|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
|
2024/355 |
23.1.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/355
tat-23 ta’ Jannar 2024
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2266 fir-rigward tar-referenza għaċ-ċertifikat għal produtturi żgħar indipendenti ta’ xorb alkoħoliku u l-awtoċertifikazzjoni minn dawk il-produtturi fid-dokumenti amministrattivi
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/83/KEE tad-19 ta’ Ottubru 1992 dwar l-armonizzazzjoni tal-istrutturi tat-taxxi tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 23a(4) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 23a(1) tad-Direttiva 92/83/KEE, l-Istati Membri, fuq talba, huma meħtieġa jipprovdu ċertifikat annwali lill-produtturi żgħar indipendenti stabbiliti fit-territorju rispettiv tagħhom, li jikkonferma l-produzzjoni totali annwali tal-produtturi kif ukoll il-konformità tagħhom mal-kriterji stabbiliti f’dik id-Direttiva. Skont l-Artikolu 23a(2) tad-Direttiva 92/83/KEE, huwa possibbli għall-Istati Membri li jippermettu produtturi żgħar indipendenti jiċċertifikaw huma stess il-produzzjoni annwali totali tagħhom u l-konformità mal-kriterji stabbiliti f’dik id-Direttiva. Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2266 (2) jispeċifika l-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fid-dokumenti amministrattivi li għandhom jirreferu għal dak iċ-ċertifikat jew dik l-awtoċertifikazzjoni għall-moviment tal-oġġetti skont il-Kapitolu IV jew il-Kapitolu V tad-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2020/262 (3). |
|
(2) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1636 (4) jistabbilixxi l-istruttura u l-kontenut tad-dokumenti skambjati fil-kuntest tal-moviment ta’ oġġetti soġġetti għas-sisa. Dak ir-Regolament għandu jiġi emendat bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/296 (5) biex jinkludi element tad-data ġdid li jirreferenzja ċ-ċertifikazzjoni u l-awtoċertifikazzjoni fid-dokumenti amministrattivi għall-moviment tax-xorb alkoħoliku prodott minn produtturi żgħar indipendenti ċċertifikati u awtoċertifikati. Għalhekk, ir-referenzi fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2266 għall-element tad-data eżistenti jenħtieġ li jiġu sostitwiti b’referenzi għall-element tad-data l-ġdid, li huwa speċifiku għad-dikjarazzjoni tal-produtturi żgħar indipendenti. |
|
(3) |
L-istruttura u l-kontenut tad-dokumenti amministrattivi elettroniċi skambjati permezz tas-sistema kompjuterizzata huma stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 684/2009 (6), li ġie sostitwit bir-Regolament Delegat (UE) 2022/1636 b’effett mit-13 ta’ Frar 2023. Għalhekk, għal raġunijiet ta’ ċarezza, jenħtieġ li r-referenzi għar-Regolament (KE) Nru 684/2009 fin-noti ta’ spjegazzjoni tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2266 jiġu sostitwiti b’referenzi għar-Regolament Delegat (UE) 2022/1636. |
|
(4) |
L-Artikolu 6 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2266 tħassar bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/157 (7). Għalhekk, għal raġunijiet ta’ konsistenza u ċarezza, jenħtieġ li r-referenza għall-Artikolu 6 fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2266 titħassar. |
|
(5) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2266 jiġi emendat skont dan. |
|
(6) |
Peress li l-element tad-data l-ġdid stabbilit fir-Regolament Delegat (UE) 2022/1636 għandu japplika mit-13 ta’ Frar 2024, jenħtieġ li l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament tiġi differita għal dik id-data. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar id-Dazju tas-Sisa, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2266 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 2, il-punt (a), il-parti introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej: “fil-kaxxa 17v: “ Il-prodott deskritt ġie prodott minn ” segwit minn, kif applikabbli, wieħed mit-termini li ġejjin:”; |
|
(2) |
L-Artikolu 4 huwa sostitwit minn dan li ġej: “Artikolu 4 Awtoċertifikazzjoni minn produtturi żgħar indipendenti Meta produtturi żgħar indipendenti jaqgħu taħt id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(2), l-Artikolu 9a(2), l-Artikolu 13a(4), l-Artikolu 18a(3) jew l-Artikolu 22(2) tad-Direttiva 92/83/KEE, u l-Istati Membri jippermettu lill-produtturi żgħar indipendenti stabbiliti fit-territorju rispettiv tagħhom jiċċertifikaw huma stess, l-istatus tal-produtturi kif ukoll il-produzzjoni annwali tagħhom għandhom jiġu ddikjarati fid-dokument amministrattiv f’konfmormità mal-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament.”; |
|
(3) |
L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:
|
|
(4) |
fl-Anness, in-noti ta’ spjegazzjoni huma emendati kif ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mit-13 ta’ Frar 2024.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Jannar 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 316, 31.10.1992, p. 21.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2266 tas-17 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 92/83/KEE fir-rigward taċ-ċertifikazzjoni u l-awtoċertifikazzjoni ta’ produtturi żgħar u indipendenti ta’ xorb alkoħoliku għall-iskop tad-dazju tas-sisa (ĠU L 455, 20.12.2021, p. 26).
(3) Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2020/262 tad-19 ta’ Diċembru 2019 li tistabbilixxi l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa (ĠU L 58, 27.2.2020, p. 4.).
(4) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1636 tal-5 ta’ Lulju 2022 li jissupplimenta d-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2020/262 billi jistabbilixxi l-istruttura u l-kontenut tad-dokumenti skambjati fil-kuntest tal-moviment tal-oġġetti soġġetti għas-sisa, u li jistabbilixxi limitu għat-telf minħabba n-natura tal-oġġetti (ĠU L 247, 23.9.2022, p. 2).
(5) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/296 tad-9 ta’ Novembru 2023 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2022/1636 fir-rigward tal-messaġġi dwar l-oġġetti soġġetti għas-sisa li qed jiġu esportati taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa (ĠU L, 2024/296, 22.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/296/oj)
(6) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 684/2009 tal-24 ta’ Lulju 2009 li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE fir-rigward tal-proċeduri kompjuterizzati għall-moviment ta’ prodotti tas-sisa taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa (ĠU L 197, 29.7.2009, p. 24).
(7) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/157 tat-23 ta’ Jannar 2023 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2266 fir-rigward tar-referenza għaċ-ċertifikat u għall-awtoċertifikazzjoni tal-produtturi żgħar u indipendenti tax-xorb alkoħoliku fid-dokument amministrattiv simplifikat elettroniku (ĠU L 22, 24.1.2023, p. 12).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/355/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)