European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2024/336

17.1.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2024/336

tas-16 ta’ Jannar 2024

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2023/162 dwar missjoni tal-Unjoni Ewropea fl-Armenja (EUMA)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 42(4) u 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-23 ta’ Jannar 2023, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2023/162 (1) u stabbilixxa missjoni tal-Unjoni Ewropea fl-Armenja (EUMA).

(2)

Fl-20 ta’ Frar 2023, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2023/386 (2) li tniedi l-EUMA u li tagħti lill-missjoni ammont ta’ referenza finanzjarja għall-perjodu mit-23 ta’ Jannar 2023 sad-19 ta’ Frar 2025.

(3)

Fil-5 ta’ Diċembru 2023, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà emenda l-Pjan ta’ Operazzjoni għall-EUMA u qabel li r-riżorsi tiegħu jenħtieġ li jiżdiedu.

(4)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2023/162 tiġi emendata skont dan.

(5)

Il-EUMA ser titmexxa fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ xxekkel il-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbilit fl-Artikolu 21 tat-Trattat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 13(1) tad-Deċiżjoni (PESK) 2023/162 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUMA għall-perjodu mit-23 ta’ Jannar 2023 sad-19 ta’ Frar 2025 għandu jkun ta’ EUR 39 035 890,24. L-ammont ta’ referenza finanzjarja għal kull perjodu sussegwenti għandu jiġi deċiż mill-Kunsill.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Jannar 2024.

Għall-Kunsill

Il-President

V. VAN PETEGHEM


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/162 tat-23 ta’ Jannar 2023 dwar missjoni tal-Unjoni Ewropea fl-Armenja (EUMA) (ĠU L 22, 24.1.2023, p. 29).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/386 tal-20 ta’ Frar 2023 li tniedi l-missjoni tal-Unjoni Ewropea fl-Armenja (EUMA) u li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2023/162 (ĠU L 53, 21.2.2023, p. 17).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/336/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)