|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
|
2024/354 |
23.1.2024 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/354
tad-19 ta’ Jannar 2024
dwar standards armonizzati għall-installazzjonijiet tal-funikular abbozzati b’appoġġ għar-Regolament (UE) 2016/424 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(6) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
F’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2016/424 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), is-subsistemi u l-komponenti tas-sikurezza għall-installazzjonijiet tal-funikular li huma konformi mal-istandards armonizzati jew ma’ partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu preżunti bħala konformi mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament koperti minn dawk l-istandards jew minn partijiet minnhom. |
|
(2) |
Bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2023) 5065 (3), il-Kummissjoni għamlet talba lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) għar-reviżjoni tal-istandards armonizzati eżistenti u għat-tlestija tal-ħidma fuq l-abbozzi tal-istandards armonizzati b’appoġġ għar-Regolament (UE) 2016/424. |
|
(3) |
Abbażi tat-talba stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2023) 5065, is-CEN irreveda l-istandards li ġejjin dwar ir-rekwiżiti tas-sikurezza għall-installazzjonijiet tal-funikular iddisinjati biex iġorru l-persuni: EN 12929-1, EN 12929-2, EN 13796-2 u EN 13796-3. Dan irriżulta fl-adozzjoni tal-istandards emendatorji li ġejjin: EN 12929-1:2015+A1:2022, EN 12929-2:2015+A1:2022, EN 13796-2:2017+A1:2022 u EN 13796-3:2017+A1:2022. Is-CEN irreveda wkoll l-istandard EN 13223:2015, li r-referenza tiegħu hija inkluża fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2018/C 114/04 (4). Dan irriżulta fl-adozzjoni tal-istandard emendatorju EN 13223:2015+A1:2022. |
|
(4) |
Il-Kummissjoni, flimkien mas-CEN, ivvalutat jekk dawk l-istandards jikkonformawx mat-talba stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2023) 5065. |
|
(5) |
Dawk l-istandards jissodisfaw ir-rekwiżiti li għandhom l-għan li jkopru u li huma stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/424. Għalhekk, jixraq li r-referenzi ta’ dawk l-istandards jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Minħabba li l-istandard EN 12929-2:2015+A1:2022 jirreferi għal referenzi normattivi mhux datati, jenħtieġ li jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea b’restrizzjoni. |
|
(6) |
L-istandard EN 13223:2015+A1:2022 għandu jissostitwixxi l-istandard EN 13223:2015. Għalhekk, jeħtieġ li r-referenza tal-istandard EN 13223:2015 tiġi rtirata minn Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(7) |
Sabiex il-manifatturi jingħataw biżżejjed żmien biex jadattaw il-prodotti tagħhom għall-verżjoni riveduta tal-istandard armonizzat EN 13223:2015, jeħtieġ li l-irtirar tar-referenza ta’ dak l-istandard jiġi differit. |
|
(8) |
Ir-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għar-Regolament (UE) 2016/424 huma ppubblikati fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1923 (5) u fil-Komunikazzjoni 2018/C 114/04. Fl-interessi taċ-ċarezza u tar-razzjonalità, jenħtieġ li tiġi ppubblikata f’att legali uniku lista sħiħa ta’ referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għar-Regolament (UE) 2016/424 u li jissodisfaw ir-rekwiżiti li għandhom l-għan li jkopru. |
|
(9) |
Konsegwentement, ir-referenzi tal-istandards armonizzati ppubblikati fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1923 u fil-Komunikazzjoni 2018/C 114/04 jenħtieġ li jiġu ppubblikati f’Anness ta’ din id-Deċiżjoni u kemm id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1923 kif ukoll il-Komunikazzjoni 2018/C 114/04 jenħtieġ li jitħassru. |
|
(10) |
Madankollu, jenħtieġ li l-Komunikazzjoni 2018/C 114/04 tibqa’ tapplika għar-referenza tal-istandard armonizzat EN 13223:2015 sad-data tal-irtirar ta’ dik ir-referenza. |
|
(11) |
Il-konformità ma’ standard armonizzat tikkonferixxi preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni mid-data tal-pubblikazzjoni tar-referenza ta’ tali standard f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Ir-referenzi tal-istandards armonizzati għall-installazzjonijiet tal-funikular abbozzati b’appoġġ għar-Regolament (UE) 2016/424, elenkati fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni, huma b’dan ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Ir-referenzi elenkati fir-ringieli 1, 6, 8 u 16 ta’ dak l-Anness huma ppubblikati b’restrizzjoni.
Artikolu 2
Il-Komunikazzjoni 2018/C 114/04 titħassar.
Madankollu, għandha tibqa’ tapplika fir-rigward tar-referenza tal-istandard armonizzat elenkat fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni sad-data tal-irtirar ta’ dik ir-referenza stabbilita f’dak l-Anness.
Artikolu 3
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1923 titħassar.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Jannar 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/1025/oj.
(2) Ir-Regolament (UE) 2016/424 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar l-installazzjonijiet tal-funikular u li jħassar id-Direttiva 2000/9/KE (ĠU L 81, 31.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/424/oj).
(3) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2023) 5065 final tat-2 ta’ Awwissu 2023 dwar talba ta’ standardizzazzjoni lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni rigward l-installazzjonijiet tal-funikular b’appoġġ għar-Regolament (UE) 2016/424 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
(4) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/424 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-installazzjonijiet tal-funikular u li jħassar id-Direttiva 2000/9/KE (Pubblikazzjoni ta’ titli u referenzi ta’ standards armonizzati skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni) (ĠU C 114, 28.3.2018, p. 7).
(5) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1923 tat-18 ta’ Novembru 2019 dwar l-istandards armonizzati għall-installazzjonijiet tal-funikular abbozzati b’appoġġ għar-Regolament (UE) 2016/424 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 298, 19.11.2019, p. 8, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2019/1923/oj).
ANNESS I
|
Nru |
Referenza tal-istandard |
|
1. |
EN 1709:2019 Rekwiżiti tas-sikurezza għall-installazzjonijiet tal-funikular maħsuba għat-trasport tal-persuni – Spezzjoni tal-prekummissjonar u struzzjonijiet għall-manutenzjoni u għall-ispezzjoni u għall-kontrolli operazzjonali Restrizzjoni: Ir-referenzi normattivi msemmija fil-punt 2 tal-istandard armonizzat EN 1709:2019 għandhom jinqraw bħala EN 1907:2017, EN 1908:2015, EN 1909:2017, EN 12397:2017, EN 12408:2004, EN 12927:2019, EN 12929:2015 (kull parti), EN 12930:2015, EN 13107:2015, EN 13223:2015, EN 13243:2015, EN 13796:2017 (kull parti) |
|
2. |
EN 1908:2015 Rekwiżiti tas-sikurezza għall-installazzjonijiet tal-funikular maħsuba biex iġorru l-persuni – Apparati għall-kontroll tat-tensjoni |
|
3. |
EN 1909:2017 Rekwiżiti tas-sikurezza għall-installazzjonijiet tal-funikular maħsuba biex iġorru l-persuni – Irkupru u evakwazzjoni |
|
4. |
EN 12385-8:2002 Ħbula tal-wajer tal-azzar – Sikurezza – Parti 8: Ħbula minsuġin u mxebbkin għall-ġbid u għall-ġarr għall-installazzjonijiet tal-funikular maħsuba biex iġorru l-persuni |
|
5. |
EN 12385-9:2002 Ħbula tal-wajer tal-azzar – Sikurezza – Parti 9: Ħbula għall-ġarr b’koljatura llukkjata għall-installazzjonijiet tal-funikular maħsuba biex iġorru l-persuni |
|
6. |
EN 12927:2019 Rekwiżiti tas-sikurezza għall-installazzjonijiet tal-funikular maħsuba għall-ġarr tal-persuni – Ħbula Restrizzjoni: Ir-referenzi normattivi msemmija fil-punt 2 tal-istandard armonizzat EN 12927:2019 għandhom jinqraw bħala EN 1559-2:2014, EN 1709:2019, EN 1907:2017, EN 1908:2015, EN 1909:2017, EN 10228-1:2016, EN 12385-2:2002+A1:2008, EN 12385-4:2002+A1:2008, EN 12385-8:2002, EN 12385-9:2002, EN 12397:2017, EN 12408:2004, EN 12929-1:2015, EN 12929-2:2015, EN 12930:2015, EN 13107:2015, EN 13223:2015, EN 13243:2015, EN 13411-2:2001+A1:2008, EN 13411-3:2004+A1:2008, EN 13411-4:2002+A1:2008, EN 13411-5:2003+A1:2008, EN 13411-6:2004+A1:2008, EN 13411-7:2006+A1:2008, EN 13796-1:2017, EN 13796-2:2017, EN 13796-3:2017, EN ISO 148-1:2016, EN ISO 5579:2013, EN ISO 9554:2019, EN ISO 10547:2009 |
|
7. |
EN 12929-1:2015+A1:2022 Rekwiżiti tas-sikurezza għall-installazzjonijiet tal-funikular maħsuba biex iġorru l-persuni – Ħbula – Parti 1: Rekwiżiti għall-installazzjonijiet kollha |
|
8. |
EN 12929-2:2015+A1:2022 Rekwiżiti tas-sikurezza għall-installazzjonijiet tal-funikular maħsuba biex iġorru l-persuni – Ħbula – Parti 2: Rekwiżiti addizzjonali għall-ħbula tal-ajru riversibbli b’żewġ kejbils mingħajr brejkijiet tat-trakkijiet trasportaturi Restrizzjoni: Ir-referenzi normattivi msemmija fil-punt 2 tal-istandard armonizzat EN 12929-2:2015+A1:2022 għandhom jinqraw bħala EN 1709:2019, EN 1907:2017, EN 1908:2015, EN 1909:2017, EN 12397:2017, EN 12408:2004, EN 12927:2019, EN 12929-1:2015+A1:2022, EN 12930:2015, EN 13107:2015/AC:2016, EN 13223:2015+A1:2022, EN 13243:2015, EN 13796-1:2017, EN 13796-2:2017+A1:2022, EN 13796-3:2017+A1:2022 |
|
9. |
EN 12930:2015 Rekwiżiti tas-sikurezza għall-installazzjonijiet tal-funikular maħsuba biex iġorru l-persuni – Kalkoli |
|
10. |
EN 13107:2015 Rekwiżiti tas-sikurezza għall-installazzjonijiet tal-funikular maħsuba biex iġorru l-persuni – Xogħlijiet tal-inġinerija ċivili EN 13107:2015/AC:2016 |
|
11. |
EN 13223:2015+A1:2022 Rekwiżiti tas-sikurezza għall-installazzjonijiet tal-funikular maħsuba biex iġorru l-persuni – Sistemi tal-mototrażmissjoni u tagħmir mekkaniku ieħor |
|
12. |
EN 13243:2015 Rekwiżiti tas-sikurezza għall-installazzjonijiet tal-funikular maħsuba biex iġorru l-persuni – Tagħmir elettriku għajr għas-sistemi tal-mototrażmissjoni |
|
13. |
EN 13796-1:2017 Rekwiżiti tas-sikurezza għall-installazzjonijiet tal-funikular biex iġorru l-persuni – Trasportaturi – Parti 1: Apparati għall-qbid, trakkijiet trasportaturi, brejkijiet abbord, kabini, siġġijiet, kabini trasportaturi, trasportaturi tal-manutenzjoni, tagħmir tad-dendil tal-apparat għall-irmunkar |
|
14. |
EN 13796-2:2017+A1:2022 Rekwiżiti tas-sikurezza għall-installazzjonijiet tal-funikular biex iġorru l-persuni – Trasportaturi – Parti 2: Testijiet tar-reżistenza għaż-żliq għall-apparati għall-qbid |
|
15. |
EN 13796-3:2017+A1:2022 Rekwiżiti tas-sikurezza għall-installazzjonijiet tal-funikular biex iġorru l-persuni – Trasportaturi – Parti 3: Testijiet tar-reħja |
|
16. |
EN 17064:2018 Rekwiżiti tas-sikurezza għall-installazzjonijiet tal-funikular maħsuba għall-ġarr tal-persuni – Prevenzjoni u tifi tan-nar Restrizzjoni: Ir-referenzi normattivi msemmija fil-punt 2 tal-istandard armonizzat EN 17064:2018 għandhom jinqraw bħala EN 1021-1:2014, EN 1021-2:2014, EN 1838:2013, EN 1907:2017, EN 12929-1:2015, EN 13243:2015, EN 13501-1:2007+A1:2009, EN 50172:2004, EN 50272-1:2010, EN 50272-2:2001, EN 60204-1:2006, EN 60695-11-10:2013, EN 61730-1:2007, EN 61730-2:2007, EN ISO 7010:2012, EN ISO 8528-13:2016 |
ANNESS II
|
Nru |
Referenza tal-istandard |
Data tal-irtirar |
|
1. |
EN 13223:2015 Rekwiżiti tas-sikurezza għall-installazzjonijiet tal-funikular maħsuba biex iġorru l-persuni – Sistemi tal-mototrażmissjoni u tagħmir mekkaniku ieħor |
it-23 ta’ Lulju 2025 |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/354/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)