|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
|
2024/328 |
15.1.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/328
tat-12 ta’ Jannar 2024
li jemenda għat-340 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da’esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da’esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u l-Artikolu 7a(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Fid-19 ta’ Diċembru 2023, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda, f’konformità mar-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 1267(1999), 1989(2011) u 2253(2015), li jemenda seba’ entrati fil-lista tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom jenħtieġ li japplika l-iffriżar tal-fondi u riżorsi finanzjarji. |
|
(3) |
Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Jannar 2024.
Għall-Kummissjoni
F’isem il-President
Id-Direttur Ġenerali
Id-Direttorat Ġenerali għall-Istabbiltà Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali
(1) ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/881/oj.
ANNESS
(1)
Id-data ta’ identifikazzjoni għall-entrati li ġejjin taħt l-intestatura “Persuni naturali” fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 tiġi emendata kif ġej:|
(a) |
“Habib Ben Ahmed Al-Loubiri (alias Al-Habib ben Ahmad ben al-Tayib al-Lubiri). Indirizz: Id-distrett ta’ Salam Marnaq Ben Arous, Sidi Mesoud, it-Tuneżija. Data tat-twelid: 17.11.1961. Post tat-twelid: Manzil Tmim, Nabul, it-Tuneżija. Nazzjonalità: Tuneżina. Nru tal-Passaport: (a) M788439 (Passaport Tuneżin maħruġ fl- 20.10.2001, skada fid-19.10.2006), (b) 01817002 (Identifikazzjoni nazzjonali). Tagħrif ieħor: (a) Kodiċi fiskali Taljan: LBR HBB 61S17 Z352F; (b) isem l-omm huwa Fatima al-Galasi. Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 23.6.2004.” hija sostitwita b’dan li ġej: “Habib Ben Ahmed Al-Loubiri (kitba oriġinali: حبيب بن احمد اللوبيري) (psewdonimu ta’ kwalità tajba: Al-Habib ben Ahmad ben al-Tayib al-Lubiri). Data tat-twelid: 17.11.1961. Post tat-twelid: Manzil Tmim, Nabul, it-Tuneżija. Nazzjonalità: Tuneżina. Nru tal-Passaport: M788439 (passaport Tuneżin maħruġ fl-20.10.2001, li skada fid-19.10.2006). Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: 01817002. Indirizz: (a)Id-distrett ta’ Salam Marnaq Ben Arous, Sidi Mesoud, it-Tuneżija; (b) l-Afganistan. Tagħrif ieħor: (a) Kodiċi fiskali Taljan: LBR HBB 61S17 Z352F; (b) Allegatament ħarbu lejn l-Afganistan f’Ġunju 2014; (c) isem l-omm huwa Fatima al-Galasi. Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 23.6.2004.” |
|
(b) |
“Hafiz Muhammad Saeed (psewdonimu (a) Hafiz Muhammad, (b) Hafiz Saeed, (c) Hafiz Mohammad Sahib, (d) Hafez Mohammad Saeed, (e) Hafiz Mohammad Sayeed, (f) Hafiz Mohammad Sayid, (g) Tata Mohammad Syeed, (h) Mohammad Sayed, (i) Hafiz Ji (k) Muhammad Saeed). Indirizz: Nru tad-dar 116E, Mohalla Johar, Lahore, Tehsil, Lahore City, Lahore District, Pakistan (post f’Mejju 2008). Data tat-twelid: 5.6.1950. Post tat-twelid: Sargodha, Punjab, il-Pakistan. Nazzjonalità: Pakistana. Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: 3520025509842–7 (il-Pakistan). Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 10.12.2008.” hija sostitwita b’dan li ġej: “Hafiz Muhammad Saeed (psewdonimu ta’ kwalità tajba: (a) Hafiz Mohammad Sahib, (b) Hafiz Mohammad Sayid, (c) Hafiz Muhammad, (d) Hafiz Saeed, (e) Hafez Mohammad Saeed, (f) Hafiz Mohammad Sayeed, (g) Tata Mohammad Syeed, (h) Mohammad Sayed, (i) Muhammad Saeed; psewdonimi ta’ kwalità baxxa: Hafiz Ji). Data tat-twelid: 5.6.1950. Post tat-twelid: Sargodha, Punjab, il-Pakistan. Nazzjonalità: Pakistana. Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: 3520025509842–7 (il-Pakistan). Indirizz: House No 116E, Mohalla Johar, Lahore, Tehsil, Lahore City, Lahore District, Pakistan (post f’Mejju 2008). Tagħrif ieħor: (a) Mexxej ta’ Lashkar-e-Tayyiba, (b) Miżmum taħt arrest tal-Gvern tal-Pakistan li ilu jiskonta sentenza ta’ 78 sena priġunerija mit-12 ta’ Frar 2020 bħala riżultat ta’ kundanna f’seba’ każijiet ta’ finanzjament tat-terroriżmu. Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 10.12.2008.” |
|
(c) |
“Hafiz Abdul Salam Bhuttavi (magħruf ukoll bħala (a) Hafiz Abdul Salam Bhattvi, (b) Hafiz Abdusalam Budvi, (c) Hafiz Abdussalaam Bhutvi, (d) Abdul Salam Budvi, (e) Abdul Salam Bhattwi, (f) Abdul Salam Bhutvi, (g) Mullah Abdul Salaam Bhattvi, (h) Molvi Abdursalam Bhattvi). Titolu: (a) Maulavi, (b) Mullah. Data tat-twelid: 1940. Post tat-twelid: Gujranwala, Punjab Province, Pakistan. Nazzjonalità: Pakistana. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 14.3.2012.” hija sostitwita b’dan li ġej: “Hafiz Abdul Salam Bhuttavi (psewdonimu ta’ kwalità tajba: (a) Hafiz Abdul Salam Bhattvi, (b) Hafiz Abdusalam Budvi, (c) Hafiz Abdussalaam Bhutvi, (d) Abdul Salam Budvi, (e) Abdul Salam Bhattwi, (f) Abdul Salam Bhutvi, (g) Mullah Abdul Salaam Bhattvi, (h) Molvi Abdursalam Bhattvi). Titolu: (a) Maulavi, (b) Mullah. Data tat-twelid: 1940. Post tat-twelid: Gujranwala, Punjab Province, Pakistan. Nazzjonalità: Pakistana. Tagħrif ieħor: (a) Membru fundatur ta’ Lashkar-e-Tayyiba u viċi kap ta’ Lashkar-e-Tayyiba Hafiz Muhammad Saeed, (b) Ikkonfermat mejjet. Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 14.3.2012.” |
|
(d) |
“Maulana Fazlullah (magħruf ukoll bħala (a) Mullah Fazlullah; (b) Fazal Hayat; (c) Radju ta’ Mullah). Data tat-twelid: 1974. Post tat-twelid: Ir-raħal ta’ ‘Kuza Bandai, Swat Valley, il-provinċja ta’ Khyber Pakhtunkhawa, il-Pakistan. Indirizz: reġjun tal-fruntiera Afganistan/Pakistan. Tagħrif ieħor: Kmandant ta’ Tehrik-e Taliban Pakistan (TTP) mis-7.11.2013. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 7.4.2015.” hija sostitwita b’dan li ġej: “Maulana Fazlullah (psewdonimu ta’ kwalità tajba: (a) Mullah Fazlullah, (b) Fazal Hayat; psewdonimi ta’ kwalità baxxa: Radju ta’ Mullah). Data tat-twelid: 1974. Post tat-twelid: Ir-raħal ta’ ‘Kuza Bandai, Swat Valley, il-provinċja ta’ Khyber Pakhtunkhawa, il-Pakistan. Indirizz: reġjun tal-fruntiera Afganistan/Pakistan. Tagħrif ieħor: (a) Ikkonfermat mejjet fit-13 ta’ Ġunju 2018, (b) Kmandant ta’ Tehrik-e Taliban Pakistan (TTP) mis-7.11.2013 ‘l hawn, (c) TTP lokali fil-wied tal-Majjistral tal-Pakistan ta’ Swat mill-2007 sal-2009. Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 7.4.2015.” |
|
(e) |
“Noor Wali Mehsud (magħruf ukoll bħala Abu Mansoor Asim ta’ kwalità tajba). Titolu: Mufti. Data tat-twelid: 26.6.1978. Post tat-twelid: Gurguray, il-Pakistan. Nazzjonalità: Pakistana. Tagħrif ieħor: Mexxej ta’ Tehrik-e Taliban Pakistan (TTP). Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 16.7.2020.” hija sostitwita b’dan li ġej: “Noor Wali Mehsud (magħruf ukoll bħala Abu Mansoor Asim ta’ kwalità tajba). Titolu: Mufti. Data tat-twelid: 26.6.1978. Post tat-twelid: Gurguray, il-Pakistan. Nazzjonalità: Pakistana. Indirizz: Lamman, id-Distrett ta’ Barmal, il-Provinċja ta’ Paktika, l-Afganistan (mis-26 ta’ Novembru 2022). Tagħrif ieħor: Mexxej ta’ Tehrik-e Taliban Pakistan (TTP) wara l-mewt tal-eks mexxej tat-TTP Maulana Fazlullah. Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 16.7.2020.” |
(2)
Id-data tal-identifikazzjoni tal-entrati segwenti taħt l-intestatura “Persuni ġuridiċi, gruppi u entitajiet” fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 hija emendata kif ġej:|
(a) |
“Al Rashid Trust (psewdonimu (a) Al-Rasheed Trust, (b) Al Rasheed Trust, (c) Al-Rashid Trust, (d) Aid Organisation of The Ulema, il-Pakistan, (e) Al Amin Welfare Trust, (f) Al Amin Trust, (g) Al Ameen Trust, (h) Al-Ameen Trust, (i) Al Madina Trust, (j) Al-Madina Trust, il-Pakistan). Indirizz: (a) Kitas Ghar, Nazimabad 4, Dahgel-Iftah, Karachi, il-Pakistan; (b) Jamia Maajid, Sulalman Park, Melgium Pura, Lahore, il-Pakistan; (c) Uffiċċju Dha’rbi-M’unin, Faċċata Khyber Bank, Triq Abbottabad, Mansehra, il-Pakistan; (d) Uffiċċju Dha’rbi-M’unin ZR Brothers, Triq Katcherry, Chowk Yadgaar, Peshawar, il-Pakistan; (e) Uffiċċju Dha’rbi-M’unin, Kamra Nru. 3, Moti Plaza, Near Liaquat Bagh, Triq Muree, Rawalpindi, il-Pakistan; (f) Uffiċċju Dha’rbi-M’unin, Sular ta’ Fuq, Dr. Dawa Khan Dental Clinic Surgeon, Main Baxae, Mingora, Swat, il-Pakistan; (g) Kitab Ghar, Darul Ifta Wal Irshad, Nazimabad Nru 4, Karachi, il-Pakistan (Tel. (a) 668 33 01; (b) 0300- 820 91 99, Faks 662 38 14); (h) 302b-40, Good Earth Court, Faċċata Pia Planitarium, Blokk 13a, Gulshan -I Igbal, Karachi, il-Pakistan (Tel. 497 92 63); (i) 617 Clifton Center, Blokk 5, is-sitt Sular, Clifton, Karachi, il-Pakistan (Tel. 587 25 45); (j) 605 Landmark Plaza, 11 Triq Chundrigar, Faċċata Jang Building, Karachi, il-Pakistan (Tel. 262 38 18-19); (k) Jamia Masjid, Park ta’ Sulaiman, Begum Pura, Lahore, il-Pakistan (Tel. 042–681 20 81). Tagħrif ieħor: (a) Kwartieri Ġenerali fil-Pakistan; (b) Operazzjonijiet fl-Afganistan: Herat, Jalalabad, Kabul, Kandahar, Mazar, Sherif, anke operazzjonijiet fil-Kosovo, iċ-Chechnya; (c) Sal- 21.10.2008 il-lista tan-NU inkludiet id-daħliet "Al Rashid Trust" (imniżżla fis- 6.10.2001) u "Organizzazzjoni tal-Għajnuna tal-Ulema, Pakistan" (imniżżla fl- 24.4.2002 u emendata fil- 25.7.2006); Iż-żewġ entrati ġew ikkonsolidati f’din l-entità fil-21 ta’ Ottubru 2008; (d) Ibbażat minn Mufti Rashid Ahmad Ledahyanoy; (e) Assoċjat ma’ Jaish-i-Mohammed, (f) Ipprojbit fil-Pakistan minn Ottubru 2001; (g) Minkejja l-għeluq tal-uffiċċji tagħha fil-Pakistan fi Frar 2007, hija kompliet bl-attivitajiet tagħha. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 6.10.2001.” hija sostitwita b’dan li ġej: “Al Rashid Trust (psewdonimu (a) Al-Rasheed Trust, (b) Al Rasheed Trust, (c) Al-Rashid Trust, (d) Aid Organisation of The Ulema, il-Pakistan, (e) Al Amin Welfare Trust, (f) Al Amin Trust, (g) Al Ameen Trust, (h) Al-Ameen Trust, (i) Al Madina Trust, (j) Al-Madina Trust, il-Pakistan). Indirizz: (a) Kitas Ghar, Nazimabad 4, Dahgel-Iftah, Karachi, il-Pakistan; (b) Jamia Maajid, Sulalman Park, Melgium Pura, Lahore, il-Pakistan; (c) Uffiċċju Dha’rbi-M’unin, Opposite Khyber Bank, Abbottabad Road, Mansehra, il-Pakistan; (d) Uffiċċju Dha’rbi-M’unin ZR Brothers, Triq Katcherry, Chowk Yadgaar, Peshawar, il-Pakistan; (e) Uffiċċju Dha’rbi-M’unin, Kamra Nru. 3, Moti Plaza, Near Liaquat Bagh, Triq Muree, Rawalpindi, il-Pakistan; (f) Uffiċċju Dha’rbi-M’unin, is-Sular ta’ Fuq, Dr. Dawa Khan Dental Clinic Surgeon, Main Baxae, Mingora, Swat, il-Pakistan; (g) Kitab Ghar, Darul Ifta Wal Irshad, Nazimabad Nru 4, Karachi, il-Pakistan (Tel. (a) 668 33 01; (b) 0300- 820 91 99, Faks 662 38 14); (h) 302b-40, Good Earth Court, Opposite Pia Planitarium, Blokk 13a, Gulshan -I Igbal, Karachi, il-Pakistan (Tel. 497 92 63); (i) 617 Clifton Center, Blokk 5, is-sitt Sular, Clifton, Karachi, il-Pakistan (Tel. 587 25 45); (j) 605 Landmark Plaza, 11 Triq Chundrigar, Faċċata Jang Building, Karachi, il-Pakistan (Tel. 262 38 18-19); (k) Jamia Masjid, Park ta’ Sulaiman, Begum Pura, Lahore, il-Pakistan (Tel. 042–681 20 81). Tagħrif ieħor: (a) Irrappurtat li m’għadhiex eżisteni; (b) il-Kwartieri Ġenerali kienu fil-Pakistan; (c) Operazzjonijiet fl-Afganistan: Herat, Jalalabad, Kabul, Kandahar, Mazar, Sherif, anke operazzjonijiet fil-Kosovo, iċ-Chechnya; (d) Sal-21.10.2008 il-lista tan-NU inkludiet id-daħliet "Al Rashid Trust" (imniżżla fis- 6.10.2001) u "Organizzazzjoni tal-Għajnuna tal-Ulema, Pakistan" (imniżżla fl- 24.4.2002 u emendata fil- 25.7.2006); Iż-żewġ entrati ġew ikkonsolidati f’din l-entità fil-21 ta’ Ottubru 2008; (e) Ibbażat minn Mufti Rashid Ahmad Ledahyanoy; (f) Assoċjat ma’ Jaish-i-Mohammed, (g) Ipprojbit fil-Pakistan minn Ottubru 2001; (h) l-ebda indikazzjoni ta’ kwalunkwe attività taħt l-isem ta’ Al-Rashid Trust ma ħarġet minn Novembru 2023. Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 6.10.2001.” |
|
(b) |
“Khatiba Imam Al-Bukhari (KIB) (magħruf ukoll bħala: Khataib al-Imam al-Bukhari). Indirizz: (a) Khan-Shaykhun, ir-Repubblika Għarbija Sirjana (53 km fin-Nofsinhar ta’ Idlib, f’Marzu 2018); (b) Idlib, Aleppo u Khama, ir-Repubblika Għarbija Sirjana (żona ta’ operazzjoni); (c) iż-żona tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan (post preċedenti). Tagħrif ieħor: mill-2016, riallokata għat-Tramuntana tal-Afganistan. Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 29.3.2018.” hija sostitwita b’dan li ġej: “Khatiba Imam Al-Bukhari (KIB) (magħruf ukoll bħala: Khataib al-Imam al-Bukhari). Indirizz (a) Iż-żona tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan (post preċedenti); (b) Khan-Shaykhun, ir-Repubblika Għarbija Sirjana (53 km fin-Nofsinhar ta’ Idlib, post minn Marzu 2018); (c) Idlib, Aleppo u Khama, ir-Repubblika Għarbija Sirjana (żona ta’ operazzjoni); (d) Il-Provinċji ta’ Faryab, Badghis u Jawzjan, l-Afganistan. Tagħrif ieħor: (a) Assoċjat mal-Front Al-Nusrah għall-Persuni tal-Levant; (b) Mill-2016, riallokat għat-Tramuntana tal-Afganistan. Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 29.3.2018.” |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/328/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)