|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
|
2024/360 |
25.1.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/360
tal-24 ta’ Jannar 2024
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/478 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodu ta’ applikazzjoni tal-miżuri protettivi fuq l-importazzjonijiet ta’ molluski bivalvi mit-Turkija maħsuba għall-konsum mill-bniedem
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (ir-Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 128(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 743/2013 (2) introduċa miżuri ta’ protezzjoni dwar l-importazzjonijiet tal-molluski bivalvi mit-Turkija intenzjonati għall-konsum mill-bniedem. Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/478 (3) jipprevedi miżuri protettivi simili sal-31 ta’ Diċembru 2023. |
|
(2) |
Dawk il-miżuri ġew introdotti bħala segwitu tal-awditi tal-Kummissjoni, li identifikaw nuqqasijiet fl-implimentazzjoni tal-kontrolli uffiċjali mill-awtoritajiet kompetenti Torok fuq il-produzzjoni tal-molluski bivalvi maħsuba għad-dħul fl-Unjoni, u tar-rapporti tal-Istati Membri ta’ kunsinni mhux konformi ta’ molluski bivalvi li joriġinaw mit-Turkija. |
|
(3) |
L-aħħar awditi tal-Kummissjoni mwettqa fuq il-post fl-2022 u fl-2023 identifikaw nuqqasijiet persistenti fis-sistema ta’ kontroll uffiċjali li tissorvelja l-molluski bivalvi maħsuba biex jiddaħħlu fl-Unjoni. Dawn in-nuqqasijiet żvelaw nuqqasijiet strutturali fl-ipproċessar tas-sikurezza tal-ikel fi ħdan l-istabbilimenti Torok approvati għall-esportazzjoni tal-molluski bivalvi lejn l-Unjoni. Jekk il-miżuri protettivi eżistenti jitneħħew, dawn il-kwistjonijiet mhux riżolti joħolqu riskji sinifikanti għas-sikurezza tal-ikel għall-prodotti esportati minn dawn il-binjiet. |
|
(4) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-perjodu ta’ applikazzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/478 jiġi estiż għal tliet snin oħra biex it-Turkija tkun tista’ tindirizza r-rakkomandazzjonijiet mill-awditi preċedenti għad-dħul tal-molluski bivalvi fl-Unjoni, u biex issirilhom valutazzjoni mill-Kummissjoni. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
L-Artikolu 1
Fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 5 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2022/478, it-terminu “31 ta’ Diċembru 2023” huwa sostitwit bit-terminu “31 ta’ Diċembru 2026”.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fir-raba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Jannar 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 743/2013 tal-31 ta’ Lulju 2013 li jintroduċi miżuri ta' protezzjoni dwar l-importazzjonijiet tal-molluski bivalvi mit-Turkija intenzjonati għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 205, 1.8.2013, p. 1).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/478 tal-24 ta’ Marzu 2022 rigward iż-żamma ta’ miżuri ta’ protezzjoni dwar l-importazzjonijiet ta’ molluski bivalvi mit-Turkija intenzjonati għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 98, 25.3.2022, p. 54).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/360/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)