European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2024/333

16.1.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2024/333

tas-16 ta’ Jannar 2024

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693 dwar miżuri restrittivi kontra ISIL (Da’esh) u Al-Qaida, u persuni, gruppi, impriżi u entitajiet assoċjati magħhom

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fl-20 ta’ Settembru 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693 (1).

(2)

Fid-dawl tat-theddida kontinwa mill-ISIL (Da’esh) u Al-Qaida, u minn persuni, gruppi, impriżi u entitajiet assoċjati magħhom, jenħtieġ li tiżdied persuna waħda mal-lista ta’ persuni, gruppi, impriżi u entitajiet stabbilita fl-Anness tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-entrata li tikkonċerna persuna deċeduta titħassar minn dak l-Anness.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693 tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Jannar 2024.

Għall-Kunsill

Il-President

V. VAN PETEGHEM


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1693 tal-20 ta’ Settembru 2016 dwar miżuri restrittivi kontra ISIL (Da’esh) u Al-Qaida, u persuni, gruppi, impriżi u entitajiet assoċjati magħhom u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2002/402/PESK (ĠU L 255, 21.9.2016, p. 25).


ANNESS

Fl-Anness tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693, it-taqsima A (Persuni msemmija fl-Artikoli 2 u 3) hija emendata kif ġej:

(1)

l-entrata 16 (Bonomade Machude OMAR) titħassar;

(2)

tiżdied l-entrata li ġejja:

“17.

Andreas Martin MÜLLER (magħruf ukoll bħala Ahmed Khaled Müller, Abu Nusaibah, Abu Nusaiba, Abu Nussaiba, Miqdad, Abu Miqdad, Yasser Murat, is-Sur Akam, Abu Shahid, Nigeri); data tat-twelid: 15 ta’ Frar 1972; post tat-twelid: Cochem, Rhineland-Palatinate, Germany; sess: raġel; nazzjonalità: Ġermaniża; numru tal-passaport C73TV06C9; numru tal-karta tal-identità 5210375966.”.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/333/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)