun disponibbli l-ebda metodu alternattiv, identifikat f’din it-Taqsima. Jekk l-ittestjar fuq annimali vertebrati jkun inevitabbli, tali ttestjar għandu jitfassal, fejn xieraq, billi titqies il-possibbiltà li jiġu esplorati diversi parametri fil-qafas ta’ studju wieħed (eż. il-ġenerazzjoni ta’ data kinetika, il-formazzjoni tal-mikronukleu, in-newrotossiċità, l-immunotossiċità) jew li jiġu kkombinati żewġ studji (eż. studju tat-tossiċità fit-tul u studju tal-karċinoġeniċità) sa fejn ikun permess mill-metodu ta’ ttestjar korrispondenti. |
1.3. |
L-ittestjar skont din it-Taqsima għandu jitwettaq f’konformità mal-gwida xierqa għall-ittestjar kif iddeterminata u speċifikata mill-ECHA u ppubblikata fuq is-sit web tagħha, filwaqt li jitqiesu b’mod partikolari r-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima 1.6. |
1.4. |
Għandu jiġi applikat approċċ gradwali għall-ittestjar tossikoloġiku abbażi tas-Ctap ta’ speċi kimika rilevanti fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem. Għall-medda l-aktar baxxa ta’ konċentrazzjoni tal-migrazzjoni, l-informazzjoni standard hija stabbilita fit-Tabella 1, u kull darba li tintlaħaq medda ġdida ta’ migrazzjoni, għandha tiżdied l-informazzjoni standard stabbilita fit-Tabelli 2 u 3 korrispondenti.
Il-Kolonna 1 tat-Tabelli 1, 2 u 3 tistabbilixxi l-informazzjoni standard għall-ispeċijiet kimiċi rilevanti. Il-Kolonna 2 tat-Tabelli 1, 2 u 3 telenka regoli speċifiċi li skonthom l-informazzjoni u l-ittestjar standard jistgħu jitħallew barra. L-informazzjoni u l-ittestjar standard jistgħu jiġu adattati skont ir-regola ġenerali stabbilita fil-Parti 2. |
1.5. |
Għandha tiġi identifikata u kkunsidrata kwalunkwe informazzjoni tossikoloġika rilevanti oħra li tkun disponibbli. |
1.6. |
Meta metodu ta’ ttestjar joffri flessibbiltà fid-determinazzjoni jew fl-għażla tad-disinn tal-istudju, inkluż billi ma jipprojbixxix ċerti speċifikazzjonijiet tal-istudju, pereżempju b’rabta mal-għażla tal-livelli tad-doża, id-disinn tal-istudju magħżul għandu jiżgura li d-data ġġenerata tkun adegwata għall-identifikazzjoni tal-periklu u għall-valutazzjoni tar-riskju. Għal dan il-għan, l-ittestjar għandu jsir f’livelli ta’ doża għoljin kif xieraq. Jekk l-għażla tad-doża (il-konċentrazzjoni) tkun limitata mill-proprjetajiet fiżikokimiċi jew mill-effetti bijoloġiċi tas-sustanza tat-test, l-applikant għandu jipprovdi ġustifikazzjoni xjentifikament robusta.
Tabella 1 Informazzjoni u ttestjar standard — Ctap taħt 2,5 μg/l
Tabella 2 Informazzjoni u ttestjar standard — Ctap ugwali għal jew ogħla minn 2,5 μg/L u inqas minn 250 μg/L
Tabella 3 Informazzjoni u ttestjar standard — Ctap daqs jew ogħla minn 250 μg/l
|
Parti 2. Regoli ġenerali għall-adattament tal-Kolonna 1 tat-Tabelli 1, 2 u 3
2.1. |
Ir-regoli ġenerali għall-adattament stabbiliti fit-Taqsimiet 1 u 2 tal-Anness XI tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għandhom japplikaw mutatis mutandis bl-eċċezzjoni stabbilita fit-Taqsima 2.2. |
2.2. |
Ir-regoli ġenerali għall-adattament skont it-Taqsimiet 1.3 (Relazzjoni struttura-attività kwalitattiva jew kwantitattiva ((Q)SAR)) u 1.5 (Raggruppament ta’ sustanzi u approċċ ta’ read-across) tal-Anness XI tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għandhom japplikaw għall-informazzjoni u l-ittestjar standard imsemmija fit-Tabella 1, il-punt 6.1.1., biss fil-każ ta’ kostitwent tas-sustanza jew speċi miżjuda b’mod mhux intenzjonat li għalihom l-ittestjar sperimentali mhuwiex teknikament possibbli (eż., ma jistax jiġi iżolat u ttestjat bħala tali). |
(1) Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).
(2) Id-Direttiva 2010/63/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2010 dwar il-protezzjoni tal-annimali li jintużaw għal skopijiet xjentifiċi (ĠU L 276, 20.10.2010, p. 33).
ANNESS VI
METODOLOĠIJA TA’ AĊĊETTAZZJONI
Taqsima 1. Metodoloġija ta’ aċċettazzjoni limitata
1.1. |
It-Taqsima 2 ma għandhiex tapplika għal speċi kimika rilevanti li hija sustanza inizjali, jew kostitwent organiku tas-siment, jew kostitwent tas-sustanza jew speċi miżjuda b’mod mhux intenzjonat fejn tali sustanza jew kostitwent huwa:
Fi kwalunkwe każ, is-sustanzi inizjali jew il-kostitwenti organiċi tas-siment msemmija fl-ewwel paragrafu għandhom jiġu aċċettati fil-lista pożittiva Ewropea skont il-kondizzjonijiet tal-użu li ġejjin: |
(a) |
L-ispeċi kimika rilevanti hija:
|
(b) |
Is-Ctap hija aktar baxxa mil-limitu ġeneriku ta’ 0,1 μg/l jew l-MTCtap rilevanti kkalkulat minn valur parametriku stabbilit skont l-Anness I tad-Direttiva (UE) 2020/2184 bl-applikazzjoni ta’ fattur ta’ allokazzjoni xieraq (ALF) biex jitqiesu bosta rotot ta’ esponiment għall-ispeċi kimika rilevanti, minbarra l-esponiment permezz ta’ materjali użati fil-prodotti f’kuntatt mal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem; |
(c) |
Il-konċentrazzjoni tas-sustanza inizjali, tal-kostitwent organiku tas-siment, tal-kostitwent tas-sustanza jew tal-ispeċijiet miżjuda b’mod mhux intenzjonat fil-materjal finali tkun aktar baxxa minn 0,1 % (piż/piż), ħlief jekk l-ittestjar tal-migrazzjoni fiżika ma jkunx ċert, f’liema każ il-konċentrazzjoni fil-materjal finali tkun aktar baxxa minn 0,02 % (piż/piż). |
1.2. |
Il-parti 2.4 tat-Taqsima 2 ma għandhiex tapplika fil-każ ta’ kwalunkwe tħassib li speċi kimika rilevanti li hija sustanza inizjali, jew kostitwent organiku tas-siment, jew kostitwent tas-sustanza, jew speċi miżjuda b’mod mhux intenzjonat jista’ jkollha proprjetajiet ta’ ġenotossiċità, karċinoġeniċità jew tfixkil endokrinali għas-saħħa tal-bniedem b’mod ta’ azzjoni mingħajr livell limitu.
Fit-tali każ, is-sustanzi inizjali jew il-kostitwenti organiċi tas-siment imsemmija fl-ewwel paragrafu jistgħu jiġu aċċettati fil-lista pożittiva Ewropea jekk is-Ctap tkun aktar baxxa mil-limitu ġeneriku ta’ 0,1 μg/l jew il-valur tal-MTCtap rilevanti kkalkulat minn valur parametriku stabbilit skont l-Anness I tad-Direttiva (UE) 2020/2184 bl-applikazzjoni ta’ ALF xieraq biex jitqiesu bosta rotot ta’ esponiment għall-ispeċi kimika rilevanti, minbarra l-esponiment permezz ta’ materjal użat fil-prodotti f’kuntatt mal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem. |
1.3. |
Il-parti 2 tat-Taqsima 2 ma għandhiex tapplika għal speċi kimika rilevanti fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:
|
1.4. |
Il-parti 2.4 tat-Taqsima 2 ma għandhiex tapplika fil-każijiet li ġejjin:
|
Taqsima 2. Metodoloġija ta’ aċċettazzjoni komprensiva
Parti 1. Introduzzjoni
1.1. |
Il-metodoloġija ta’ aċċettazzjoni għas-sustanzi inizjali, il-kompożizzjonijiet u l-kostitwenti għandha tkun ibbażata fuq valutazzjoni tar-riskju. Tali valutazzjoni tar-riskju għandha tirriżulta:
|
1.2. |
Minbarra l-informazzjoni meħtieġa skont l-Annessi I, II u III, valutazzjoni tar-riskju għandha tqis kwalunkwe informazzjoni teknika jew xjentifika rilevanti oħra li tkun disponibbli li tindirizza l-agħar kundizzjonijiet prevedibbli tal-użu. Fejn xieraq, għandhom jiġu implimentati l-kundizzjonijiet tal-użu. |
1.3. |
L-informazzjoni pprovduta fil-valutazzjoni tar-riskju għandha tippermetti lill-Kumitat għall-Valutazzjoni tar-Riskju tal-ECHA jevalwa u jilħaq opinjoni dwar jekk is-sustanza inizjali, il-kompożizzjoni jew il-kostitwent jikkonformawx mal-kriterji stabbiliti skont l-Artikolu 11(1) tad-Direttiva (UE) 2020/2184. |
Parti 2. Valutazzjoni tal-perikli
2.1. |
Prinċipji |
2.1.1. |
Għall-aċċettazzjoni ta’ sustanza inizjali, kompożizzjoni jew kostitwent, il-proċess ta’ valutazzjoni tal-periklu, b’rabta mas-saħħa tal-bniedem, għandu jinvolvi valutazzjoni tal-effetti, li tinkludi l-passi li ġejjin:
|
2.1.2. |
Il-valutazzjoni tal-perikli għas-saħħa tal-bniedem għandha tindirizza l-effetti tossiċi potenzjali li ġejjin għall-popolazzjoni ġenerali tal-bniedem u l-esponiment permezz tar-rotta orali:
|
2.1.3. |
L-identifikazzjoni tal-perikli għandha tindirizza l-proprjetajiet u l-effetti avversi potenzjali tal-ispeċijiet kimiċi rilevanti li jemigraw mill-materjal. |
2.2. |
Valutazzjoni tar-rispons għad-doża |
2.2.1. |
Huwa meħtieġ l-istabbiliment ta’ relazzjoni bejn id-doża kwantitattiva (konċentrazzjoni) u r-rispons (effett) u, fejn possibbli, għandu jiġi identifikat livell bla effett ħażin osservat (NOAEL). Jekk ma jkunx possibbli li jiġi identifikat NOAEL, għandu jiġi identifikat il-livell bl-inqas effett ħażin osservat (LOAEL). Fejn xieraq, jistgħu jintużaw deskritturi oħrajn tal-effett tad-doża bħala valuri ta’ referenza. |
2.2.2. |
Fit-twettiq tal-valutazzjoni tal-perikli, għandha tingħata kunsiderazzjoni speċjali lid-data dwar it-tossiċità dderivata minn osservazzjonijiet tal-esponiment tal-bniedem fejn tali data tkun disponibbli, eż. l-informazzjoni miksuba mill-manufattura, minn ċentri tal-avvelenament jew minn stħarriġiet epidemjoloġiċi. |
2.3. |
Livell derivat ta’ bla effett |
2.3.1. |
Id-derivazzjoni ta’ livell derivat ta’ bla effett (DNEL) għandha titwettaq f’konformità mat-Taqsima 1.4 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. |
2.4. |
Konċentrazzjoni Massima Tollerabbli fil-vit (MTCtap) |
2.4.1. |
Soġġett għall-Parti 2.4.2., il-MTCtap huwa ugwali għal valur ikkalkulat abbażi tad-doża orali sikura (DNEL), il-piż tal-ġisem (60 kg), ir-rata ta’ inġestjoni tal-ilma tax-xorb ta’ 2 l (litri) kuljum u ALF xieraq (espress bħala perċentwal) biex jitqiesu bosta rotot ta’ esponiment għall-ispeċijiet kimiċi rilevanti, minbarra l-esponiment permezz tal-materjal użat fi prodotti f’kuntatt mal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem.
MTCtap (μg/l) =
|
2.4.2. |
B’eċċezzjoni għall-Parti 2.4.1.:
|
Parti 3. Valutazzjoni tal-migrazzjoni
3.1. |
Is-Ctap li għandha titqabbel mal-valur tal-MTCtap għandha tiġi ddeterminata abbażi tal-agħar kundizzjonijiet ta’ użu prevedibbli, inkluż f’termini ta’ rappreżentattività tal-konċentrazzjoni fil-matriċi tal-materjal, fl-ilma, fl-erja tas-superfiċe mal-volum tal-ilma u fit-temperatura, kif iddeterminata mill-ECHA u ppubblikata fuq is-sit web tagħha għal kull metodu ta’ ttestjar, filwaqt li jitqiesu, b’mod partikolari, ir-rekwiżiti għad-determinazzjoni abbażi tal-agħar kundizzjonijiet ta’ użu prevedibbli u l-istandard EN xieraq. |
Parti 4. Aċċettazzjoni tar-riskju
4.1. |
Aċċettazzjoni tar-riskju għas-sustanzi inizjali għal materjali organiċi, għall-kostitwenti organiċi tas-siment u għall-kompożizzjonijiet għal enamel, ċeramika u materjali inorganiċi oħrajn
Is-sustanza inizjali, il-kompożizzjoni jew il-kostitwent għandhom jiġu aċċettati jekk is-Ctap < MTCtap għal kull speċi kimika rilevanti fl-10 jum tal-ittestjar skont il-punt 5.2. fit-Tabella 1 tal-Anness IV |
4.2. |
Aċċettazzjoni tar-riskju għall-materjali metalliċi
Għall-valutazzjoni tar-riżultati tat-test (skont l-istandard EN 15664–1) għandha titqies il-medja aritmetika tal-konċentrazzjonijiet ekwivalenti tal-pajp MEPn(T) analizzati mill-ilmijiet ta’ kuntatt rilevanti (ara l-Anness IV, it-Taqsima 1.1.). Il-kompożizzjoni tista’ tiġi aċċettata għal grupp ta’ prodotti bis-superfiċe ta’ kuntatt preżunta a (ara t-Tabella 2 tal-Anness II), jekk jiġu ssodisfati l-kriterji li ġejjin għall-ilmijiet tat-test kollha meħtieġa:
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/365/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)